Brussell, 9.10.2020

COM(2020) 961 final

2020/0297(BUD)

ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 9
TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2020

Li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lill-Kroazja u lill-Polonja fir-rigward tad-diżastri naturali u jipprovdi għal pagament minn qabel lill-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugal u Spanja fir-rigward ta' emerġenza tas-saħħa pubblika


Wara li kkunsidraw:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 2 ,

–baġit emendatorju Nru 1/2020 3 , adottat fl-Il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2020,

–baġit emendatorju Nru 2/2020 4 , adottat fl-Il-Ġimgħa, 17 ta’ April 2020,

–baġit emendatorju Nru 3/2020 5 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,

–baġit emendatorju Nru 4/2020 6 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,

–baġit emendatorju Nru 5/2020 7 , adottat fl-10 ta’ Lulju 2020,

–baġit emendatorju Nru 6/2020 8 , adottat fis-17 ta’ Settembru 2020,

–baġit emendatorju Nru 7/2020 9 , adottat fis-6 ta’ Ottubru 2020,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 9 tal-baġit tal-2020.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fir-rapport tan-nefqa u d-dħul fit-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-en.htm ).

WERREJ

1.    Introduzzjoni    

2.    Finanzjament    

3.    Approprjazzjonijiet mitluba fil-baġit tal- 2020    

4.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Introduzzjoni

L-abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 9 għas-sena 2020 jakkumpanja l-proposta 10 biex jiġi mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta’ EUR 823 548 633 biex tingħata assistenza lil:

§Il-Kroazja fir-rigward tat-terremot li affettwa l-belt ta’ Zagreb u l-kontej ta’ Zagreb u Krapina-Zagorje f’Marzu 2020 (EUR 683 740 523),

§Il-Polonja fir-rigward tal-għargħar f’Podkarpackie Voivodeship f’Ġunju 2020 (EUR 7 071 280), u

§Seba’ Stati Membri (il-Kroazja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugal u Spanja) b’rabta mal-pagamenti bil-quddiem b’rispons għall-emerġenza ewlenija tas-saħħa pubblika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tal-2020 (EUR 132 736 830).

ABE Nru 9/2020 jipproponi li jiddaħħlu EUR 734 596 756 fil-baġit ġenerali 2020, kemm fl-impenji kif ukoll fil-pagamenti, wara li jkunu tnaqqsu l-avvanzi diġà mħallsin lill-Kroazja fil-kuntest tat-terremot (EUR 88 951 877).

2.Finanzjament

F’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 11 , l-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-bidu tal-2020 kien ta’ EUR 1 150 524 045, billi hija s-somma tal-allokazzjoni tal-2020 ta’ EUR 597 546 284, flimkien mal-allokazzjoni tal-2019 ta’ EUR 552 977 761 li baqgħet ma ntefqitx u li ġiet riportata għall-2020 (it-tnejn fi prezzijiet kurrenti).

Kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt, meta titqies id-Deċiżjoni ta’ Mobilizzazzjoni preċedenti fl-2020 12 , l-ammont li jista’ jiġi mobilizzat f’dan l-istadju tas-sena 2020 huwa ta’ EUR 871 530 231.

Ammont li huwa disponibbli bħalissa taħt il-Fond ta’ Solidarjetà:

Ammont f’EUR

Allokazzjoni annwali għall-2020  

597 546 284

Flimkien mal-ammont li ma ntefaqx mill-allokazzjoni għall-2019 riportata lejn l-2020

+552 977 761

[25 % tal-allokazzjoni tal-2020 għandha tinżamm sal-1 ta’ Ottubru 2020]

[149 386 571]

Bit-tnaqqis tal-ammont totali ta’ għajnuna proposta għal PT (Uragan Lorenzo), ES (temp estrem DANA 2019), IT (temp sever 2019) u AT (temp sever 2019)

-278 993 814

Ammont disponibbli minn Jannar - Settembru 2020 

722 143 660

Ammont massimu disponibbli bħalissa 

871 530 231

L-ammont totali propost li għandu jiġi mobilizzat għall-ħlas bil-quddiem għall-Kroazja, il-Polonja u għalll-COVID-19

-823 548 633

Disponibbiltajiet li fadal sal-31/12/2020

47 981 598



3.Approprjazzjonijiet mitluba fil-baġit tal- 2020

Il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-baġit 2020 billi żżid il-linja baġitarja 13 06 01 b’EUR 734 596 756 kemm f’approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll f’approprjazzjonijiet ta’ pagament (ara t-tabella hawn taħt).

Ammonti f’ EUR

Linja Baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

13 06 01

Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija

734 596 756

734 596 756

Total    

734 596 756

734 596 756

4.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

Intestatura

Baġit 2020

Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 9/2020

Baġit 2020

(inkl. BE 1-7/2020)

(inkl. BE 1-7 & ABE 9/2020)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

83 930 597 837

77 453 828 442

 

 

83 930 597 837

77 453 828 442

Limitu

83 661 000 000

 

 

 

83 661 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjegi

25 284 773 982

22 308 071 592

 

 

25 284 773 982

22 308 071 592

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

93 773 982

 

 

 

93 773 982

 

Limitu

25 191 000 000

 

 

 

25 191 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

58 645 823 855

55 145 756 850

 

 

58 645 823 855

55 145 756 850

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

175 823 855

 

 

 

175 823 855

 

Limitu

58 470 000 000

 

 

 

58 470 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

2.

It-tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

59 907 021 051

57 904 492 439

 

 

59 907 021 051

57 904 492 439

Limitu

60 421 000 000

 

 

 

60 421 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 465 323 871

 

 

 

- 465 323 871

 

Marġini

48 655 078

 

 

 

48 655 078

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 410 105 687

43 380 031 798

 

 

43 410 105 687

43 380 031 798

Sottolimitu

43 888 000 000

 

 

 

43 888 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni

888 000

 

 

 

888 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 428 351 235

 

 

 

- 428 351 235

 

Marġni tal-FAEG

48 655 078

 

 

 

48 655 078

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

7 152 374 489

6 368 527 141

 

 

7 152 374 489

6 368 527 141

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

1 094 414 188

 

 

 

1 094 414 188

 

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

2 392 402 163

 

 

 

2 392 402 163

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

714 558 138

 

 

 

714 558 138

 

Limitu

2 951 000 000

 

 

 

2 951 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

10 991 572 239

9 112 061 191

 

 

10 991 572 239

9 112 061 191

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

481 572 239

 

 

 

481 572 239

 

Limitu

10 510 000 000

 

 

 

10 510 000 000

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

5.

L-amministrazzjoni

10 271 193 494

10 274 196 704

 

 

10 271 193 494

10 274 196 704

Limitu

11 254 000 000

 

 

 

11 254 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 982 806 506

 

 

 

- 982 806 506

 

Marġini

 

 

 

 

 

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 955 303 132

7 958 306 342

 

 

7 955 303 132

7 958 306 342

Sottolimitu

9 071 000 000

 

 

 

9 071 000 000

 

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

- 982 806 506

 

 

 

- 982 806 506

 

Marġini

132 890 362

 

 

 

132 890 362

 

Total

172 252 759 110

161 113 105 917

 

 

172 252 759 110

161 113 105 917

Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà

1 094 414 188

1 017 029 444

 

 

1 094 414 188

1 017 029 444

Li minnhom taħt il-marġni globali għall-impenji

2 662 000 000

 

 

 

2 662 000 000

 

Li minnhom taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

1 196 130 377

 

 

 

1 196 130 377

 

Limitu

168 797 000 000

172 420 000 000

 

 

168 797 000 000

172 420 000 000

Li minnhom paċuti mal-Marġni ta' Kontinġenza

-1 448 130 377

 

 

 

-1 448 130 377

 

Marġini

48 655 078

12 323 923 527

 

 

48 655 078

12 323 923 527

 

Strumenti speċjali oħra

860 261 208

690 998 208

734 596 756

734 596 756

1 594 857 964

1 425 594 964

Total b’kollox

173 113 020 318

161 804 104 125

734 596 756

734 596 756

173 847 617 074

162 538 700 881

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018.
(2)      ĠU L 57, 27.2.2020.
(3)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(4)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(5)      ĠU L 254, 4.8.2020.
(6)      ĠU L 254, 4.8.2020.
(7)      ĠU L 299, 11.9.2020.
(8)      ĠU L XXX, XX.X.2020 (propost bħala l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 8/2020 tal-28.8.2020).
(9)      ĠU L XXX, XX.X.2020.
(10)      COM(2020)960, 9.10.2020.
(11)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(12)    Deċiżjoni (UE) 2020/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-18 ta’ Ġunju 2020 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Portugall, lil Spanja, lill-Italja u lill-Awstrija, li l-konsegwenzi finali għalihom ġew inklużi fil-Baġit Emendatorju 4/2020 adottat fl-istess jum.