18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10317 — Macquarie/Warburg Pincus/PTSG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/06)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Macquarie Group Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit),

—

Premier Technical Services Group Limited (“PTSG”, ir-Renju Unit)

Warburg Pincus u Macquarie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PTSG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Warburg Pincus: ġestjoni ta’ fondi ta’ ekwità privata; Il-kumpaniji tal-portafoll ta’ Warburg Pincus huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet,

—

Macquarie: il-ġestjoni tal-assi u l-finanzi, servizzi bankarji, servizzi ta’ konsulenza u soluzzjonijiet tar-riskju u l-kapital madwar dejn, ekwità u prodotti bażiċi; Macquarie għandha interessi f’għadd ta’ kumpaniji f’diversi setturi tal-industrija, inklużi, iżda mhux limitati għal, utilitajiet tal-enerġija fl-Ewropa,

—

PTSG: forniment ta’ tagħmir tas-sikurezza tal-bini u servizzi ta’ manutenzjoni inkluż aċċess għall-faċċati u servizzi ta’ tagħmir għall-prevenzjoni tal-waqgħat, protezzjoni mis-sajjetti u ttestjar elettriku, aċċess speċjalizzat għall-bini u soluzzjonijiet tan-nar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10317 — Macquarie/Warburg Pincus/PTSG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.