31998D0222



Official Journal L 082 , 19/03/1998 P. 0050 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Marzu 1998

li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE fir-rigward tal-forma ta’ kollaborazzjoni bejn iċ-ċentru li jospita ANIMO u l-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/222/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-tlestija tas-suq intern [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

Billi, bħala riżultat tax-xogħol imwettaq fil-livell tal-Komunità fil-kors ta’ studji u seminars, l-istruttura tan-network ANIMO għandha tiġi riveduta sabiex sistema veterinarja li tintegra l-applikazzjonijiet varji tal-kompjuter tista’ tkun introdotta;

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/486/KEE tal-25 ta’ Settembru ta’ l-1992 li tistabbilixxi l-forma ta’ kollaborazzjoni bejn iċ-ċentru li jospita ANIMO u l-Istati Membri [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/395/KE [4], għandha tkun emendata sabiex tintroduċi perjodu transitorju; billi ċerti limiti ta’ żmien għandhom ikunu ffissati wkoll għar-reviżjoni tas-sistema kurrenti;

Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 92/486/KEE hija emendata kif ġej:

1. F’ l-Artikolu 2(a), il-paragrafu 3 ġdid huwa miżjud:

"3. Għall-perjodu l-1 ta’ April 1998 sal-31 ta’ Marzu 1999, l-awtoritajiet ta’ kordinazzjoni li għalihom jipprovdi l-Artikolu 1 għandhom jassiguraw li l-kuntratti msemmija f’dak l-Artikolu jiġu estiżi għal sena.

It-tariffi li ġejjin għandhom japplikaw fir-rigward ta’ dan il-paragrafu:

386 EKU għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni mal-fruntiera) għall-unitajiet ANIMO kollha elenkati fid-Deċiżjoni 96/295/KE, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/167/KE [5]."

2. L-Artikolu 5a li ġej huwa miżjud:

"L-Artikolu 5a

Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta qabel:

- l-1 ta’ Ottubru 1998 sabiex tikkonsidra l-kwistjoni tal-konnessjonijiet diretti bejn servers nazzjonali,

- il-31 ta’ Jannar 1999 sabiex tikkonsidra kif l-istruttura tan-network ANIMO tkun żviluppat."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjonji għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 1998.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

[2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49.

[3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20.

[4] ĠU L 164, tal-21.6.1997, p. 25.

[5] ĠU L 62, tat-3.3.1998, p. 33.

--------------------------------------------------