|
20.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/72 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1533
tas-17 ta’ Settembru 2021
li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u partikolarment l-Artikolu 54(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), u l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a), (c) u (f), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjonuklide f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel li japplikaw fil-Ġappun. Minħabba li tali kontaminazzjoni tista’ tikkostitwixxi theddida għas-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 (3) impona kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-ikel u tal-għalf li joriġina mill-Ġappun jew li jkun ġie kkunsinnat minn hemm. Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tħassar u ġie sostitwit suċċessivament bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (4), (UE) Nru 284/2012 (5), (UE) Nru 996/2012 (6), (UE) Nru 322/2014 (7) u (UE) 2016/6 (8). Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, dawk ir-Regolamenti stabbilew il-livelli massimi tar-radjonuklide billi allinjawhom mal-valuri stabbiliti fil-liġi rilevanti Ġappuniża u jenħtieġ li dik il-prattika tinżamm. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jirrikjedi li l-oġġetti soġġetti għal miżura ta’ emerġenza prevista fl-atti adottati f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ikunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali malli jidħlu fl-Unjoni. |
|
(3) |
Sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali malli jidħlu fl-Unjoni l-ikel u l-għalf soġġetti għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi stabbilit mudell uniku ta’ ċertifikat uffiċjali. Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-ħruġ ta’ ċertifikati uffiċjali minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu VII tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2017/625 u, għaċ-ċertifikati maħruġa fuq karta, ma’ dawk stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni(UE) 2019/1715 (9), u fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (10). Barra minn hekk, biex jiġi żgurat approċċ koerenti, jixraq li jiġi previst li ċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa f’konformità ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu sostitwiti f’konformità mal-proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ sostituzzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. |
|
(4) |
Il-miżuri eżistenti ġew rieżaminati filwaqt li tqieset aktar minn 87 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fl-għalf u fl-ikel għajr iċ-ċanga u aktar minn 429 000data dwar l-okkorrenzi ta’ radjuattività fiċ-ċanga, li ngħataw mill-awtoritajiet Ġappuniżi, għad-disa’ u l-għaxar staġun ta’ tkabbir wara l-aċċident (data rappurtata bejn Jannar tal-2019 u Diċembru tal-2020). |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dik id-data, jidher li l-obbligu għat-teħid tal-kampjunar u għall-analiżi tal-prodotti qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni jrid jinżamm jew jiġi stabbilit għal ċerti prodotti, iżda jista’ jitneħħa għal oħrajn. Partikolarment, minbarra l-prodotti diġà soġġetti għal dak l-obbligu, huwa xieraq li jkunu meħtieġa t-teħid tal-kampjunar u l-analiżi tal-faqqiegħ selvaġġ u tal-prodotti derivati li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Iwate, ta’ Nagano, ta’ Niigata u ta’ Ibaraki, tal-ħut u tal-prodotti tas-sajd li ġejjin minn Gunma, tal-feliċilla selvaġġa u tal-prodotti derivati minn Fukushima kif ukoll tal-felċa rjali Ġappuniża u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Miyagi. Madankollu, ir-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi qabel il-prodotti jiġu esportati lejn l-Unjoni, jista’ jitneħħa fir-rigward tan-nibt l-Aralja u tal-prodotti derivati li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Fukushima, Miyagi u Gunma, tal-bambù u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Fukushima, tal-faqqiegħ u tal-prodotti derivati mill-prefettura ta’ Gunma, u tal-koxjabura u tal-prodotti derivati mill-prefetturi ta’ Shizuoka, ta’ Yamanashi u ta’ Yamagata. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet ta’ konformità fil-faqqiegħ instabu biss fil-faqqiegħ selvaġġ, fil-feliċilla, instabu biss fil-feliċilla selvaġġa u fil-kaki (Ġappuniż), instabu biss fil-kaki mnixxef (Ġappuniż). Huwa għalhekk xieraq li r-rekwiżit ta’ kampjunar u analiżi jiġi limitat biss għal forom selvaġġi jew imnixxfa ta’ dawn il-prodotti, rispettivament. |
|
(6) |
Il-kontrolli uffiċjali mwettqa mad-dħul fl-Unjoni juru li l-kundizzjonijiet speċjali previsti mid-dritt tal-Unjoni huma implimentati sew mill-awtoritajiet Ġappuniżi, u għal aktar minn disa’ snin, ma nstab l-ebda każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni waqt il-kontrolli uffiċjali tal-importazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tinżamm il-frekwenza baxxa tal-kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni tal-ikel u l-għalf soġġetti għal dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Jixraq li meta jkunu disponibbli r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi għall-preżenza ta’ radjuattività fl-ikel u fl-għalf tal-ħdax u tat-tnax-il staġun tat-tkabbir (2021 u 2022) wara l-aċċident, jiġi previst rieżami ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Billi l-emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 huma sostanzjali, huwa xieraq li għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan jiġi sostitwit. |
|
(9) |
Sabiex ikun hemm tranżizzjoni bla xkiel għall-miżuri l-ġodda, huwa xieraq li tiġi prevista miżura tranżizzjonali għall-kunsinni akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6, diment li tali dikjarazzjonijiet uffiċjali jkunu nħarġu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni fir-rigward tal-ikel, inkluż l-ikel ta’ importanza minuri, u tal-għalf skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 (11) (“il-prodotti”), li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Ġappun u li huma maħsuba għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-kategoriji ta’ kunsinni tal-prodotti li ġejjin, li l-piż gross tagħhom ma jaqbiżx 10 kg ta’ prodott frisk jew 2 kg ta’ prodott niexef:
|
(a) |
kunsinni mibgħuta bħala kampjuni kummerċjali, kampjuni tal-laboratorju jew bħala oġġetti għall-wiri fil-wirjiet, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq; |
|
(b) |
kunsinni li jiffurmaw parti mill-bagalja personali tal-passiġġieri u huma maħsuba għall-konsum jew għall-użu personali; |
|
(c) |
kunsinni mhux kummerċjali mibgħuta lil persuni fiżiċi, li mhumiex maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq; |
|
(d) |
kunsinni maħsuba għall-finijiet xjentifiċi. |
F’każ ta’ dubju dwar l-użu maħsub tal-prodotti, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq is-sid tal-bagalja personali u fuq ir-riċevitur rispettivament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “ġejjin mill-istess territorju jew pajjiż terz”, kif imsemmi fil-punt (37) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, tfisser:
|
— |
ġejjin mill-istess prefettura tal-Ġappun, għal prodotti li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi skont l-Artikolu 4; |
|
— |
ġejjin minn prefettura waħda jew aktar tal-Ġappun, li kollha jaqgħu taħt l-istess sitwazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), għall-prodotti l-oħra li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Kundizzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni
1. Il-prodotti jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.
2. Il-prodotti għandhom jikkonformaw mal-livell massimu tat-total ta’ ċesju-134 u ta’ ċesju-137 kif stabbilit fl-Anness I.
3. Kull kunsinna ta’ prodotti elenkati fl-Anness II, b’referenza għall-kodiċi relevanti min-Nomenklatura Magħquda, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, għandha tkun akkumpanjata b’ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4. Kull kunsinna għandha tkun identifikata permezz ta’ kodiċi tal-identifikazzjoni li għandu jkun indikat fuq iċ-ċertifikat uffiċjali u fuq id-Dokument Sanitarju Komuni tad-Dħul (CHED), kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/625.
4. Il-lista ta’ prodotti fl-Anness II hija bla preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12)
Artikolu 4
Ċertifikat uffiċjali
1. Kull kunsinna tal-prodotti msemmija u li taqa’ taħt il-kodiċijiet NM msemmija fl-Anness II u l-prodotti komposti li jkun fihom fi kwantità aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati fl-Anness II, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun, għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali validu oriġinali mfassal u ffirmat f’konformità mal-Artikolu 5.
2. Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1, għandu juri li l-prodotti jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Ġappun u mal-livell massimu għat-total taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137 kif stabbilit fl-Anness I.
3. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddikjara li tapplika waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-prodott ma jkunx oriġina u ma jkunx ġie mibgħut minn xi wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott; |
|
(b) |
il-prodott huwa mibgħut iżda ma joriġinax minn xi waħda mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott u li ma kienx ġie espost għal radjuattività matul it-tranżitu u l-ipproċessar tiegħu; |
|
(c) |
il-prodott joriġina f’wieħed mill-prefetturi elenkati fl-Anness II, li għalihom huwa meħtieġ il-kampjunar u l-analiżi ta’ dan il-prodott u huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi; |
|
(d) |
l-oriġini tal-prodott jew tal-ingredjenti tiegħu preżenti fi kwantità ta’ aktar minn 50 % mhijiex magħrufa u l-prodott huwa akkumpanjat minn rapport analitiku li jinkludi r-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi. |
4. Il-ħut u l-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Anness II, li jinqabdu jew jinħasdu fl-ilmijiet kostali tal-prefettura ta’ Fukushima u ta’ Gunma, għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fil-paragrafu 1 u minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi, irrispettivament minn liema parti tal-Ġappun jiġu żbarkati tali prodotti.
Artikolu 5
Tfassil u ffirmar taċ-ċertifikat uffiċjali
1. Iċ-ċertifikat uffiċjali msemmi fl-Artikolu 4 għandu jitfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III.
2. Għall-prodotti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(3), iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jkun iffirmat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża jew minn rappreżentant awtorizzat ta’ entità awtorizzata mill-awtorità kompetenti Ġappuniża taħt l-awtorità u s-sorveljanza tal-awtorità kompetenti Ġappuniża.
3. Għall-prodotti msemmija fil-punt (c) u (d) tal-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 4(4), iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jiġi ffirmat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti Ġappuniża u għandu jkun akkumpanjat minn rapport analitiku li jkun fih ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi.
4. Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jissodisfa r-rekwiżiti għaċ-ċertifikati uffiċjali stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.
5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat uffiċjali ta’ sostituzzjoni biss f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235.
6. Iċ-ċertifikat uffiċjali għandu jimtela abbażi tal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Kontrolli uffiċjali mad-dħul fl-Unjoni
1. Il-kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1) għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli uffiċjali mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
2. Il-prodotti għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 4(4) jistgħu jkunu soġġetti għal verifiki identitarji u fiżiċi fil-punti ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625, imwettqa f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 (13).
3. Minbarra l-verifiki tad-dokumenti fuq il-kunsinni kollha, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera jew il-punti ta’ kontroll għandhom iwettqu verifiki aleatorji tal-identità u verifiki fiżiċi aleatorji, inkluż analiżi fil-laboratorju dwar il-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137. Ir-riżultati analitiċi għandhom ikunu disponibbli fi żmien massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.
Artikolu 7
Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera
L-awtoritajiet doganali għandhom jippermettu biss ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera ta’ kunsinni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 4(1), fuq preżentazzjoni tas-CHED iffinalizzat b’mod xieraq kif previst fl-Artikolu 57(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625, li jikkonferma li l-kunsinna hija f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 8
Rieżami
Dan ir-Regolament għandu jiġi rieżaminat qabel it-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 jitħassar.
Artikolu 10
Dispożizzjoni tranżizzjonali
Il-kunsinni tal-għalf u l-ikel li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 li jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni uffiċjali maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6 qabel l-10 ta’ Ottubru 2021 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/6.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 297/2011. (ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 tad-29 ta’ Marzu 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 961/2011 (ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 tas-26 ta’ Ottubru 2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 (ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 322/2014 tat-28 ta’ Marzu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew li ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (ĠU L 95, 29.3.2014, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/6 tal-5 ta’ Jannar 2016 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġinaw jew li ġejjin mill-Ġappun, wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 322/2014 (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 5).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715 tat-30 ta’ Settembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni għall-kontrolli uffiċjali u l-komponenti tas-sistema tagħha (“ir-Regolament IMSOC”) (ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37).
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta’ Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika, u liż jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/990 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).
(12) Ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1).
(13) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2123 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-każijiet meta l-verifiki identitarji u l-verifiki fiżiċi fuq ċerti oġġetti jistgħu jitwettqu f’punti ta’ kontroll u l-verifiki dokumentarji jistgħu jitwettqu ’l bogħod mill-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntieri u l-kundizzjonijiet li bihom isiru dawn il-verifiki, (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 64).
ANNESS I
Livelli massimi għall-ikel (1) (Bq/kg)
|
|
Ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar |
Ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib |
Ilma minerali u xarbiet simili u te magħmul minn weraq mhux fermentat |
Ikel ieħor |
|
Total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137 |
50 |
50 |
10 |
100 |
Livelli massimi għall-għalf (2) (Bq/kg)
|
|
Għalf maħsub għall-bhejjem u għaż-żwiemel |
Għalf maħsub għall-ħnieżer |
Għalf maħsub għat-tjur |
Għalf għall-ħut (3) |
|
Total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137 |
100 |
80 |
160 |
40 |
(1) Għal prodotti mnixxfin li huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fi stat rikostitwit, il-livell massimu japplika għall-prodott rikostitwit lest għall-konsum.
Għall-faqqiegħ imnixxef, japplika fattur ta’ rikostruzzjoni ta’ 5.
Għat-te, japplika l-livell massimu għall-infużjoni magħmula minn weraq tat-te mhux fermentat. Il-livell massimu ta’ 10 Bq/kg f’te magħmul minn weraq mhux fermentat jikkorrispondi għal 500 Bq/kg fil-weraq tat-te mnixxef
(2) Il-livell massimu huwa relattiv għall-għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.
(3) Bl-eżenzjoni tal-għalf għall-ħut ornamentali.
ANNESS II
Ikel u għalf li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni jeħtieġu li jitteħdulhom il-kampjuni u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137
|
(a) |
prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:
|
|
(b) |
prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Miyagi:
|
|
(c) |
prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Gunma:
|
|
(d) |
prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, ta’ Yamagata, ta’ Iwate jew ta’ Shizuoka:
|
|
(e) |
prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Ibaraki, ta’ Nagano jew ta’ Niigata:
|
|
(f) |
prodotti komposti li fihom fi kwantità aktar minn 50 % tal-prodotti elenkati taħt il-punti (a) sa (e) ta’ dan l-Anness. |
ANNESS III
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4
|
|
IL-ĠAPPUN |
Ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ikel jew ta’ għalf |
||||||||||||||
|
|
|
|
|
|||||||||||||
|
|
F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1533 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima, ir- … …(rappreżentant awtorizzat msemmi fl-Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 JIĊĊERTIFIKA li l-kunsinna tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Ġappun fir-rigward tal-livelli massimi għat-total taċ-ċesju-134 u taċ-ċesju-137. JIĊĊERTIFIKA li l-kunsinna tikkonċerna:
Noti
|
|||||||||||||||
|
|
Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat msemmi fl- Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1533 |
|||||||||||||||
ANNESS IV
STRUZZJONIJIET GĦALL-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT UFFIĊJALI MSEMMI FL-ARTIKOLU 4
Ġenerali
Sabiex tagħżel pożittivament kwalunkwe għażla, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa rilevanti b’salib (X).
Kull meta jissemma, “ISO” jfisser il-kodiċi standard internazzjonali b’żewġ ittri għal pajjiż, f’konformità mal-istandard internazzjonali ISO 3166 alfa-2 (1).
Tista’ tintgħażel biss waħda mill-għażliet fil-kaxex I.15, I.18, I.20.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-kaxex huma obbligatorji.
Jekk il-konsenjatarju, il-post ta’ kontroll fuq il-fruntiera tad-dħul (il-BCP) jew id-dettalji tat-trasport (jiġifieri, il-mezzi u d-data) jinbidlu wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat, l-operatur responsabbli għall-kunsinna jrid javża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Bidla bħal din ma għandhiex tirriżulta f’talba għal ċertifikat ta’ sostituzzjoni.
Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali jiġi sottomess fl-IMSOC, ikun japplika dan li ġej:
|
— |
l-entrati jew il-kaxex speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika taċ-ċertifikat uffiċjali; |
|
— |
is-sekwenzi tal-kaxex fil-Parti I tal-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali u d-daqs u l-forma ta’ dawk il-kaxex huma indikattivi; |
|
— |
meta huwa meħtieġ timbru, l-ekwivalenti elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku. Tali siġill għandu jikkonforma mar-regoli għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi msemmija fil-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2017/625. |
PARTI I
Dettalji tal-kunsinna mibgħuta
|
Pajjiż: |
L-isem tal-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat. |
||||
|
Kaxxa I.1. |
Konsenjatur/Esportatur: l-isem u l-indirizz (triq, belt u reġjun, provinċja jew stat, kif xieraq) tal-persuna fiżika jew ġuridika li tibgħat il-kunsinna li trid tkun tinsab fil-pajjiż terz. |
||||
|
Kaxxa I.2. |
Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: il-kodiċi obbligatorju uniku assenjat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz f’konformità mal-klassifikazzjoni tiegħu stess. Huwa obbligatorju li din il-kaxxa timtela għaċ-ċertifikati uffiċjali kollha mhux sottomessi fl-IMSOC. |
||||
|
Kaxxa I.2.a. |
Nru ta’ referenza IMSOC: il-kodiċi ta’ referenza uniku assenjat awtomatikament mill-IMSOC, jekk iċ-ċertifikat huwa rreġistrat fl-IMSOC. Din il-kaxxa ma tridx timtela jekk iċ-ċertifikat uffiċjali ma jkunx ġie sottomess fl-IMSOC. |
||||
|
Kaxxa I.3. |
Awtorità kompetenti ċentrali: isem l-awtorità ċentrali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali. |
||||
|
Kaxxa I.4. |
Awtorità kompetenti lokali: jekk applikabbli, l-isem tal-awtorità lokali fil-pajjiż terz li qed joħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali. |
||||
|
Kaxxa I.5. |
Konsenjatarju/Importatur: isem u indirizz tal-persuna fiżika jew ġuridika li għaliha hija maħsuba l-kunsinna fl-Istat Membru. |
||||
|
Kaxxa I.6. |
Operatur responsabbli għall-kunsinna: L-isem u l-indirizz tal-persuna fl-Unjoni responsabbli mill-kunsinna meta tiġi ppreżentata lill-BCP u li tippreżenta ċ-ċertifikati meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti bħala l-importatur jew f’isem l-importatur. Din il-kaxxa hija fakultattiva. |
||||
|
Kaxxa I.7. |
Pajjiż tal-oriġini: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż minn fejn qed joriġinaw l-oġġetti, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti. |
||||
|
Kaxxa I.8. |
Prefettura minn fejn qed joriġinaw, jitkabbru, jinħasdu jew jiġu prodotti l-oġġetti |
||||
|
Kaxxa I.9. |
Pajjiż destinatarju: l-isem u l-kodiċi ISO tal-pajjiż tad-destinazzjoni tal-Unjoni Ewropea tal-prodotti. |
||||
|
Kaxxa I.11. |
Post tad-dispaċċ: l-isem u l-indirizz tal-azjendi jew l-istabbilimenti minn fejn jiġu l-prodotti. Kwalunkwe unità ta’ kumpanija fis-settur tal-ikel. Għandu jissemma biss l-istabbiliment li jibgħat il-prodotti. Fil-każ ta’ kummerċ li jinvolvi aktar minn pajjiż terz wieħed (moviment trijangulari), il-post tad-dispaċċ huwa l-aħħar stabbiliment fil-pajjiż terz tal-katina ta’ esportazzjoni, li minnha l-kunsinna finali tiġi ttrasportata lejn l-Unjoni. |
||||
|
Kaxxa I.12. |
Post ta’ destinazzjoni: din l-informazzjoni hija fakultattiva. Għat-tqegħid fis-suq: il-post fejn jintbagħtu l-prodotti sabiex jinħattu definittivament. Agħti l-isem, l-indirizz u n-numru tal-approvazzjoni tal-azjendi jew tal-istabbilimenti fil-post tad-destinazzjoni, jekk applikabbli. |
||||
|
Kaxxa I.14. |
Data u ħin tat-tluq: id-data meta jitilqu l-mezzi tat-trasport (ajruplan, bastiment, ferrovija jew vettura tat-triq). |
||||
|
Kaxxa I.15. |
Mezzi tat-trasport: il-mezz ta’ trasport li jitlaq mill-pajjiż tad-dispaċċ. Mod tat-trasport: ajruplan, bastiment, ferrovija, vettura tat-triq jew mezz ieħor. “Oħrajn” tfisser mezzi tat-trasport mhux koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (2). L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għall-ajruplani, in-numru tat-titjira, għall-bastimenti, isem il-vapur(i), għall-ferroviji, in-numru tal-identità tal-ferrovija u n-numru tal-vagun, għat-trasport bit-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni (mal-pjanċa tat-trejler, jekk applikabbli). Fil-każ ta’ lanċa, iridu jingħataw ukoll l-identifikazzjoni tal-vettura tat-triq, il-pjanċa tar-reġistrazzjoni (bil-pjanċa tan-numru tat-trejler jekk applikabbli) u l-isem tal-lanċa skedata. |
||||
|
Kaxxa I.16. |
BCP tad-dħul: iddikjara l-isem tal-BCP u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tiegħu assenjat mill-IMSOC. |
||||
|
Kaxxa I.17. |
Dokumenti ta’ akkumpanjament:
|
||||
|
Kaxxa I.18. |
Kundizzjonijiet ta’ trasport: kategorija tat-temperatura meħtieġa matul it-trasport ta’ prodotti (ambjentali, imkessħa, iffriżata). Tista’ tintgħażel kategorija waħda biss. |
||||
|
Kaxxa I.19. |
Nru tal-Kontejner/Nru tas-Siġill: jekk applikabbli, in-numri korrispondenti. In-numru tal-kontejner irid ikun ipprovdut jekk l-oġġetti jkunu trasportati f’kontejners magħluqa. In-numru uffiċjali tas-siġill biss irid jiġi ddikjarat. Siġill uffiċjali japplika jekk siġill jitwaħħal fuq il-kontejner, it-trakk jew il-vagun tal-ferrovija taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat uffiċjali. |
||||
|
Kaxxa I.20. |
Oġġetti ddikjarati bħala: iddikjara l-użu maħsub għall-prodotti, kif speċifikat fiċ-ċertifikat uffiċjali rilevanti tal-Unjoni. Konsum mill-bniedem: jikkonċerna biss prodotti maħsubin għall-konsum mill-bniedem. |
||||
|
Kaxxa I.22. |
Għas-suq intern: għall-kunsinni kollha destinati li jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni. |
||||
|
Kaxxa I.23. |
Numru totali ta’ pakketti: in-numru ta’ pakketti. Fil-każ ta’ kunsinni sfużi, din il-kaxxa hija fakultattiva. |
||||
|
Kaxxa I.24. |
Kwantità:
|
||||
|
Kaxxa I.25. |
Deskrizzjoni tal-oġġetti: iddikjara l-kodiċi tas-Sistema Armonizzata rilevanti (kodiċi SA) u t-titlu definit mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). Din id-deskrizzjoni doganali għandha tiġi ssupplimentata, jekk meħtieġ, minn informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu kklassifikati l-prodotti. Indika l-ispeċi, it-tipi ta’ prodotti, in-numru ta’ pakketti, it-tip ta’ imballaġġ, in-numru tal-lott, il-piż nett, u l-konsumatur finali (jiġifieri l-prodotti huma ppakkjati għall-konsumatur finali). Speċi: l-isem xjentifiku, jew kif definit f’konformità mad-dritt tal-Unjoni. Tip ta’ imballaġġ: indika t-tip ta’ imballaġġ |
PARTI II
Ċertifikazzjoni uffiċjali
Din il-parti trid timtela minn rappreżentant awtorizzat imsemmi fl-Artikolu 5(2) jew (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE)2021/1533
|
Kaxxa II. |
Ċertifikat uffiċjali: Jekk jogħġbok imla din il-parti f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi tal-Unjoni relatati man-natura tal-prodotti. Jekk iċ-ċertifikat uffiċjali ma jiġix preżentat fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu, jiġu inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal awtorizzat li jiċċertifika, jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat uffiċjali. Jekk iċ-ċertifikat jiġi preżentat fl-IMSOC, id-dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jridu jinqatgħu jew jitneħħew kompletament miċ-ċertifikat uffiċjali. |
|
Kaxxa II.a. |
Nru ta’ referenza taċ-ċertifikat: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2. |
|
Kaxxa II.b. |
Nru ta’ referenza IMSOC: l-istess kodiċi ta’ referenza bħal fil-kaxxa I.2.a. Obbligatorju biss għaċ-ċertifikati uffiċjali maħruġa fl-IMSOC. |
|
Rappreżentant awtorizzat |
: |
Uffiċjal tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz awtorizzat biex jiffirma ċertifikati uffiċjali minn tali awtoritajiet. Indika l-isem b’ittri kbar, il-kwalifika u t-titlu, meta applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni u t-timbru oriġinali tal-awtorità kompetenti u d-data tal-firma. |
(1) Lista ta’ ismijiet ta’ pajjiżi u elementi tal-kodiċi: http://www.iso.org/iso/country_codes/iso-3166-1_decoding_table.htm.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).