30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/455

tas-26 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u f’ilmijiet oħra, u r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 (1) jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku. Dan jistabbilixxi perijodi ta’ għeluq fiż-żmien riproduttiv għaż-żewġ stokkijiet ta’ bakkaljaw tal-Baltiku. L-iżgurar ta’ serje kronoloġika mhux interrotta ta’ data komparabbli dwar l-istokkijiet tal-ħut huwa element essenzjali għall-valutazzjoni xjentifika ta’ dawk l-istokkijiet. Għalhekk huwa xieraq li, matul il-perijodi tal-għeluq rispettiv, jitħallew isiru operazzjonijiet tas-sajd imwettqa esklużivament għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi u f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1838 jiġi emendat skont dan.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (3) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Għandu jiġi ċċarat li r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10(6) ta' dak ir-Regolament japplikaw għas-sajd rikreattiv inkluż minn max-xatt.

(3)

Fil-laqgħa annwali tagħhom f’Lulju 2019, il-Partijiet għall-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) iddeċidew dwar miżuri tas-sajd tal-qiegħ u dwar limitazzjoni tal-isforz tas-sajd fiż-żona tas-SIOFA. Dawk il-miżuri ġew implimentati fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament (UE) 2020/123. F'dik il-laqgħa f’Lulju 2019, il-Partijiet għas-SIOFA qablu wkoll dwar ħames żoni protetti proviżorji li fihom japplikaw regoli speċifiċi għall-bastimenti tas-sajd sabiex jiġu protetti l-ekosistemi bentiċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jsir aktar tibdil għal dak ir-Regolament biex jiġi żgurat li r-regoli ta’ implimentazzjoni jirriflettu sew id-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Partijiet għas-SIOFA.

(4)

Jenħtieġ li l-limiti tal-qbid għaċ-ċiċċirell fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fis-subżona 4 tal-ICES jiġu emendati f’konformità mal-aħħar pariri xjentifiċi mill-ICES, maħruġa fis-27 ta’ Frar 2019 u fis-27 ta’ Frar 2020.

(5)

Fil-laqgħa annwali tagħha f’Novembru 2019, il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) iddeċidiet dwar obbligi ġodda ta’ rappurtar għat-tonn tropikali. L-Istati Membri huma meħtieġa li jibagħtu data dwar il-qabdiet ta’ kull xahar għall-bastimenti l-kbar tas-sajd bil-konzijiet (tul totali ta’ 20 metru jew aktar) u għal bastimenti tas-sajd bit-tartarun li jistadu għat-tonn obeż (Thunnus obesus) u għat-tonna safra (Thunnus albacares) fl-Oċean Atlantiku. Meta l-qabdiet tat-tonn obeż jilħqu t-80 % tal-kwota, l-Istati Membri huma mitluba jibgħatu data dwar il-qabdiet għal dawk il-bastimenti kull ġimgħa.

(6)

Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni billi jiġu emendati kif xieraq it-tabelli tal-qabdiet totali permissibbli (TAC) għat-tonn obeż u għat-tonna safra fl-Oċean Atlantiku stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/123.

(7)

Il-limiti tal-isforzi tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT huma bbażati fuq informazzjoni pprovduta fil-kapaċità tas-sajd u fil-pjanijiet tat-trobbija għat-tonn (Thunnus thynnus) ikkomunikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk il-limiti tal-isforzi tas-sajd huma rrappurtati permezz tal-pjan tal-Unjoni approvat mill-ICCAT matul il-Laqgħa intersessjonali tal-Bord 2 li saret fil-5 u s-6 ta' Marzu 2020. Jenħtieġ li dawn jiġu stabbiliti bħala parti mill-opportunitajiet tas-sajd.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat kif meħtieġ.

(9)

Il-limiti tal-qbid previsti fir--Regolamenti (UE) 2019/1838 u (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-qbid introdotti minn dan ir-Regolament emendatorju japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti.

(10)

Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2019/1838

L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/1838 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123

Ir-Regolament (UE) Nru 2020/123 jiġi emendat kif ġej:

(a)

fl-Artikolu 10 il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   Fis-sajd rikreattiv, inkluż mix-xatt, fid-diviżjonijiet 8a u 8b tal-ICES, kull sajjied jista’ jaqbad u jżomm massimu ta’ żewġ eżemplari ta’ spnotta Ewropea kuljum. Id-daqs minimu tal-ispnott Ewropew miżmum għandu jkun ta’ 42 cm. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal xbieki fissi, li ma jistgħux jintużaw biex jinqabad jew jinżamm l-ispnott Ewropew.";

b)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 28a

Raj tal-qrun

1.   Għandu jkun ipprojbit li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistadu, iżommu abbord, jittrażbordaw, iħottu l-art, jaħżnu, joffru għall-bejgħ jew ibiegħu, kwalunkwe parti jew karkassa sħiħa tar-raj tal-qrun (il-familja Mobulidae li tinkludi l-ġeneri Manta u Mobula), ħlief għal bastimenti tas-sajd li jwettqu sajd għall-għajxien (fejn il-ħut maqbud jiġi kkunsmat direttament mill-familji tas-sajjieda).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-raj tal-qrun li jinqabad b’mod mhux intenzjonat permezz tas-s-sajd artiġjanali (sajd għajr dak bil-konzijiet jew sajd tal-wiċċ, jiġifieri tartaruni tal-borża, qasab u xlief, sajd bl-għeżula, bastimenti tax-xlief u tas-sajd bir-rixa, u li huma rreġistrati fir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati tal-IOTC) jista' jinħatt l-art għal skopijiet ta’ konsum lokali biss.

2.   Il-bastimenti tas-sajd kollha, minbarra dawk li jwettqu sajd għall-għajxien, għandhom minnufih jirrilaxxaw ħaj u mingħajr ma ssirlu ħsara, sa fejn ikun prattikabbli, ir-raj tal-qrun hekk kif jidher fix-xibka, fuq is-sunnara, jew fuq il-gverta, u għandhom jagħmlu dan b’mod li jirriżulta fl-inqas ħsara possibbli lill-individwi maqbuda."

(c)

l-Artikolu 30 jitħassar;

(d)

"L-Annessi IA, ID, IK u VI huma emendati f’konformità mal-Anness II ta' dan ir-Regolament."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

A.METELKO-ZGOMBIĆ


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).


ANNESS I

L-Anness tar-Regolament (UE) 2019/1838 huwa emendat kif ġej:

1.

In-nota 2 f’qiegħ il-paġna tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 25-32 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

"(2)

Fis-subdiviżjonijiet 25 u 26, għandu jiġi pprojbit is-sajd ta’ din il-kwota mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, jistgħu jitwettqu operazzjonijiet tas-sajd li jsiru esklużivament għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, bil-kondizzjoni li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, dak il-perijodu tal-għeluq ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil tal-qiegħ jew bil-pariti, inkella bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet (għajr il-konzijiet tal-wiċċ), bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew bi rkaptu passiv ieħor f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.";

2.

In-nota 2 f’qiegħ il-paġna tat-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-bakkaljaw fis-subdiviżjonijiet 22-24 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

"(2)

Għandu jkun ipprojbit li jsir sajd għal din il-kwota fis-subdiviżjonijiet 22 u 23 mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Marzu u fis-subdiviżjoni 24 mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, jistgħu jitwettqu operazzjonijiet tas-sajd li jsiru esklużivament għall-fini ta’ investigazzjonijiet xjentifiċi, bil-kondizzjoni li dawk l-investigazzjonijiet jitwettqu f’konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2019/1241.

B’deroga mill-ewwel paragrafu, dak il-perijodu tal-għeluq ma għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ anqas minn 12-il metru li jistadu bl-għeżula, bl-għeżula tat-tħabbil tal-qiegħ jew bil-pariti, inkella bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet (għajr il-konzijiet tal-wiċċ), bix-xlief u bl-irkaptu tat-trejjix jew bi rkaptu passiv ieħor f’żoni fejn il-fond tal-ilma jkun inqas minn 20 metru skont il-koordinati fil-mappa nawtika uffiċjali li tinħareġ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-kaptani ta’ dawk il-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li l-attività tas-sajd tagħhom tkun tista’ tiġi mmonitorjata f’kull ħin mill-awtoritajiet tal-kontroll tal-Istat Membru.".


ANNESS II

L-Annessi IA, ID, IK u VI tar-Regolament (UE) 2020/123 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness IA, it-tabella għaċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES hija sostitwita b’din li ġejja:

''Speċi:

Ċiċċirell u qabdiet inċidentali marbutin miegħu

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 (1)

Danimarka

215 863

 (2)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Renju Unit

4 719

 (2)

Ġermanja

329

 (2)

Żvezja

7 926

 (2)

L-Unjoni

228 837

 

 

 

 

TAC

228 837

 

Kondizzjoni speċjali: fil-limiti tal-kwoti msemmijin hawn fuq, fiż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefiniti fl-Anness III, ma jistgħux jinqabdu iktar mill-kwantitajiet indikati hawn taħt:

Żona: L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell

 

1r

2r

3r

4

5r

6

7r

(SAN/234_1R)

(SAN/234_2R)

(SAN/234_3R)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5R)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7R)

Danimarka

107 525

59 106

11 702

37 365

0

165

0

Renju Unit

2 350

1 292

256

817

0

4

0

Ġermanja

164

90

18

57

0

0

0

Żvezja

3 948

2 170

430

1 372

0

6

0

L-Unjoni

113 987

62 658

12 406

39 611

0

175

0

Total

113 987

62 658

12 406

39 611

0

175

0''.

2.

L-Anness ID huwa emendat kif ġej:

(a)

it-tabella li tikkonċerna t-tonn obeż fl-Oċean Atlantiku hija sostitwita b’dan li ġej:

"Speċi:

Tonn obeż

Thunnus obesus

Żona:

Oċean Atlantiku

(BET/ATLANT)

Spanja

8 055,73

 (3)  (4)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Franza

4 428,60

 (3)  (4)

Portugall

3 058,33

 (3)  (4)

L-Unjoni

15 542,66

 (3)  (4)

 

 

 

TAC

62 500

 (3)  (4)

(b)

it-tabella li tikkonċerna t-tonna safra fl-Oċean Atlantiku hija sostitwita b’dan li ġej:

''Speċi:

Tonna safra

Thunnus albacares

Żona:

Oċean Atlantiku

(YFT/ATLANT)

TAC

110 000

 (5)

TAC analitika

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96

3.

Fl-Anness IK tiżdied il-parti li ġejja:

"Żoni Protetti Proviżorji

Atlantis Bank

Punt

Latitudni (S)

Lonġitudni (E)

1

32° 00'

57° 00'

2

32° 50'

57° 00'

3

32° 50'

58° 00'

4

32° 00'

58° 00'

Coral

Punt

Latitudni (S)

Lonġitudni (E)

1

41° 00'

42° 00'

2

41° 40'

42° 00'

3

41° 40'

44° 00'

4

41° 00'

44° 00'

Fools Flat

Punt

Latitudni (S)

Lonġitudni (E)

1

31° 30'

94° 40'

2

31° 40'

94° 40'

3

31° 40'

95° 00'

4

31° 30'

95° 00'

Middle of What

Punt

Latitudni (S)

Lonġitudni (E)

1

37° 54'

50° 23'

2

37° 56.5'

50° 23'

3

37° 56.5'

50° 27'

4

37° 54'

50° 27'

Walter’s Shoal

Punt

Latitudni (S)

Lonġitudni (E)

1

33° 00'

43° 10'

2

33° 20'

43° 10'

3

33° 20'

44° 10'

4

33° 00'

44° 10'

4.

L-Anness VI huwa sostitwit b'dan li ġej:

"ANNESS VI

IŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT(1)

1.

L-għadd massimu ta’ dgħajjes tal-Unjoni tas-sajd bil-lixka u tas-sajd bir-rixa li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm fil-Lvant tal-Atlantiku

Spanja

60

Franza

55

L-Unjoni

115

1

In-numri fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jitnaqqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

2.

L-għadd massimu ta’ bastimenti tal-Unjoni, tas-sajd artiġjanali kostali, li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm fil-Mediterran

Spanja

364

Franza

140 (7)

Italja

30

Ċipru

20 (6)

Malta

54 (6)

Portugall

76 (7)

L-Unjoni

684

3.

L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li huma awtorizzati jistadu attivament għat-tonn ta’ bejn it-8 kg/75 cm u t-30 kg/115-il cm fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta’ trobbija tal-ħut

Kroazja

18

Italja

12

L-Unjoni

28

4.

L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għat-tonn, iżommuh abbord, jittrasbordawh, jittrasportawh jew iħottuh l-art fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

Tabella A

 

Għadd ta’ bastimenti tas-sajd (8)

 

Ċipru (9)

Greċja (10)

Kroazja

Italja

Franza

Spanja

Malta (11)

Portugall

Bastimenti tas-sajd bit-tartarun

1

0

18

21

22

6

2

0

Bastimenti tas-sajd bil-konzijiet

27 (12)

0

0

40

23

48

62

0

Dgħajjes tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

8

68

0

76 (13)

Xolfa tal-idejn

0

0

12

0

47 (14)

1

0

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

0

Skala żgħira

0

32

0

0

140

620

52

0

Bastimenti artiġjanali oħrajn (15)

0

61

0

0

0

0

0

0

5.

L-għadd massimu ta’ nases involuti fis-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran awtorizzat minn kull Stat Membru

Stat Membru

Għadd ta’ nases (16)

Spanja

5

Italja

6

Portugall

2

6.

Il-kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-farms tiegħu fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tat-trobbija u tat-tismin tat-tonn

 

Għadd ta’ farms

Kapaċità (f’tunnellati)

Spanja

10

11 852

Italja

13

12 600

Greċja

2

2 100

Ċipru

3

3 000

Kroazja

7

7 880

Malta

6

12 300

Tabella B (17)

Ammont massimu ta’ tonn maqbud fis-selvaġġ (f’tunnellati)

Spanja

6 300

Italja

3 764

Greċja

785

Ċipru

2 195

Kroazja

2 947

Malta

8 786

Portugall

350

7.

Id-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit tal-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera jew ta’ Stat Membru inkella tar-Renju Unit li huwa awtorizzat jistad għall-alonga tat-Tramuntana bħala speċi fil-mira f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/2007 għandha tkun kif ġej:

Stati Membri u r-Renju Unit

Għadd massimu ta’ bastimenti

Irlanda

50

Spanja

730

Franza

151

Renju Unit

12

Portugall

310

8.

L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul ta’ mill-inqas 20 metru li jistadu għat-tonn obeż fiż-Żona ta’ Konvenzjoni tal-ICCAT għandu jkun dan li ġej:

Stat Membru

L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartarun

L-għadd massimu ta’ bastimenti bil-konzijiet

Spanja

23

190

Franza

11

--

Portugall

--

79

L-Unjoni

34

269

".

(1)  Għajr l-ilmijiet sa sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Sa 2 % tal-kwota tista' tkun qabdiet inċidentali tal-merlangu u tal-kavalli (OT1/*2A3A4). Il-qabdiet inċidentali tal-merlangu u tal-kavalli magħduda mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet magħduda mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, flimkien, ma għandhomx jaqbżu 9 % tal-kwota.

(3)  Il-qabdiet tat-tonn obeż minn bastimenti tas-sajd bit-tartarun (BET/*ATLPS) u bastimenti tas-sajd bil-konzijiet b’tul totali ta’ 20 metru u aktar (BET/*ATLLL) għandhom jiġu rrappurtati b’mod separat.

(4)  Minn Ġunju 2020 ’il quddiem, meta l-qabdiet jilħqu 80 % tal-kwota, l-Istati Membri huma meħtieġa jibagħtu l-qabdiet għal dawn il-bastimenti kull ġimgħa.";

(5)  Il-qabdiet tat-tonna safra minn bastimenti tas-sajd bit-tartarun (YFT/*ATLPS) u bastimenti tas-sajd bil-konzijiet b’tul totali ta’ 20 metru u aktar (YFT/*ATLLL) għandhom jiġu rrappurtati b’mod separat.''.

(6)  Dan l-għadd jista’ jiżdied jekk bastiment tas-sajd bit-tartarun jiġi sostitwit minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet f’konformità man-nota 2 jew 4 ta’ qiegħ il-paġna tat-tabella A fis-sezzjoni 4.

(7)  Ikkomunikat fil-pjan tal-kapaċità nazzjonali bħala parti mill-kwota settorjali.

(8)  In-numri f’din it-Tabella jistgħu jiżdiedu iżjed, sakemm ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(9)  Bastiment tas-sajd wieħed bit-tartarun ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit b’mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet jew b’bastiment tas-sajd wieħed żgħir bit-tartarun u mhux aktar minn tliet bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.

(10)  Bastiment tas-sajd wieħed bit-tartarun ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet jew minn bastiment tas-sajd wieħed żgħir bit-tartarun u tliet bastimenti oħra tas-sajd artiġjanali.

(11)  Bastiment tas-sajd wieħed bit-tartarun ta’ daqs medju jista’ jiġi sostitwit minn mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konzijiet.

(12)  Bastimenti polivalenti li jużaw tagħmir b’iktar minn irkaptu wieħed.

(13)  Dgħajjes tas-sajd bil-lixka tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Azores u Madeira.

(14)  Dgħajjes tas-sajd bil-lixka li joperaw fl-Oċean Atlantiku.

(15)  Bastimenti polivalenti li jużaw tagħmir b’iżjed minn irkaptu wieħed (konz, xlief, xlief bir-rixa).

(16)  Dan l-għadd jista’ jiżdied aktar, dment li jkun konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(17)  Il-kapaċità tat-trobbija ta’ 500 tunnellata għall-Portugall hija koperta mill-kapaċità mhux użata tal-Unjoni mniżżla fit-tabella A.