|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1678 |
14.6.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1678
tat-30 ta' Mejju 2024
li taħtar żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fl-10 ta' Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Josef Frey u għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Heike SCHARFENBERGER saru vakanti żewġ siġġijiet ta' membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Ġermaniż ippropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025: is-Sur Niklas NÜSSLE, Mitglied des Landtages von Baden-Württemberg (Membru tal-Parlament tal-Istat ta' Baden-Württemberg), u s-Sur Gregory SCHOLZ, Mitglied des Landtages von Rheinland-Pfalz (Membru tal-Parlament tal-Istat ta' Rhineland-Palatinate), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta' korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali huma b'dan maħtura bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025:
|
— |
is-Sur Niklas NÜSSLE, Mitglied des Landtages von Baden-Württemberg (Membru tal-Parlament tal-Istat ta' Baden-Württemberg), |
|
— |
is-Sur Gregory SCHOLZ, Mitglied des Landtages von Rheinland-Pfalz (Membru tal-Parlament tal-Istat ta' Rhineland-Palatinate). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
T. VAN DER STRAETEN
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta' Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2020 sal-25 ta' Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1678/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)