|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3701 |
8.7.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11894 — ACHMEA / ELG HOLDING / AP&L / LIFETRI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3701)
1.
Fis-26 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Achmea B.V. (“Achmea”) (in-Netherlands), finalment ikkontrollata minn Vereniging Achmea, |
|
— |
ELG Holding Limited (“ELG Holding”) (il-Gżejjer Cayman), sussidjarja ta’ fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati ta’ Sixth Street Partners, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika) (flimkien, “Sixth Street”). |
Achmea u ELG Holding se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tas-sussidjarja li hi kollha hemm hi ta’ Achmea, Achmea Pensioen- en Levensverzekeringen N.V (“AP&L”) u s-sussidjarja li hi kollha kemm hi ta’ ELG Holding, Lifetri Groep B.V. (“Lifetri”), it-tnejn li huma stabbiliti n-Netherlands.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Achmea hija kumpanija Netherlandiża li topera fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Hija toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti assigurattivi, bankarji u ipotekarji u servizzi relatati. AP&L tinkludi n-negozju tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni tal-ħajja ta’ Achmea fin-Netherlands. AP&L għandha offerta attiva ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja b’terminu u annwalitajiet varjabbli, kif ukoll portafoll ta’ kotba magħluqa ta’ prodotti tal-pensjoni kollettivi u prodotti individwali tal-assigurazzjoni tal-ħajja, |
|
— |
ELG Holding hija sussidjarja ta’ fondi ta’ investiment ġestiti minn affiljati ta’ Sixth Street. Sixth Street hija ditta ta’ investiment globali. Lifetri hija kumpanija tal-assigurazzjoni Netherlandiża li tiffoka fuq is-servizzjar ta’ kotba magħluqa ta’ prodotti tal-pensjoni kollettivi b’benefiċċji definiti u prodotti individwali tal-assigurazzjoni tal-ħajja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11894 — ACHMEA / ELG HOLDING / AP&L / LIFETRI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3701/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)