Official Journal L 057 , 15/03/1995 P. 0077 - 0077
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 1995 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Jemen (95/67/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 113 u 130 Y flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-Artikolu 228(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Billi, skond l-Artikolu 130 tat-Trattat, il-politika tal-Komunità fil-kamp ta' l-iżvilupp tal-Kooperazzjoni għandha tinkoraġġixxi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-integrazzjoni tagħhom bla diffikultajiet u gradwali fl-ekonomija dinjija u l-kampanja kontra l-faqar f'dawk il-pajjiżi; Billi, bħala riżultat ta' l-unifikazzjoni tar-Repubblika Għarbija tal-Jemen u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Jemen biex tinħoloq ir-Repubblika tal-Jemen, huwa meħtieġ li jkun modifikat il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Jemen [3]; Billi, tmexxew negozjati għal dan l-iskop mar-Repubblika tal-Jemen u rriżultaw fi Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li l-Komunità huwa fl-interess tagħha li tapprova, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Għarbija tal-Jemen huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea. It-test tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jinnomina l-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jirreferi għalih l-Artikolu 1 sabiex jorbtu lill-Komunità. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Marzu 1995. Għall-Kunsill Il-President A. Juppé [1] ĠU C 310. tas-16.11.1993. p. 19. [2] ĠU C 128. tad-9.5.1994. p. 525. [3] ĠU L 26. tal-31.1.1985. p. 2. --------------------------------------------------