|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4840 |
14.9.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12604 – PARTNERS GROUP / AVK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4840)
1.
Fit-2 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Partners Group AG (l-Iżvizzera), ikkontrollata minn Partners Group Holding AG (l-Iżvizzera), |
|
— |
AVK Power Solutions Limited (ir-Renju Unit). |
Partners Group AG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. il-kontroll ta’ AVK Power Solutions Limited kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fis-17 ta’ Awwissu 2026, iżda n-notifika ġiet sussegwentement irtirata fit-18 ta’ Awwissu 2026.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Partners Group AG – il-ġestjoni tal-investiment fl-ekwità privata, fl-infrastruttura privata, fid-dejn, fir-royalties u fil-proprjetà immobbli, |
|
— |
AVK Power Solutions Limited – il-provvista, l-installazzjoni, l-ikkummissjonar u l-manutenzjoni tal-ġeneraturi u tagħmir anċillari ieħor relatat mal-enerġija elettrika għaċ-ċentri tad-data. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12604 — PARTNERS GROUP / AVK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4840/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)