|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1588 |
21.12.2023 |
Statuti tal-INFRAFRONTIER ERIC (Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC))
(C/2023/1588)
Съдържание
|
KAPITOLU 1 - |
ELEMENTI ESSENZJALI | 3 |
|
ARTIKOLU 1 |
IL-FORMA ĠURIDIKA U l-ISEM | 3 |
|
ARTIKOLU 2 |
SEDE STATUTORJA U POST | 3 |
|
ARTIKOLU 3 |
KOMPITI U ATTIVITAJIET | 3 |
|
ARTIKOLU 4 |
DURATA U L-PROĊEDURA TAL-ISTRALĊ | 4 |
|
ARTIKOLU 5 |
REĠIM TA’ RESPONSABBILTÀ U ASSIGURAZZJONI | 4 |
|
ARTIKOLU 6 |
POLITIKA TA’ AĊĊESS GĦALL-UTENTI | 5 |
|
ARTIKOLU 7 |
POLITIKA DWAR l-EVALWAZZJONI XJENTIFIKA | 5 |
|
ARTIKOLU 8 |
POLITIKA DWAR IT-TIXRID | 5 |
|
ARTIKOLU 9 |
POLITIKA DWAR ID-DRITTIJIET TA’ PROPRJETÀ INTELLETTWALI | 5 |
|
ARTIKOLU 10 |
POLITIKA TAL-IMPJIEGI | 6 |
|
ARTIKOLU 11 |
POLITIKA TAL-AKKWIST | 6 |
|
KAPITOLU 2 – |
SĦUBIJA, OSSERVATURI, NODI NAZZJONALI U SĦAB STRATEĠIĊI | 6 |
|
ARTIKOLU 12 |
SĦUBIJA, ENTITÀ RAPPREŻENTANTI U L-OSSERVATURI | 6 |
|
ARTIKOLU 13 |
ADEŻJONI TA’ MEMBRI U TA’ OSSERVATURI | 6 |
|
ARTIKOLU 14 |
L-IRTIRAR TA’ MEMBRU JEW TA’ OSSERVATUR/IT-TERMINAZZJONI TA’ SĦUBIJA JEW TA’ STATUS TA’ OSSERVATUR | 7 |
|
ARTIKOLU 15 |
ID-DRITTIJIET U L-OBBLIGI TAL-MEMBRI | 8 |
|
ARTIKOLU 16 |
ID-DRITTIJIET U L-OBBLIGI TAL-OSSERVATURI | 9 |
|
ARTIKOLU 17 |
NODI NAZZJONALI | 9 |
|
ARTIKOLU 18 |
PARTIJIET TERZI, SĦAB STRATEĠIĊI | 10 |
|
KAPITOLU 3 – |
KORPI, GOVERNANZA U EŻEKUZZJONI TAL-ATTIVITAJIET | 10 |
|
ARTIKOLU 19 |
KORPI | 10 |
|
ARTIKOLU 20 |
ASSEMBLEA TAL-MEMBRI | 10 |
|
ARTIKOLU 21 |
DIRETTURI MANIĠERJALI | 12 |
|
ARTIKOLU 22 |
BORD TAN-NODI NAZZJONALI | 13 |
|
ARTIKOLU 23 |
Il-KUMITATI KONSULTATTIVI XJENTIFIĊI U ETIĊI | 13 |
|
ARTIKOLU 24 |
RAPPURTAR LILL-KUMMISSJONI | 13 |
|
KAPITOLU 4 – |
FINANZJAMENT | 13 |
|
ARTIKOLU 25 |
IR-RIŻORSI, Il-PRINĊIPJI BAĠITARJI, Il-BAĠIT U L-KONTIJIET | 13 |
|
KAPITOLU 5 – |
TAXXA | 14 |
|
ARTIKOLU 26 |
EŻENZJONI MIT-TAXXA U MID-DAZJU TAS-SISA | 14 |
|
KAPITOLU 6 – |
POLITIKI OĦRA | 15 |
|
ARTIKOLU 27 |
POLITIKA DWAR ID-DATA | 15 |
|
KAPITOLU 7 – |
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI | 15 |
|
ARTIKOLU 28 |
LIĠI APPLIKABBLI | 15 |
|
ARTIKOLU 29 |
TILWIM | 15 |
|
ARTIKOLU 30 |
AĠĠORNAMENTI U DISPONIBBILTÀ TAL-ISTATUTI | 16 |
|
ARTIKOLU 31 |
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR l-ISTABBILIMENT | 16 |
|
ARTIKOLU 32 |
MIXXELLANJI | 16 |
ANNESSI:
|
ANNESS 1: |
LISTA TAL-MEMBRI, TAL-OSSERVATURI U TAL-ENTITAJIET RAPPREŻENTANTI | 17 |
|
ANNESS 2: |
ANNESS FINANZJARJU | 18 |
Statuti
KAPITOLU 1
Elementi Essenzjali
Artikolu 1
Il-forma ġuridika u l-isem
Għandu jiġi stabbilit Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka. Dan il-Konsorzju għandu jkollu l-forma ġuridika ta’ Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) inkorporat skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1261/2013 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament ERIC”) u għandu jissemma’ “INFRAFRONTIER ERIC”.
Artikolu 2
Sede statutorja u post
Is-sede statutorja tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tkun fi Munich, il-Ġermanja; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Istat Membru Ospitanti”.
Artikolu 3
Kompiti u attivitajiet
(1) Il-kompitu prinċipali tal-INFRAFRONTIER ERIC għandu jkun li jistabbilixxi u jopera infrastruttura ta’ riċerka distribwita, imsejħa “Infrastruttura ta’ Riċerka INFRAFRONTIER”, minn hawn ’il quddiem imsejħa “INFRAFRONTIER RI”. INFRAFRONTIER RI għandha tkun l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka għall-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar u d-distribuzzjoni ta’ sistemi ta’ mudelli in vivo/in vitro u data relatata. INFRAFRONTIER ERIC għandu jikkoordina l-operat tal-INFRAFRONTIER RI distribwita.
(2) INFRAFRONTIER ERIC għandu jikkoordina l-aċċess għas-servizzi u r-riżorsi għar-riċerka tal-funzjoni tal-ġeni fis-saħħa u fil-mard, bl-użu ta’ sistemi ta’ mudelli in vivo/in vitro u data relatata. INFRAFRONTIER ERIC għandu jippromwovi r-riċerka, it-taħriġ u l-applikazzjoni fl-oqsma kollha tal-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar u d-distribuzzjoni tal-mudelli tal-mard.
(3) Għal dan il-għan, l-INFRAFRONTIER ERIC għandu:
|
(a) |
Jikkoordina l-aċċess għar-riżorsi u s-servizzi pprovduti mill-Membri u mill-Osservaturi tal-INFRAFRONTIER ERIC jew minn xi Nodi Nazzjonali li jkunu daħlu fi ftehim legalment vinkolanti mal-INFRAFRONTIER ERIC biex jikkontribwixxu għar-riżorsi u s-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI; |
|
(b) |
Jistabbilixxi u juża proċeduri ta’ aċċess għar-riżorsi u s-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI li huma f’konformità mal-istandards Ewropej rispettivi; |
|
(c) |
Jistabbilixxi u jadotta standards ta’ kwalità u proċeduri operazzjonali standard għall-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar, id-distribuzzjoni u l-ġestjoni tad-data tas-sistemi tal-mudelli in vivo/in vitro u tad-data relatata; |
|
(d) |
Jippromwovi u jikkoordina l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda għall-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar, id-distribuzzjoni u l-ġestjoni tad-data ta’ sistemi tal-mudelli in vivo/in vitro u data relatata biex jittejjeb il-valur xjentifiku tar-riżorsi u s-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI; |
|
(e) |
Iservi bħala punt ta’ kuntatt għall-partijiet ikkonċernati nazzjonali u internazzjonali tal-INFRAFRONTIER RI; |
|
(f) |
Jippromwovi u jippubblika r-riżorsi u s-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI u jiddiskuti l-aspetti regolatorji u ta’ politika tal-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar, id-distribuzzjoni u l-ġestjoni tad-data tas-sistemi tal-mudelli in vivo/in vitro u tad-data relatata; |
|
(g) |
Jiġbor riżorsi minn sorsi nazzjonali u internazzjonali biex jiffaċilita l-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER RI; |
|
(h) |
Jikkonsulta u jagħti pariri lill-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar u d-distribuzzjoni tas-sistemi tal-mudelli in vivo/in vitro; |
|
(i) |
Jagħmel disponibbli liberament l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER ERIC u tal-INFRAFRONTIER RI; u |
|
(j) |
Jwettaq kwalunkwe attività oħra meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tal-INFRAFRONTIER ERIC. |
(4) INFRAFRONTIER ERIC għandu jsegwi l-kompitu prinċipali tiegħu esklussivament u direttament fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ u għandu jaġixxi b’mod altruistiku u prinċipalment fuq bażi mhux ekonomika. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, INFRAFRONTIER ERIC jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati, dment li dawn ikunu relatati mill-qrib mal-kompitu prinċipali tiegħu u ma jipperikolawx l-ilħuq tiegħu.
Artikolu 4
Durata u l-proċedura tal-istralċ
(1) INFRAFRONTIER ERIC għandu jeżisti għal perjodu ta’ żmien indefinit.
(2) L-istralċ tal-INFRAFRONTIER ERIC għandu jiġi deċiż mill-Assemblea tal-Membri permezz ta’ votazzjoni b’unanimità. Jekk l-Assemblea tal-Membri tiddeċiedi li tiftaħ proċedimenti ta’ stralċ għall-INFRAFRONTIER ERIC, hija għandha, b’vot ta’ maġġoranza sempliċi, tiskatta l-proċedura għall-istralċ.
(3) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 (għaxart) ijiem kalendarji wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-istralċ tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(4) Max-xoljiment tal-INFRAFRONTIER ERIC, jew f’każ li l-finijiet privileġġati tat-taxxa deskritti f’dawn l-Istatuti ma jibqgħux japplikaw, l-assi tal-INFRAFRONTIER ERIC li jaqbżu l-kontribuzzjonijiet fi flus u l-valur attwali tal-kontribuzzjonijiet in natura se jiġu ttrasferiti lil entità ġuridika pubblika oħra jew lil korporazzjoni oħra privileġġjata tat-taxxa, jew lil entità ġuridika oħra li ssegwi objettivi simili għal dawk tal-INFRAFRONTIER ERIC għall-promozzjoni tax-xjenza u tar-riċerka.
(5) Fil-każ ta’ stralċ, l-INFRAFRONTIER ERIC għandu jiżgura kemm jista’ jkun li d-data li hija proprjetà tal-INFRAFRONTIER ERIC tiġi ddepożitata b’mod sikur sabiex tali data tibqa’ aċċessibbli u tkun tista’ tintuża f’konformità mal-Artikolu 6 ta’ dawn l-Istatuti kif ukoll f’konformità mal-Politika tad-Data u/jew mal-Politika ta’ Aċċess, kif applikabbli.
(6) Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun innotifikata fi żmien 10 (għaxart) ijiem kalendarji mill-għeluq tal-proċedura tal-istralċ. INFRAFRONTIER ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum li fih il-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Reġim ta’ responsabbiltà u assigurazzjoni
(1) INFRAFRONTIER ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.
(2) Il-Membri ma humiex responsabbli in solidum għad-djun tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(3) L-obbligazzjoni finanzjarja tal-Membri lejn id-djun tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni annwali rispettiva tagħhom kif ikkalkolata skont il-prinċipji finanzjarji definiti fl-Artikolu 25(2) tal-Istatuti u għall-metodu ta’ kalkolu definit fl-Anness 2 ta’ dawn l-Istatuti.
(4) INFRAFRONTIER ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-istabbiliment u għall-operat tal-INFRAFRONTIER ERIC.
Artikolu 6
Politika ta’ Aċċess għall-utenti
(1) Il-prinċipju ta’ gwida għall-forniment ta’ riżorsi u servizzi huwa dak tal-aċċess miftuħ.
(2) L-aċċess jingħata skont il-Politika ta’ Aċċess tal-INFRAFRONTIER ERIC. Il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-fornituri tal-kampjuni u tad-data lill-INFRAFRONTIER ERIC u l-prinċipji Ewropej rikonoxxuti għall-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jiġu rispettati. L-ebda dispożizzjoni f’dawn l-Istatuti ma għandha tiftiehem li qiegħda tfittex li tirrestrinġi d-dritt tas-sidien tar-riżorsi ta’ INFRAFRONTIER li jiddeċiedu dwar l-għoti ta’ aċċess għal kwalunkwe kampjun jew data.
(3) INFRAFRONTIER ERIC għandu jfittex li jiżgura li s-sors tal-kampjuni u tad-data jkun rikonoxxut kif xieraq u għandu jitlob li attribuzzjoni bħal din tinżamm fl-użu sussegwenti tal-kampjuni u tad-data.
Artikolu 7
Politika dwar l-Evalwazzjoni Xjentifika
(1) L-evalwazzjoni strateġika regolari tal-INFRAFRONTIER ERIC, inklużi l-aspetti xjentifiċi u etiċi, għandha tkun il-kompitu ta’ kumitat estern indipendenti ad hoc.
(2) L-Assemblea tal-Membri għandha tibda tali evalwazzjonijiet mill-inqas darba kull 5 snin. L-Assemblea tal-Membri għandha tinnomina l-membri ta’ tali kumitat estern indipendenti u, jekk ikun xieraq, tagħti direzzjonijiet speċifiċi. Id-dettalji dwar in-nomina u l-operazzjoni se jiġu speċifikati fir-Regoli ta’ Proċedura.
(3) Il-membri tal-kumitat estern indipendenti qed jaġixxu taħt titolu personali.
Artikolu 8
Politika dwar it-Tixrid
(1) INFRAFRONTIER ERIC għandu jippromwovi l-użu tal-INFRAFRONTIER RI fir-riċerka u l-edukazzjoni.
(2) INFRAFRONTIER ERIC għandu jippromwovi r-riċerka ta’ kwalità għolja u jappoġġa kultura tal-“aħjar prattika” permezz ta’ attivitajiet ta’ tixrid.
(3) INFRAFRONTIER ERIC għandu ġeneralment jinkoraġġixxi lir-riċerkaturi biex jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli għall-pubbliku u għandu jitlob lill-utenti tar-riżorsi u tas-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI biex jagħmlu r-riżultati disponibbli permezz tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(4) INFRAFRONTIER ERIC għandu jidentifika d-diversi gruppi fil-mira, u għandu juża diversi mezzi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira, bħal pereżempju portali tal-Internet, fuljetti, workshops, preżenza fil-konferenzi, artikli f’ġurnali u gazzetti ta’ kuljum.
Artikolu 9
Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali
(1) F’konformità mal-objettivi tal-Istatuti preżenti, it-terminu “Proprjetà Intellettwali” għandu jinftiehem skont l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ffirmata fl-14 ta’ Lulju 1967.
(2) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ riżultati maħluqa mill-impjegati tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom ikunu tal-INFRAFRONTIER ERIC u għandhom jiġu ġestiti mid-Diretturi Maniġerjali.
(3) L-użu u l-ġbir tad-data tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet Ewropej u nazzjonali tal-privatezza tad-data.
(4) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ġġenerati mill-utenti bħala riżultat tal-aċċess għar-riżorsi tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom jiġu nnegozjati, bl-għan li jsir użu ġust mill-utent kif ukoll mill-INFRAFRONTIER ERIC u/jew in-Nodu Nazzjonali kkonċernat, filwaqt li jitqies l-input rispettiv tagħhom.
(5) Għandha tiġi adottata Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali f’konformità mal-Artikolu 20(11)(i) ta’ dawn l-Istatuti u din għandu jkun fiha aktar regolamenti dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Artikolu 10
Politika tal-Impjiegi
(1) INFRAFRONTIER ERIC huwa impenjat favur it-trasparenza u l-ugwaljanza ta’ opportunità u ma għandux jiddiskrimina kontra xi persuna fuq il-bażi tar-razza, l-oriġini etnika, is-sess, it-twemmin, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe raġuni oħra li hi meqjusa bħala diskriminazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea.
(2) Ir-reklutaġġ tal-persunal huwa kompletament miftuħ u internazzjonali.
Artikolu 11
Politika tal-Akkwist
(1) INFRAFRONTIER ERIC għandu jitratta lill-kandidati u lill-offerenti għall-akkwist b’mod ugwali u mhux diskriminatorju, indipendentament minn jekk humiex ibbażati fl-Unjoni jew le.
(2) Il-politika tal-akkwist tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni.
KAPITOLU 2
Sħubija, Osservaturi, Nodi Nazzjonali u Sħab Strateġiċi
Artikolu 12
Sħubija, entità rappreżentanti u l-Osservaturi
(1) F’konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ERIC, l-Istati Membri tal-Unjoni, il-pajjiżi assoċjati, il-pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi assoċjati u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi jistgħu jsiru Membri tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(2) L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 12(1) li huma lesti li jikkontribwixxu għall-INFRAFRONTIER ERIC, iżda li għadhom ma humiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala Membri, jistgħu japplikaw għal status ta’ Osservatur.
(3) F’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament ERIC, kwalunkwe Membru jew Osservatur jista’ jkun irrappreżentat minn mhux aktar minn tliet entitajiet pubbliċi, inklużi reġjuni jew entitajiet privati b’missjoni ta’ servizz pubbliku, fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet speċifikati u t-twettiq ta’ obbligi speċifikati bħala Membru tal-INFRAFRONTIER ERIC. Kull Membru jew Osservatur għandu jinforma lill-President tal-Assemblea tal-Membri bi kwalunkwe bidla fl-entità/entitajiet rappreżentanti tiegħu.
(4) Il-Membri u l-Osservaturi u, fejn xieraq, l-entitajiet rappreżentanti tagħhom huma elenkati fl-Anness 1. Dan l-Anness għandu jinżamm aġġornat mill-President tal-Assemblea tal-Membri bl-għajnuna tad-Diretturi Maniġerjali.
Artikolu 13
Adeżjoni ta’ Membri u ta’ Osservaturi
(1) It-termini tal-adeżjoni tal-Membri għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
(a) |
L-adeżjoni tal-Membri għandha teħtieġ l-approvazzjoni tal-Assemblea tal-Membri; |
|
(b) |
L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea tal-Membri; |
|
(c) |
L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-objettivi u għall-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER ERIC deskritti fl-Artikolu 3(3) u kif se jissodisfa l-obbligi msemmija fl-Artikolu 15. |
(2) B’mod partikolari, applikant irid ikun wera, għas-sodisfazzjon tal-Assemblea tal-Membri u vverifikat b’mezzi adegwati ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, li huwa għandu l-mezzi u l-impenn sostnut biex:
|
(a) |
Jikkontribwixxi għar-riżorsi u għas-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI fil-qasam tal-ġenerazzjoni, tal-fenotipar, tal-arkivjar u tad-distribuzzjoni tal-mudelli tal-mard; |
|
(b) |
Jaderixxi mal-istandards xjentifiċi tal-kwalità xjentifika u mal-proċeduri operattivi standard stabbiliti mill-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(c) |
Jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali għall-baġits annwali bbilanċjati tal-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(d) |
Jirrispetta l-Istatuti preżenti. |
(3) It-termini għad-dħul tal-Osservaturi huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
L-osservaturi għandhom jiddaħħlu għal perjodu ta’ 3 snin li jista’ jiġi estiż darba sa mhux aktar minn 3 snin; |
|
(b) |
L-applikanti għandhom jippreżentaw applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Assemblea tal-Membri u lid-Diretturi Maniġerjali; |
|
(c) |
L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-applikant se jikkontribwixxi għall-objettivi u għall-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER ERIC deskritti fl-Artikolu 3(3) u kif se jissodisfa l-obbligi tiegħu msemmija fl-Artikolu 16. |
(4) Kull Osservatur għandha jaħtar, f’konformità mal-proċeduri interni tiegħu, ir-rappreżentant(i) tiegħu skont l-Artikolu 20(1) ta’ dawn l-Istatuti u jinforma lill-Assemblea tal-Membri u lid-Diretturi Maniġerjali bil-miktub dwar din il-ħatra.
Artikolu 14
L-Irtirar ta’ Membru jew ta’ Osservatur/It-terminazzjoni ta’ sħubija jew ta’ status ta’ osservatur
(1) Fl-ewwel 5 snin tal-istabbiliment tal-INFRAFRONTIER ERIC, l-ebda Membru ma jista’ jirtira. L-ewwel sena għandha tkun sena mqassra li tibda bid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-INFRAFRONTIER ERIC.
(2) Wara l-ewwel 5 (ħames) snin tal-istabbiliment tal-INFRAFRONTIER ERIC, Membru jista’ jirtira fl-aħħar ta’ sena finanzjarja, wara talba 12-il (tnax) xahar qabel l-irtirar.
(3) L-osservaturi jistgħu jirtiraw fl-aħħar ta’ sena finanzjarja, wara talba 6 (sitt) xhur qabel l-irtirar.
(4) Il-Membri u l-Osservaturi għandhom jissodisfaw l-obbligi finanzjarji u obbligi oħrajn qabel mal-irtirar tagħhom ikun jista’ jsir effettiv.
(5) Membru li jkun talab l-irtirar tiegħu ma għandux ikollu aktar drittijiet tal-vot fl-Assemblea tal-Membri sa fejn id-deċiżjonijiet proposti ma jkollhomx impatt dirett fuq il-Membru kkonċernat.
(6) L-Assemblea tal-Membri tista’ ttemm, permezz ta’ vot unanimu, is-sħubija ta’ Membru jew l-istatus ta’ osservatur ta’ Osservatur jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-Membru jew l-Osservatur ikun kiser b’mod serju obbligu wieħed jew iktar skont dawn l-Istatuti; |
|
(b) |
Il-Membru jew l-Osservatur ikun naqas milli jirrettifika tali ksur f’perjodu ta’ 6 (sitt) xhur minn meta jkun ġie nnotifikat dwar il-ksur rispettiv mill-Assemblea tal-Membri; |
|
(c) |
Il-Membru jew l-Osservatur ikun nstema’ qabel kwalunkwe deċiżjoni ta’ terminazzjoni. Il-Membru jew l-Osservatur ma għandux jivvota, iżda għandu jingħata l-opportunità li jikkontesta d-deċiżjoni ta’ terminazzjoni u li jippreżenta d-difiża tiegħu lill-Assemblea tal-Membri. |
(7) Minkejja l-Artikolu 14(5), l-Assemblea tal-Membri tista’ wkoll tiddeċiedi, permezz ta’ vot unanimu, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti skont l-Artikolu 14(5), li ma titterminax is-sħubija ta’ Membru iżda li tissospendi jew li tirtira d-dritt tal-vot ta’ Membru għal ċertu perjodu ta’ żmien. L-Assemblea tal-Membri tista’ tistabbilixxi mill-ġdid, permezz ta’ vot unanimu tal-bqija tal-Membri, id-dritt tal-vot ta’ Membru f’kull ħin jekk it-tali Membru jkun irrimedja għas-sodisfazzjon tal-Assemblea tal-Membri għal kwalunkwe ksur stabbilit skont l-Artikolu 14(5).
(8) Id-dritt tal-vot ta’ Membru għandu jiġi sospiż awtomatikament jekk l-obbligi finanzjarji tiegħu, kif stabbiliti fl-Anness 2, ma jiġux issodisfati fi żmien xieraq.
(9) Il-Membri jew l-Osservaturi li jirtiraw jew li jkollhom is-sħubija u l-osservabilità tagħhom itterminata, la għandu jkollhom dritt għal restituzzjoni jew għal rimborż ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni li jkunu għamlu, u lanqas ma għandu jkollhom id-dritt għal pretensjoni għall-assi tal-INFRAFRONTIER ERIC.
Artikolu 15
Id-drittijiet u l-obbligi tal-Membri
(1) Id-drittijiet tal-Membri għandhom jinkludu:
|
(a) |
L-attendenza u l-votazzjoni fl-Assemblea tal-Membri; |
|
(b) |
Il-parteċipazzjoni fl-iżvilupp ta’ strateġiji u ta’ politiki tal-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(c) |
Il-parteċipazzjoni tal-komunità ta’ riċerka tiegħu fl-avvenimenti tal-INFRAFRONTIER ERIC, bħal pereżempju workshops, konferenzi u korsijiet ta’ taħriġ; |
|
(d) |
L-użu tal-marka tal-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(e) |
Il-parteċipazzjoni fi proposti tal-proġett tal-Unjoni Ewropea fejn l-INFRAFRONTIER ERIC jaġixxi bħala l-konsorzju li qed jissottometti; |
(2) Kull Membru għandu:
|
(a) |
iħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali kif speċifikat fil-baġits finanzjarji annwali rispettivi approvati mill-Assemblea tal-Membri; |
|
(b) |
Jagħti s-setgħa lir-rappreżentant(i) tiegħu bl-awtorità sħiħa sabiex jivvota(w) fuq il-kwistjonijiet kollha mqajma waqt l-Assemblea tal-Membri u ppubblikati fl-aġenda; |
|
(c) |
Jipprovdi u jżomm l-infrastruttura teknika meħtieġa biex l-aċċess għall-INFRAFRONTIER RI ikun possibbli; |
|
(d) |
Jippromwovi l-adozzjoni u ż-żamma tal-istandards ta’ kwalità u l-proċeduri operazzjonali standard tal-INFRAFRONTIER ERIC fl-infrastrutturi ta’ riċerka nazzjonali kontribwenti tagħhom; |
|
(e) |
Jippromwovi l-adozzjoni tar-riżorsi u tas-servizzi tal-INFRAFRONTIER RI fost ir-riċerkaturi; |
|
(f) |
Fejn ikun xieraq, jagħmel investimenti fl-infrastruttura nazzjonali tagħhom b’appoġġ għall-INFRAFRONTIER ERIC. |
(3) Kontribuzzjonijiet għajr il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali lill-INFRAFRONTIER ERIC jistgħu jingħataw mill-Membri b’mod individwali jew konġunt b’kooperazzjoni ma’ Membri, Osservaturi jew partijiet terzi oħra.
Artikolu 16
Id-drittijiet u l-Obbligi tal-Osservaturi
(1) Id-drittijiet tal-Osservaturi għandhom jinkludu li:
|
(a) |
Jattendu l-Assemblea tal-Membri mingħajr vot; |
|
(b) |
Iġiegħlu lill-komunità ta’ riċerka tagħhom tipparteċipa fl-avvenimenti tal-INFRAFRONTIER ERIC, bħal pereżempju workshops, konferenzi, korsijiet ta’ taħriġ; jekk l-ispazju jippermetti; |
|
(c) |
Iħallu lill-komunità ta’ riċerka tagħhom ikollha aċċess għall-appoġġ mill-INFRAFRONTIER ERIC fl-iżvilupp ta’ sistemi, proċessi u servizzi rilevanti. |
(2) Kull Osservatur għandu jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu għall-kompiti u għall-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER ERIC kif stabbiliti fl-Artikolu 3(3). Kull Osservatur għandu jagħmel pagament annwali kif speċifikat fl-Artikolu 25(2) hawn taħt. INFRAFRONTIER ERIC għandu jidħol fi ftehim ta’ osservatur mal-Osservatur sabiex jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu ssodisfati l-obbligi u jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet ta’ Osservatur.
Artikolu 17
Nodi Nazzjonali
(1) Sabiex jissodisfa r-rwol tiegħu bħala Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka distribwita, l-INFRAFRONTIER ERIC għandu jikkollabora man-Nodi Nazzjonali tal-Membri tiegħu skont l-Artikolu 12(1). Tali kollaborazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq ftehimiet legalment vinkolanti konklużi bejn l-INFRAFRONTIER ERIC u n-Nodu Nazzjonali rispettiv. Dawk il-ftehimiet għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kapaċitajiet, il-proċeduri ta’ aċċess u l-assigurazzjoni tal-kwalità.
(2) In-Nodi Nazzjonali tal-INFRAFRONTIER ERIC
|
(a) |
Għandhom ikunu magħmula minn entitajiet bil-kapaċità li jipprovdu riżorsi u servizzi għall-ġenerazzjoni, il-fenotipar, l-arkivjar u d-distribuzzjoni ta’ mudelli tal-mard. Dan jista’ jinkludi l-forniment ta’ kapaċitajiet tal-bijoinformatika għall-ġestjoni, għall-analiżi u għall-għoti ta’ aċċess għal data relatata mal-ġenerazzjoni, mal-fenotipar, mal-arkivjar u mad-distribuzzjoni ta’ mudelli tal-mard; |
|
(b) |
Għandhom jaderixxu mal-istandards ta’ kwalità u mal-proċeduri operazzjonali stabbiliti mill-INFRAFRONTIER ERIC. |
(3) Kull Nodu Nazzjonali għandu jkun irrappreżentat fil-Bord tan-Nodi Nazzjonali stabbilit mill-Assemblea tal-Membri f’konformità mal-Artikolu 19(3) u mal-Artikolu 20(11)(j).
(4) Għall-istabbiliment tal-Bord tan-Nodi Nazzjonali, kull Membru jista’ jinnomina n-Nodu Nazzjonali tiegħu għall-approvazzjoni mill-Assemblea tal-Membri.
(5) Membru ġdid tal-INFRAFRONTIER ERIC jinnomina n-Nodu Nazzjonali tiegħu. Id-Diretturi Maniġerjali flimkien mal-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandhom jivvalutaw, u skont il-każ, jivverifikaw bl-għajnuna ta’ żjarat fuq il-post, jekk Nodu Nazzjonali nnominat jissodisfax il-kriterji xjentifiċi biex isir Nodu Nazzjonali tal-INFRAFRONTIER ERIC. Għandha tkun l-Assemblea tal-Membri li tiddeċiedi dwar l-aċċettazzjoni ta’ Nodu Nazzjonali nnominat u vvalutat b’mod pożittiv.
(6) Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Assemblea tal-Membri, għandu jkun hemm Nodu Nazzjonali wieħed biss għal kull Stat Membru tal-Unjoni, pajjiż assoċjat, pajjiż terz għajr il-pajjiż assoċjat u organizzazzjoni intergovernattiva.
(7) Kwalunkwe Nodu Nazzjonali ieħor li jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni, pajjiż assoċjat, pajjiż terz għajr il-pajjiż assoċjat u organizzazzjoni intergovernattiva jista’ jiġi propost minn membru tal-Assemblea tal-Membri, mill-Bord tan-Nodi Nazzjonali jew mid-Diretturi Maniġerjali. L-Assemblea tal-Membri se tivvota għall-adozzjoni. L-Artikolu 17(5), is-sentenzi (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
(8) Evalwazzjoni regolari mibdija mid-Diretturi Maniġerjali jew mill-Assemblea tal-Membri u implimentata mill-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku għandha tiżgura li kull Nodu Nazzjonali jkompli jissodisfa l-kriterji biex ikun Nodu Nazzjonali tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(9) Fil-każ tas-sostituzzjoni ta’ Nodu Nazzjonali, l-Artikolu 17(5) is-sentenzi 2 u 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 18
Partijiet Terzi, Sħab Strateġiċi
(1) F’każijiet fejn l-INFRAFRONTIER ERIC iqis li jkun ta’ benefiċċju, dan jista’ jidħol fi ftehim ma’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika. Ftehim ta’ dan it-tip għandu jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-partijiet.
(2) Partijiet terzi, eż. aġenziji u/jew istituzzjonijiet nazzjonali, lesti li jikkontribwixxu għall-missjoni tal-INFRAFRONTIER RI fuq perspettiva fit-tul, iżda li ma humiex f’pożizzjoni li jissieħbu bħala Membri u/jew Osservaturi, jistgħu jesprimu l-interess tagħhom lill-President tal-Assemblea tal-Membri u lid-Diretturi Maniġerjali biex jikkonkludu ftehim dwar status ta’ sħubija strateġika. It-termini tas-sħubija strateġika se jiġu definiti fi ftehim ta’ sħubija strateġika speċifiku. Partijiet terzi li jkunu kkonkludew tali ftehim ta’ sħubija strateġika ma’ INFRAFRONTIER ERIC se jissejħu “Sħab Strateġiċi” minn hawn ’il quddiem.
KAPITOLU 3
Korpi, Governanza u Eżekuzzjoni tal-Attivitajiet
Artikolu 19
KORPI
(1) Il-korpi ta’ governanza tal-INFRAFRONTIER ERIC huma
|
(a) |
l-Assemblea tal-Membri |
|
(b) |
id-Diretturi Maniġerjali; |
(2) L-Assemblea tal-Membri għandha tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv Xjentifiku kif ukoll Kumitat Konsultattiv Etiku, li t-tnejn għandhom jikkonsistu fi xjenzjati magħrufa internazzjonalment li ma humiex involuti fl-INFRAFRONTIER ERIC.
(3) L-Assemblea tal-Membri għandha tistabbilixxi Bord tan-Nodi Nazzjonali skont l-Artikolu 17. Il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandu jiġi kkonsultat meta jiġi stabbilit il-programm ta’ ħidma xjentifika annwali tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(4) L-Assemblea tal-Membri tista’ tistabbilixxi korpi konsultattivi oħrajn.
(5) L-Uffiċċju tat-Tmexxija tal-INFRAFRONTIER ERIC għandu jappoġġa l-ħidma tal-Assemblea tal-Membri u huwa mmexxi mid-Diretturi Maniġerjali. L-Uffiċċju tat-Tmexxija jappoġġa lid-Diretturi Maniġerjali biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet tal-Assemblea tal-Membri u jgħin fl-organizzazzjoni, fil-koordinazzjoni, fit-tħejjija u fis-segwitu tal-ħidma tal-korpi ta’ governanza u konsultattivi tal-INFRAFRONTIER ERIC.
Artikolu 20
Assemblea tal-Membri
(1) L-Assemblea tal-Membri għandha tkun l-ogħla korp ta’ tmexxija u dik aħħarija tal-INFRAFRONTIER ERIC bis-setgħa sħiħa fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Kif speċifikat fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament ERIC, l-Istati Membri jew il-pajjiżi assoċjati għandu jkollhom b’mod konġunt il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fl-assemblea tal-membri. L-Assemblea tal-Membri għandha tqis il-pożizzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv Etiku. Għandha tkun magħmula mir-rappreżentanti tal-Membri u tal-Osservaturi tal-INFRAFRONTIER ERIC. Kull Membru għandu jkollu vot wieħed. Sa żewġ persuni fiżiċi għandhom jinħatru bħala rappreżentanti ta’ kull Membru/Osservatur fl-Assemblea tal-Membri. F’delegazzjoni ta’ żewġ rappreżentanti, wieħed għandu jkollu għarfien espert xjentifiku u ieħor għarfien espert amministrattiv. Kull membru jiżgura li n-nomina tar-rappreżentanti tiegħu ma tikkawżax kunflitti ta’ interess bejn l-Assemblea tal-Membri u l-Bord tan-Nodi Nazzjonali. Il-President tal-Assemblea tal-Membri għandu jiġi infurmat bil-miktub b’din il-ħatra.
(2) L-Assemblea tal-Membri għandha tiġi kostitwita fl-ewwel laqgħa tal-Membri wara li jiġi stabbilit l-INFRAFRONTIER ERIC.
(3) L-Assemblea tal-Membri għandha taħtar President u Viċi President mid-delegazzjonijiet tal-Membru għal perjodu ta’ 3 (tliet) snin. Bil-ħatra tagħhom, il-President u l-Viċi President għandhom isiru supra partes u jħallu d-delegazzjonijiet tagħhom. Il-Viċi President għandu jieħu post il-President fin-nuqqas tiegħu/tagħha u fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess. Il-President għandu jinħatar għal terminu ta’ 3 (tliet) snin, li jista’ jiġġedded darba ħlief f’każijiet eċċezzjonali sikuri miftiehma mill-Assemblea tal-Membri.
(4) L-Assemblea tal-Membri għandha titlaqqa’ mill-President b’avviż ta’ mill-inqas 8 (tmien) ġimgħat, u l-aġenda li tinkludi d-dokumenti tal-laqgħa għandha tiġi ċċirkolata mill-inqas ġimagħtejn qabel il-laqgħa. Għandha tkun permessa stedina u ċirkolazzjoni tal-aġenda b’mezzi elettroniċi, bħall-posta elettronika; għandu jiġi żgurat li d-dokumenti jiġu indirizzati lir-rappreżentanti tal-Membri u tal-Osservaturi.
(5) L-Assemblea tal-Membri għandha tiltaqa’ mill-inqas darba f’sena u għandha tkun responsabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-Istatuti għad-direzzjoni u s-sorveljanza ġenerali tal-INFRAFRONTIER ERIC. Laqgħat permezz ta’ parteċipazzjoni remota, inklużi konferenzi bil-vidjow u kull mezz elettroniku maqbul ieħor, għandhom ikunu possibbli. Tista’ tintalab laqgħa straordinarja tal-Assemblea tal-Membri mill-inqas 50 (ħamsin)% tal-Membri jew mid-Diretturi Maniġerjali jekk din tkun meħtieġa fl-interess tal-INFRAFRONTIER ERIC.
(6) L-Assemblea tal-Membri tista’ tistieden lis-Sħab Strateġiċi biex jingħaqdu f’laqgħat, jew f’parti minn laqgħa, tal-Assemblea tal-Membri fejn ikunu se jiġu diskussi punti relatati mas-Sħab Strateġiċi.
(7) Bħala regola, id-Diretturi Maniġerjali tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom jattendu l-laqgħat tal-Assemblea tal-Membri.
(8) L-Assemblea tal-Membri għandha tiddeċiedi fuq kwalunkwe kwistjoni li hija meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-objettivi tal-INFRAFRONTIER ERIC u li ma hijiex espliċitament attribwita lil korp ta’ governanza ieħor jew lil korp ieħor.
(9) L-Assemblea tal-Membri għandha tagħmel ħilitha biex tadotta deċiżjonijiet b’kunsens, fin-nuqqas ta’ kunsens se tkun meħtieġa maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet sakemm ma jkunx previst mod ieħor.
(10) Id-deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b’mod unanimu:
|
(a) |
L-adeżjoni ta’ Membri ġodda u t-terminazzjoni ta’ Sħubija; |
|
(b) |
Proposti għal emendi għall-Istatuti tal-INFRAFRONTIER ERIC u n-notifika rispettiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni/oġġezzjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament ERIC; |
|
(c) |
Fużjonijiet u diviżjonijiet jew spin-offs tal-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(d) |
Approvazzjoni tal-ammont globali tal-kontribuzzjoni fissa tal-Membri u tal-Osservaturi għall-perjodi ta’ 5 snin wara l-perjodu inizjali ta’ 5 snin. |
|
(e) |
Approvazzjoni tal-baġit finanzjarju annwali (ara l-Artikolu 25(6)) jekk dan jinkludi kontribuzzjoni varjabbli mill-Membri għas-sena finanzjarja rispettiva; |
|
(f) |
Modifiki għall-baġit finanzjarju annwali matul is-sena finanzjarja rispettiva li jżidu l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Membri; |
|
(g) |
L-istralċ tal-INFRAFRONTIER ERIC. |
(11) Id-deċiżjonijiet li ġejjin għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata ta’ 2/3 tal-voti:
|
(a) |
Il-ħatra u t-tkeċċija tad-Diretturi Maniġerjali kif ukoll il-bidla fl-għadd ta’ Diretturi Maniġerjali. |
|
(b) |
ll-ħatra ta’ President u ta’ Viċi President skont dan l-Artikolu 20(3); |
|
(c) |
L-approvazzjoni ta’ dokumenti addizzjonali, sussidjarji u interni għal dawn l-Istatuti li jirrappreżentaw sett komprensiv ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw l-operazzjonijiet kollha fi ħdan l-INFRAFRONTIER ERIC, inkluż iżda mhux limitat għar-regoli ta’ proċedura tal-korpi tal-INFRAFRONTIER ERIC (“Regoli ta’ Proċedura”); |
|
(d) |
L-approvazzjoni tal-Politika tal-Akkwist tal-INFRAFRONTIER ERIC; |
|
(e) |
Riżoluzzjonijiet dwar l-approprjazzjoni ta’ dħul, inkluż il-formazzjoni ta’ riżervi; |
|
(f) |
L-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma xjentifika annwali; |
|
(g) |
L-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja annwali; |
|
(h) |
L-approvazzjoni tal-baġit finanzjarju annwali ppreżentat mid-Diretturi Maniġerjali jekk dan ma jinkludix kontribuzzjoni varjabbli mill-Membri għas-sena finanzjarja rispettiva; |
|
(i) |
L-approvazzjoni tal-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali; |
|
(j) |
L-istabbiliment tal-Bord tan-Nodi Nazzjonali u l-adeżjoni/il-kontinwazzjoni tan-Nodi Nazzjonali; |
|
(k) |
L-adeżjoni ta’ Osservaturi u/jew ta’ Sħab Strateġiċi ġodda; il-kontenut ta’ ftehim ta’ sħubija strateġika; it-terminazzjoni tal-istatus ta’ Osservatur u/jew tal-istatus ta’ Sieħeb Strateġiku u tal-ftehim ta’ sħubija strateġika relatat; |
|
(l) |
Istruzzjonijiet lid-Diretturi Maniġerjali; |
|
(m) |
Il-ħatra u s-sejħa lura ta’ uffiċjal korporattiv kompletament awtorizzat, li għandu s-setgħa li jirrappreżenta lill-INFRAFRONTIER ERIC. |
(12) L-Assemblea tal-Membri għandu jkollha l-kapaċità li tieħu deċiżjoni jekk mill-inqas 2/3 mill-Membri tagħha jkunu preżenti, minbarra l-President u l-Viċi President (Kworum).
(13) Astensjonijiet ma għandhomx jingħaddu bħala vot favur jew kontra r-riżoluzzjoni inkwistjoni. Fil-każ ta’ parità, il-vot tal-Istat Membru Ospitanti għandu jiddetermina r-riżultat aħħari.
Artikolu 21
Diretturi Maniġerjali
(1) Id-Diretturi Maniġerjali għandhom imexxu b’mod konġunt l-INFRAFRONTIER ERIC. Id-Diretturi Maniġerjali għandhom jintgħażlu fi proċess pubbliku u trasparenti.
(2) L-Assemblea tal-Membri għandha taħtar żewġ Diretturi Maniġerjali tal-INFRAFRONTIER ERIC, wieħed li jkollu sfond xjentifiku u ieħor li jkollu sfond amministrattiv. Id-Diretturi Maniġerjali għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-ġestjoni ġenerali tal-infrastruttura bl-appoġġ tal-Uffiċċju tat-Tmexxija tal-INFRAFRONTIER ERIC. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet hija regolata fir-Regoli ta’ Proċedura.
(3) Id-Diretturi Maniġerjali għandhom ikunu b’mod konġunt ir-rappreżentanti ġuridiċi tal-INFRAFRONTIER ERIC. Id-Diretturi Maniġerjali għandhom iħejju d-deċiżjonijiet strateġiċi u baġitarji ewlenin kollha tal-Assemblea tal-Membri u huma responsabbli għall-proċessi finanzjarji u ta’ governanza kollha li jżommu l-eċċellenza u l-integrità xjentifiċi, il-komparabbiltà u l-interoperabbiltà tranżnazzjonali. B’mod speċifiku, id-Diretturi Maniġerjali huma responsabbli għall-ġestjoni tal-finanzi tal-INFRAFRONTIER ERIC, għall-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti legali u għall-iżgurar tar-riżultati tanġibbli tal-INFRAFRONTIER ERIC, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità u proċeduri operattiv standard. Id-Diretturi Maniġerjali għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Assemblea tal-Membri.
(4) It-terminu tad-Diretturi Maniġerjali għandu jkun ta’ 3 (tliet) snin, li jista’ jiġġedded darbtejn.
Artikolu 22
Bord tan-Nodi Nazzjonali
Il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandu jitlaqqa’ u jiġi ppresedut regolarment mid-Diretturi Maniġerjali. Il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Id-drittijiet u l-obbligi li jirregolaw il-Bord tan-Nodi Nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti fir-Regoli ta’ Proċedura.
Artikolu 23
Il-Kumitati Konsultattivi Xjentifiċi u Etiċi
(1) Il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku
Il-Kumitat Xjentifiku se jissorvelja l-kwalità xjentifika tal-attivitajiet tal-INFRAFRONTIER ERIC u se jipprovdi pariri relatati magħhom lill-Assemblea tal-Membri u lid-Diretturi Maniġerjali. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri li taġixxi fuq proposta mid-Diretturi Maniġerjali. Il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku għandu jikkonsisti f’mhux aktar minn 5 (ħames) xjenzjati mis-settur pubbliku jew privat b’għarfien espert għoli fil-qasam tal-ġenomika funzjonali u s-sistemi tal-mudell tal-annimali, il-bijoinformatika, u l-ġestjoni ta’ infrastruttura tar-riċerka fuq skala kbira. Membru wieħed tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku għandu jservi bħala rappreżentant tal-utenti.
(2) Kumitat Konsultattiv Etiku
Il-Kumitat Konsultattiv Etiku għandu jagħti pariri lill-Assemblea tal-Membri u lid-Diretturi Maniġerjali dwar aspetti etiċi tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu kif ukoll dwar kwistjonijiet etiċi li jinħolqu fil-livell Ewropew. Il-Kumitat Konsultattiv Etiku għandu jiżgura l-konformità mal-istandards etiċi. Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv Etiku għandhom jinħatru mill-Assemblea tal-Membri li taġixxi fuq proposta mid-Diretturi Maniġerjali. Il-Kumitat Konsultattiv Etiku għandu jikkonsisti fi 3 (tliet) xjenzjati mis-settur pubbliku jew privat b’għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-benesseri u l-etika tal-annimali.
(3) Il-membri tal-Kumitati Konsultattivi Xjentifiċi u Etiċi qed jaġixxu taħt titolu personali.
(4) Id-dettalji dwar l-operazzjoni tal-Kumitati Konsultattivi Xjentifiċi u Etiċi se jiġu speċifikati fir-Regoli ta’ Proċedura.
Artikolu 24
Rappurtar lill-Kummissjoni
(1) INFRAFRONTIER ERIC għandu jipproduċi rapport annwali tal-attività, li b’mod partikolari għandu jinkludi l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi approvat mill-Assemblea tal-Membri u għandu jintbagħat lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja korrispondenti. Dan ir-rapport għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku.
(2) INFRAFRONTIER ERIC għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ċirkostanza li thedded li tipperikola serjament il-kisba tal-kompiti tal-INFRAFRONTIER ERIC jew li tfixkel lill-INFRAFRONTIER ERIC milli jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ERIC.
KAPITOLU 4
Finanzjament
Artikolu 25
Ir-riżorsi, il-prinċipji baġitarji, il-baġit u l-kontijiet
(1) Ir-riżorsi tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom jikkonsistu minn dan li ġej: il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri u tal-Osservaturi u riżorsi oħra fil-limiti u skont it-termini approvati mill-Assemblea tal-Membri.
(2) Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri u tal-Osservaturi għandhom isegwu l-prinċipji li ġejjin:
|
(a) |
Kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta’ Membru għandha tkun magħmula minn kontribuzzjoni fissa u sehem varjabbli kif ikkalkolat skont l-Anness 2. L-ammont globali tal-kontribuzzjoni fissa se jiġi deċiż mill-Assemblea tal-Membri kull 5 snin. Għandu jkun hemm kontribuzzjoni annwali varjabbli biss jekk l-infiq propost li għandu jkun kopert mill-kontribuzzjonijiet tal-Membri fil-baġit annwali jkun ogħla mill-kontribuzzjoni fissa u biss jekk il-Membri japprovaw dan f’konformità mal-Artikolu 20. |
|
(b) |
Kull Osservatur għandu jħallas nofs porzjon, kif ikkalkolat skont l-Anness 2. |
(3) Is-sena finanzjarja tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tibda fl-1 ta’ Jannar u għandha tintemm fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. L-ewwel sena finanzjarja tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tkun sena finanzjarja mqassra li tibda bid-data li fiha tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-INFRAFRONTIER ERIC.
(4) Il-kontijiet tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tas-sena finanzjarja.
(5) INFRAFRONTIER ERIC għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-liġi tal-pajjiż fejn għandu s-sede statutorja tiegħu fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, l-awditjar u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet.
(6) Id-Diretturi Maniġerjali għandhom iħejju u jippreżentaw lill-Assemblea tal-Membri għall-approvazzjoni, abbozz tal-baġit finanzjarju annwali u abbozz ta’ programm ta’ ħidma xjentifika annwali għal kull sena finanzjarja li jkopri l-introjtu u l-kostijiet tal-INFRAFRONTIER ERIC fuq bażi annwali. Il-partiti kollha tad-dħul u tal-infiq tal-INFRAFRONTIER ERIC għandhom ikunu inklużi fl-istimi mfassla għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil-baġit. Id-dħul u l-infiq murija fil-baġit għandhom ikunu f’bilanċ. Japplika l-prinċipju tat-trasparenza għall-istabbiliment u għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni tal-kontijiet.
(7) Wara l-konklużjoni tas-sena finanzjarja, id-Diretturi Maniġerjali għandhom iħejju d-dikjarazzjoni finanzjarja annwali. Id-Diretturi Maniġerjali għandhom jiżguraw li d-dikjarazzjoni finanzjarja annwali tiġi awditjata fuq bażi esterna u indipendenti. Id-dikjarazzjoni finanzjarja annwali awditjata għandha tiġi approvata mill-Assemblea tal-Membri. Id-dikjarazzjoni tal-awditur għandha tkun parti mir-rapport lill-Kummissjoni kif speċifikat fl-Artikolu 24(1) hawn fuq.
(8) L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jiżgura li l-approprjazzjonijiet kollha jintużaw f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.
(9) Il-fondi tal-INFRAFRONTIER ERIC jistgħu jintużaw biss għall-finijiet stabbiliti fl-Istatuti. Il-membri tal-INFRAFRONTIER ERIC ma jistgħux jirċievu ishma ta’ profitt u lanqas allokazzjonijiet oħra mill-fondi tal-INFRAFRONTIER ERIC; L-INFRAFRONTIER ERIC ma jistax jipprovdi benefiċċju għal kwalunkwe persuna permezz ta’ nefqa mhux relatata mal-kompitu prinċipali jew kwalunkwe remunerazzjoni sproporzjonatament għolja.
(10) L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jirreġistra l-kostijiet u d-dħul tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu b’mod separat.
KAPITOLU 5
Taxxa
Artikolu 26
Eżenzjoni mit-taxxa u mid-dazju tas-sisa
(1) L-eżenzjonijiet mill-VAT ibbażati fuq l-Artikoli 143(1)(g) u 151(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u f’konformità mal-Artikoli 50 u 51 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011, għandhom jiġu limitati għax-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi mill-INFRAFRONTIER ERIC u mill-membri tal-ERIC, kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) li huma għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-INFRAFRONTIER ERIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-INFRAFRONTIER ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu.
(2) L-eżenzjonijiet mill-VAT għandhom ikunu limitati għal xiri li jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
(3) L-eżenzjonijiet mid-Dazju tas-Sisa abbażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, għandhom ikunu limitati għal xiri mill-INFRAFRONTIER ERIC li jkun għall-użu uffiċjali u esklużiv tal-INFRAFRONTIER ERIC dment li tali xiri jsir biss għall-attivitajiet mhux ekonomiċi tal-INFRAFRONTIER ERIC f’konformità mal-attivitajiet tiegħu u li x-xiri jaqbeż il-valur ta’ EUR 300.
(4) Ix-xiri mill-membri tal-persunal ma huwiex kopert mill-eżenzjonijiet
KAPITOLU 6
Politiki Oħra
Artikolu 27
Politika dwar id-Data
(1) B’mod ġenerali, għandhom jiġu ppreferuti l-prinċipji ta’ Sors Miftuħ u ta’ Aċċess Miftuħ.
(2) L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jipprovdi gwida (inkluż permezz ta’ sit web) lill-utenti biex jiżgura li r-riċerka mwettqa bl-użu ta’ materjal li jsir aċċessibbli permezz tal-INFRAFRONTIER ERIC issir fi ħdan qafas li jirrikonoxxi d-drittijiet tas-sidien tad-data u l-privatezza tal-individwi.
(3) L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jiżgura li l-utenti jaqblu fuq it-termini u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess u li jkun hemm stabbilit arranġamenti xierqa għas-sigurtà fir-rigward tal-ħżin u l-immaniġġar intern.
(4) L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jiddefinixxi arranġamenti għall-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ ksur tas-sigurtà u ta’ divulgazzjonijiet tal-kunfidenzjalità fir-rigward tad-data tar-riċerka.
KAPITOLU 7
Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 28
Liġi Applikabbli
INFRAFRONTIER ERIC għandu jiġi regolat, bi preċedenza
|
(a) |
Mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari r-Regolament ERIC; |
|
(b) |
fil-każ ta’ kwistjonijiet li ma humiex, jew huma biss parzjalment, regolati mid-dritt tal-Unjoni Ewropea, mil-liġi tal-Istat fejn INFRAFRONTIER ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu għall-esklużjoni tal-kunflitt tal-liġijiet tiegħu u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti ta’ Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija (CISG); |
|
(c) |
minn dawn l-Istatuti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom. |
Artikolu 29
Tilwim
(1) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġuriżdizzjoni fuq il-litigazzjoni fost il-Membri fir-rigward tal-INFRAFRONTIER ERIC, bejn il-Membri u l-INFRAFRONTIER ERIC u fuq kwalunkwe litigazzjoni li l-Unjoni hi parti għaliha.
(2) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġuriżdizzjoni għandha tapplika għat-tilwim bejn INFRAFRONTIER ERIC u partijiet terzi. F’każijiet mhux koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, hija l-liġi tal-Istat fejn INFRAFRONTIER ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu li għandha tiddetermina l-ġuriżdizzjoni kompetenti għar-riżoluzzjoni ta’ tali tilwim.
Artikolu 30
Aġġornamenti u disponibbiltà tal-istatuti
L-istatuti għandhom jinżammu aġġornati u għandhom ikunu disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-INFRAFRONTIER ERIC u fis-sede statutorja.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment
(1) Għandha tissejjaħ laqgħa kostituzzjonali tal-Assemblea tal-Membri mill-Istat Membru Ospitanti fi żmien 3 (tliet) xhur wara li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-INFRAFRONTIER ERIC.
(2) L-Istat Membru Ospitanti għandu jinnotifika lill-Membri fundaturi bi kwalunkwe azzjoni legali urġenti speċifika li trid tittieħed f’isem l-INFRAFRONTIER ERIC qabel ma ssir il-laqgħa kostituzzjonali. Sakemm Membru fundatur ma joġġezzjonax fi żmien 5 ijiem kalendarji wara li jiġi nnotifikat, l-azzjoni legali għandha titwettaq minn persuna debitament awtorizzata mill-Istat Membru Ospitanti.
Artikolu 32
Mixxellanji
(1) Il-lingwa ta’ ħidma tal-INFRAFRONTIER ERIC għandha tkun l-Ingliż.
(2) Il-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom ikunu regolati mil-liġi tal-Istat fejn l-INFRAFRONTIER ERIC għandu s-sede statutorja tiegħu.
ANNESS 1
Lista tal-Membri, tal-Osservaturi u tal-entitajiet rappreżentanti
|
Pajjiż jew Organizzazzjoni Intergovernattiva |
Entità Rappreżentanti |
|
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA |
Il-Ministeru Federali għall-Edukazzjoni u r-Riċerka (BMBF) |
|
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA |
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni Għolja u tax-Xjenza |
|
IĊ-ĊEKJA |
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport (MEYS) |
|
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA |
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Kultura |
|
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA |
Ċentru għar-Riċerka dwar ix-Xjenzi Bijomediċi “Alexander Fleming” |
|
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA |
Karolinska Institutet |
ANNESS 2
Anness finanzjarju
Kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta’ Membru għandha tkun magħmula minn kontribuzzjoni fissa u - taħt ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 25 - sehem varjabbli. Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta’ Osservatur għandha tikkonsisti biss minn kontribuzzjoni fissa.
L-ammont globali tal-kontribuzzjoni fissa huwa stabbilit għal EUR 650 000 (sitta mija u ħamsin elf) €/fis-sena għall-perjodu inizjali ta’ 5 snin. Din se tiġi vvotata b’deċiżjoni unanima mill-Assemblea tal-Membri għall-perjodi ta’ 5 snin li ġejjin.
Il-metodu ta’ kalkolu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja għal kull Membru/Osservatur għandu jkun kif ġej:
|
(1) |
L-ammont globali tal-kontribuzzjoni fissa għandu jinqasam f’porzjonijiet ugwali. L-għadd ta’ porzjonijiet jiddependi fuq l-għadd ta’ Membri u ta’ Osservaturi u l-funzjoni tagħhom fi ħdan INFRAFRONTIER ERIC. Il-membri li n-Nodu/i Nazzjonali tagħhom iwettaq/iwettqu biss servizzi ta’ arkivjar u ta’ distribuzzjoni tal-mudelli tal-ġrieden (repożitorju) għandhom iħallsu 1 (wieħed) mill-porzjonijiet ugwali. Il-membri li n-Nodu/i Nazzjonali tagħhom iwettaq/iwettqu servizzi ta’ arkivjar u ta’ distribuzzjoni tal-mudelli tal-ġrieden (repożitorju) u tal-fenotipar tal-ġrieden (kliniku) għandhom iħallsu 2 (tnejn) mill-porzjonijiet ugwali. Il-membri li ma jkollhom l-ebda Nodu Nazzjonali għandhom mill-inqas jikkontribwixxu porzjon wieħed. Kull Osservatur għandu jħallas nofs porzjon. Barra minn hekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, bħala l-Istat Membru Ospitanti, għandha tikkontribwixxi 4 (erbgħa) porzjonijiet tal-kontribuzzjoni fissa globali. It-tabella li ġejja turi l-kontribuzzjonijiet fissi tal-Membri fundaturi u tal-Osservaturi Fundaturi maħtura:
|
|
(2) |
F’każijiet fejn l-infiq propost jaqbeż l-ammont globali tal-kontribuzzjoni fissa, u fejn dan l-ammont żejjed ma jistax jiġi sostnut minn dħul ieħor, id-Diretturi Maniġerjali jistgħu jissuġġerixxu li jkopru dan l-infiq żejjed b’sehem varjabbli li għandu jitħallas mill-Membri. L-ammont globali ta’ dan is-sehem varjabbli għandu jinqasam fost il-Membri kif deskritt fil-paragrafu preċedenti. |
|
(3) |
Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri jew tal-Osservaturi li jingħaqdu aktar tard matul il-perjodu inizjali jew sussegwenti ta’ 5 snin għandhom jiġu ddeterminati skont l-istess prinċipji kif iddikjarat f’dan l-Anness 2. Il-kontribuzzjonijiet tal-Membri u tal-Osservaturi għandhom jiġu adattati kif xieraq fis-sena kalendarja ta’ wara. |
|
(4) |
L-INFRAFRONTIER ERIC għandu jirċievi l-porzjonijiet rispettivi tal-kontribuzzjoni fissa sa mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu tas-sena finanzjarja skont l-Artikolu 25(3) ta’ hawn fuq. Il-proporzjon ta’ sehem varjabbli jrid jiġi riċevut mill-INFRAFRONTIER ERIC fuq talbiet għal ħlas maħruġa mill-INFRFRONTIER ERIC u fil-limitu ta’ żmien imħabbar fit-talba għal ħlas rispettiva (il-limitu ta’ żmien ma għandux ikun iqsar minn 4 (erba’) ġimgħat). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1588/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)