|
28.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 281/7 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/788/PESK
tas-27 ta’ Ottubru 2009
dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Settembru 2009, l-Unjoni Ewropea (UE) kkundannat b’qawwa r-ripressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq id-dimostranti politiċi f’Conakry fit-28 ta’ Settembru u appellat għar-rilaxx tad-dimostranti u l-membri tal-oppożizzjoni arrestati. L-UE ħeġġet lill-awtoritajiet fir-Repubblika tal-Ginea biex iwettqu minnufih investigazzjoni dettaljata tal-inċidenti. |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2009, l-UE, imkexkxa mir-rapporti tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem wara r-ripressjoni u mħassba ħafna dwar l-iżviluppi fir-Repubblika tal-Ginea, ħeġġet lill-Kunsill Nazzjonali għad-Demokrazija u l-Iżvilupp (NCDD), lill-partiti politiċi u lill-atturi rilevanti kollha fir-Repubblika tal-Ginea biex jieħdu azzjoni immedjata biex jirrestawraw l-istat tad-dritt u jreġġgħu lura lill-pajjiż fuq it-triq lejn id-dritt kostituzzjonali u d-demokrazija. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni attwali fir-Repubblika tal-Ginea, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu adottati miżuri mmirati lejn il-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, u li jkun impost embargo fuq l-armamenti kontra r-Repubblika tal-Ginea, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lir-Repubblika tal-Ginea minn ċittadini tal-Istati Membri jew li ġejjin minn territorji tal-Istati Membri, jew li jużaw il-bastimenti jew l-ajruplani bil-bandiera tagħhom, għandhom ikunu projbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
|
(a) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini tal-istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), tal-UE u tal-Komunità, jew għal operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet tal-UE u tan-NU; |
|
(b) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fir-Repubblika tal-Ginea, |
bil-kondizzjoni li dawn l-esportazzjonijiet ikunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti.
2. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati bil-metall u elmi militari, esportati temporanjament lejn ir-Repubblika tal-Ginea minn persunal tan-NU, persunal tal-UE, tal-Komunità jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-membri tal-NCDD u individwi assoċjati magħhom, responsabbli għar-ripressjoni vjolenti tat-28 ta’ Settembru 2009 jew l-istaġnar politiku fil-pajjiż, kif elenkati fl-Anness.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.
3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:
|
(a) |
bħala pajjiż ospitanti ta’ organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
|
(b) |
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha; jew |
|
(ċ) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
|
(d) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-UE, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Ginea.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija dment li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.
Artikolu 4
Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta emendi għal-lista li tidher fl-Anness skont l-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Ginea.
Artikolu 5
Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-UE għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk imniżżla f’din il-Pożizzjoni Komuni.
Artikolu 6
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux ġew milħuqa.
Artikolu 7
Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 8
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, 27 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
C. BILDT
ANNESS
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)
|
|
Isem (u psewdonomi rilevanti) |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni (professjoni/titolu, data u post tat-twelid ( d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport (Pass.)/karta tal-identità…) |
|
1. |
Kaptan Moussa Dadis CAMARA |
President tas-CNDD d.t.t.: 01/01/64 jew 29/12/68 Pass.: R0001318 |
|
2. |
Ġenerali Mamadouba Toto CAMARA |
Ministru tas-Sigurtà u l-Protezzjoni Ċivili u membru tas-CNDD |
|
3. |
Ġenerali Sékouba KONATÉ |
Ministru tad-Difiża Nazzjonali u membru tas-CNDD d.t.t.: 01/01/1964 Pass: R0003405 |
|
4. |
Kurunell Mathurin BANGOURA |
Ministru tat-Telekomunikazzjoni u tat-Teknoloġiji l-Ġodda tal-Informazzjoni u membru tas-CNDD d.t.t.: 15/11/1962 Pass.: R0003491 |
|
5. |
Logutenent Kurunell Aboubacar Sidiki (psewdonomu Idi Amin) CAMARA |
Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD, imkeċċi mill-Armata fis-26/01/09 |
|
6. |
Kmandant Oumar BALDÉ |
Membru tas-CNDD d.t.t.: 26/12/1964 Pass.: R0003076 |
|
7. |
Kmandant Mamadi MARA |
Membru tas-CNDD |
|
8. |
Kmanant Almamy CAMARA |
Membru tas-CNDD d.t.t.: 17/10/75 Pass.: R0023013 |
|
9. |
Logutenent Kurunell Mamadou Bhoye DIALLO |
Membru tas-CNDD d.t.t.: 01/01/1956 Pass.: Service R0001855 |
|
10. |
Kaptan Koulako BÉAVOGUI |
Membru tas-CNDD |
|
11. |
Logutenent Kurunell Colonel Kandia MARA |
Membru tas-CNDD Pass.: R0178636 |
|
12. |
Kurunell Sékou MARA |
Viċi Direttur tal-Pulizija Nazzjonali, Membru tas-CNDD |
|
13. |
Morciré CAMARA |
Membru tas-CNDD d.t.t.: 01/01/1949 Pass.: R0003216 |
|
14. |
Alpha Yaya DIALLO |
Membru tas-CNDD |
|
15. |
Kmandant Mamadou Korka DIALLO |
Ministru tal-Kummerċ, l-Industrija u l-SMEs u membru tas-CNDD d.t.t.: 19/02/1962 |
|
16. |
Kmandant Kelitigui FARO |
Ministru Segretarju Ġenerali fil-Presidenza tar-Repubblika u membru tas-CNDD d.t.t.: 03/08/1972 Pass.: R0003410 |
|
17. |
Kurunell Fodeba TOURÉ |
Ministru taż-Żgħażagħ u membru tas-CNDD, imkeċċi mill-Armata fis-07/05/09, d.t.t.: 07/06/1961 Pass.: R0003417 /R0002132 |
|
18. |
Kmandant Cheick Tidiane CAMARA |
Membru tas-CNDD |
|
19. |
Kurunell Sékou (psewdonomu Sékouba) SAKO |
Membru tas-CNDD |
|
20. |
Logutenent Jean-Claude PIVI (psewdonomu COPLAN) |
Ministru imkarigat mis-Sigurtà Presidenzjali u membru tas-CNDD |
|
21. |
Logutenent Saa Alphonse TOURÉ |
Membru tas-CNDD |
|
22. |
Kmandant Moussa KEITA |
Ministru Segretarju Permanenti tas-CNDD inkarigat bir-Relazzjonijiet mal-Istituzzjonijiet tar-Repubblika u membru tas-CNDD |
|
23. |
Logutenent Kurunell Aïdor (psewdonomu Aëdor) BAH |
Membru tas-CNDD |
|
24. |
Kmandant Bamou LAMA |
Membru tas-CNDD |
|
25. |
Is-Sur Mohamed Lamine KABA |
Membru tas-CNDD |
|
26. |
Kaptan Daman (psewdonomu Dama) CONDÉ |
Membru tas-CNDD |
|
27. |
Kmandant Aboubacar Amadou DOUMBOUYA |
Membru tas-CNDD |
|
28. |
Kaptan Moussa Tiégboro CAMARA |
Ministru fil-Presidenza nkarigat bis-servizzi speċjali tal-ġlieda kontra d-drogi u l-brigantaġġ serju u membru tas-CNDD d.t.t.: 01/01/1968 Pass.: 7190 |
|
29. |
Kaptan Issa CAMARA |
Gvernatur ta' Mamou u membru tas-CNDD |
|
30. |
Kurunell Dr. Abdoulaye Chérif DIABY |
Ministru tas-Saġġa u tal-Iġjene Pubblika u membru tas-CNDD d.t.t.: 26/02/1957 Pass.: 13683 |
|
31. |
Mamady CONDÉ |
Membru tas-CNDD (RP għan-NU) d.t.t.: 28/11/52 Pass.: R0003212 |
|
32. |
Sub-Logutenent Cheikh Ahmed TOURÉ |
Membru tas-CNDD |
|
33. |
Kmandant Aboubacar Biro CONDÉ |
Membru tas-CNDD d.t.t.: 15/10/1962 Pass.: 2443 |
|
34. |
Bouna KEITA |
Membru tas-CNDD |
|
35. |
Idrissa CHERIF |
Kabinett tal-President d.t.t.: 13/11/1967 Pass.: R0105758 |
|
36. |
Is-Sur Mamoudou CONDÉ |
Segretarju tal-Istati, Chargé de Mission, għal kwistjonijiet strateġiċi u l-iżvilupp sostenibbli d.t.t.: 09/12/1960 Pass.: R0020803 |
|
37. |
Logutenent Aboubacar Chérif (psewdonimu Toumba) DIAKITÉ |
Aide de Camp għall-President |
|
38. |
Ibrahima Khalil DIAWARA |
Kunsillier Speċjali ta' “Toumba” Diakité d.t.t.: 01/01/1976 Pass.: R0000968 |
|
39. |
Sub-Logutenent Marcel KOIVOGUI |
Assistent ta' Toumba Diakité |
|
40. |
Is-Sur Papa Koly KOUROUMA |
Ministru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli d.t.t.: 03/11/1962 Pass.: R11914 |
|
41. |
Nouhou THIAM |
Kelliem tas-CNDD |
|
42. |
Kaptan tal-Pulizija Théodore KOUROUMA |
Attaché de cabinet għall-Presidenza d.t.t.: 13/05/1971 Pass.: Service R0001204 |