Official Journal L 124 , 18/05/1988 P. 0031 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0177
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 26 P. 0177
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 1988 li temenda d-Direttiva 72/462/KEE dwar problemi ta’ spezzjoni sanitarja u veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’Annimali tal-fart u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi (88/289/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi d-Direttiva 72/462/KEE [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/64/KEE [5], tistabbilixxi l-ħtiġiet dwar l-ispezzjoni tas-saħħa u veterinarja għall-importazzjoni ta’ annimali tal-fart u ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi; Billi d-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi sanitarji li jaffetwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’laħam frisk [6] kienet emendata bid-Direttiva 88/288/KEE [7] fir-rigward ta’ kummerċ fir-raċanċ tal-laħam, kif ukoll fir-rigward tal-possibbiltà li jkunu adottati eżamijiet oħra fil-qafas ta’ spezzjoni sanitarja qabel u wara l-qatla sabiex jittieħed akkont tas-sitwazzjonijiet lokali partikolari; billi l-istess garanziji sanitarji offruti bid-Direttiva 64/433/KEE għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 72/462/KEE hija b’hekk emendata kif ġej: 1. It-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) għandha tkun mibdula b’dan li ġej: "Bi qbil mar-regoli dettaljati ta’ l-implimentazzjoni li għandhom ikunu stabbilita mill-Kummissjoni permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, il-lista jew listi jistgħu jiġu emendati jew issupplementati mill-Kummissjoni skond ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 5, li bih kienet infurmat minn qabel lill-Istati Membri. Fil-każ ta’ diffikultajiet, il-materja għandha tkun irriferuta lill-Kumitat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29. Qabel l-1 ta’ Jannar 1990, il-Kunsill għandu jirrevedi dawn id-dispożizzjonijiet fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni." 2. Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-Artikolu 17(2)(b) u (d): "Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29, ħtiġiet addizzjonali adattati għas-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiżi speċifikati b’isimhom fir-rigward ta’ ċertu mard li x’aktarx jipperikolaw is-saħħa umana jistgħu jiġu deċiżi." 3. Fl-Artikolu 18(1)(b) l-ewwel frażi għandha tinbidel bi: "(b) qatgħat iżgħar minn kwarti jew laħam bil-għadam jew interjuri jew fwied imqatta’ ta’ l-annimali tal-fart minn impjanti tat-tqattiegħ… (il-kumplament mħux mibdul)…". 4. Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma’ l-Artikolu 18: "4. L-ammissjoni ta’ fwied imqatta’ ta’ l-annimali apparti minn dak ta’ l-ispeċi tal-fart tista tkun deċiża mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni." 5. L-Artikolu 20(b) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(b) laħam frisk: (i) minn annimali li ġew amministrati lilhom sustanzi ormonali pprojbiti taħt id-Direttivi 81/602/KEE u 88/146/KEE [8]; (ii) li jkunu jinsabu fihom fdalijiet ta’ sustanzi ormonali bi qbil ma’ l-eċċezzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 81/602/KEE u l-Artikoli 2 u 7 tad-Direttiva 85/649/KEE, residwi ta’ antibijotiċi, pestiċidi, jew sustanzi oħra… (il-kumplament mħux mibdul)…" L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1989 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni bihom. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1988. Għall-Kunsill Il-President M. Bangemann [1] ĠU C 276, ta’ l-1.11.1986, p. 11. [2] ĠU C 156, tal-15.6.1987, p. 190. [3] ĠU C 68, tas-16.3.1987, p. 2. [4] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [5] ĠU L 34, tal-5.2.1987, p. 52. [6] ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 2012/64. [7] Ara l-pagna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [8] ĠU L 70, tas-16.3.1988, p. 16. --------------------------------------------------