|
8.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1768
tat-23 ta’ Ġunju 2021
li jemenda, għall-fini tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Prodott fertilizzanti, li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/1009 għall-kategorija funzjonali tal-prodott (“PFC”) u għall-kategorija tal-materjal komponent (“CMC”) rilevanti rispettivament, ikun ittikkettat f’konformità mal-Anness III ta’ dak ir-Regolament u jkun għadda b’suċċess mill-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, wara jkun jista’ jiġi mmarkat CE u jkun jista’ jiċċaqlaq liberament fis-suq intern bħala prodott fertilizzanti tal-UE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I (parzjalment), II, III u IV tiegħu. |
|
(3) |
Filwaqt li kienu qed iħejju għat-tranżizzjoni lejn regoli ġodda ta’ armonizzazzjoni, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-partijiet ikkonċernati interessati infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu adattati xi wħud mid-dispożizzjonijiet tekniċi fl-Annessi tar-Regolament (UE) 2019/1009. Uħud minn dawk l-emendi huma meħtieġa sabiex tittejjeb il-konsistenza ma’ partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u dan jiffaċilita l-aċċess għas-suq intern u l-moviment liberu ta’ prodotti fertilizzanti sikuri u agronomikament effiċjenti. Huma meħtieġa xi emendi biex jiġi żgurat il-livell għoli ta’ protezzjoni li r-Regolament (UE) 2019/1009 għandu l-għan li jikseb, u b’hekk jiġi żgurat li l-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkollhom aċċess għas-suq intern bis-saħħa ta’ dak ir-Regolament ma jkunux ta’ riskju għas-saħħa, għas-sikurezza jew għall-ambjent. Huma meħtieġa emendi oħra sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn kategoriji sinifikanti ta’ prodotti fertilizzanti jiġu esklużi b’mod involontarju mir-regoli ta’ armonizzazzjoni. Dawk l-emendi se jiżguraw l-aċċess għas-suq intern għall-prodotti fertilizzanti li jkunu agronomikament effiċjenti, sikuri, u diġà nnegozjati b’mod wiesa’ fis-suq. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli għall-prodotti fertilizzanti tal-UE li jkun fihom sustanza b’valuri tal-limitu massimu ta’ residwi għall-ikel u għall-għalf stabbiliti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 (2), fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jew fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-manifattur huwa obbligat jagħti struzzjonijiet dwar l-użu biex jiġi żgurat li l-użu maħsub tal-prodott fertilizzanti tal-UE ma jwassalx għall-qbiż tal-valuri tal-limitu massimu għall-ikel u għall-għalf. Barra minn hekk, il-manifattur għandu jinkludi fid-dokumentazzjoni teknika r-riżultati tal-kalkoli li jagħtu prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. Fid-diskussjonijiet dwar kif għandu jiġi implimentat dan l-obbligu, jidher ċar li huwa impossibbli għall-manifatturi li jikkonformaw miegħu, u b’hekk il-prodotti fertilizzanti agronomikament effiċjenti, sikuri u diġà nnegozjati b’mod wiesa’ ma jistgħux jgħaddu mill-valutazzjoni tal-konformità u jaċċessaw is-suq intern skont ir-Regolament (UE) 2019/1009. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-obbligi jiġu sostitwiti b’obbligi li jkunu aktar proporzjonati u li jistgħu jiġu implimentati f’żewġ aspetti. |
|
(5) |
L-ewwel nett, il-qbiż ta’ dawk il-limiti jew il-livelli massimi fl-għelejjel jista’ jiġi evitat billi tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari fuq it-tikketta. Konsegwentement, jenħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2019/1009 sabiex jiġi impost obbligu fuq il-manifattur li jinforma lill-utent aħħari kull meta l-prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjal komponent li, jekk jitqiegħed fis-suq bħala ikel jew għalf, jaqbeż il-limiti jew il-livelli massimi stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 470/2009 jew (KE) Nru 396/2005, f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 315/93, jew fid-Direttiva 2002/32/KE. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, jenħtieġ li jiżdied ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). B’dan il-mod, l-utent aħħari jkun f’pożizzjoni li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-għalla tkun konformi mar-regoli dwar l-ikel u l-għalf. |
|
(6) |
It-tieni nett, huma meħtieġa miżuri addizzjonali fir-rigward ta’ xi sustanzi farmakoloġikament attivi diġà koperti bir-Regolament (KE) Nru 470/2009. Jenħtieġ li l-approċċ ikun differenti skont jekk din tkunx sustanza permessa elenkata fit-Tabella 1 fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (7), u li għaliha seta’ ġie stabbilit limitu massimu ta’ residwi, jew sustanza mhux permessa b’punt ta’ referenza għall-azzjoni stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 (8). Ir-residwi ta’ sustanza permessa jistgħu jkunu preżenti fi prodott fertilizzanti tal-UE biss jekk l-imsemmija sustanza tkun elenkata fit-Tabella 1 fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010. Madankollu, sustanza farmakoloġikament attiva mhux permessa, li hija aktar perikoluża għas-saħħa tal-konsumatur meta tkun preżenti fl-oġġett tal-ikel, jenħtieġ li lanqas ma tkun preżenti ’l fuq mill-punt ta’ referenza għall-azzjoni tagħha fi prodott fertilizzanti tal-UE. |
|
(7) |
Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih ukoll sustanzi attivi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Peress li r-Regolament (UE) 2019/1009 ma jkoprix prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jenħtieġ li jiġi ċċarat fit-test ta’ dak ir-Regolament li prodott fertilizzanti tal-UE li jkun fih sustanza attiva ma jridx ikollu funzjoni ta’ protezzjoni tal-pjanti skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Din il-kjarifika hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li se jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni kemm mill-operaturi ekonomiċi kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, u b’hekk jiffaċilita l-aċċess għas-suq intern abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 fih lista eżawrjenti ta’ tipoloġiji għal fertilizzant inorganiku sempliċi bil-mikronutrijenti, kif ukoll id-deskrizzjonijiet korrispondenti u l-kontenut minimu ta’ mikronutrijenti tagħhom. Għall-fertilizzant abbażi ta’ mikronutrijenti fil-forma ta’ mlieħ, 10 % skont il-massa tal-fertilizzant jikkonsisti f’mikronutrijenti li jinħallu fl-ilma. Madankollu, hemm fertilizzanti bbażati fuq l-imlieħ tal-karbonat jew tal-fosfat li għandhom mikronutrijenti li ma jinħallux fl-ilma. Dan ma jaffettwax il-prestazzjoni tagħhom bħala fertilizzanti jew l-assorbiment tan-nutrijenti fl-għalla. Għalhekk, dawn il-fertilizzant abbażi ta’ mikronutrijenti fil-forma ta’ mlieħ jenħtieġ li jitħallew jaċċessaw is-suq intern billi titneħħa l-kundizzjoni dwar it-taħlil fl-ilma. Għall-kelati UVCB (10), huma elenkati biss il-kelati tal-ħadid. Madankollu, mikronutrijenti oħra jistgħu jkunu wkoll kelati UVCB u jistgħu jiġu rilaxxati bil-mod fil-pjanti. Il-fertilizzanti b’rilaxx bil-mod huma utli biex jipprevjenu t-tniġġis tan-nutrijenti fil-ħamrija, billi jirrilaxxaw bil-mod il-mikronutrijenti u b’hekk iżidu l-possibbiltajiet tal-assorbiment tagħhom mill-pjanti. Għalhekk, huwa xieraq li dawn il-prodotti niċċa jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni u li jiġi promoss il-moviment liberu tagħhom fis-suq intern. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi valuri tal-limitu għall-kontaminanti, inkluż in-nikil, f’materjal għat-tkabbir li jkun prodott fertilizzanti tal-UE, għajr ħamrija in situ, b’funzjoni ta’ tkabbir tal-pjanti jew tal-faqqiegħ. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli ta’ armonizzazzjoni għal dan it-tip ta’ prodott fertilizzanti. Diġà hemm diversi tipi ta’ materjali għat-tkabbir fis-suq, abbażi ta’ regoli nazzjonali u b’karatteristiċi diversi ħafna, li jistgħu jkunu kandidati biex isiru prodotti fertilizzanti tal-UE. Madankollu, il-valur tal-limitu għan-nikil stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1009 għat-tipi kollha ta’ materjali għat-tkabbir joħloq diffikultajiet għal xi materjali għat-tkabbir li jkun fihom biss kostitwenti ta’ oriġini minerali. Dawn il-prodotti huma prodotti niċċa li jikkonformaw mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u diġà jissodisfaw il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE stabbiliti għall-materjali għat-tkabbir bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 (11). F’din id-Deċiżjoni, issir distinzjoni bejn il-materjali minerali għat-tkabbir u kategoriji oħrajn ta’ materjali għat-tkabbir fir-rigward tal-metodi tad-determinazzjoni tal-kontenut tal-kontaminanti, inkluż in-nikil. Għalhekk, għall-materjali kollha għat-tkabbir minbarra l-materjali minerali għat-tkabbir, għandu jiġi ddeterminat il-kontenut totali tal-kontaminant, filwaqt li għall-materjali minerali għat-tkabbir għandu jiġi ddeterminat biss il-kontenut bijodisponibbli. Din id-distinzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li l-materjali minerali għat-tkabbir normalment jiġu manifatturati f’temperaturi għoljin, u dan jipproduċi rabta kimika b’saħħitha ta’ kontaminanti mal-istruttura tal-kostitwenti minerali, li tillimita kemm dawn il-kontaminanti jkunu bijoloġikament disponibbli. Madankollu, din id-distinzjoni ma ssirx fir-Regolament (UE) 2019/1009. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, filwaqt li l-materjali minerali għat-tkabbir disponibbli fis-suq ikunu konformi mal-valur tal-limitu stabbilit għan-nikil fir-Regolament (UE) 2019/1009 jekk jiġi ddeterminat biss il-kontenut bijodisponibbli tal-kontaminant, dawn ma jistgħux jikkonformaw mal-istess limitu jekk għandu jiġi ddeterminat il-kontenut totali, kif inhu meħtieġ bħalissa. Għalhekk, huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti għall-markatura CE ta’ dawk il-prodotti abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009 u l-applikazzjoni tal-Ekotikketta, sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni mhux intenzjonata fejn prodotti sikuri għall-ambjent, u li għalhekk ikollhom Ekotikketta, ikunu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ armonizzazzjoni. Għalhekk, il-valur tal-limitu għan-nikil stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009, jenħtieġ li japplika biss għall-kontenut bijodisponibbli għall-materjali minerali għat-tkabbir. |
|
(10) |
Bħala miżura ta’ salvagwardja, jenħtieġ li dik ir-regola tapplika biss meta l-użu ta’ dawk il-prodotti jkun limitat għal użu professjonali f’applikazzjonijiet ortikulturali, f’soqfa ħodor jew f’ħitan ħodor. Dan jiżgura trattament aħjar u rata ogħla ta’ rkupru tal-materjali għat-tkabbir użati, b’possibbiltajiet reali ta’ riċiklaġġ tal-materjali wara l-użu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-manifattur jikkollabora wkoll mal-utent biex jiġi żgurat ir-rimi sikur tal-prodotti ladarba dawn ma jibqgħux jintużaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-prodott ma jkollux kuntatt dirett mal-ħamrija, sabiex ma jikkontribwixxix għall-akkumulazzjoni ta’ kontaminanti fiha. |
|
(11) |
Il-prodotti fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fihom biss materjali komponenti konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għal waħda mill-kategoriji tal-materjali komponenti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009. Il-prodotti fertilizzanti, b’mod partikolari l-fertilizzanti, spiss ikun fihom addittivi tekniċi bbażati fuq il-polimeri, li huma importanti biex jiġu żgurati l-effiċjenza u l-użu sikur tagħhom. Dawk l-addittivi mhuma koperti mill-ebda waħda mill-kategoriji eżistenti tal-materjali komponenti. Madankollu, il-fertilizzanti li jkun fihom dawn l-addittivi huma koperti mir-regoli ta’ armonizzazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Dawn l-addittivi tekniċi huma, pereżempju, antiagglomeranti li jipprevjenu l-formazzjoni taċ-ċapep, u aġenti għal kontra l-formazzjoni tat-trab li jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trab mill-prodott fertilizzanti matul l-applikazzjoni tiegħu. L-antiagglomeranti huma essenzjali għall-effiċjenza fl-użu tan-nutrijenti peress li mingħajr dawn l-aġenti, il-fertilizzant ma jinfirixx b’mod ugwali u għalhekk l-utent aħħari japplika aktar fertilizzant biex jiżgura li dan jilħaq lill-pjanti kollha. L-aġenti għal kontra l-formazzjoni tat-trab huma importanti ħafna wkoll għall-protezzjoni tas-saħħa tal-utenti. Għalhekk, il-polimeri li ma jikkawżaw l-ebda tħassib ambjentali jenħtieġ li jiġu inklużi fost il-materjali komponenti permessi fil-prodotti fertilizzanti skont ir-Regolament (UE) 2019/1009. Dan jiżgura li l-kategoriji sinifikanti ta’ prodotti b’effiċjenza agronomika u sikurezza mtejba jibqa’ jkollhom aċċess għas-suq intern. |
|
(12) |
Sabiex jiġi identifikat liema polimeri ma jikkawżaw l-ebda tħassib ambjentali, huwa xieraq li ssir referenza għall-opinjonijiet xjentifiċi maħruġa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji (13) u mill-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), dwar partikoli mikroplastiċi miżjuda intenzjonalment ma’ prodotti għall-użu mill-konsumatur jew dak professjonali ta’ kwalunkwe tip. |
|
(13) |
Bl-inklużjoni ta’ dawn il-kategoriji tal-polimeri fis-CMC 1 (Sustanzi u taħlitiet minn materjal verġni) u fis-CMC 11 (Prodotti sekondarji fis-sens tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15)), jiġi żgurat ukoll li dawk il-polimeri se jiġu rreġistrati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 b’fajl li jinkludi rapport ta’ sikurezza għall-użu tagħhom bħala prodott fertilizzanti. Dan jiżgura li titwettaq valutazzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe riskju mill-użu ta’ dawn l-addittivi fil-prodotti fertilizzanti, u li l-prodotti fertilizzanti mogħtija aċċess għas-suq intern skont din l-emenda b’hekk ikunu sikuri għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. |
|
(14) |
Il-fertilizzanti bil-mikronutrijenti jista’ jkun fihom aġenti kelanti jew kumplessanti, li huma sustanzi maħsuba biex itejbu d-disponibbiltà fit-tul tal-mikronutrijenti għall-pjanti. |
|
(15) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jirrikjedi li l-prodotti fertilizzanti li jkun fihom aġenti kelanti jibqgħu stabbli f’soluzzjoni standard ta’ Hoagland f’pH 7 u 8 għal mill-inqas tliet ijiem, biex jiġi żgurat li l-mikronutrijenti jiġu rilaxxati bil-mod fil-pjanti. Il-kompożizzjoni tal-ħamrija agrikola u l-varjazzjonijiet fil-pH jistgħu jfixklu l-istabbiltà ta’ dawn il-prodotti. Progress tekniku ġdid jippermetti li jiġu vvalutati l-interferenzi potenzjali u li tiġi stabbilita firxa tal-pH fejn il-prodotti jkunu stabbli għal finijiet agrikoli. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, prodott jista’ jkun stabbli f’firxa tal-pH għajr il-pH 7 u 8, u xorta jissodisfa l-iskop tiegħu li tiġi żgurata d-disponibbiltà fit-tul tal-mikronutrijenti. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat biex jippermetti li dawn il-prodotti jkunu stabbli f’firxa tal-pH differenti. B’dan il-mod, ir-regoli ta’ armonizzazzjoni japplikaw għal aktar prodotti, li jirrilaxxaw bil-mod il-mikronutrijenti fil-pjanti u b’hekk titnaqqas il-lissija tan-nutrijenti fil-ħamrija. Bħala miżura addizzjonali, il-firxa tal-pH li fiha l-prodotti fertilizzanti tal-UE jkunu stabbli, jenħtieġ li tiġi indikata fuq it-tikketta biex jiġi żgurat li tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari. |
|
(16) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jirrikjedi d-dikjarazzjoni tal-perċentwal ta’ kull mikronutrijent kelat minn kull aġent kelanti u ta’ kull mikronutrijent kumplessat minn kull aġent kumplessanti, kif ikun applikabbli. Il-prodotti bil-mikronutrijenti jista’ jkun fihom taħlita ta’ aġenti kelanti, jew ta’ aġenti kumplessanti, jew tat-tnejn. F’każijiet bħal dawn, il-metodi analitiċi disponibbli ma jistgħux jappoġġaw id-determinazzjoni tal-perċentwal eżatt ta’ kull mikronutrijent kelat jew kumplessat minn kull aġent individwali. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1009 jiġi emendat sabiex il-manifattur ikun jista’ jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti tat-tikkettar, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess tiegħu għas-suq intern. |
|
(17) |
Xi prodotti fertilizzanti, bħall-materjali għat-tkabbir, jużaw il-pit bħala komponent ewlieni. L-inkoraġġiment tal-użu ta’ alternattivi għall-pit huwa importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, speċjalment għall-prevenzjoni tat-telfien tal-karbonju u tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif ukoll għall-konservazzjoni tal-ekosistemi fraġli. Il-fibri tal-pjanti jistgħu jintużaw biex jissostitwixxu parzjalment il-pit fil-materjali għat-tkabbir. Madankollu, biex jittejjeb il-potenzjal tal-fibri tal-pjanti mhux ittrattati, dawn għandhom jiġu ttrasformati f’fibri ta’ partikoli aktar fini peress li dan itejjeb il-grad ta’ bijodegrabbiltà tagħhom, l-interazzjoni tagħhom man-nutrijenti u ż-żamma tal-ilma. Il-kundizzjonament tal-fibri tal-pjanti mhux ipproċessati bl-użu ta’ pretrattamenti fiżiċi differenti għall-fini tal-isfibratura jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista eżawrjenti ta’ trattamenti fis-CMC 2 (Pjanti, partijiet tal-pjanti u estratti tal-pjanti). Bħala miżura ta’ salvagwardja, jenħtieġ li jiżdiedu ċerti restrizzjonijiet mal-metodi tal-ipproċessar, bħat-temperatura massima u l-projbizzjoni tal-addittivi għajr l-ilma. |
|
(18) |
Is-CMC 3 (Kompost) u s-CMC 5 (Diġestat għajr diġestat tal-għelejjel friski) jistabbilixxu lista eżawrjenti ta’ materjali ta’ input li jistgħu jintużaw. Dik il-lista tinkludi prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) u prodotti sekondarji mill-annimali li jistgħu jitqiesu bħala organiżmi mejta, f’każijiet fejn punt tat-tmiem fil-katina tal-manifattura jkun ġie ddeterminat f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(19) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi għall-ewwel darba regoli ta’ armonizzazzjoni għall-kompost u għad-diġestat bħala materjali komponenti fil-prodotti fertilizzanti tal-UE. Madankollu, dawn il-materjali huma preżenti fis-suq, abbażi tar-regoli nazzjonali. Bħalissa, il-prodotti sekondarji mill-annimali li ma jistgħux jitqiesu bħala organiżmi mejta (speċjalment id-demel mhux ipproċessat) spiss jintużaw bħala materjali ta’ input għall-kompost u għad-diġestat. B’dan il-mod, dawn il-materjali jiġu ttrasformati fi prodotti fertilizzanti b’valur miżjud ekonomiku u ambjentali nett. L-użu tal-eskrement kompost tal-annimali, inkluż id-demel tat-tjur tat-trobbija u d-demel kompost tal-bhejjem, kif ukoll id-diġestat li jkun fih prodotti sekondarji mill-annimali kodiġeriti ma’ materjal ta’ oriġini mill-pjanti jew mill-annimali, huwa inkluż fil-lista eżawrjenti ta’ fertilizzanti, kundizzjonaturi tal-ħamrija u nutrijenti permessi fil-biedja organika fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (17). Għalhekk, huwa xieraq li jingħata aċċess għas-suq intern lil prodotti fertilizzanti li jkun fihom il-kompost jew id-diġestat b’dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali bħala materjali ta’ input. Dan jiżgura wkoll konsistenza mal-materjali ta’ input permessi fis-CMC 12 (Imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom), fis-CMC 13 (Materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom), kif ukoll fis-CMC 14 (Materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni), li ġew introdotti reċentement. |
|
(20) |
Is-CMCs 3 u 5 jeskludu wkoll mill-materjali ta’ input tagħhom l-organiżmi ħajjin jew mejtin mill-frazzjoni organika tal-iskart muniċipali domestiku mħallat. Għall-kuntrarju, is-CMCs 12, 13 u 14 jeskludu mill-materjali ta’ input tagħhom l-organiżmi ħajjin jew mejtin mill-materjali mill-iskart muniċipali mħallat, u mhux biss mill-iskart domestiku. L-objettiv ta’ dawk id-dispożizzjonijiet huwa li jitħeġġeġ il-ġbir separat tal-iskart fil-muniċipalitajiet, billi ma jingħatawx opportunitajiet għall-użu tal-iskart imħallat. Ir-raġunament huwa l-istess kemm jekk l-iskart jiġi ġġenerat mill-unitajiet domestiċi kif ukoll minn ristoranti jew minn operaturi oħrajn fil-muniċipalitajiet. Ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi pprojbit l-użu tal-iskart domestiku imħallat biss bħala materjal ta’ input fil-kompost u fid-diġestat. Għalhekk, biex jiġi żgurat approċċ koerenti u strett lejn l-irkupru tal-iskart muniċipali mħallat u għaldaqstant biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet fis-CMCs 3 u 5 jiġu allinjati ma’ dawk fis-CMCs 12, 13 u 14, li ġew introdotti reċentement. |
|
(21) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi obbligu għall-manifattur li jelenka fuq it-tikketta l-ingredjenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż tal-prodott. Madankollu, l-element li fuqu jiġi applikat il-limitu ta’ 5 % jenħtieġ li jiġi adattat għall-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott fertilizzanti kkonċernat u għalhekk jenħtieġ li tkun permessa dikjarazzjoni tal-ingredjenti li jirrappreżentaw 5 % tal-volum. Speċjalment fil-każ ta’ prodotti fejn il-kwantità tkun indikata skont il-volum, l-elenkar tal-ingredjenti li jirrappreżentaw 5 % tal-volum huwa preferibbli peress li l-piż tal-ingredjenti relattivi skont il-piż tal-prodotti mhux dejjem ikun magħruf. Dan jiffaċilita l-aċċess ta’ dawn il-prodotti għas-suq intern. Fir-rigward tal-prodott fertilizzanti tal-UE f’forma likwida, huwa xieraq li jiġu ttikkettati l-ingredjenti ta’ aktar minn 5 % skont il-piż xott peress li inkella jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-ilma biss jiġi elenkat bħala ingredjent. Dan jiżgura li l-prodotti jkollhom aċċess għas-suq intern abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009 biss jekk l-utenti jkunu infurmati bix-xieraq dwar l-ingredjenti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jużaw il-prodotti b’mod sikur. |
|
(22) |
It-tikketta ta’ fertilizzant organominerali, ta’ fertilizzant inorganiku solidu jew likwidu bil-makronutrijenti u ta’ fertilizzant inorganiku bil-mikronutrijenti għandha telenka l-ismijiet u s-simboli kimiċi tal-mikronutrijenti ddikjarati, segwiti mill-ismijiet tal-kontrojoni tagħhom. F’xi każijiet, il-livell dikjarabbli tal-mikronutrijenti jista’ jkun preżenti b’mod naturali fil-materjali komponenti tal-prodotti fertilizzanti tal-UE. Dan huwa partikolarment il-każ għall-fertilizzanti minn materjali arrikkiti. Minħabba l-oriġini naturali tagħhom, l-ismijiet tal-kontrojoni għal dawk il-mikronutrijenti mhux dejjem jistgħu jiġu ddeterminati minħabba limitazzjonijiet analitiċi jew tekniċi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi permessa d-dikjarazzjoni tal-mikronutrijenti li ma jiġux miżjuda intenzjonalment mal-prodott fertilizzanti tal-UE, anke jekk il-kontrojoni korrispondenti ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati. Inkella, il-fertilizzanti inorganiċi bil-mikronutrijenti minn materjali arrikkiti ma jkunux jistgħu jiġu kkummerċjalizzati skont ir-Regolament (UE) 2019/1009, peress li l-manifattur ma jkunx jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit tat-tikkettar. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tal-kontenut ta’ mikronutrijenti f’fertilizzanti organominerali u inorganiċi bil-makronutrijenti mingħajr il-kontrojoni korrispondenti hija ta’ benefiċċju kemm għall-utent aħħari, li jista’ jadatta pjan ta’ fertilizzazzjoni billi jqis ukoll il-kontenut ta’ mikronutrijenti, kif ukoll għall-ambjent, peress li tista’ tiġi evitata il-fertilizzazzjoni żejda. L-effiċjenza jew is-sikurezza tal-fertilizzant ma tiġix affettwata mill-esklużjoni tal-kontrojoni mit-tikketta. |
|
(23) |
Il-manifattur ta’ fertilizzant inorganiku solidu bil-makronutrijenti huwa obbligat isemmi fuq it-tikketta l-forma tal-unità fiżika, b’referenza għal waħda mill-erba’ forom differenti elenkati fir-Regolament, jiġifieri trab, granuli, prilli u pellets. Madankollu, f’xi każijiet, l-użu ta’ waħda biss mill-forom speċifiċi ta’ hawn fuq ma jkunx possibbli, peress li l-forma fiżika tal-prodott tgħaqqad flimkien tnejn mill-erba’ forom. Għalhekk, sabiex il-manifattur ikun jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit tat-tikkettar, jenħtieġ li d-deskrizzjoni tal-unità fiżika ma tkunx limitata għal forma waħda possibbli biss, iżda jenħtieġ li tippermetti wkoll l-użu ta’ taħlita ta’ formoli. Jenħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ unità fiżika jkopru t-tipi kollha ta’ fertilizzanti u jenħtieġ li ma jirrestrinġux it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jikkonformaw b’mod ieħor mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) 2019/1009. |
|
(24) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi regoli ta’ tolleranza għal kull PFC għall-valuri differenti ddikjarati fuq it-tikketta. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 jistabbilixxi kemm tolleranzi negattivi (jenħtieġ li l-valur attwali ma jkunx anqas mill-valur iddikjarat imnaqqas bit-tolleranza negattiva) kif ukoll tolleranzi pożittivi (jiġifieri li l-valur attwali ma jistax ikun ogħla mill-valur iddikjarat miżjud bit-tolleranza rispettiva). Dan huwa partikolarment importanti għad-dikjarazzjoni tan-nutrijenti fejn, sabiex tiġi evitata fertilizzazzjoni baxxa u żejda, il-manifattur irid jiżgura li l-kontenut ta’ nutrijenti ddikjarat la jkun anqas u lanqas ogħla mill-valur iddikjarat miżjud bit-tolleranzi. |
|
(25) |
Uħud mit-tolleranzi stabbiliti għall-fertilizzanti inorganiċi huma dojoq ħafna minħabba l-kapaċitajiet tekniċi eżistenti. Dan huwa speċjalment il-każ għan-nutrijenti ddikjarati fejn il-kontenut tan-nutrijent jista’ jkun relattivament baxx meta mqabbel mal-prodott kollu. Kontenut baxx ta’ nutrijenti jfisser li d-devjazzjoni tal-valur iddikjarat tiegħu hija żgħira wkoll, peress li hija ddikjarata bħala perċentwal tal-kontenut tan-nutrijenti. Għalhekk, it-tolleranzi għal xi wħud mir-rekwiżiti għall-fertilizzanti inorganiċi jenħtieġ li jitwessgħu biex jiġi żgurat bilanċ ġust bejn il-kapaċitajiet tekniċi tal-manifattur u l-ħtieġa li tingħata informazzjoni korretta lill-utent aħħari. |
|
(26) |
Barra minn hekk, it-tolleranza f’termini assoluti għall-kontenut ta’ karbonju organiku fit-tejjieb tal-ħamrija jenħtieġ li titwessa’ wkoll. It-tejjieba tal-ħamrija jista’ jkollhom kontenut sinifikanti ta’ karbonju organiku, li minnu nnifsu mhuwiex problematiku, peress li fil-fatt il-karbonju organiku jtejjeb il-kwalità tal-ħamrija billi jarrikkixxi l-kontenut ta’ materjal organiku tagħha. F’każijiet bħal dawn, il-possibbiltà ta’ devjazzjoni f’termini assoluti ta’ punt perċentwali wieħed biss hija restrittiva ħafna. Għalhekk, huwa xieraq li tkun permessa devjazzjoni akbar f’termini assoluti filwaqt li tinżamm id-devjazzjoni relattiva eżistenti. |
|
(27) |
Jenħtieġ li jiżdiedu t-tolleranzi għall-kwantità ta’ bijostimulant tal-pjanti u ta’ taħlita ta’ prodotti fertilizzanti, peress li din l-informazzjoni hija meħtieġa li tingħata fuq it-tikketta. Għal taħlita ta’ prodotti fertilizzanti, jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn it-taħlita li tħallat żewġ prodotti fertilizzanti tal-UE, meta l-proporzjon ta’ kull wieħed minnhom fit-taħlita jkun jista’ jiġi ddeterminat, u għalhekk medja tat-tolleranzi diġà stabbiliti għal kull wieħed skont il-proporzjon tagħhom fit-taħlita tkun tista’ tiġi kkalkolata u applikata għat-taħlita kollha u għat-taħlita funzjonali, u meta l-istess materjal jgħaddi mill-valutazzjoni tal-konformità għal żewġ prodotti fertilizzanti tal-UE li jappartjenu għal żewġ PFCs differenti u ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’mod oġġettiv il-proporzjon ta’ kull wieħed fit-taħlita. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar, it-tolleranza aktar stretta għall-kwantità tal-PFCs komponenti jenħtieġ li tiġi applikata għat-taħlita kollha. Fil-fatt, il-manifattur irid jagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ kull PFC u dan jinkludi indikazzjoni tal-kwantità ta’ kull PFC f’konformità mat-tolleranza korrispondenti tagħha. Peress li kull PFC tirrappreżenta 100 % tat-taħlita f’dan il-każ partikolari, allura t-taħlita kollha kemm hi se jkollha tirrispetta t-tolleranza aktar stretta. |
|
(28) |
Abbażi tar-Regolament (UE) 2019/1009, hemm erba’ proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-prodotti fertilizzanti tal-UE, b’livelli differenti ta’ kumplessità skont is-CMC(s) tagħhom u l-PFC: il-Moduli A, A1, B+C u D1. |
|
(29) |
Il-Modulu D1 ġie adattat sabiex jirrifletti l-aspetti speċifiċi tal-prodotti fertilizzanti tal-UE derivati mill-iskart. Manifattur jista’ japplika l-Moduli B+C meta jivvaluta l-konformità ta’ inibitur (PFC 5) jew ta’ bijostimulant tal-pjanti (PFC 6), irrispettivament mill-materjali komponenti tagħhom. Għalhekk, bħala effett involontarju tal-abbozzar tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1009, xejn ma jista’ jipprevjeni l-applikazzjoni tal-Moduli B+C, anke fil-każ tal-valutazzjoni ta’ inibitur jew ta’ bijostimulant tal-pjanti li jkun fih materjali komponenti li għalihom il-Modulu D1 aktar strett ikun obbligatorju. Huwa xieraq li tiġi applikata proċedura stretta ta’ valutazzjoni tal-konformità kull meta prodott fertilizzanti tal-UE jkun fih materjali komponenti dderivati mill-iskart, irrispettivament mill-PFC tiegħu. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli u konsistenti ta’ protezzjoni, jenħtieġ li l-Moduli B+C jitħallew għall-inibituri u għall-bijostimulanti tal-pjanti biss meta dawn ma jkunx fihom dawn il-materjali komponenti. |
|
(30) |
Meta jsegwi l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-manifattur għandu jagħti informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika dwar, fost affarijiet oħra, il-kromu totali kull meta dan ikun ogħla minn 200 mg/kg. Ir-Regolament (UE) 2019/1009 ma jindikax jekk dan il-limitu għandux jiġi applikat għall-materja niexfa jew għall-materja friska. Dan l-obbligu ma jistax jiġi ssodisfat b’mod uniformi fl-Unjoni jekk ma jkunx ċar kif jenħtieġ li jiġu kkalkolati l-200 mg/kg. Meta jistabbilixxi l-valuri tal-limitu għall-kontaminanti, inkluż il-kromu eżavalenti (Cr VI), ir-Regolament (UE) 2019/1009 iqis il-materja niexfa. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ koerenza, jenħtieġ li l-kontenut ta’ kromu totali jiġi kkalkolat b’referenza għall-materja niexfa. |
|
(31) |
Saru konsultazzjonijiet dwar l-emendi fir-Regolament (UE) 2019/1009 f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). Ġie kkonsultat il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni dwar il-prodotti fertilizzanti. |
|
(32) |
Minħabba li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 għandhom japplikaw b’effett mis-16 ta’ Lulju 2022, jeħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi ddifferita għall-istess data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(3) |
l-Anness III huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
|
(4) |
l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(5) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41).
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(10) UVCB: Sustanzi b’kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti b’reazzjoni kumplessa jew materjali bijoloġiċi.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75).
(12) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1).
(13) RAC ECHA. 2020. Opinjoni dwar fajl tal-Anness XV li tipproponi restrizzjonijiet fuq il-mikroplastiks miżjuda intenzjonalment (ECHA/RAC/RES-O -0000006790-71-01/F).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(17) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(18) Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
ANNESS I
Il-Parti II tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11)." (**) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1)." (***) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41)." |
|
(2) |
jiddaħħal il-punt 5a li ġej:
|
|
(3) |
fit-tabella tal-punt 2 ta’ PFC 1(C)(II)(a):
|
|
(4) |
f’PFC 3(B), jiżdied il-punt 4 li ġej:
Fejn:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(5) |
f’PFC 4, jiddaħħal il-punt 2a li ġej:
|
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).
(**) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).
(***) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1871 tas-7 ta’ Novembru 2019 dwar il-punti ta’ referenza għall-azzjoni b’rabta ma’ sustanzi farmakoloġikament attivi li mhumiex permessi li jinsabu f’ikel li joriġina mill-annimali, u li jħassar id-Deċiżjoni 2005/34/KE (ĠU L 289, 8.11.2019, p. 41).’
((5)) (5) UVCB: Sustanza b’kompożizzjoni mhux magħrufa jew varjabbli, prodotti b’reazzjoni kumplessa jew materjali bijoloġiċi.”;
ANNESS II
Il-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1009 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
CMC 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
f’CMC 2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Prodott fertilizzanti tal-UE jista’ jkun fih pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti li ma jkunu għaddew minn ebda proċess ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, il-maċinazzjoni, it-tgħarbil, it-tnaqqih, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, it-trattament bl-iffriżar, il-lijofilizzazzjoni, l-estrazzjoni bl-ilma, l-estrazzjoni superkritika ta’ CO2, jew l-isfibratura f’temperatura ta’ mhux aktar minn 100 °C u mingħajr ebda addittiv għajr l-ilma.”; |
|
(3) |
CMC 3 hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
CMC 5 hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
f’CMC 11, il-punt 1(b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
ANNESS III
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Parti I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
il-Parti II hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
il-Parti III hija emendata kif ġej:
|
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).
(**) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).
(***) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
(****) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 fuq sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10)”.”
ANNESS IV
L-Anness IV tar-Regolament 2019/1009/UE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-Parti I, il-punt 3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-Parti II hija emendata kif ġej:
|