IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 11.12.2025
COM(2025) 781 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja u s-sostenibbiltà ta’ dawk l-obbligazzjonijiet kontinġenti
Is-Sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2024
Werrej:
1.Introduzzjoni.........................................................................................................................................................
2.Analiżi tas-sorsi differenti ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti .............................................................
2.1Garanziji baġitarji...............................................................................................................................................................................
2.2Selfiet proviżjonati għal assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi..................................................................................
2.3Self garantit b’marġni ta’ manuvra..........................................................................................................................................
2.4Ħarsa ġenerali lejn l-obbligazzjonijiet kontinġenti fi tmiem l-2024...................................................................
3.Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE .....................................
3.1Qafas ta’ valutazzjoni...................................................................................................................................................................
3.2Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati................................................
3.3Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra ....
4.Konklużjonijiet...................................................................................................................................................
5.Annessi:................................................................................................................................................................4
Is-sostenibbilità u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji
..................................................................................................................................................................................................................24
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu temporanju tal-NGEU
..................................................................................................................................................................................................................25
1.Introduzzjoni
Dan ir-rapport huwa maħruġ f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 256 tar-Regolament Finanzjarju
u għandu jinqara flimkien ma’:
·il-kontijiet konsolidati annwali tal-Unjoni Ewropea (is-sena finanzjarja 2024)
;
·id-dokument ta’ ħidma XI, li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2026
u li jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-garanziji baġitarji tal-UE u s-self ta’ assistenza finanzjarja proviżjonat (ir-Rapport tal-Artikolu 41(5))
; u
·ir-rapport ta’ previżjoni fit-tul dwar l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE (2026-2034), li jqis l-infiq baġitarju ppjanat
.
L-ewwel objettiv ta’ dan ir-rapport huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ammont u l-kompożizzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti – kemm obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati
kif ukoll garantiti b’marġni ta’ manuvra
– imġarrba mill-baġit tal-UE mill-31 ta’ Diċembru 2024. L-obbligazzjonijiet kontinġenti huma obbligazzjonijiet finanzjarji potenzjali li jirriżultaw minn impenji vinkolanti eżistenti jew minn okkorrenzi kuntrattwali preċedenti
. Jekk dawn l-obbligazzjonijiet kontinġenti jirriżultawx jew le f’sejħiet reali fuq il-baġit tal-UE, u d-daqs ta’ kwalunkwe sejħa bħal din, se jiddependi fuq avvenimenti futuri li ma jistgħux jiġu mbassra b’ċertezza.
Fi tmiem l-2024, il-baġit tal-UE kien espost għal obbligazzjonijiet kontinġenti li jammontaw għal madwar EUR 300 biljun relatati ma’ self (EUR 255 biljun fi tmiem l-2023). Minn dawn it-EUR 300 biljun, EUR 252 biljun kienu minn self mogħti lill-Istati Membri. L-EUR 48 biljun li jifdal kienu għal self lil pajjiżi terzi (b’EUR 42,4 biljun mill-EUR 48 biljun magħmula minn self lill-Ukrajna), mit-EUR 42,4 biljun f’self lill-Ukrajna, EUR 31,1 biljun kienu garantiti b’marġni ta’ manuvra. Il-baġit tal-UE kien espost ukoll għal obbligazzjonijiet kontinġenti relatati ma’ garanziji baġitarji li jammontaw għal madwar EUR 110 biljun (EUR 108 biljun fi tmiem l-2023). Dawn il-garanziji baġitarji ġew ipprovduti fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS)
, InvestEU
, il-Mandat ta’ Self Estern (ELM, External Lending Mandate)
, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD, European Fund for Sustainable Development)
, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+, European Fund for Sustainable Development Plus),
u l-Qafas ta’ Investiment għall-Ukrajna (UIF, Ukraine Investment Framework), li huwa l-garanzija baġitarja biex jiġi appoġġat l-investiment fl-Ukrajna stabbilit skont ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna
.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti totali - li jinkludu kemm garanziji baġitarji kif ukoll self - żdiedu għal EUR 410 biljun fl-2024, żieda minn EUR 363 biljun fl-2023, u dan jirrappreżenta żieda ta’ 13 %. Din ir-rata ta’ żieda hija ġeneralment konformi mar-rata ta’ żieda osservata fl-2023 (+16 %) u aktar baxxa mir-rata ta’ żieda osservata fl-2022 (40 %). Il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda ġejja minn żborżi ta’ self addizzjonali lill-Istati Membri taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility)
u minn assistenza finanzjarja lill-Ukrajna taħt il-Faċilità għall-Ukrajna.
It-tieni, dan ir-rapport jippreżenta wkoll valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-obbligazzjonijiet kontinġenti abbażi ta’ fatturi kwalitattivi u kwantitattivi, inkluż l-ittestjar tal-istress. Din il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà titwettaq billi jitqabblu l-obbligazzjonijiet kontinġenti ma’:
·il-valur tas-suq tal-proviżjonijiet eżistenti miżmuma fil-kompartimenti rispettivi tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni (CPF, Common Provisioning Fund)
stabbilit mill-Kummissjoni għal obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati, jiġifieri obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi;
·il-limiti tal-limiti massimi tar-riżorsi proprji u l-marġni ta’ manuvra disponibbli għal obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra.
Il-konklużjoni ewlenija tal-analiżi tas-sostenibbiltà ta’ tmiem l-2024 hija li l-baġit tal-UE għandu riżorsi biex ilaħħaq mal-materjalizzazzjoni potenzjali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-31 ta’ Diċembru 2024. Hemm tliet raġunijiet ewlenin għal din il-konklużjoni, li huma stabbiliti fil-punti ta’ hawn taħt.
·Għal obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u minn assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi, il-proviżjonament disponibbli fi tmiem l-2024 huwa adegwat meta jitqiesu r-rekwiżiti tal-oqfsa legali rispettivi
.
·Il-kapaċità finanzjarja tal-UE skont il-qafas legali eżistenti għall-2026 u għall-2027 (jiġifieri d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (ORD, Own Resources Decision)
u r-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-2021-2027
) u mill-2028 ir-Regolament dwar l-ORD u l-QFP 2028-2034 il-ġdid propost
hija biżżejjed biex tkopri l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha garantiti b’marġni ta’ manuvra li jirriżultaw minn dejn maħruġ skont i) l-RRF, l-Istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE, European Instrument for temporary support to mitigate unemployment risks in an emergency) u self ieħor lill-Istati Membri, ii) l-istrument ta’ assistenza makrofinanzjarja+ tal-Ukrajna (AMF+) anke f’ċirkostanzi avversi estremi. Fi kliem ieħor, il-marġni ta’ manuvra għandu riżorsi tajbin biex jiżgura r-robustezza tas-sistema finanzjarja tal-UE u l-affidabbiltà kreditizja tiegħu anke f’xenarju negattiv estrem li jikkombina l-impatti negattivi fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, id-dħul u n-nefqa.
Ir-riskji li jirriżultaw minn obbligazzjonijiet kontinġenti huma ġestiti u mmonitorjati permezz ta’ qafas ġenerali trans-Kummissjoni li jinkludi miżuri u salvagwardji estensivi li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn telf potenzjali li jirriżulta minn obbligazzjonijiet kontinġenti
. Rwol ċentrali f’dak il-qafas twettaq mill-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Obbligazzjonijiet Kontinġenti
. Dan il-qafas issaħħaħ fil-bidu tal-2025 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2025/369
, li espandiet ir-rwol tal-Uffiċjal Kap tar-Riskji (CRO, Chief Risk Officer). Filwaqt li jopera b’mod indipendenti mid-DĠ tal-Kummissjoni responsabbli għall-operazzjonijiet finanzjarji, is-CRO jipprovdi funzjoni kritika u ddedikata ta’ sorveljanza tar-riskju finanzjarju fir-rigward tal-operazzjonijiet finanzjarji kollha, jiġifieri:
-
it-teħid b’self, id-dejn, u l-ġestjoni tal-likwidità relatata;
-
l-operazzjonijiet ta’ self u l-garanziji baġitarji;
-
l-immaniġġar ta’ assi, inkluża l-ġestjoni tal-dispożizzjonijiet tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni li jirrappreżentaw ir-riżervi mwarrba biex jiġu ssodisfati t-talbiet dwar il-garanziji baġitarji tal-UE
.
|
Kaxxa 1: Il-QFP 2028-2034
L-iskop ta’ dan ir-rapport huwa li jivvaluta s-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit tal-UE. Filwaqt li l-garanziji baġitarji u s-self proviżjonati huma ttestjati skont il-valur tas-suq tad-dispożizzjonijiet miżmuma fis-CPF, l-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra mġarrba mill-baġit tal-UE huma vvalutati b’ħarsa ’l quddiem parzjalment billi jħarsu lejn l-evoluzzjoni pproġettata tal-pagamenti tal-QFP u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Għas-snin 2028-2034, il-valutazzjoni għalhekk tinkludi l-limitu massimu tar-riżorsi proprji propost għal 1,75 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-UE u l-infiq ipproġettat relatat mal-proposta għall-QFP 2028-2034, kif stabbilit fir-rapport ta’ tbassir fit-tul tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE (COM(2025)573). Il-projezzjoni tal-marġni ta’ manuvra li tirriżulta tikkostitwixxi x-xenarju bażi li fuqha jiġu evalwati l-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit fi tmiem l-2024.
Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-QFP li jmiss fis-16 ta’ Lulju 2025. Il-proposta tinkludi użu akbar ta’ strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u self garantiti bil-baġit tal-UE biex: i) jiżdied l-ingranaġġ; ii) il-baġit tal-UE jitħalla jkollu rwol aktar b’saħħtu fit-tneħħija tar-riskju tal-investiment privat; u iii) jiġi sfruttat il-finanzjament mill-investituri istituzzjonali.
Min-naħa tal-garanziji baġitarji u tal-istrumenti finanzjarji, il-proposta tinkludi garanzija baġitarja waħda tal-UE għall-politiki interni, prevista fl-att bażiku għall-Fond Ewropew għall-Kompetittività (ECF, European Competitiveness Fund) u waħda għall-politiki esterni (b’sottolimitu għall-Ukrajna), stabbilita fl-att bażiku għall-Ewropa globali (GE, Global Europe). Programmi oħra fil-politiki interni u esterni jistgħu jużaw ukoll il-garanziji previsti fl-ECF u fil-GE.
L-ECF u l-GE ngħataw ammont massimu ta’ garanzija baġitarja ta’ EUR 70 biljun u EUR 143 biljun rispettivament (dawn tal-aħħar jinkludu EUR 48 biljun għal garanziji baġitarji għall-Ukrajna ffinanzjati permezz tar-riżerva għall-Ukrajna). Il-programmi differenti jistgħu gradwalment jużaw il-kapaċità kollha. L-ammont massimu tal-GE se jkopri wkoll self lil pajjiżi terzi (eż. assistenza makrofinanzjarja, self ibbażat fuq il-politika u Euratom).
Il-proposta tal-baġit fit-tul tal-Kummissjoni tinkludi wkoll l-użu ulterjuri ta’ self lill-Istati Membri u lill-Ukrajna garantit bil-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE.
Fil-każ tal-Ukrajna, ir-Riżerva proposta għall-Ukrajna ta’ EUR 100 biljun se tiġi implimentata fil-forma ta’ self u għotjiet, bis-self għandu jiġi ffinanzjat b’teħid b’self u garantit bil-marġini ta’ manuvra bħal fil-każ ta’, pereżempju, il-Faċilità għall-Ukrajna. Il-qasma reali bejn is-self u l-għotjiet se tiġi deċiża skont il-ħtiġijiet.
Il-Kummissjoni tipproponi wkoll l-użu akbar ta’ self lill-Istati Membri, bħala parti mill-programm “Catalyst Europe” tal-Pjanijiet ta’ Sħubija Nazzjonali u Reġjonali. Catalyst Europe tipprovdi sa EUR 150 biljun f’self iffinanzjat minn teħid b’self u garantit bil-marġni ta’ manuvra biex jiġu appoġġati r-riformi u l-investimenti.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet ukoll mekkaniżmu straordinarju u temporanju ġdid biex tirrispondi għall-konsegwenzi ta’ kriżijiet severi, tbatija severa jew theddid serju ta’ tbatija li jaffettwaw lill-UE jew lill-Istati Membri tagħha. Din l-għodda se tipprovdi self lill-Istati Membri garantit b’teħid b’self tal-UE biss għall-perjodu tal-baġit fit-tul li jmiss jekk isseħħ kriżi serja u fuq deċiżjoni tal-Kunsill, wara li jinkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew. It-teħid b’self ikun garantit minn kompartiment speċifiku, addizzjonali taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ugwali għal 0,25 % tal-ING tal-UE li se jkollu l-iskop uniku li jappoġġa dan is-self, jekk il-mekkaniżmu jiġi attivat.
Is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti futuri relatati mal-implimentazzjoni kemm tal-istrumenti l-ġodda proposti taħt il-QFP li jmiss, kif ukoll ta’ strumenti oħra adottati jew implimentati fl-2025 (jiġifieri l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ self għall-Ukrajna u l-Azzjoni għas-Sigurtà għas-self tal-Ewropa) jiddependu fuq l-użu proprju tal-appoġġ għal self u se jiġu vvalutati f’edizzjonijiet futuri. Is-sostenibbiltà tal-mekkaniżmu straordinarju biex iwieġeb għal kriżijiet severi se tiġi vvalutata biss jekk u meta l-assistenza finanzjarja proprja tiġi pprovduta taħt dan il-limitu massimu.
|
2.Analiżi tas-sorsi differenti ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti
2.1Garanziji baġitarji
Dawn huma garanziji pprovduti lil sħab ta’ implimentazzjoni differenti taħt il-mandati għall-ELM, għall-FEIS, għall-EFSD, għal InvestEU, għall-EFSD+ u għall-UIF
. Taħt dawn l-istrumenti kollha, l-UE tipprovdi garanziji lis-sħab ta’ implimentazzjoni
biex ikopru sehem mit-telf u kostijiet
potenzjali li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tagħhom (jiġifieri operazzjonijiet ta’ dejn jew ekwità).
Is-sitt programmi ta’ garanzija għandhom enfasi ġeografika differenti li tinfluwenza r-riskji li jġorru. L-FEIS u InvestEU jgħinu biex jingħelbu d-diskrepanzi fl-investiment fl-Unjoni Ewropea. L-ELM, l-EFSD u l-EFSD+ jifformaw parti mill-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea u jappoġġaw il-finanzjament u l-investiment f’pajjiżi terzi (bl-ELM u bit-Tieqa ta’ Investiment 1 tal-EFSD jiffokaw prinċipalment fuq il-kontropartijiet sovrani, filwaqt li l-EFSD u l-EFSD+, fil-qafas tal-Arkitettura Miftuħa u tat-Tieqa ta’ Investiment 4, jimmiraw prinċipalment operazzjonijiet privati). Il-UIF għandu l-għan li jappoġġa l-investimenti ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni fl-Ukrajna mwettqa mill-awtoritajiet Ukreni, mill-kumpaniji tas-settur privat, mill-muniċipalitajiet, mill-intrapriżi tal-Istat jew minn atturi oħra.
Tabella 1: Is-sitwazzjoni attwali tal-garanziji baġitarji (fil-31 ta’ Diċembru 2024) (f’miljuni ta’ EUR)(*)
|
|
Garanzija massima disponibbli ffirmata mas-sħab ta’ implimentazzjoni
|
Garanzija disponibbli relatata mal-operazzjonijiet iffirmati mis-sħab ta’ implimentazzjoni mar-riċevituri finali
|
Garanzija disponibbli relatata ma’ operazzjonijiet iffirmati mis-sħab ta’ implimentazzjoni u żborżati lir-riċevituri finali
|
|
|
|
|
|
|
FEIS
|
25 373
|
22 998
|
21 033
|
|
EFSD
|
759
|
667
|
521
|
|
ELM
|
25 772
|
25 772
|
19 184
|
|
InvestEU
|
27 042
|
11 769
|
3 468
|
|
UIF
|
790
|
172
|
132
|
|
EFSD+
|
30 173
|
11 228
|
1 341
|
|
Total
|
109 909
|
72 606
|
45 678
|
(*) Il-garanzija ffirmata mal-kontropartijiet tirrappreżenta l-ammont tal-garanzija mogħtija lis-sieħeb ta’ implimentazzjoni permezz tal-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija. Il-garanzija relatata ma’ operazzjonijiet iffirmati mill-kontropartijiet tinkludi ammonti tal-garanzija fl-operazzjonijiet kollha ffirmati mill-kontropartijiet mar-riċevituri finali/l-intermedjarji finanzjarji. Il-garanzija relatata mal-operazzjonijiet iffirmati u żborżati tinkludi l-ammonti ta’ operazzjonijiet żborżati mill-kontroparti lir-riċevitur finali/lill-intermedjarji finanzjarji.
a) Garanziji baġitarji għall-appoġġ tal-investiment barra mill-UE
L-ELM huwa l-aktar garanzija baġitarja antika tal-UE. Dan jippermetti lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta’ finanzjament f’ambjenti aktar riskjużi barra mill-UE f’oqsma bħall-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjoekonomika.
Fl-2017, ġiet stabbilita l-garanzija tal-EFSD biex tappoġġa l-investimenti u ttejjeb l-aċċess għall-finanzi - primarjament fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-viċinat li jmissu mal-UE- u tgħin lil dawk il-pajjiżi jissodisfaw l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.
Filwaqt li jibni fuq l-esperjenza kemm tal-ELM kif ukoll tal-EFSD, l-EFSD+ ġie stabbilit għall-perjodu tal-QFP 2021–2027 bħala pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta’ finanzjament lill-Afrika sub-Saħarjana, lill-Asja, lir-reġjun tal-Paċifiku, lill-Amerka Latina, lill-Karibew u lill-pajjiżi tal-viċinat u tat-tkabbir. L-appoġġ taħt l-EFSD+ huwa dirett lejn investiment li jikkontribwixxi għal: (i) it-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjoekonomiċi; (ii) it-tkabbir sostenibbli u inklużiv; (iii) l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; (iv) il-protezzjoni u l-ġestjoni ambjentali; u (v) il-ħolqien tal-impjiegi.
L-UIF huwa mfassal biex jipprovdi finanzjament għall-prijoritajiet identifikati fil-Pjan għall-Ukrajna
. L-UIF huwa parti mir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna (UFR), li l-objettiv tiegħu huwa li: i) jattira investimenti pubbliċi u privati għall-irkupru u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; u ii) jappoġġa t-triq tal-Ukrajna lejn l-adeżjoni mal-UE
.
b) Garanziji baġitarji għall-appoġġ tal-investiment fl-UE
Fl-2015, il-FEIS tnieda biex jirrimedja l-problema ta’ investiment privat imrażżan fit-tul fl-UE wara l-kriżi finanzjarja. Dan jieħu l-forma ta’ garanzija massima baġitarja ta’ EUR 26 biljun mill-baġit tal-UE lill-Grupp tal-BEI, li hija ssupplimentata b’allokazzjoni mir-riżorsi proprji tal-BEI ta’ EUR 7,5 biljun.
Imnedija skont il-QFP 2021-2027, il-programm InvestEU għandu l-għan li jiżgura spinta addizzjonali għall-investimenti li jrawmu l-irkupru ekonomiku, ir-reżiljenza, it-tkabbir ekoloġiku u l-impjiegi fl-UE matul il-perjodu 2021-2027. Huwa jfittex li jilħaq dan il-għan billi jimmobilizza sorsi ta’ finanzjament pubbliċi u privati, jipprovdi finanzjament u appoġġ fit-tul lill-kumpaniji u lill-proġetti f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE fil-kuntest ekonomiku u soċjali diffiċli kurrenti.
c) Analiżi komparattiva tal-garanziji baġitarji
Is-sitt programmi ta’ garanzija baġitarja jvarjaw fir-rigward ta’ diversi karatteristiċi, inkluż l-istadji differenti ta’ implimentazzjoni tagħhom. Filwaqt li l-ELM (stabbilit fl-1977) għandu rekord twil, il-perjodi ta’ kostituzzjoni tal-FEIS u tal-EFSD intemmu biss fl-2022 u fl-2024 rispettivament. Fl-istess ħin, il-fażi ta’ investiment ta’ InvestEU, tal-EFSD+ u tal-UIF bdiet aktar reċentement. Dawn l-istadji differenti ta’ implimentazzjoni għas-sitt programmi ta’ garanzija baġitarja huma riflessi fit-tabella ta’ hawn fuq. Għall-ELM u għall-FEIS, iċ-ċifri juru li kważi l-ammont massimu tal-garanziji twiegħed lis-sħab ta’ implimentazzjoni u dawn tal-aħħar impenjaw ruħhom li jappoġġaw operazzjonijiet sa dawn l-ammonti sħaħ. B’kuntrast għal dan, garanziji baġitarji aktar ġodda bħall-EFSD+, InvestEU u l-UIF, jinsabu fi stadju ħafna aktar bikri fl-irrankar tagħhom.
Il-garanziji baġitarji l-ġodda bħal InvestEU, l-EFSD+ u l-UIF bnew fuq l-esperjenza ta’ garanziji aktar antiki u għandhom karatteristiċi simili. Madankollu, InvestEU, l-EFSD+ u l-UIF kollha għandhom aktar sħab ta’ implimentazzjoni (“arkitettura miftuħa”) u varjetà usa’ ta’ prodotti.
2.2Selfiet proviżjonati għal assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi
L-obbligazzjonijiet kontinġenti taħt din l-intestatura jirriżultaw minn assistenza finanzjarja pprovduta fil-forma ta’ self tal-programm ta’ Assistenza Makrofinanzjarja (AMF)
u self tal-Euratom lil pajjiżi terzi
. Is-self mogħti lill-Ukrajna skont il-programm AMF+ u l-Faċilità għall-Ukrajna, li jammonta għal EUR 31,1 biljun fi tmiem l-2024, huwa garantit bil-marġni ta’ manuvra u se jiġi diskuss fit-Taqsima 2.3.
L-appoġġ finanzjarju lil pajjiżi terzi fil-forma ta’ self bilaterali mill-UE ngħata prinċipalment taħt il-programm tal-AMF, li huwa mmirat lejn pajjiżi terzi li qed jesperjenzaw kriżi tal-bilanċ tal-pagamenti. Fl-2024, ġie żborżat self ġdid tal-AMF li jammonta għal EUR 1,15 biljun
.
Fil-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF, Western Balkans Investment Framework), fl-2024 ġew stabbiliti arranġamenti biex jiġi pprovdut self sa EUR 4 biljun lil sitt pajjiżi kandidati tat-tkabbir bl-iżborż tal-ewwel pagamenti parzjali se jibda fl-2025. Ġiet stabbilita wkoll faċilità ta’ self separata għall-Moldova (EUR 1,5 biljun) – l-iżborż ġie stabbilit ukoll biex jibda fl-2025. Minbarra s-self tal-AMF lil sovrani ta’ pajjiżi terzi, EUR 300 miljun f’self tal-Euratom, li ġew ipprovduti lill-programm tal-enerġija nukleari tal-Ukrajna għadhom pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2024.
Tabella 2: Ammonti pendenti fir-rigward ta’ self lil pajjiżi terzi (fil-31 ta’ Diċembru 2024) (EUR miljun)
|
|
Self pendenti
|
Imgħax dovut
|
Total
|
|
AMF(*)
|
15 738
|
118
|
15 856
|
|
Euratom
|
300
|
1
|
301
|
|
Total
|
16 038
|
119
|
16 157
|
(*) Minbarra s-self tal-AMF+ tal-Ukrajna u s-self tal-Faċilità għall-Ukrajna (garantit bil-marġni ta’ manuvra).
Tradizzjonalment, is-self lil pajjiżi terzi ġie ffinanzjat permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self, back-to-back, jiġifieri kull self jiġi ffinanzjat b’bond korrispondenti tal-UE li jaqbel kompletament mas-self tal-UE f’termini tal-maturità, ir-rata tal-imgħax u l-iskeda ta’ ħlas lura tiegħu. Minn Jannar 2023, ġie stabbilit approċċ ta’ differenza - l-approċċ ta’ finanzjament unifikat - bħala l-metodu ġenerali ta’ teħid b’self għall-bonds tal-UE
. Skont l-approċċ ta’ finanzjament unifikat, il-Kummissjoni tiġbor ir-rikavati kollha mill-ħruġ f’riżerva ta’ finanzjament ċentralizzata u mbagħad tallokahom internament lill-programmi ta’ politika differenti. L-investituri f’bonds tal-UE huma esposti biss għar-riskju ta’ kreditu baxx tal-UE u mhux għar-riskju ta’ kreditu tal-pajjiż benefiċjarju aħħari. L-obbligazzjoni għall-UE hija kontinġenti, minħabba li l-pajjiż benefiċjarju huwa obbligat kuntrattwalment jipprovdi l-fluss tad-dħul biex iħallas lura l-bonds tal-UE. Sakemm il-benefiċjarju tas-self ma jkunx inadempjenti, ma jkun meħtieġ l-ebda fluss ta’ ħruġ ta’ riżorsi tal-UE biex jitħallas id-dejn tal-UE.
Bħala kontinġenza kontra l-eventwalità li l-pajjiż benefiċjarju ma jħallasx lura l-imgħax jew il-kapital fuq is-self riċevut, il-baġit tal-UE jwarrab proviżjonijiet għal dan is-self. Tradizzjonalment u f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti, 9 % tal-valur tas-self jinżamm bħala proviżjonijiet għal self tal-AMF jew tal-Euratom lil pajjiżi terzi f’kompartimenti ddedikati fis-CPF. Il-livelli ta’ proviżjonament kontra dan is-self huma diskussi ulterjorment fit-Taqsima 3.2.
L-ammonti ta’ ħlas lura rrapportati fit-Tabella 3 għandhom għalhekk jitqiesu bħala l-ammonti massimi prevedibbli li jistgħu jiġu eżerċitati kontra l-proviżjonijiet fis-snin 2025-2030.
Tabella 3: Skeda ta’ ħlas lura annwali ta’ self proviżjonat pendenti lil pajjiżi terzi (kapital + imgħax) taħt il-programmi eżistenti għas-snin 2025-2030 (fil-31 ta’ Diċembru 2024)
(miljuni ta’ EUR)
|
Sena
|
Euratom
|
AMF
|
Il-programmi kollha
|
|
2025
|
1
|
162
|
163
|
|
2026
|
1
|
410
|
411
|
|
2027
|
51
|
442
|
493
|
|
2028
|
51
|
441
|
492
|
|
2029
|
0
|
1 185
|
1 185
|
|
2030
|
100
|
308
|
408
|
|
Total
|
204
|
2 948
|
3 152
|
2.3Self garantit b’marġni ta’ manuvra
L-obbligazzjonijiet kontinġenti taħt din l-intestatura jirriżultaw minn self lill-Istati Membri (jiġifieri self taħt il-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BoP)
, self tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM)
, self tal-Faċilità tal-Euratom taħt SURE
u self taħt l-RRF li huma pprovduti biex jappoġġaw l-investimenti u r-riformi). Barra minn hekk, is-self lill-Ukrajna mogħti fl-2023 u fl-2024 (EUR 18-il biljun f’self tal-AMF+ lill-Ukrajna u EUR 13,1 biljun f’self mogħti taħt il-Faċilità għall-Ukrajna) huwa garantit ukoll bil-marġni ta’ manuvra baġitarju taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self lill-Istati Membri u minn self reċenti lill-Ukrajna ma humiex ipproviżjonati ex ante. Minflok, dawn huma appoġġati bil-possibbiltà li jintalbu “riżorsi proprji” addizzjonali mill-Istati Membri skont il-qafas baġitarju tal-UE (sal-limiti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji, jiġifieri l-użu tal-“marġni ta’ manuvra” tal-baġit).
Dan ifisser li, jekk benefiċjarju ma onorax l-obbligi tiegħu lejn l-UE, l-UE tkun intitolata – bħala l-aħħar alternattiva u biss wara li tkun eżawriet il-possibbiltajiet l-oħra kollha biex issib soluzzjonijiet fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali – li titlob lill-Istati Membri jkopru l-ammont inkwistjoni. Tali sejħiet għal fondi jsiru lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, iżda f’konformità sħiħa mal-limiti massimi tar-riżorsi proprji.
Self aktar reċenti (self tal-RRF u self taħt l-Istrument tal-AMF+ tal-Ukrajna u l-Faċilità għall-Ukrajna) huma ffinanzjati permezz tal-approċċ ta’ finanzjament unifikat, fejn is-self lill-benefiċjarji jingħata b’perjodi twal, tipikament perjodu estiż fejn il-kapital ma jitħallasx lura segwit minn perjodu twil b’riamortizzazzjoni tal-kapital annwali żgħira
.
Fl-2024, il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem l-UE, operat erba’ programmi ewlenin li taħthom tat self lill-Istati Membri. L-ebda self ġdid ma ġie żborżat taħt l-ewwel tliet programmi fl-2024. Id-dettalji ta’ dawn l-erba’ programmi huma stabbiliti fil-punti li ġejjin.
·Il-Faċilità tal-BoP inħolqot fl-2002 biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE barra miż-żona tal-euro li jesperjenzaw - jew li jkollhom ir-riskju li jesperjenzaw - diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti.
·L-EFSM ġie stabbilit fl-2010 biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri li qed jesperjenzaw - jew li huma mhedda minn - diffikultajiet finanzjarji severi kkawżati minn avvenimenti eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom.
·Il-programm SURE sar qbil fuqu f’Ġunju 2020 biex jgħin fil-finanzjament ta’ żidiet f’daqqa u severi fin-nefqa pubblika nazzjonali relatata ma’ skemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19. Peress li dan l-istrument ta’ emerġenza ġie stabbilit qabel ma daħlet fis-seħħ iż-żieda tal-2020 fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji
u fil-marġni ta’ manuvra, l-Istati Membri kollha qablu li jipprovdu garanziji irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u fuq talba għal 25 % tal-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja
. Kull Stat Membru jikkontribwixxi għall-ammont kumplessiv tal-garanzija b’mod li huwa proporzjonat għas-sehem relattiv tiegħu fl-ING totali tal-UE (abbażi tal-baġit tal-UE għall-2020).
·L-RRF hija l-pilastru ċentrali tal-programm NextGenerationEU (NGEU) (2020)
u hija strument temporanju biex jiġu appoġġati r-riformi u l-investimenti fl-Istati Membri bl-għan aħħari li jiġi ffaċilitat l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Skont l-istrument tal-UE għall-irkupru, il-Kummissjoni tissellef fondi li l-RRF imbagħad tuża sabiex tiffinanzja r-riformi u l-investimenti ta’ stati Membri. Il-finanzjament jista’ jkun jew self (appoġġ ripagabbli) jew għotja (appoġġ mhux ripagabbli). Is-self tal-RRF biss (għall-kuntrarju tal-għotjiet tal-RRF) iwassal għal obbligazzjonijiet kontinġenti, u għalhekk is-self tal-RRF biss jitqies għall-finijiet ta’ dan ir-rapport.
Fl-aħħar tal-2024, il-baġit tal-UE kien ġarrab obbligazzjonijiet kontinġenti minn żewġ programmi b’appoġġ għall-Ukrajna li ġew irreġistrati kontra l-marġni ta’ manuvra. L-ewwel wieħed minn dawn il-programmi huwa AMF+, li għalih l-ammonti pendenti laħqu EUR 18-il biljun fi tmiem l-2023 mingħajr ebda self addizzjonali ġdid żborżat fl-2024. It-tieni wieħed minn dawn il-programmi huwa, il-Faċilità għall-Ukrajna (EUR 13,1 biljun pendenti fi tmiem l-2024). Il-kostijiet tal-imgħax taħt iż-żewġ programmi huma ssussidjati fil-perjodu sa tmiem l-2027 biex tiżdied il-konċessjonalità ta’ dak is-self, b’arranġamenti differenti. L-Istati Membri jkopru l-kostijiet tal-imgħax tas-self tal-AMF+ permezz ta’ dħul assenjat estern permezz tal-baġit tal-UE, filwaqt li l-baġit tal-UE jkopri l-kostijiet tar-rata tal-imgħax fuq is-self tal-Faċilità għall-Ukrajna.
Tabella 4: Self żborżat garantit b’marġni ta’ manuvra baġitarju tal-UE (fil-31 ta’ Diċembru 2024) (EUR miljun)
|
|
Self żborżat
|
Imgħax dovut
|
Total
|
|
Faċilità tal-BoP
|
200
|
1
|
201
|
|
EFSM
|
42 000
|
380
|
42 380
|
|
SURE
|
98 355
|
104
|
98 459
|
|
RRF (self)
|
108 686
|
1 434
|
110 120
|
|
AMF+
|
18 000
|
273
|
18 273
|
|
Il-Faċilità għall-Ukrajna
|
13 112
|
205
|
13 317
|
|
Total
|
280 353
|
2 397
|
282 750
|
Bejn tmiem l-2023 u tmiem l-2024, l-aktar żieda sinifikanti kienet fis-self tal-RRF, li żdied minn EUR 79,6 biljun għal EUR 110,1 biljun — żieda ta’ EUR 30,5 biljun minn tmiem l-2023 (+38,3 %). B’mod ġenerali, l-ammonti pendenti totali żdiedu minn EUR 239,7 biljun fl-aħħar tal-2023 għal EUR 282,8 biljun fl-aħħar tal-2024, u dan jirrappreżenta żieda ta’ EUR 43,0 biljun (+17,9 %).
It-tabella 5 ta’ hawn taħt tippreżenta l-ammonti ta’ ħlasijiet lura annwali totali (kapital u imgħax) dovuti mill-benefiċjarji kollha tas-self tal-UE mogħti fil-kuntest ta’: i) l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri, u ii) l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna skont l-istrumenti tal-AMF+ u l-Faċilità għall-Ukrajna.
Għal kull waħda mis-snin taħt kunsiderazzjoni, dawn l-ammonti jipprovdu indikatur tal-fluss ta’ ħruġ massimu teoretiku li għandu jiġi kopert mill-baġit tal-UE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-Ukrajna fl-aħħar tal-2024.
Matul il-perjodu ta’ żmien tal-QFP li jmiss (sal-2034), il-ħlasijiet lura tal-kapital u tal-imgħax minn benefiċjarji tas-self (jiġifieri eskluż is-self tal-RRF) rilevanti għal-limitu massimu permanenti jammontaw għal medja ta’ EUR 9,2 biljun kull sena. Il-ħlasijiet lura tal-kapital u tal-imgħax minn benefiċjarji ta’ self garantit bil-limitu massimu tal-NGEU (jiġifieri self tal-RRF) huma bħala medja EUR 2,8 biljun fis-sena matul il-perjodu 2025-2034.
Tabella 5: Skeda annwali ta’ ħlas lura ta’ self pendenti garantit minn marġni ta’ manuvra (kapital u imgħax) taħt il-programmi eżistenti għas-snin 2025-2030 (fil-31 ta’ Diċembru 2024) (EUR miljun)
|
Sena
|
BoP
|
EFSM
|
SURE
|
Self tal-RRF (*)
|
AMF+
(**)
|
Faċilità għall-Ukrajna(***)
|
Il-programmi kollha
|
|
2025
|
206
|
306
|
8 217
|
2 215
|
570
|
320
|
11 834
|
|
2026
|
0
|
6 913
|
8 327
|
2 216
|
570
|
391
|
18 417
|
|
2027
|
0
|
3 587
|
327
|
2 216
|
570
|
391
|
7 091
|
|
2028
|
0
|
4 612
|
10 327
|
2 219
|
571
|
392
|
18 121
|
|
2029
|
0
|
1 790
|
8 464
|
2 218
|
571
|
391
|
13 434
|
|
2030
|
0
|
371
|
10 327
|
2 216
|
570
|
391
|
13 875
|
|
Total
|
206
|
17 579
|
45 989
|
13 300
|
3 423
|
2 277
|
82 772
|
(*) Imgħax għal self tal-RRF taħt il-programm NGEU huwa kkalkulat fuq bażi kontinwa skont metodoloġija speċifika (ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022)9701 final tad-19.12.2022). L-imposta annwali tal-imgħax għal dan is-self ippreżentat hawn fuq hija għalhekk stima bbażata fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament kurrenti. (**) F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2022/2463, kull sena, fuq talba tal-Ukrajna, l-UE tista’ tagħti sussidju tar-rata tal-imgħax biex tkopri l-kostijiet tal-imgħax relatati mas-self tal-AMF+.
(***) F’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2024/792, kull sena l-Ukrajna tista’ titlob sussidju tar-rata tal-imgħax biex tkopri l-kostijiet tal-imgħax relatati mas-self mogħti taħt il-Faċilità għall-Ukrajna.
2.4Ħarsa ġenerali lejn l-obbligazzjonijiet kontinġenti fi tmiem l-2024
Fi tmiem l-2024, il-baġit tal-UE kien espost għal obbligazzjonijiet kontinġenti għal ammont totali ta’ EUR 410 biljun, li jistgħu jinqasmu fi: i) aktar minn EUR 300 biljun relatati ma’ self mogħti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi; u ii) EUR 110 biljun relatati mal-garanziji pprovduti permezz tal-FEIS, InvestEU, ELM, EFSD, EFSD+, u l-UIF. L-akbar sett ta’ skoperturi għall-baġit tal-UE joriġina minn programmi ta’ self lill-Istati Membri.
Illustrazzjoni 1: Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti skont is-sors (fil-31 ta’ Diċembru 2024)
(*) Abbażi tal-ammont totali ta’ “Garanzija massima disponibbli ffirmata mas-sħab ta’ implimentazzjoni” (ara t-Tabella 1).
L-importanza dejjem tikber tal-garanziji baġitarji u tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE tidher fix-xejra kostanti ’l fuq fil-perjodu 2021-2024. Iż-żieda rreġistrata fl-2024 (+13 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel) hija f’konformità maż-żieda rreġistrata bejn tmiem is-sena 2022 u tmiem is-sena 2023, +16 %). Dan jitqabbel maż-żieda sinifikanti ta’ 40 % osservata bejn tmiem is-sena 2021 u tmiem is-sena 2022, li tibda minn bażi aktar baxxa.
Illustrazzjoni 2: Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti pendenti skont is-sors fil-perjodu 2021-2024 (EUR biljun)
Il-biċċa l-kbira taż-żieda tal-2024 hija rrappreżentata mill-iżborżi ta’ self addizzjonali taħt l-RRF u l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna. Fl-2024, l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-programmi ta’ garanzija baġitarja baqgħu fil-biċċa l-kbira stabbli. Iż-żieda fl-obbligazzjonijiet li tirriżulta mill-programmi ta’ garanzija baġitarja minħabba l-bidu tal-fażi ta’ implimentazzjoni għal InvestEU, l-EFSD+ u l-UIF ġiet ikkumpensata kważi kompletament mit-tnaqqis fl-iskoperturi tal-ELM, tal-FEIS u tal-EFSD minħabba skoperturi li jimmaturaw jew ikkanċellati.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE komplew jiżdiedu fl-2025 fir-rigward ta’:
(i) appoġġ addizzjonali għal pajjiżi terzi (b’mod partikolari appoġġ lill-Ukrajna taħt il-Faċilità għall-Ukrajna u self tal-AMF għall-“Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju” (ERA, Extraordinary Revenue Acceleration)
);
(ii) ħlasijiet addizzjonali ta’ self tal-RRF lill-Istati Membri;
(iii) aktar progress fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ garanzija baġitarja (InvestEU, EFSD+ u l-UIF); u
(iv) l-implimentazzjoni tal-programmi tal-AMF li għadhom kif ġew approvati għall-Eġittu
u għall-Ġordan
, flimkien mal-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF, Western Balkans Investment Framework)
u tal-Faċilità għall-Moldova
.
L-iżborż tas-self lill-Istati Membri taħt il-programm Azzjoni għas-Sigurta tal-Ewropa (SAFE, Security Action for Europe) se jibda fil-bidu tal-2026
.
3.Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE
3.1Qafas ta’ valutazzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-proviżjonament ta’ ċerti obbligazzjonijiet finanzjarji tul il-ħajja kollha tagħhom li hija meħtieġa meta jiġġarrbu l-obbligazzjonijiet, l-Artikolu 213(3) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li “l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jew mill-assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit għandhom jitqiesu bħala sostenibbli, jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom hija kompatibbli mal-limiti ffissati mir-regolament li jistabbilixxi l-QFP previst fl-Artikolu 312(2) TFUE u l-limitu massimu fuq approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.” (jiġifieri l-limiti massimi tal-QFP u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji).
Dan ifisser li r-riżorsi li l-UE tista’ tuża f’sena waħda taħt il-QFP kurrenti u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji għandhom ikunu biżżejjed biex jiffinanzjaw in-nefqiet li jirriżultaw taħt il-QFP kif ukoll kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tista’ timmaterjalizza.
B’mod partikolari, il-pagamenti relatati ma’ obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi jridu jiġu ffinanzjati mill-proviżjonijiet stabbiliti u minn kwalunkwe pagament proviżjonat ulterjuri ppjanat taħt il-QFP. It-Taqsima 3.2 ta’ dan ir-rapport tippreżenta valutazzjoni tal-adegwatezza tal-proviżjonijiet disponibbli biex jiġu ssodisfati l-pagamenti mistennija u mhux mistennija li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi għall-obbligazzjonijiet kif kienu fi tmiem l-2024.
Il-pagamenti relatati mal-materjalizzazzjoni ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja garantita b’marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri u lill-Ukrajna jistgħu jiġu ffinanzjati billi jintalbu riżorsi proprji addizzjonali sal-limitu massimu stabbilit mill-ORD bħala l-aħħar alternattiva wara mezzi oħra biex jiġu koperti dawk il-pagamenti jew biex jiġu skedati mill-ġdid l-obbligazzjonijiet relatati. Il-marġni ta’ manuvra (jiġifieri d-differenza bejn il-limitu massimu tar-riżorsi proprji u r-riżorsi proprji meħtieġa għall-finanzjament tal-infiq tal-baġit tal-UE) jirrappreżenta l-kapaċità finanzjarja tal-UE li tkopri flussi tal-ħruġ addizzjonali relatati mal-materjalizzazzjoni ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja garantita minn marġni ta’ manuvra
. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti minn marġni ta’ manuvra eżistenti fi tmiem l-2024 huma ppreżentati fit-Taqsima 3.3 hawn taħt. L-ORD tal-2020 iżżid temporanjament il-limitu massimu tar-riżorsi proprji (sa 0,6 % addizzjonali tal-ING sal-2058) biex tkopri l-obbligazzjonijiet imġarrba matul l-implimentazzjoni tal-NGEU, inkluż l-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra li jirriżultaw mis-self tal-RRF lill-Istati Membri.
3.2Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati
a) Proviżjonament disponibbli fi tmiem l-2024
Obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u minn assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi huma proviżjonati fil-baġit tal-UE abbażi ta’ valutazzjoni konservattiva tat-telf mistenni tul il-ħajja għal kull strument flimkien ma’ buffer ta’ sikurezza addizzjonali (biex jiġi indirizzat telf mhux mistenni). Il-proviżjonijiet li jipproteġu l-baġit tal-UE kontra telf li jista’ jirriżulta minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi jinżammu fis-CPF.
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, il-valur tas-suq tal-assi netti fis-CPF kien jammonta għal EUR 23,2 biljun, żieda minn EUR 18,8 biljun fi tmiem l-2023
. Għas-snin li jifdal ta’ dan il-QFP, il-Kummissjoni se tibni proviżjonijiet addizzjonali għas-CPF (b’mod partikolari proviżjonijiet relatati ma’ InvestEU, l-EFSD+ u l-Garanzija għall-Ukrajna), li se jwasslu għal aktar żidiet fid-daqs tas-CPF.
Skont il-Linji Gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi, is-CPF iżomm portafoll likwidu diversifikat, li primarjament jinvesti fi strumenti ta’ dejn bi klassifikazzjoni għolja, bħal bonds maħruġa minn gvernijiet, supranazzjonali, aġenziji tal-Istat u korporattivi bl-għan li jipprovdi preservazzjoni tal-kapital matul l-orizzont tal-investiment tiegħu. Il-portafoll tas-CPF fi tmiem is-sena kien diversifikat sew fil-klassijiet differenti ta’ assi f’introjtu universali fiss eliġibbli, inkluż xi skopertura limitata għal titoli denominati mhux f’euro, fondi nnegozjati fil-borża ta’ ekwità (ETFs, exchange-traded funds) u flus jew ekwivalenti ta’ flus.
Fl-2024, is-CPF kiseb redditu annwali ta’ +3,57 %, li jaqbeż il-parametru referenzjarju tal-portafoll tiegħu (+3,31 %)
.
Filwaqt li l-fondi miżmuma fis-CPF huma ġestiti f’konformità ma’ politika ta’ investiment unika u bl-użu ta’ infrastruttura komuni, il-proviżjonijiet huma allokati bħala li jappartjenu għall-programm (jew għall-Istat Membru) li huwa s-sors tal-proviżjonament baġitarju.
Fil-31 ta’ Diċembru 2024, is-CPF kien magħmul minn 18-il kompartiment (li 15 minnhom kienu kompletament operazzjonali u kien fihom il-fondi), inkluż il-kompartimenti għall-programmi ta’ garanzija kollha li għaddejjin u l-kompartiment tal-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna (GFEA, Guarantee Fund for External Actions) (li jkopri self ta’ legat ELM, Euratom u AMF) u dawk għas-self tal-AMF u tal-Euratom ta’ wara l-2020. Mit-18-il kompartiment, 11 kienu relatati mal-iskoperturi tal-UE u sebgħa kienu kompartimenti tal-Istati Membri taħt InvestEU fejn l-Istati Membri kontribwenti huma s-sidien tal-proviżjonijiet u huma biss responsabbli għall-obbligazzjonijiet kontinġenti assoċjati.
Il-proviżjonijiet għas-self tal-AMF u tal-Euratom huma mifruxa fuq għadd ta’ kompartimenti differenti tas-CPF:
·l-iskoperturi ta’ legat (EUR 7,3 biljun ta’ self tal-AMF u EUR 300 miljun ta’ self tal-Euratom) huma parti mill-kompartiment tal-GFEA;
·is-self il-ġdid tal-AMF (EUR 2,7 biljun) impenjat wara l-2020, inkluż is-self ta’ emerġenza tal-AMF tal-2022 ta’ 1,2 biljun lill-Ukrajna, jinsab fil-kompartiment tal-AMF ta’ wara l-2020;
·is-self eċċezzjonali tal-AMF lill-Ukrajna ta’ EUR 6 biljun (AMF I u AMF II eċċezzjonali) jinsab f’kompartiment separat minħabba li dan is-self jibbenefika minn kopertura supplimentari tar-riskji (jiġifieri għal dan il-pakkett eċċezzjonali ta’ self tal-AMF lill-Ukrajna, hija meħtieġa rata ta’ kopertura ta’ 70 %: 9 % tal-proviżjonament imħallas mill-baġit tal-UE u 61 % tal-garanziji eżerċitabbli mill-Istati Membri).
Tabella 6: Kompartimenti tas-CPF (fil-31 ta’ Diċembru 2024)
|
Kompartiment
|
Valur tas-suq f’EUR
|
|
Kompartimenti miftuħa fl-2021
|
|
|
FEIS
|
8 880 303 796
|
|
GFEA
|
3 225 691 236
|
|
EFSD
|
761 545 053
|
|
InvestEU
|
5 530 142 834
|
|
Kompartimenti miftuħa fl-2022
|
|
|
EFSD+
|
2 942 175 755
|
|
AMF wara l-2020
|
128 662 218
|
|
AMF eċċezzjonali l-Ukrajna
|
240 575 443
|
|
Self tal-Euratom wara l-2020
|
-
|
|
Self tal-ELM bi skop ġdid għall-Ukrajna
|
-
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għar-Rumanija
|
187 974 119
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għaċ-Ċekja
|
44 099 187
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għall-Finlandja
|
30 657 774
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għall-Greċja
|
252 204 112
|
|
Operazzjonijiet ta’ Taħlit ta’ InvestEU
|
667 045 123
|
|
Kompartimenti miftuħa fl-2023
|
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għall-Bulgarija
|
79 674 706
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għal Malta
|
7 939 418
|
|
Kompartimenti miftuħa fl-2024
|
|
|
Garanzija għall-Ukrajna
|
201 878 310
|
|
Garanzija ta’ InvestEU għal Spanja
|
-
|
|
TOTAL
|
23 180 569 085
|
b) Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-garanziji baġitarji
Kif spjegat fit-Taqsima 2.1, il-garanziji baġitarji tal-UE jvarjaw sostanzjalment f’termini tal-objettivi tal-politika, l-istrutturi tal-kondiviżjoni tar-riskju u l-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet sottostanti. Min-naħa tiegħu, dan jista’ jwassal għal rata ta’ proviżjonament differenti għal programmi differenti, ibbażata fuq valur fir-riskju (VaR, value-at-risk)
tul il-ħajja li tiżgura kopertura xierqa tat-telf potenzjali f’ċertu livell ta’ fiduċja (predefinit). L-analiżi mwettqa bħala parti mill-aħħar rapport dwar l-Artikolu 41(5) tar-Regolament Finanzjarju tikkonferma li l-ammonti ta’ proviżjonament disponibbli għall-kompartimenti tas-CPF rilevanti huma f’konformità mar-rekwiżiti tar-regolamenti rispettivi. Għall-programmi tal-FEIS u tal-EFSD, ġie identifikat proviżjonament ta’ surplus.
Il-konklużjonijiet li ġejjin jistgħu jinstiltu mid-data disponibbli dwar it-telf nett tul il-ħajja fil-31 ta’ Diċembru 2024 dwar il-garanziji baġitarji fis-seħħ f’dik id-data:
·Il-FEIS huwa garanzija baġitarja kostitwita bis-sħiħ li għaliha l-perjodu eliġibbli għall-firem skada fi tmiem l-2022. Għalhekk, il-Kummissjoni trid twettaq il-valutazzjoni tas-surplus/tar-rikostituzzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 216(4) tar-Regolament Finanzjarju. Din is-sena, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rata ta’ proviżjonament fil-mira tal-FEIS ta’ 35 % għadha xierqa (jiġifieri l-valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq l-analiżi tal-Valur fir-Riskju (VaR) b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % issuġġeriet rata ta’ proviżjonament meħtieġa ta’ 34 % (żieda minn 31 % fis-sena preċedenti)). Il-proviżjonament kurrenti miżmum kontra l-iskoperturi tal-FEIS (38,7 %) jaqbeż ir-rata ta’ proviżjonament fil-mira ta’ 35 %. Huwa stabbilit legalment li dan il-proviżjonament eċċessiv tal-FEIS ta’ EUR 853 miljun jista’ jintuża biex jiffinanzja l-kost ta’ proviżjonament tal-garanzija tal-UE taħt InvestEU, u l-parti li jifdal se tiffinanzja l-Faċilità ta’ Self għas-Settur Pubbliku.
·L-EFSD huwa wkoll kostitwit bis-sħiħ mill-aħħar tal-2024. L-analiżi tar-riskju turi li f’dan l-istadju, ir-rata ta’ proviżjonament fil-mira ta’ 50 % għadha xierqa. Meta mqabbel mal-parametru referenzjarju rilevanti
, hemm proviżjonament eċċessiv ta’ EUR 321,4 miljun, u abbażi tar-rata ta’ proviżjonament fil-mira, is-surplus huwa ta’ EUR 405 miljun.
·Il-GFEA, li għandu l-proviżjonament għal self tal-AMF ta’ qabel l-2021, għal self tal-Euratom, u għall-ELM, bħalissa għandu rata ta’ proviżjonament de facto ta’ 9,96 % (mingħajr ma jiġi kkunsidrat is-self bi skop ġdid tal-ELM lill-Ukrajna), li tqabbel ma’ rata ta’ proviżjonament fil-mira stabbilita fir-Regolament tal-GFEA ta’ 9 %. Għal self bi skop ġdid tal-ELM lill-Ukrajna, il-Kummissjoni tqis li rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għadha xierqa.
·InvestEU, l-EFSD+ u l-UIF għadhom fil-fażi ta’ żieda li jfisser li l-portafolli u l-proviżjonament sottostanti għadhom ma humiex kostitwiti bis-sħiħ. Għalhekk, għadu kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar l-adegwatezza tar-rati ta’ proviżjonament għal dawn il-garanziji.
c) Valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ self proviżjonat lil pajjiżi terzi
Il-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ self tal-AMF pendenti lil pajjiżi terzi tinkludi self lil sett diversifikat ta’: (i) pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE; (ii) pajjiżi u territorji koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat; u (iii) pajjiżi oħra mhux tal-UE li għandhom rwol determinanti fl-istabbiltà reġjonali u li huma ta’ importanza strateġika għall-UE, u li huma politikament, ekonomikament, u ġeografikament qrib l-UE.
Il-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fit-tliet punti ta’ hawn taħt jappoġġaw l-adegwatezza kontinwa tar-rata ta’ proviżjonament fil-mira kumplessiva ta’ 9 % għas-self tal-AMF:
·il-pożizzjoni ekonomika tal-benefiċjarji tal-AMF, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-PDG per capita, il-maturità relattiva tal-ekonomija, il-prossimità għall-ekonomija tal-UE, eċċ;
·ir-rabta diretta u l-kontinġenza tal-programmi tal-AMF ma’ programm eżistenti tal-iżborż tal-FMI, u rekord sodisfaċenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu, li għandhom jiżguraw il-vijabbiltà finanzjarja tal-pajjiż mhux tal-UE u, b’hekk, il-ħlas lura eventwali tal-fondi tal-Unjoni;
·valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-benefiċjarji tal-AMF u l-iżviluppi makroekonomiċi reċenti fil-pajjiżi sħab.
Dwar ir-riskju tal-likwidità, wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li l-istruttura kurrenti tas-self, il-maturitajiet u l-ħlasijiet lura tal-AMF mill-benefiċjarji huma mifruxa sew fuq QFP kurrenti u sussegwenti (kif irrapportat fil-kontijiet annwali konsolidati tal-UE) u b’hekk jitnaqqas id-daqs tal-iskopertura tal-baġit tal-UE anke fil-każ ta’ dewmien fil-ħlas lura jew inadempjenza. Barra minn hekk, il-likwidità fis-CPF taġixxi bħala buffer, filwaqt li tiżgura li jkun hemm biżżejjed likwidità disponibbli biex jiġi trattat tfixkil finanzjarju potenzjali.
|
Kaxxa 2: Obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE li jirriżultaw mill-appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna – Żviluppi ewlenin fl-2024-2025
Mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fl-2022, l-UE pprovdiet b’mod konsistenti appoġġ politiku, ekonomiku, militari, finanzjarju u umanitarju b’saħħtu lill-Ukrajna. Is-sett sħiħ ta’ skoperturi finanzjarji diretti u indiretti lill-Ukrajna taħt programmi eżistenti fit-30 ta’ Ġunju 2025 huwa ppreżentat fit-Tabella 7 hawn taħt.
Il-mezz ewlieni għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna għall-perjodu 2024–2027 huwa l-Faċilità għall-Ukrajna, b’kapaċità kumplessiva sa EUR 50 biljun għall-2024-2027
.
Fl-2024, l-UE impenjat ruħha li tipprovdi self ulterjuri tal-AMF ta’ EUR 18,1 biljun fil-kuntest ta’ “Self għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju (ERA, Extraordinary Revenue Acceleration) għall-Inizjattiva tal-Ukrajna” tal-G7
. Is-self, li għandu jiġi żborżat kompletament matul l-2025, se jitħallas lura b’rikavati minn assi tal-Istat Russu immobbilizzati fl-UE permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ self għall-Ukrajna (“ULCM”, Ukraine Loan Cooperation Mechanism)
amministrat mill-Kummissjoni Ewropea. Id-dħul mill-assi immobbilizzati se jkopri wkoll il-kostijiet tar-rata tal-imgħax ta’ dan is-self.
Is-self tal-Faċilità għall-Ukrajna (EUR 33 biljun għall-2024-2027) u s-self tal-AMF għall-Aċċellerazzjoni ta’ Dħul Straordinarju (ERA) (EUR 18,1 biljun għall-2024-2027) huma pprovduti b’konċessjonalità għolja, minħabba s-sussidjar tal-imgħax u l-perjodu twil ta’ ħlas lura ta’ 35 sena u ta’ 45 sena rispettivament, inkluż perjodu ta’ konċessjoni ta’ 10 snin. Dan inaqqas il-piż annwali fuq il-finanzi pubbliċi tal-Ukrajna filwaqt li jimminimizza wkoll ir-riskji għall-baġit tal-UE. Selfiet għal ammont totali ta’ EUR 16,2 biljun kienu pendenti taħt il-Faċilità għall-Ukrajna fi tmiem Ġunju 2025, filwaqt li EUR 7 biljun ġew żborżati fl-ewwel nofs tal-2025 taħt is-self tal-AMF tal-ERA.
Il-kopertura baġitarja għall-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self lill-Ukrajna mill-2023 ġiet ipprovduta mill-marġni ta’ manuvra baġitarju (diskuss fit-taqsima li jmiss). Is-self mogħti lill-Ukrajna lejn tmiem l-2022 (EUR 6 biljun tal-AMF u EUR 1,59 biljun f’self bi skop ġdid taħt l-ELM) huwa soġġett għal kopertura baġitarja ta’ 70 %
.
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-AMF (UE) 2022/1628, il-Kummissjoni rrieżaminat l-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % fi tmiem Ġunju 2025 fil-kuntest tar-rapport dwar l-Artikolu 41(5) tar-Regolament Finanzjarju. Wara dan ir-rieżami, il-Kummissjoni kkonkludiet li għall-perjodu taħt eżami ma kien hemm l-ebda element dejjiemi u sinifikanti suffiċjenti li jiġġustifika t-tibdil fir-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 %. L-aktar żviluppi reċenti, inkluż l-eżiti tat-tmien rieżami tal-FMI tal-Arranġament Estiż taħt il-programm ta’ Faċilità Estiża tal-Fond (EFF, Extended Fund Facility) għall-Ukrajna, jikkonfermaw li r-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % għall-iskoperturi ta’ wara l-gwerra għall-pajjiż għadha xierqa
.
|
Tabella 7: Skoperturi diretti u indiretti pendenti għall-Ukrajna (kapital) taħt il-programmi eżistenti (fit-30 ta’ Ġunju 2025) (EUR miljun)
|
Skoperturi diretti
|
Ammont pendenti
|
Kopertura baġitarja
|
|
AMF ta’ legat
|
3 810
|
9 %
|
|
Self ta’ legat tal-Euratom
|
300
|
9 %
|
|
AMF ta’ emerġenza
|
1 200
|
9 %
|
|
AMF eċċezzjonali I + II
|
6 000
|
9 % (+61 % garanziji tal-Istati Membri)
|
|
AMF+
|
18 000
|
Marġni ta’ manuvra
|
|
Faċilità għall-Ukrajna – Pilastru I
|
13 200
|
Marġni ta’ manuvra
|
|
Self tal-AMF tal-ERA
|
7 000
|
Marġni ta’ manuvra
|
|
Total
|
49 510
|
|
|
Skoperturi indiretti
|
|
|
|
Self tal-ELM żborżat qabel Frar 2022
|
1 708
|
9 %
|
|
L-ewwel pakkett tal-BEI taħt l-ELM
|
668
|
9 %
|
|
It-tieni pakkett tal-BEI taħt l-ELM
|
1 338
|
70 %
|
|
EFSD+ IW1
|
103
|
70 %
|
|
Garanzija għall-Ukrajna
|
1 489
|
70 %
|
|
Total
|
5 306
|
|
3.3Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra
Il-kapaċità tal-baġit tal-UE li jipprovdi għal sitwazzjoni fejn l-iskopertura fir-rigward tal-obbligazzjonijiet kontinġenti ggarantiti b’marġni ta’ manuvra timmaterjalizza tiġi vvalutata billi jiġi applikat il-qafas imsemmi fil-paragrafu 3.1 hawn fuq.
Għal obbligazzjonijiet li huma koperti mil-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji, il-valutazzjoni annwali tqis l-iskoperturi pendenti mill-31 ta’ Diċembru 2024. Kif spjegat fil-Kaxxa 1, dan jinkludi obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mal-istat kurrenti ta’ għoti u ta’ teħid b’self skont: l-EFSM; il-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti; il-programm SURE; l-AMF+ għall-Ukrajna; u l-Faċilità għall-Ukrajna. Obbligazzjonijiet kontinġenti aktar reċenti bħal dawk li jirriżultaw mis-self tal-AMF tal-ERA u mill-Faċilità SAFE se jiġu vvalutati f’valutazzjonijiet annwali futuri
.
Għal obbligazzjonijiet tal-NGEU, fl-2021-2027 tal-QFP, il-limitu massimu tar-riżorsi proprji żdied b’0,6 % tal-ING tal-UE esklużivament biex jiġi ggarantit dan il-ħruġ. Dan jiżgura li l-UE jkollha l-mezzi biex tħallas lura l-imgħax u l-kapital fuq id-dejn maħruġ biex tiffinanzja appoġġ mhux rimborżabbli (għotjiet tal-RRF) u appoġġ ripagabbli (self tal-RRF) tal-NGEU lill-Istati Membri. Peress li l-kostijiet tal-imgħax u l-ħlas lura tal-għotjiet huma inklużi fl-ipprogrammar baġitarju annwali futur, is-self tal-RRF biss jirrappreżenta obbligazzjonijiet kontinġenti għall-baġit. Barra minn hekk, sabiex jiġi applikat approċċ konservattiv, il-bonds li jimmaturaw li huma ppjanati li jiġu riportati huma kkunsidrati wkoll fit-test tal-istress.
L-ewwel pass huwa li jitfassal xenarju ċentrali (xenarju bażi) li jikkorrispondi għall-evoluzzjoni mistennija tal-infiq u l-kapaċità finanzjarja tal-UE fis-snin li ġejjin. Għal dan il-għan, dan ir-rapport jieħu bħala bażi l-abbozz ta’ baġit ippubblikat għall-2026 u l-previżjoni fit-tul tal-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE
, li jipprevedi d-dħul u n-nefqa li jirriżultaw mill-QFP 2021-2027, NextGenerationEU u l-QFP li jmiss u l-ORD skont il-proposta tal-Kummissjoni.
F’dan ix-xenarju ċentrali, il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji huwa għalhekk stabbilit għal 1,4 % tal-ING tal-UE fl-2026 u fl-2027, u 1,75 % tal-ING tal-UE mill-2028
. Għal NextGenerationEU, ix-xenarju ċentrali jassumi l-ħlas lura li jibda fl-2028 b’ammont annwali fiss ta’ EUR 24 biljun, f’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP.
Dan ix-xenarju jipprovdi projezzjoni ta’ xenarju bażi tal-marġini ta’ manuvra li abbażi tagħha s-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba fil-31 ta’ Diċembru 2024 tiġi vvalutata skont l-Artikolu 256 tar-Regolament Finanzjarju. Operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self aktar reċenti se jkunu koperti fir-rapportar annwali futur.
Taħt dan ix-xenarju bażi, u minbarra s-sena baġitarja kurrenti tal-2025, il-marġni ta’ manuvra disponibbli biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kontinġenti eżistenti u ġodda fl-2026-2034 huwa bħala medja madwar EUR 128,5 biljun fis-sena fir-rigward tal-marġni taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji u madwar EUR 111,4 biljun fis-sena għal-limitu massimu temporanju ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE. Għalhekk, dan ix-xenarju bażi jassumi li l-ebda obbligazzjoni kontinġenti ma timmaterjalizza.
Testijiet tal-istress addizzjonali jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti eżistenti f’xenarji estremi fl-2026-2034. Bl-approċċ ta’ finanzjament unifikat, l-obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mat-teħid b’self taħt programmi differenti huma rrapportati b’mod integrat, irrispettivament minn jekk humiex relatati ma’ riskju ta’ nefqa (riporti ppjanati tal-bonds għall-għotjiet tal-ESN) jew riskju ta’ dħul (riportamenti ippjanati tal-bonds għal self lill-Istati Membri taħt l-NGEU jew lill-Ukrajna taħt l-AMF+ u l-Faċilità għall-Ukrajna). Għal dik ir-raġuni, l-ittestjar tal-istress fuq id-dħul u fuq in-nefqa huwa kkombinat f’test komuni, meta mqabbel ma’ edizzjonijiet preċedenti tar-rapport. L-ittestjar tal-istress jinkludi tliet tipi ta’ testijiet tal-istress, li kull wieħed minnhom huwa stabbilit fil-paragrafi ta’ hawn taħt.
1)Test tal-istress fuq l-ekonomija. Fix-xenarju ċentrali, l-ING tal-UE jsegwi l-projezzjonijiet għat-tkabbir reali u l-inflazzjoni stabbiliti fit-Tbassir Ekonomiku Ewropew tar-Rebbiegħa 2025 tal-Kummissjoni
. Għat-test tal-istress, ir-rati ta’ tkabbir nominali proġettati huma anqas mix-xenarju bażi b’punt perċentwali għal kull sena tal-perjodu tar-rapportar
.
Dan inaqqas il-valur nominali tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji u għalhekk il-marġni ta’ manuvra disponibbli b’medja ta’ EUR 18,6 biljun fis-sena għall-ammonti “mhux ibbaġitjati” (marġni ta’ manuvra) taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji u b’EUR 6,5 biljun taħt il-limitu massimu temporanju għall-NGEU matul il-perjodu 2026-2034.
2)Test tal-istress fuq in-naħa tan-nefqa u tad-dħul tal-baġit. F’dan ix-xenarju, in-nefqa tal-QFP hija pproġettata għall-massimu teoretiku tagħha (jiġifieri l-limiti massimi possibbli għall-pagamenti tal-QFP u għall-istrumenti speċjali individwali kollha, inkluż ir-Riżerva għall-Ukrajna). Huwa importanti li jiġi enfasizzat li: (i) dan ma jirriflettix previżjoni minn isfel għal fuq u ma huwiex relatat ma’ kwalunkwe aspettattiva kurrenti fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-pagamenti tal-UE; u (ii) fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit, kwalunkwe deċiżjoni biex jiżdied l-infiq (fil-limiti massimi tal-QFP) teħtieġ proposta mill-Kummissjoni u l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll tal-awtorità baġitarja.
Għall-kostijiet ta’ finanzjament tal-NGEU, dan ix-xenarju jassumi li l-qbiż tal-kostijiet meta mqabbla mal-aġġornament tekniku tal-programmar finanzjarju fl-2027 huwa għal 50 % tal-qbiż li għandu jiġi kopert minn disponibbiltajiet baġitarji oħra u 50 % oħra li għandhom jiġu koperti mill-istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI, European Recovery Instrument).
Dan ix-xenarju estrem jivvaluta wkoll jekk il-marġni ta’ manuvra disponibbli jkunx biżżejjed jekk l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha garantiti b’marġni ta’ manuvra jimmaterjalizzaw fl-istess ħin. F’termini prattiċi, dan ikun ifisser li l-pajjiżi kollha li jibbenefikaw minn programmi ta’ assistenza finanzjarja (l-aktar l-Istati Membri) fl-istess ħin jonqsu milli jonoraw il-ħlasijiet lura tagħhom meta jkunu dovuti. Għal programmi ffinanzjati mill-approċċ ta’ finanzjament unifikat (kemm l-NGEU kif ukoll il-programmi rilevanti tal-QFP), is-suppożizzjoni f’dan it-test tal-istress hija li l-kostijiet kollha tal-imgħax jiġġarrbu mill-baġit u l-ħruġ kollu li jimmatura f’sena partikolari jitħallas lura. Għalhekk, ir-riporti tad-dejn ippjanati ma humiex ikkunsidrati f’din is-sitwazzjoni ipotetika.
Innota li dan huwa xenarju estremament improbabbli, li ma jqisx il-miżuri kollha li l-Kummissjoni tista’ tieħu biex tevita sitwazzjoni bħal din (eż. l-iskedar mill-ġdid tad-dejn u l-ġestjoni attiva tal-flus kontanti).
Dan it-test tal-istress juri li l-marġni ta’ manuvra huwa biżżejjed fix-xenarju fejn in-nefqa tilħaq il-massimu teoretiku, u l-benefiċjarji kollha jkunu inadempjenti fir-rigward tas-self tagħhom. Il-marġni ta’ manuvra li jirriżulta taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji jkun medja ta’ EUR 101,7 biljun matul il-perjodu 2026-2034, jiġifieri EUR 26,7 biljun anqas mix-xenarju bażi.
Il-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE li jiggarantixxi l-ħruġ tal-NGEU jitnaqqas b’medja ta’ EUR 43,0 biljun fis-sena, għal livell ta’ EUR 68,4 biljun bħala medja matul il-perjodu 2026–2034.
3)Test tal-istress ikkombinat dwar il-kundizzjonijiet ekonomiċi, id-dħul u n-nefqa. Dan huwa xenarju estrem li jikkombina x-xenarji mhux favorevoli deskritti fiż-żewġ testijiet ta’ hawn fuq. Dan inaqqas il-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu permanenti għal EUR 83,1 biljun bħala medja, matul il-perjodu 2026–2034 u għal-limitu massimu temporanju għal EUR 62,0 biljun. Dawn l-ammonti jidhru li jikkostitwixxu buffer kbir ta’ sikurezza għall-kapaċità finanzjarja tal-UE biex tkopri l-obbligazzjonijiet tagħha (li jirriżultaw kemm minn operazzjonijiet mhux tal-NGEU kif ukoll minn operazzjonijiet tal-NGEU).
Ir-riżultati dettaljati għax-xenarji bażi u dawk tal-istress huma pprovduti fl-anness u miġbura fil-qosor fil-Figuri 3 u 4 hawn taħt.
Illustrazzjoni 3: Limitu massimu tar-riżorsi proprji u ħtiġijiet tar-riżorsi proprji taħt xenarju bażi u testijiet tal-istress kkombinati għal-limitu massimu permanenti.
Illustrazzjoni 4: Limitu massimu tar-riżorsi proprji u ħtiġijiet tar-riżorsi proprji taħt xenarju bażi u testijiet tal-istress kkombinati għal-limitu massimu temporanju tal-NGEU.
4.Konklużjonijiet
Fi tmiem l-2024, il-baġit tal-UE appoġġa EUR 410 biljun f’obbligazzjonijiet kontinġenti, mifruxa fuq EUR 300 biljun f’obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self mogħti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi. Minn dan, EUR 252 biljun huma relatati ma’ self lill-Istati Membri u EUR 48 biljun għal self lil Stati mhux Membri. Barra minn hekk, EUR 110 biljun oħra f’obbligazzjonijiet kontinġenti rriżultaw minn garanziji ta’ investiment ipprovduti taħt il-programmi ELM, FEIS, EFSD, InvestEU, EFSD+ u UIF.
Filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji multipli pprovduti fil-qafas tal-UE għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskji marbuta kemm mal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati kif ukoll ma’ dawk appoġġati mill-marġni ta’ manuvra, u l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ppreżentata f’dan ir-rapport, jistgħu jinstiltu tliet konklużjonijiet ewlenin. Dawn il-konklużjonijiet huma stabbiliti fit-tliet punti ta’ hawn taħt.
·Ir-riskji li jirriżultaw minn strumenti proviżjonati (jiġifieri garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi) huma ġestiti bir-reqqa u proviżjonati b’mod adegwat. Din il-valutazzjoni tqis: (i) data dwar inadempjenzi tal-passat u telf mistenni; (ii) il-miżuri li huma fis-seħħ biex jiżguraw li t-telf ma jaqbiżx il-livelli ta’ tolleranza predefiniti; u (iii) il-proviżjonijiet baġitarji li huma disponibbli biex ikopru pagamenti potenzjali.
·Il-kapaċità finanzjarja tal-UE skont il-qafas legali eżistenti u propost (jiġifieri l-ORD eżistenti u r-Regolament QFP u r-Regolament propost QFP u l-ORD mill-2028) hija biżżejjed sew biex tkopri l-materjalizzazzjoni ta’ telf li jista’ jirriżulta fir-rigward ta’ self garantiti b’marġni ta’ manuvra bejn issa u tmiem l-2034.
·Il-marġni ta’ manuvra għandu riżorsi tajbin biex jiżgura r-robustezza tas-sistema finanzjarja tal-UE u l-affidabbiltà kreditizja tagħha anke f’xenarju negattiv estrem li jikkombina impatti negattivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, id-dħul u n-nefqa. F’xenarju avvers bħal dan, il-marġni ta’ manuvra li jifdal taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji jammonta għal medja ta’ EUR 83,1 biljun fis-sena matul il-perjodu 2026-2034 u għal medja ta’ EUR 62,0 biljun fis-sena taħt il-limitu massimu temporanju tal-NGEU ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE matul l-istess perjodu. Dawn l-ammonti jirrappreżentaw buffer ta’ sikurezza kontra aktar xokkijiet ekonomiċi negattivi, ħtiġijiet ġodda potenzjali u obbligazzjonijiet kontinġenti futuri kemm għal operazzjonijiet mhux tal-NGEU kif ukoll għal dawk tal-NGEU. Dan ir-riżultat huwa bbażat fuq - u jissottolinja l-importanza ta’ - żieda fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal 1,75 %, kif propost mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-pakkett tagħha tal-QFP 2028-2034.
5.Annessi:
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji
(EUR biljun prezzijiet kurrenti)
|
|
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
Linja Bażi
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (% tal-ING)
|
|
1,40
|
1,40
|
1,75
|
1,75
|
1,75
|
1,75
|
1,75
|
1,75
|
1,75
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (EUR biljun)
|
a
|
269,6
|
278,7
|
359,7
|
371,5
|
383,1
|
394,8
|
406,8
|
419,0
|
431,5
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
178,8
|
188,2
|
243,0
|
273,8
|
270,2
|
265,9
|
250,5
|
247,8
|
240,4
|
|
Marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu permanenti
|
a+b
|
90,8
|
90,5
|
116,7
|
97,7
|
112,9
|
128,9
|
156,3
|
171,2
|
191,2
|
|
Testijiet tal-istress
|
|
1) Test tal-istress fuq l-ekonomija
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji
|
a
|
267,0
|
273,3
|
349,4
|
357,3
|
364,9
|
372,5
|
380,0
|
387,6
|
395,3
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
178,8
|
188,2
|
243,0
|
273,8
|
270,2
|
265,9
|
250,5
|
247,8
|
240,4
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a+b
|
88,2
|
85,1
|
106,4
|
83,6
|
94,7
|
106,5
|
129,5
|
139,8
|
154,9
|
|
2) Test tal-istress fuq in-nefqa u d-dħul
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji
|
a
|
269,6
|
278,7
|
359,7
|
371,5
|
383,1
|
394,8
|
406,8
|
419,0
|
431,5
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
178,8
|
188,2
|
243,0
|
273,8
|
270,2
|
265,9
|
250,5
|
247,8
|
240,4
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali (sal-limitu massimu tal-QFP u massimu tal-istrumenti speċjali) (*)
|
c
|
20,8
|
7,1
|
16,6
|
17,1
|
17,0
|
16,9
|
16,6
|
16,6
|
16,7
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru obbligazzjonijiet kontinġenti mhux tal-NGEU (**)
|
d
|
17,2
|
7,1
|
16,4
|
11,8
|
12,2
|
11,1
|
6,4
|
5,2
|
7,8
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c-d
|
52,8
|
76,2
|
83,8
|
68,8
|
83,7
|
100,9
|
133,3
|
149,4
|
166,6
|
|
3) Xokk negattiv ikkombinat
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji
|
a
|
267,0
|
273,3
|
349,4
|
357,3
|
364,9
|
372,5
|
380,0
|
387,6
|
395,3
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
178,8
|
188,2
|
243,0
|
273,8
|
270,2
|
265,9
|
250,5
|
247,8
|
240,4
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali (sal-limitu massimu tal-QFP, u l-massimu tal-istrumenti speċjali)
|
c
|
20,8
|
7,1
|
16,6
|
17,1
|
17,0
|
16,9
|
16,6
|
16,6
|
16,7
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru obbligazzjonijiet kontinġenti mhux tal-NGEU
|
d
|
17,2
|
7,1
|
16,4
|
11,8
|
12,2
|
11,1
|
6,4
|
5,2
|
7,8
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c-d
|
50,2
|
70,9
|
73,5
|
54,7
|
65,5
|
78,5
|
106,5
|
118,0
|
130,4
|
(*) In-nefqa hija pproġettata għall-massimu teoretiku għal: 1) il-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP 2026-2027 kif stabbilit fl-aktar aġġustament tekniku reċenti u aġġustamenti futuri sal-massimu potenzjali tagħhom fi kwalunkwe sena waħda; u 2) il-limiti massimi annwali tal-istrumenti speċjali tematiċi (l-Istrument ta’ Flessibbiltà, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza, u r-Riżerva għall-Ukrajna). Mill-2028, dan jinkludi mobilizzazzjoni sħiħa tal-Istrument ta’ Flessibbiltà u tar-Riżerva għall-Ukrajna fil-forma ta’ għotjiet.
(**) Dan jinkludi t-teħid self għal appoġġ ta’ self permezz tal-EFSM, SURE, l-AMF+, u l-Faċilità għall-Ukrajna. Il-valutazzjoni tal-Istrument SURE tqis il-kontrogaranzija speċifika pprovduta mill-Istati Membri kollha għal 25 % tal-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja.
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu temporanju tal-NGEU
(EUR biljun, prezzijiet kurrenti)
|
|
|
2026
|
2027
|
2028
|
2029
|
2030
|
2031
|
2032
|
2033
|
2034
|
|
Linja Bażi
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
115,6
|
119,4
|
123,3
|
127,4
|
131,3
|
135,4
|
139,5
|
143,7
|
147,9
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU(*)
|
b
|
8,0
|
5,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a+b
|
107,5
|
114,4
|
99,3
|
103,4
|
107,3
|
111,4
|
115,5
|
119,7
|
123,9
|
|
Testijiet tal-istress
|
|
1) Test tal-istress fuq l-ekonomija
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
114,4
|
117,1
|
119,8
|
122,5
|
125,1
|
127,7
|
130,3
|
132,9
|
135,5
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
8,0
|
5,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a+b
|
106,4
|
112,2
|
95,8
|
98,5
|
101,1
|
103,7
|
106,3
|
108,9
|
111,5
|
|
2) Test tal-istress fuq in-nefqa u d-dħul
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
115,6
|
119,4
|
123,3
|
127,4
|
131,3
|
135,4
|
139,5
|
143,7
|
147,9
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
8,0
|
5,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
|
Riżorsi proprji straordinarji addizzjonali għall-NGEU (eċċess tal-kost, obbligazzjonijiet kontinġenti)
|
c
|
35,0
|
41,0
|
41,5
|
52,0
|
25,7
|
59,5
|
38,4
|
39,1
|
54,4
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
72,5
|
73,5
|
57,8
|
51,3
|
81,6
|
51,9
|
77,0
|
80,5
|
69,5
|
|
3) Xokk negattiv ikkombinat
|
|
Limitu massimu tar-riżorsi proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
114,4
|
117,1
|
119,8
|
122,5
|
125,1
|
127,7
|
130,3
|
132,9
|
135,5
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
8,0
|
5,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
24,0
|
|
Riżorsi proprji straordinarji addizzjonali għall-NGEU (eċċess tal-kost, obbligazzjonijiet kontinġenti)
|
c
|
35,0
|
41,0
|
41,5
|
52,0
|
25,7
|
59,5
|
38,4
|
39,1
|
54,4
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
71,4
|
71,2
|
54,3
|
46,5
|
75,4
|
44,2
|
67,9
|
69,8
|
57,1
|
(*) Għall-2026, l-ammont jirrifletti l-approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-abbozz tal-baġit tal-2026. Għall-2027, l-ammont jikkorrispondi għall-ipprogrammar finanzjarju tal-linja baġitarja tal-EURI. L-ammonti għall-2028 u għall-2029 huma bbażati fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP li jmiss kif inkluża fir-rapport fit-tul dwar il-flussi ta’ dħul u ta’ ħruġ tal-baġit (COM(2024) 573 final).