<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-648/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0648</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:917">EU:C:2018:917</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20181115">15.11.2018</DATE> – Kawża C‑648/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">BTA Baltic Insurance Company</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 72/166/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Inċident li jinvolvi żewġ vetturi pparkjati f’parkeġġ</KEYWORD><KEYWORD>Dannu materjali kkawżat lil vettura minn passiġier tal-vettura viċina li fetaħ il-bieba tagħha</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑648/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20171113">13 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>BTA Baltic Insurance Company<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> AS</HT>, li kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Balcia Insurance<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> SE,</P></PLAINTIFS><AGAINST><HT TYPE="BOLD">vs</HT></AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Baltijas apdrošināšanas Nams<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> AS,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tat-Tieni Awla, li qed jaġixxi bħala l-President tas-Sitt Awla, C.G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BTA Baltic Insurance Company<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> AS, li kienet Balcia Insurance SE, minn E. Matveja u W. Stockmeyer,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Baltijas Apdrošināšanas Nams<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> AS, minn A. Pečerica,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kucina u V. Soņeca, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Garofoli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K.‑P. Wojcik u A. Sauka bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal‑<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ewwel Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>BTA Baltic Insurance Company<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> AS, li kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Balcia Insurance<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> SE (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>BTA<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Baltijas apdrošināšanas Nams<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> AS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>BAN<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) dwar ir-rimbors ta’ kumpens ta’ assigurazzjoni mħallas minn BTA lil wieħed mill-klijenti tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>), ħassret b’mod partikolari l-Ewwel Direttiva u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat‑<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Tieni Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti relatati mal-kawża prinċipali, din tal-aħħar tibqa’ rregolata mid-Direttivi mħassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ewwel Direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>‘il-parti inġurjata’ tfisser kull persuna ntitolata għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew inġurja kkawżata minn vetturi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 4, jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni. Il-limiti koperti tar-responsabbiltà u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawsola kontrattwali li tkun tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 72/166/KEE, li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew implikata għal dan,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx liċenzja li tippermettilhom isuqu l-vettura kkonċernata,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura kkonċernata, għandha,</P></ITEM></LIST></P><P>għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3(1) ta[l-Ewwel Direttiva], titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-membri tal-familja tal-persuna assigurata, ix-xufier jew kull persuna oħra li hi responsabbli taħt il-liġi ċivili fil-każ ta’ inċident, u li r-responsabbilità tagħha hija koperta mill-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) m’għandhiex tiġi eskluża mill-assigurazzjoni fir-rigward tal-korrimenti personali [tad-danni fiżiċi] tagħha minħabba dik ir-relazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tas-Sauszemes transportlīdzekļu īpašnieku civiltiesiskās atbildības obligātās apdrošināšanas likums (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja għar-Responsabbiltà Ċivili tal-Proprjetarji tal-Vetturi tal-Art li Tittrasponi l-Ewwel Direttiva u t-Tieni Direttiva, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>riskju assigurat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> ifisser inċident tat-traffiku li jagħti lok għall-ħlas tal-kumpens ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-suġġett tal-assigurazzjoni obbligatorja għandu jkun ir-responsabilità ċivili tal-proprjetarju jew tad-detentur tal-vettura (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>responsabbiltà ċivili tal-proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>) għad-dannu kkawżat lil terz fil-kuntest ta’ inċident tat-traffiku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull proprjetarju ta’ vettura għandu jassigura r-responsabbiltà ċivili tal-proprjetarju għal kull vettura mqiegħda fiċ-ċirkulazzjoni billi jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni xieraq. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Fil-każ li jimmaterjalizza ruħu riskju assigurat, l-assiguratur li assigura r-responsabbiltà ċivili tal-proprjetarju tal-vettura responsabbli għad-dannu […] għandu, fil-limiti tar-responsabbiltà tal-assiguratur, jikkumpensa d-dannu […] li ġie kkawżat lil terz fil-kuntest ta’ inċident tat-traffiku.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25(1) ta’ din l-istess liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Id-dannu kkawżat lill-proprjetà ta’ terz fil-kuntest ta’ inċident tat-traffiku huwa d-dannu li jirriżulta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>mill-ħsara kkawżata lil vettura jew mit-telf totali tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(10) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Jekk kumpanija tal-assigurazzjoni oħra tkun ikkumpensat id-dannu abbażi ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni volontarja, l-assiguratur li jkun assigura r-responsabbiltà ċivili tal-proprjetarju tal-vettura responsabbli għad-dannu kkawżat fil-kuntest ta’ inċident tat-traffiku […] għandu jħallas lura l-ammont tal-kumpens kkalkulat u mħallas skont il-modalitajiet previsti minn din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 taċ-Ceļu satiksmes likums (il-Liġi dwar is-Sigurtà fit-Toroq) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Il-liġi tuża t-termini sussegwenti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>ċirkulazzjoni: relazzjonijiet li jirriżultaw miċ-ċaqliq, bi jew mingħajr vettura, minn post għall-ieħor permezz tat-triq</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>inċident tat-traffiku: avveniment sfortunat li jseħħ fil-kuntest taċ-ċirkulazzjoni li jinvolvi mill-inqas vettura waħda u li jwassal għall-mewt ta’ persuna, jikkawżalha dannu fiżiku jew jikkawża dannu lill-proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika jew lill-ambjent, kif ukoll is-seħħ ta’ avveniment sfortunat f’post ieħor li fih is-sewqan ta’ vettura huwa possibbli u li jinvolvi vettura.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dannu li jirriżulta minn ksur ta’ din il-liġi jew ta’ atti leġiżlattivi oħra relatati mas-sigurtà fit-toroq għandu jiġi kkumpensat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proprjetarju jew id-detentur ta’ vettura għandu jkun responsabbli għad-dannu kkawżat mill-użu ta’ din il-vettura sakemm huwa ma jipproduċix prova li d-dannu huwa dovut għal każ ta’ forza maġġuri, għall-intenzjoni jew għal negliġenza serja tal-vittma stess jew għal raġuni oħra li, skont il-liġi, teżenta mir-responsabbiltà għad-dannu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20081024">24 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ ta’ supermarket (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ewwel vettura<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>) ikkawża ħsara, huwa hu jiftaħ il-bieba ta’ wara tan-naħa tal-lemin tal-istess vettura, lin-naħa ta’ wara tax-xellug tal-vettura viċina (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tieni vettura<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-proprjetarju tat-tieni vettura u s-sewwieq tal-ewwel vettura mlew fuq il-post tal-inċident rapport bonarju li jikkonstata s-seħħ ta’ inċident li fih is-sewwieq tal-ewwel vettura rrikonoxxa li huwa kellu tort u indika li kien il-passiġġier tal-ewwel vettura li laqgħat, bil-bieba ta’ wara tal-imsemmija vettura, it-tieni vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>BTA kienet ikkonkludiet kuntratt ta’ assigurazzjoni fakultattiva mal-proprjetarju tat-tieni vettura. Ir-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-ewwel vettura kienet assigurata ma’ BAN.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>BTA ħallset lill-klijent tagħha, il-proprjetarju tat-tieni vettura, abbażi tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni li hija kienet ikkonkludiet miegħu, is-somma ta’ LVL 47.42 (madwar EUR 67.47) li tikkorrispondi għall-ispejjeż tat-tiswija tad-dannu kkawżat lil din vettura, wara tnaqqis tal-eċċess. Din il-kumpannija sussegwentement talbet lil BAN tirrimborsalha l-ispejjeż hekk sostnuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>BAN irrifjutat li tirrimborsa dawn l-ispejjeż peress li inċident li jseħħ bejn żewġ vetturi li ma jkunux qegħdin jiċċaqalqu ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>riskju assigurat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>BTA għaldaqstant bdiet proċeduri legali kontra BAN, għall-finijiet tar-rimbors tal-kumpens li hija kienet ħallset lill-proprjetarju tat-tieni vettura. Il-qorti tal-ewwel istanza u dik tal-appell laqgħu r-rikors tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fuq appell ippreżentat minn BAN, l-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ sentenza tat‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, annullat is-sentenza mogħtija fl-appell minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija u tiddeċiedi fuq rinviju, ir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Ċivili, il-Latvja), permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20140520">20 ta’ Mejju 2014</DATE>, ċaħdet ir-rikors ta’ BTA minħabba li jkun hemm inċident tat-traffiku biss meta mill-inqas waħda mill-vetturi involuti tkun miexja u, konsegwentement, ir-riskju assigurat ma’ BAN ma kienx twettaq f’dan il-każ. Din il-qorti kkonstatat, barra minn hekk, li ma kienx il-proprjetarju tal-ewwel vettura li kien ċivilment responsabbli għad-dannu kkawżat lit-tieni vettura, iżda l-passiġġier tal-ewwel vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>BTA appellat fil-kassazzjoni minn din is-sentenza quddiem l-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema). Insostenn tal-appell tagħha, hija ssostni, b’mod partikolari, li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>riskju assigurat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> adottata mir-Rīgas apgabaltiesas Civillietu tiesas kolēģija (il-Qorti Reġjonali ta’ Riga, Kulleġġ Ċivili) tmur kontra l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati mill-vetturi bil-mutur, li trid tilħaq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tagħhom, li l-użu ta’ tali vettura jista’ jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> anki jekk din tkun wieqfa u li, peress li l-proprjetarju ta’ vettura huwa responsabbli għad-danni kkawżati lil terzi mill-passiġġieri ta’ din il-vettura fil-kuntest tal-użu tagħha, dawn id-danni huma koperti mill-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili relatata ma’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-azzjoni ta’ ftuħ tal-bieba ta’ vettura pparkjata tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[użu ta’ vettura li] huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ din il-vettura<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u jekk, konsegwentement, din taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva, f’dan ir-rigward, li d-definizzjoni wiesgħa li l-Qorti tal-Ġustizzja tat lil dan il-kunċett fis-sentenza msemmija, timmilita favur risposta fl-affermattiv għal din id-domanda. Fil-fatt, skont din il-qorti, it-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri minn vettura huma indikazzjoni tal-użu tagħha, u din il-vettura ma tistax tiġi użata bis-sħiħ jekk il-passiġġieri jibqgħu abbord.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> imsemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva jkoprix ukoll il-każijiet li fihom passiġġier juża l-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, skont l-Artikolu 1(2) tal-l-Ewwel Direttiva, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>parti inġurjata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva, jirreferi għal kull persuna li għandha dritt għal kumpens fir-rigward tad-dannu kkawżat minn vetturi. Hija żżid li l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jsemmi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>użu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-vetturi u mhux ir-responsabbiltà biss tas-sewwieqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-qorti tosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni kwalunkwe użu ta’ vettura li huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ din il-vettura. Issa, l-azzjoni ta’ ftuħ tal-bibien ta’ vettura għat-tlugħ jew għall-inżul minnha tikkostitwixxi tali użu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>1</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta[l-Ewwel Direttiva] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/> jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-ftuħ tal-bibien ta’ vettura pparkjata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 3(1) ta[l-Ewwel Direttiva] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> jinkludi sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri [dik] li fiha d-dannu għall-proprjetà ta’ terzi jirriżulta mill-użu tal-vettura min-naħa ta’ passiġġier?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva għandux jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, previst fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, ma jistax jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, iżda jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi interpretat, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li din tagħmel parti minnha (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi hija intiża, minn naħa, li tiżgura l-moviment liberu kemm tal-vetturi li normalment ikunu pparkjati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u kemm tal-persuni li jkunu abbord dawn il-vetturi u, min-naħa l-oħra, li tiggarantixxi li l-vittmi tal-inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi jibbenefikaw minn trattament komparabbli, irrispettivament minn fejn iseħħ l-inċident<?PAGE NO="7"?> fit-territorju tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-iżvilupp ta’ din il-leġiżlazzjoni jirriżulta li l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi kien segwit u msaħħaħ b’mod kostanti mil-leġiżlatur tal-Unjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> li jinsab fl-imsemmi artikolu ma huwiex limitat għas-sitwazzjonijiet ta’ użu ta’ vetturi fit-triq, jiġifieri l-użu fit-toroq pubbliċi, u li dan il-kunċett ikopri kull użu ta’ vettura li jkun konformi mal-funzjoni normali tagħha (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, sa fejn il-vetturi bil-mutur imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Ewwel Direttiva, huma, irrispettivament mill-karatteristiċi tagħhom, intiżi li jservu normalment bħala mezzi ta’ trasport, dan il-kunċett ikopri kull użu ta’ vettura bħala mezz ta’ trasport (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jitqies li l-azzjoni ta’ ftuħ tal-bieba ta’ vettura tikkostitwixxi użu tagħha li huwa konformi mal-funzjoni tagħha bħala mezz ta’ trasport, sa fejn din tippermetti b’mod partikolari t-tlugħ jew l-inżul tal-persuni jew it-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti li għandhom jinġarru jew li jkunu għadhom kif ġew ittrasportati permezz ta’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex affettwata mill-fatt li l-vetturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu, fil-mument tal-inċident, weqfin u li dawn kienu jinsabu f’parkeġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, li l-fatt li l-vettura involuta fl-inċident kienet wieqfa fil-mument meta seħħ dan l-inċident ma jeskludix, waħdu, li l-użu ta’ din il-vettura f’dak il-mument jista’ jaqa’ taħt il-funzjoni tagħha bħala mezz ta’ trasport u, għaldaqstant, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, il-ftuħ tal-bibien ġeneralment isir biss meta l-vetturi jkunu wieqfa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li l-kwistjoni ta’ jekk il-magna tal-vettura kkonċernata kinitx mixgħula jew le fil-mument meta seħħ l-inċident ma hijiex determinanti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-vetturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu jinsabu f’parkeġġ, għandu jitfakkar li l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, ma tiddependix mill-karatteristiċi tal-art li fuqha tintuża l-vettura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Núñez Torreiro</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑334/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1007">EU:C:2017:1007</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-fatt li l-inċident inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta minn azzjoni mhux tas-sewwieq tal-ewwel vettura, iżda ta’ passiġġier tagħha, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva jipprovdi b’mod ġenerali li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju [ta’ kull Stat Membru]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li għandha tkun koperta b’assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, kuntrarjament għall-pożizzjoni esposta mill-Gvern Pollakk fir-rigward tar-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda, la din id-dispożizzjoni u lanqas id-dispożizzjonijiet l-oħra tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja ma jillimitaw il-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili ta’ kategorija partikolari ta’ persuni, bħas-sewwieq tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva, li jsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, u l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, li jirreferi għax-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>xufier jew [għal] kull persuna oħra li hi responsabbli taħt il-liġi ċivili fil-każ ta’ inċident, u li r-responsabbilità tagħha hija koperta mill-assigurazzjoni [obbligatorja]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> jissuġġerixxu li din l-assigurazzjoni tirrigwarda r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mhux biss mis-sewqan tal-vetturi, iżda wkoll minn użi oħra tagħhom u minn użi tagħhom li jsiru minn persuni oħra minbarra s-sewwieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 34 u 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kwalunkwe<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> użu ta’ vettura li huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ din tal-aħħar, jiġifieri mal-funzjoni ta’ mezz ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li dan l-użu tal-vetturi ma huwiex limitat għas-sewqan ta’ dawn tal-aħħar, iżda jinkludi azzjonijiet li, bħal dik imsemmija fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, normalment isiru wkoll mill-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi tipprekludi li l-obbligu għall-assiguratur li jikkumpensa vittma ta’ inċident tat-traffiku li jinvolvi vettura assigurata jkun eskluż meta dan l-inċident kien ikkawżat minn persuna li ma hijiex il-persuna koperta mill-polza tal-assigurazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-fatt li l-inċident inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jirriżultax minn azzjoni tas-sewwieq tal-ewwel vettura, iżda minn azzjoni ta’ passiġġier tagħha ma jeskludix, waħdu, li l-użu ta’ din il-vettura f’dak il-mument jista’ jaqa’ taħt il-funzjoni tagħha ta’ mezz ta’ trasport u, għaldaqstant, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE tal‑<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett<?PAGE NO="9"?> ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni li fiha l-passiġġier ta’ vettura pparkjata f’parkeġġ, huwa u jiftaħ il-bieba ta’ din il-vettura, laqat u kkawża ħsara lill-vettura li kienet ipparkjata ħdejh.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>