<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑19/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CO0019</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2049">EU:C:2014:2049</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20140703">3.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑19/14</P><P>TALASCA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 53(2) u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑19/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ana-Maria Talasca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Angelina Marita Talasca</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Kevelaer,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)</P><P>komposta minn A. Borg Barthet, President tal-Awla, M. Berger (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2) Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-kompatibbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 7(1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali, (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>SGB II<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Ana-Maria Talasca u bintha Angelina Marita Talasca u l-iStdat Kevelaer (il-Belt ta’ Kevelaer), peress li d-dipartiment tal-impjieg ta’ din il-belt (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Jobcenter<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) irrifjuta li jħallashom ċerti benefiċċji soċjali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali (Sozialgesetzbuch), (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>SGB II<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-benefiċċji skont dan il-ktieb huma intiżi għall-persuni li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>laħqu l-età ta’ 15-il sena u għadhom ma laħqux il-limitu tal-età msemmi fl-Artikolu 7a,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>huma kapaċi jaħdmu,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>jinsabu fil-bżonn u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>jirrisjedu abitwalment fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (benefiċjarji kapaċi li jaħdmu).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Huma esklużi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-barranin, nisa u rġiel, li ma humiex impjegati jew ħaddiema li jaħdmu għal rashom fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li ma għandhomx id-dritt għall-moviment liberu skont l-Artikolu 2(3) tal-Liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni [Freizügigkeitsgesetz/EU], u l-membri tal-familja tagħhom, matul l-ewwel tliet xhur tal-perijodu ta’ residenza tagħhom,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-barranin, nisa u rġiel, li d-dritt ta’ residenza tagħhom huwa ġġustifikat biss minħabba li qegħdin ifittxu xogħol, u l-membri tal-familja tagħhom,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>Il-punt 1 tat-tieni sentenza ma japplikax għall-barranin, nisa u rġiel, li jirrisjedu fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt permess ta’ residenza maħruġ skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Liġi dwar id-dritt ta’ residenza. Id-dispożizzjonijiet fil-qasam tad-dritt ta’ residenza jibqgħu japplikaw.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni (Freizügigkeitsgesetz/EU, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>FreizügG/EU<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) tipprovdi, fl-Artikolu 2(3) tagħha, li l-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg iżommu l-istatus tagħhom ta’ impjegati jew ta’ persuni li jaħdmu għal rashom għal sitt xhur wara l-iskadenza taċ-ċertifikat ta’ residenza intiż għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Freizügigkeitsbescheinigung<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll mill-att proċedurali ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140207">7 ta’ Frar 2014</DATE> mis-Sozialgericht Duisburg u intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dikjarazzjoni tal-fatti dwar id-digriet tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jirriżulta li A. M. Talasca hija ta’ nazzjonalità Rumena.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070701">1 ta’ Lulju 2007</DATE>, hija telqet mir-Rumanija sabiex tmur f’Kevelaer (il-Ġermanja).</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101027">27 ta’ Ottubru 2010</DATE>, id-Dipartiment tal-Immigrazzjoni (Ausländerbehörde) ħareġ ċertifikat ta’ residenza intiż għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea lil A. M. Talasca, li kien esklużivament validu għat-tiftix ta’ impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Mit-23 ta’ Mejju sat-<DATE ISO="20111123">23 ta’ Novembru 2011</DATE>, A. M. Talasca kellha impjieg, ma’ azjenda ortikulturali, suġġett għall-assigurazzjoni soċjali obbligatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE> sad-<DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, A. M. Talasca rċeviet l-allowance tal-qgħad I (Arbeitslosengeld I, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Alg I<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Inkunsiderazzjoni tal-ammont żgħir tad-dħul tagħha, hija ressqet talba għall-ħlas ta’ benefiċċji skont is-SGB II, mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>, quddiem il-Jobcenter, l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam ta’ benefiċċji għall-persuni li jkunu qed ifittxu impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Dawn il-benefiċċji ngħatawlha sat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Dawn l-istess benefiċċji ngħataw ukoll sat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE> lil bint A. M. Talasca, li twieldet fil-<DATE ISO="20120311">11 ta’ Marzu 2012</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li qiesu li kienu intitolati għall-ħlas tal-imsemmija benefiċċji lil hinn mit-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>, għaliex altrimenti jkun hemm ksur tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni prevista fid-dispożizzjonijiet tad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>dritt Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, A. M. Talasca u bintha ppreżentaw rikors quddiem is-Sozialgericht Duisburg.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza l-importanza tal-kwistjoni mqajma fil-kawża li hija għandha quddiemha għal serje ta’ kawżi simili pendenti quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sozialgericht Dortmund iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>[Il-punt 2] tal-Artikolu 7(1) tas-[SGB II] huwa kompatibbli mad-dritt tal-[Unjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha temenda s-sitwazzjoni legali fis-seħħ jew inkella tirriżulta direttament sitwazzjoni legali ġdida u, f’dak il-każ, liema waħda?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>[Il-punt 2] tal-Artikolu 7(1) tas-[SGB II] għandu jibqa’ fis-seħħ sakemm l-istituzzjonijiet tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jwettqu l-emenda leġiżlattiva (jekk ikun il-każ) neċessarja?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 53(2) Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ proċedura mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddetermina jekk dispożizzjonijiet nazzjonali humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni u li jistgħu jippermettulha tevalwa din il-kompatibbiltà sabiex taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Fendt Italiana, C-145/06 u C-146/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:411">EU:C:2007:411</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30, u KGH Belgium, C-351/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:699">EU:C:2012:699</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17, kif ukoll id-digriet Mlamali, C-257/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, in-neċessità li tingħata interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tkun utli għall-qorti nazzjonali teżiġi li din tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tad-domandi magħmula minnha jew li minn tal-inqas<?PAGE NO="4"?> tispjega l-ipoteżi fattwali li fuqhom dawn id-domandi jkunu bbażati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Centro Europa 7, C-380/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:59">EU:C:2008:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57, u Mora IPR, C-79/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:98">EU:C:2013:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35, kif ukoll id-digrieti Augustus, C-627/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:754">EU:C:2012:754</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 8 u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha s-setgħa biss li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni ta’ test tal-Unjoni abbażi ta’ fatti li jiġu indikati lilha mill-qorti nazzjonali (ara s-sentenza Eckelkamp <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-11/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:489">EU:C:2008:489</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, kif ukoll id-digrieti SKP, C-433/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:702">EU:C:2012:702</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24, u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tinsisti wkoll fuq l-importanza tal-indikazzjoni, mill-qorti nazzjonali, tar-raġunijiet preċiżi li wassluha sabiex tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tikkunsidra neċessarju li tagħmel id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza ABNA <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-453/04, C-11/04, C-12/04 u C-194/741, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:741">EU:C:2005:741</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 46, u Mora IPR, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:98">EU:C:2013:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36, kif ukoll id-digriet Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li hija d-deċiżjoni tar-rinviju li sservi bħala l-bażi għall-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa indispensabbli li l-qorti nazzjonali, fid-deċiżjoni tar-rinviju stess, tispeċifika l-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali u tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet fuq ir-raġunijiet għall-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom hija titlob l-interpretazzjoni kif ukoll dwar ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kawża mressqa quddiemha (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi Asemfo, C-295/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:227">EU:C:2007:227</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33, u Mora IPR, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:98">EU:C:2013:98</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37, kif ukoll id-digrieti Laguillaumie, C‑16/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:350">EU:C:2000:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 23 u 24, u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari jissemmew b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tagħhom il-qorti tar-rinviju hija meqjusa, fil-kuntest tal-kooperazzjoni stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, li għandha konjizzjoni u li għandha tosserva bir-reqqa.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar ukoll li l-Artikolu 267 TFUE ma jikkostitwixxix rimedju miftuħ għall-partijiet f’kawża pendenti quddiem il-qorti nazzjonali u li għalhekk ma huwiex biżżejjed li parti ssostni li l-kawża tqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex il-qorti kkonċernata jkollha tikkunsidra li tkun tqajmet kwistjoni fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. Minn dan jirriżulta li l-eżistenza ta’ kontestazzjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ att tal-Unjoni quddiem il-qorti nazzjonali ma hijiex biżżejjed, minnha nfisha, sabiex tiġġustifika r-rinviju ta’ domanda preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi IATA u ELFAA, C-344/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:10">EU:C:2006:10</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28, kif ukoll Ascafor u Asidac, C-484/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:113">EU:C:2012:113</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33; digrieti Adiamix, C-368/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:257">EU:C:2013:257</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17, u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll f’dan ir-rigward li l-informazzjoni pprovduta fid-deċiżjonijiet tar-rinviju sservi mhux biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposti utli, iżda wkoll sabiex tippermetti lill-gvernijiet tal-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet interessati l-oħra jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiżgura li din il-possibbiltà tkun imħarsa, inkunsiderazzjoni tal-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjonijiet ta’ rinviju biss huma nnotifikati lill-partijiet interessati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Holdijk <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 141/81 sa 143/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:122">EU:C:1982:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 6; digrieti Laguillaumie, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:350">EU:C:2000:350</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14; Augustus, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:754">EU:C:2012:754</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 10, u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li din id-deċiżjoni tar-rinviju ma tissodisfax ir-rekwiżiti mfakkra fil-punti 16 sa 22 ta’ dan id-digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel domanda magħmula, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha l-ebda element dwar il-kuntest fattwali tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Huwa biss fid-dokument ippreżentat fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20140207">7 ta’ Frar 2014</DATE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dikjarazzjoni tal-fatti dwar<?PAGE NO="5"?> id-digriet tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li l-qorti tar-rinviju pprovdiet xi informazzjoni li tibqa’ madankollu insuffiċjenti sabiex tippermetti evalwazzjoni, b’mod partikolari, tal-kwalità ta’ ħaddiema impjegata ta’ A. M. Talasca.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi rrilevat li huwa nieqes ukoll kull element dwar il-kuntest ġuridiku nazzjonali, għajr għas-sempliċi riferiment għal ċerti dispożizzjonijiet, li l-formulazzjoni tagħhom madankollu ma ġiet esposta bl-ebda mod. Fir-rigward tal-punt 2 tal-Artikolu 7(1) tas-SGB II, li jipprovdi diversi raġunijiet għar-rifjut ta’ benefiċċji lill-barranin qiegħda, il-qorti tar-rinviju sempliċement tirreferi għal dawn ir-raġunijiet għal rifjut kollha mingħajr ma tispeċifika r-raġuni li hija eventwalment applikabbli għall-kawża quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm il-qorti tar-rinviju qiegħda titlob l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, hija ma tipprovdi ebda dettalji ulterjuri f’dan ir-rigward, għajr ir-riferiment magħmul, fid-dokument ippreżentat fis-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, għall-osservazzjonijiet magħmula fir-rikors ippreżentat minn A. M. Talasca fil-kawża prinċipali, li jsemmu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni prevista fid-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra dan, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq il-kompatibbiltà tal-punt 2 tal-Artikolu 7(1) tas-SGB II mad-dritt tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> mingħajr madankollu ma tesponi r-raġunijiet li minħabba fihom hija tikkunsidra li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jidhrilha li hija meħtieġa jew utli għar-riżoluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari mingħajr ma tispjega x’inhi r-rabta bejn id-dritt tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli f’din il-kawża. Għall-kuntrarju, hija tagħmel sempliċement riferiment għad-dikjarazzjoni, li tidher fir-rikors fil-kawża prinċipali, fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-esklużjoni tad-dritt għall-benefiċċji prevista fit-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) tas-SGB II tikser il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni prevista fid-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tenfasizza hija stess li l-kawża prinċipali tikkostitwixxi kawża pilota sa fejn quddiemha hemm pendenti numru kbir ta’ kawżi simili.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, b’mod partikolari, din il-qorti ma tipprovdi ebda element dwar in-natura tal-benefiċċji soċjali mitluba mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li jippermetti li jiġi ddeterminat jekk dawn il-benefiċċji jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxi diskriminazzjoni. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju ma tipprovdix biżżejjed elementi ta’ natura tali li tiġi ddeterminata s-sitwazzjoni preċiża li fiha jinsabu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali u bintha, sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tistabbilixxi paragun ma’ persuni oħra li jibbenefikaw mill-imsemmija benefiċċji soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti ma qegħditx lill-Qorti tal-Ġustizzja f’pożizzjoni li tkun tista’ tiżgura li l-ipoteżi fattwali li fuqha huma bbażati d-domandi preliminari taqa’ effettivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tiegħu qiegħda tintalab l-interpretazzjoni u lanqas ma qegħditha, b’mod iktar ġenerali, f’pożizzjoni li tagħti risposta utli u affidabbli għad-domandi magħmula (ara d-digrieti Augustus, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:754">EU:C:2012:754</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14, u Mlamali, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:763">EU:C:2013:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel domanda preliminari hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni tal-inammissibbiltà manifesta tal-ewwel domanda, it-tieni u t-tielet domandi spiċċalhom l-għan tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, hija manifestament inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>