European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6568

12.11.2024

P9_TA(2024)0135

Deċiżjoni tal-Kunsill li tistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, 2019 (Nru 190) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tistieden lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, 2019 (Nru 190) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (13106/2023 – C9-0396/2023 – 2020/0011(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2024/6568)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (13106/2023),

—

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, 2019 (Nru 190) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 153(2) flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (a), l-Artikolu 157(3) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0396/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0040/2024),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6568/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)