6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/1403

tad-29 ta’ Settembru 2020

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2020)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger), inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 (2) biex ħatar lis-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger mill-1 ta’ Mejju 2018 iżda mingħajr ma iffissa d-data tat-tmiem tal-mandat tiegħu.

(3)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-ħatriet u r-rotazzjonijiet tal-Kapijiet tal-Missjoni, jenħtieġ li d-data tat-tmiem tal-mandat ta’ Kap ta’ Missjoni tiġi inkluża fid-Deċiżjoni rilevanti tal-KPS.

(4)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ippropona li l-mandat tas-Sur Frank VAN DER MUEREN bħala Kap tal-Missjoni tal-EUCAP Sahel Niger għandu jiddekorri sal-15 ta’ Jannar 2021.

(5)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2018/726 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Is-Sur Frank VAN DER MUEREN huwa b’dan maħtur bħala Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) mill-1 ta’ Mejju 2018 sal-15 ta’ Jannar 2021.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2020..

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2020.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

S. FROM-EMMESBERGER


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2018/726 tat-2 ta’ Mejju 2018 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2018) (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 32).