Official Journal L 291 , 28/12/1972 P. 0144 - 0144
Finnish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0047
Danish special edition: Series I Chapter 1972(28.12) P. 0016
Swedish special edition: Chapter 8 Volume 1 P. 0047
English special edition: Series I Chapter 1972(28-30.12) P. 0060
Greek special edition: Chapter 08 Volume 1 P. 0094
Spanish special edition: Chapter 08 Volume 2 P. 0019
Portuguese special edition Chapter 08 Volume 2 P. 0019
Ir-Regolament (KEE) Nru 2743/72 tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1972 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2821/71 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jirrigwarda l-Għaqda ta' Stati Membri ġodda mal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, iffirmat fit-22 ta' Jannar 1972, u partikolarment l-Artikolu 153 ta' l-Att l-Anness ma dan; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2821/71 [1] tal-20 ta' Diċembru 1971, dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jeħtieġ emendi korrispondenti għal dawk magħmula lill-Regolament Nru 19/65 KEE, li l-emendi tiegħu huma mniżżla fl-Anness I ta' l-Att ta' l-Għaqda, b'mod illi l-ftehim li, permess ta' l-għaqda, jidħlu fl-iskop ta' l-Artikolu 85 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea jkunu jistghu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ta' l-imsemmi Artikolu; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2821/71 għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Is-segwenti qed jiddaħħal fit-tmiem tal-paragrafu 1: "Regolament addottat in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista' jniżżel illi l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat m'għandiex tapplika, għall-perjodu stabbilit fl-istess Regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li kienu jeżistu fid-data tal-għaqda u li, permess tal-għaqda, jidħlu taħt l-effett ta' l-Artikolu 85 u ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3)." 2. Il-paragrafu 2 għandu jiżdied bis-segwenti: "il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għal dawk il-ftehim u prattiċi miftiehma li, permess ta' l-għaqda, jidħla fl-effett ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat u li għalihom in-notifikazzjoni qabel l-1 ta' Lulju 1973 hija mandatorja, skond l-Artikoli 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, biss jekk in-notifikazzjoni tkun ingħatat qabel dik id-data." Artikolu 2 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ mal-għaqda. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Diċembru 1972. Għall-Kunsill Il-President T. Westerterp [1] ĠU L 285, tad-29.12.1971, p. 46. --------------------------------------------------