5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9765 — AustralianSuper/Peel Group/DWS/Peel Ports)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 72/09)

1.   

Fis-26 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AustralianSuper Group (“AustralianSuper”, l-Awstralja),

—

DWS Group & GmbH Co KgaA (“DWS”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Deutsche Bank AG (il-Ġermanja),

—

Peel Group (“Peel Group”, ir-Renju Unit),

—

Peel Ports Holdings Limited (“Peel Ports”, ir-Renju Unit), ikkontrollata bi sħab minn DWS u Peel Group.

AustralianSuper flimkien ma’ DWS u Peel Group jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Peel Ports.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AustralianSuper: fond tal-industrija u l-pensjonijiet b’investimenti primarji fl-Awstralja.

—

DWS: kumpanija ta’ ġestjoni tal-assi, attiva mad-dinja kollha.

—

Peel Group: kumpanija tal-investiment b’firxa wiesgħa ta’ interessi, inkluzi proprjetà, parks eoliċi u lukandi, primarjment attiva fir-Renju Unit.

—

Peel Ports: attiva fit-tħaddim ta’ portijiet, vapuri u servizzi ta’ appoġġ marittimu f’diversi lokalitajiet inklużi fir-Renju Unit, l-Irlanda, in-Netherlands u l-Awstralja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtie li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9765 — AustralianSuper/Peel Group/DWS/Peel Ports

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.