|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/111 |
10.1.2025 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali għat-tranżizzjoni ekoloġika
(opinjoni fuq inizjattiva proprja)
(C/2025/111)
Relatur:
Zsolt KÜKEDIKorelatur:
Thomas KATTNIG|
Konsulent |
József RIBÀNYI (għar-relatur) |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
11.7.2024 |
|
Bażi legali |
Artikolu 52(2) tar-Regoli ta’ Proċedura |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
26.9.2024 |
|
Adozzjoni fis-sessjoni plenarja |
23.10.2024 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
591 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
238/0/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Is-sorsi tal-enerġija ġeotermali huma kostanti, affidabbli, ma jiddependux mill-kundizzjonijiet tat-temp u jistgħu jintużaw biex jipproduċu s-sħana jew l-elettriku kontinwament, il-ħin kollu. Dan jista’ jkun partikolarment importanti fit-tnaqqis tal-volatilità tas-sistema tal-enerġija. |
|
1.2. |
Il-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali għandha emissjonijiet estremament baxxi ta’ gassijiet serra, u għalhekk tnaqqas id-dipendenza tal-kontinent mill-fjuwils fossili u tiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni tiegħu, u b’hekk tagħti kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050. |
|
1.3. |
Il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali fl-Ewropa mhuwiex sfruttat b’mod sinifikanti. Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija Ewropea ġenerali għall-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali. |
|
1.4. |
Il-KESE jenfasizza l-punti ewlenin li ġejjin rigward l-enerġija ġeotermali:
|
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li l-investimenti fl-impjanti tal-enerġija ġeotermali mhux se jkunu effettivi mingħajr l-intervent tal-Istati Membri: il-finanzjament u l-inċentivi tal-gvern huma meħtieġa biex jattiraw l-investimenti inizjali u jitnaqqsulhom ir-riskji. Il-bidliet fil-politika tal-enerġija jew fil-finanzjament jistgħu jaffettwaw l-attraenza ekonomika tal-proġetti ġeotermali. Il-KESE jirrakkomanda li l-linji gwida stabbiliti fl-Artikolu 23 tad-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (1) jintużaw biex jitħaffu l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta’ proġetti ġeotermali. |
|
1.6. |
Il-valutazzjonijiet tal-impatt fit-tul huma meħtieġa għall-ottimizzazzjoni tal-investimenti, u hija meħtieġa ċertezza legali għall-operat tal-impjanti tal-enerġija ġeotermali. Il-kunflitti legali nazzjonali bħalma huma s-sjieda, l-estrazzjoni mill-minjieri u l-problemi tal-ilma jeħtieġ li jiġu solvuti. |
|
1.7. |
Jeħtieġ li jiġu identifikati b’mod preċiż ir-riskji relatati mal-impatti ambjentali u li jiġi żgurat li l-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija ġeotermali tiġi segwita bl-involviment tal-komunitajiet lokali, u b’hekk tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-enerġija ġeotermali huma akbar mir-riskji peress li hija waħda mill-aħjar sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’termini tal-użu tal-art, l-użu tar-riżorsi u d-dipendenza mill-importazzjoni. |
|
1.8. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tniedi programm Ewropew biex tivvaluta ż-żoni tal-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħha tad-data dwar it-tħaffir. Bażi tad-data ġeotermali aċċessibbli għall-pubbliku timla lakuna, peress li d-data tkun tista’ tintuża biex jiġi deċiż f’liema żoni Ewropej jaqblilna li ninvestu fl-enerġija ġeotermali. |
|
1.9. |
L-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali għandu potenzjal kbir għall-innovazzjoni. Għalhekk, il-KESE jipproponi l-innovazzjonijiet li ġejjin:
|
|
1.10. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tneħħi l-ostakli regolatorji għall-ħtiġijiet tal-ippjanar u tal-permessi. Minflok approċċ frammentat u mxerred, tintroduċi punt uniku ta’ servizz ikkonċentrat u rapidu għal-liċenzjar. |
2. Kummenti ġenerali
L-enerġija ġeotermali bħala teknoloġija ovvja għal tranżizzjoni tal-enerġija rapida u inklużiva
|
2.1. |
L-enerġija ġeotermali toriġina mis-sħana interna tad-dinja, li tiġi mis-sħana rilaxxata matul il-formazzjoni tal-pjaneta. Dan jipprovdi ammonti kbar ta’ enerġija rinnovabbli matul is-sena, li tista’ tintuża għat-tisħin, it-tkessiħ, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-ħżin rinnovabbli tal-enerġija, jew saħansitra għall-estrazzjoni sostenibbli ta’ minerali bħal-litju. Huwa improbabbli ħafna li l-UE se tilħaq il-miri tagħha ta’ dekarbonizzazzjoni għas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ mingħajr ma taċċellera b’mod sinifikanti l-użu tal-enerġija ġeotermali. |
|
2.2. |
L-enerġija ġeotermali hija teoretikament disponibbli kullimkien, iżda l-possibbiltajiet u l-effiċjenza tal-użu tagħha jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti f’żoni ġeografiċi differenti (ara l-potenzjal ġeotermali). Tiddependi wkoll mill-karatteristiċi strutturali u ġeoloġiċi tad-Dinja (il-ħxuna tal-qoxra ta’ barra tad-Dinja u l-fluss tas-sħana li jopera fiha), il-gradjent ġeotermali (ir-rata ta’ żieda fit-temperatura taħt wiċċ id-Dinja) u l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u l-preżenza tal-ilma bħala mezz ta’ trasferiment. |
|
2.3. |
L-enerġija ġeotermali spiss tissejjaħ “ġgant rieqed”, b’referenza għall-potenzjal mhux sfruttat tagħha madwar l-Ewropa. Skont rapport miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, fl-2021 il-kapaċità grossa tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ġeotermali tal-UE qabżet il-1 GWe (3), waqt li l-kapaċità netta kienet ta’ 877 MWe. Il-produzzjoni tal-elettriku ġeotermali tal-UE kienet ta’ 6 717 GWh, jew 0,2 % tal-elettriku fl-UE. Il-kapaċità installata tas-settur tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali ġeotermali kienet ta’ 2,2 GWth (4) fl-2021. B’mod ġenerali, l-enerġija ġeotermali kienet tirrappreżenta 2,8 % tal-enerġija rinnovabbli użata għall-produzzjoni tal-enerġija primarja għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-UE fl-2021 (5). Ir-rata tibqa’ stabbli sena wara sena. Madankollu, l-enerġija ġeotermali għadha turi xejra dinamika, bi proġetti ġodda u żieda fil-provvista fil-livell nazzjonali madwar l-Ewropa fil-Ġermanja (50 %), fil-Polonja (15,6 %) u fl-Ungerija (11 %) (6). |
|
2.4. |
L-impjanti tal-enerġija ġeotermali huma wħud mill-ftit teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli li jistgħu jipprovdu enerġija ta’ karga bażika kontinwa u stabbli u jistgħu jitħaddmu b’mod stabbli fuq perjodi twal ta’ żmien, waqt li fl-istess ħin jintużaw bħala sors ta’ enerġija flessibbli biex jiġu bbilanċjati s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli ta’ enerġija intermittenti, inkluża l-enerġija solari u mir-riħ. |
|
2.5. |
Is-sorsi tal-enerġija ġeotermali huma lokali u ma jeħtiġux kwantitajiet kbar ta’ materjali importati minn pajjiżi terzi, għalhekk l-użu tagħhom se jnaqqas l-importazzjonijiet tal-enerġija u d-dipendenza minnha, il-kostijiet u l-emissjonijiet, u jagħmel is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa aktar sikura, aktar stabbli u aktar kosteffettiva. |
|
2.6. |
It-teknoloġiji ewlenin għall-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali huma l-pompi tas-sħana ġeotermali li jisfruttaw is-sħana qrib ħafna tal-art, u l-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali profonda, li tipikament tilħaq saffi jaħarqu u attivi ġeotermali permezz ta’ bjar imħaffra eluf ta’ metri fil-fond. Il-pompi tas-sħana jistgħu jinbnew kważi kullimkien fl-Ewropa, iżda l-ġenerazzjoni profonda tal-enerġija ġeotermali hija disponibbli biss f’ċerti pajjiżi/reġjuni. Huwa importanti li niffukaw l-attenzjoni tagħna fuq riżultati li jistgħu jinkisbu faċilment u, għalhekk, aħna u nżidu l-użu tal-enerġija ġeotermali, għandna niffukaw fuq l-installazzjoni ta’ pompi tas-sħana ġeotermali li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. |
L-enerġija ġeotermali hija riżorsa mhux sfruttata fl-Ewropa
|
2.7. |
L-enerġija ġeotermali hija riżorsa enormi, fil-biċċa l-kbira mhux sfruttata fl-Ewropa, li toffri opportunitajiet sinifikanti għall-kontinent għal tranżizzjoni tal-enerġija sostenibbli. |
|
2.8. |
Skont id-data tal-Eurostat, madwar 50 % tal-konsum tal-enerġija fl-UE jintuża għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, u madwar 75 % ta’ din l-enerġija jiġi mill-fjuwils fossili (7). Skont il-Kunsill Ewropew tal-Enerġija Ġeotermali, l-enerġija ġeotermali tista’ tipprovdi madwar 25 % tal-konsum tat-tisħin u t-tkessiħ u madwar 10 % tal-konsum tal-elettriku fl-Ewropa (8). |
|
2.9. |
Minbarra t-tisħin ta’ diversi binjiet, l-ilma sħun ġeotermali jintuża fis-serer, fit-tnixxif tal-għelejjel, fit-toroq għat-tneħħija tas-silġ, fl-appoġġ għal proċessi industrijali bħall-pasturizzazzjoni tal-ħalib, u t-tisħin tal-ilma fil-farms tal-ħut, biex ma nsemmux skopijiet mediċinali. L-iżvilupp tal-biedja bl-użu ta’ serer u tal-akkwakultura bbażata fuq l-enerġija ġeotermali jista’ jżid il-produzzjoni tal-ikel b’mod konsiderevoli (9). |
|
2.10. |
L-użu tal-enerġija ġeotermali qed jevolvi b’mod kostanti: ċerti applikazzjonijiet promettenti jinkludu l-ħżin tal-enerġija termali u l-kostruzzjoni ta’ sistemi ġeotermali msaħħa. |
|
2.11. |
Madankollu, minkejja l-karatteristiċi favorevoli tagħha, l-estrazzjoni tal-enerġija ġeotermali qed tiffaċċja sfidi:
|
Pjani u miri Ewropej għall-użu tal-enerġija ġeotermali
|
2.12. |
L-Ewropa għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet b’mill-inqas 55 % sal-2030 (10) u b’mill-inqas 90 % sal-2040 (11). |
|
2.13. |
Id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED III (12)) żiedet il-mira tal-enerġija rinnovabbli għal 42,5 % sal-2030 u l-pajjiżi tal-UE stabbilixxew mira ta’ 45 %. L-Artikolu 23 tad-Direttiva introduċa sottomira vinkolanti għall-kapaċità tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli, li għandha tiżdied b’1,1 punti perċentwali fis-sena fl-Istati Membri kollha bejn l-2026 u l-2030. |
|
2.14. |
Fit-18 ta’ Jannar 2024, il-PE ħareġ riżoluzzjoni dwar l-enerġija ġeotermali (13), fejn faħħar il-pompi tas-sħana u tat-teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali u stieden “lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġeotermali tal-UE li tagħti gwida konkreta lill-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet lokali biex jaċċelleraw l-użu tal-enerġija ġeotermali...” |
|
2.15. |
L-istrateġija solari tal-UE (14) tiddikjara li biex “jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2030, id-domanda għall-enerġija koperta mis-sħana solari u s-sorsi ġeotermali għandha mill-inqas tiżdied bit-triplu”. |
|
2.16. |
Ir-Regolament dwar is-suq tal-elettriku (15) adottat reċentement jinkludi l-enerġija ġeotermali bħala waħda mit-teknoloġiji ewlenin għad-dekarbonizzazzjoni tal-enerġija. |
|
2.17. |
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (16) ppropona miżuri biex jiġi żgurat li sal-2030 il-kapaċità tal-manifattura ta’ ċerti teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti, bħal pompi tas-sħana u impjanti tal-enerġija ġeotermali, fl-UE toqrob jew tilħaq mill-inqas 40 % tal-ħtiġijiet annwali tal-użu tal-UE. |
|
2.18. |
Minbarra li nżidu s-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u nnaqqsu l-emissjonijiet, jeħtieġ li ninvolvu lil kulħadd fit-tranżizzjoni ekoloġika u nnaqqsu l-faqar enerġetiku. Jeħtieġ li jiġi eżaminat kif il-Fond Soċjali għall-Klima jista’ jappoġġja l-użu tal-enerġija ġeotermali billi jipprovdi appoġġ dirett lill-aktar gruppi vulnerabbli, bħall-unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku, u l-impjanti tat-tisħin distrettwali li jużaw l-enerġija ġeotermali jridu jiġu inklużi fil-Pjani Soċjali għall-Klima mħejjija mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali għall-Klima biex jitnaqqsu l-kostijiet u l-emissjonijiet tat-tisħin u t-tkessiħ. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Kemm l-unitajiet domestiċi kif ukoll in-negozji Ewropej jeħtieġu enerġija affordabbli u faċilment aċċessibbli. Is-sistemi ta’ tisħin distrettwali ġeotermali, is-sistemi ġeotermali interkonnessi u s-sistemi avvanzati b’ċirkwit magħluq huma essenzjali għad-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin, inklużi s-sistemi tat-tisħin distrettwali bbażati fuq il-fossili. Mingħajr il-kontribut tal-enerġija ġeotermali, mhux se nkunu nistgħu nnaqqsu l-emissjonijiet u nilħqu l-miri tal-enerġija rinnovabbli. |
3.2. Enerġija ġeotermali li tipprovdi enerġija sikura u affordabbli b’emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra
|
3.2.1. |
L-iżvilupp u l-isfruttar tal-enerġija ġeotermali bħala sors ta’ enerġija nadifa jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE, peress li l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet serra huma baxxi ħafna:
|
3.3. L-enerġija ġeotermali fl-Unjoni tal-Enerġija
|
3.3.1. |
Is-suq uniku huwa pilastru fundamentali tal-integrazzjoni Ewropea, l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u s-solidarjetà. Fl-aħħar kriżi, ħassejna n-nuqqas ta’ koordinazzjoni fis-swieq tal-enerġija. F’Opinjonijiet preċedenti, il-KESE enfasizza (17) l-importanza tad-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, ir-riforma tas-suq (18) u l-futur tal-provvista u l-ipprezzar tal-elettriku fl-UE (19), kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tranżizzjoni ġusta. |
|
3.3.2. |
Minkejja l-vantaġġi ovvji tagħha, l-enerġija ġeotermali għad għandha rwol limitat ħafna fit-taħlita tal-enerġija tal-UE bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli. Minkejja l-fatt li l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali ta’ ċerti żoni Ewropej huwa għoli ħafna, ta’ spiss insolvu l-problema taż-żamma tal-unitajiet domestiċi tagħna sħan jew friski f’dawn iż-żoni b’soluzzjonijiet individwali li spiss iniġġsu. |
3.4. Materjali rari miksuba bil-bini ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali
|
3.4.1. |
Il-produzzjoni industrijali u l-produzzjoni tal-enerġija tal-UE jiddependu ħafna fuq il-materja prima, li l-biċċa l-kbira tagħha tiġi minn pajjiżi terzi. Din il-materja prima hija parti essenzjali mill-funzjonament tal-ekonomija Ewropea, għandha esponiment sinifikanti u taffettwa (b’mod negattiv) il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea. |
|
3.4.2. |
L-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali ma jirrikjedix materja prima kritika sinifikanti u rari fl-Ewropa, u għalhekk l-isfruttart tagħhom ma jżidx id-dipendenza tal-Ewropa. Fl-istess ħin, l-estrazzjoni ta’ materjali tal-art rari (eż. litju, kubrit, eċċ.) li jistgħu jiġu estratti matul il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali toffri opportunitajiet eċċitanti fil-produzzjoni tal-enerġija ġeotermali. |
3.5. Investimenti fl-enerġija ġeotermali
|
3.5.1. |
L-ekonomija Ewropea teħtieġ ukoll koeżjoni soċjali u parteċipazzjoni fl-investiment. Fil-fatt, l-investimenti fl-enerġija ġeotermali jistgħu jinvolvu liċ-ċittadini u l-muniċipalitajiet Ewropej, li mbagħad ikunu jistgħu jieħdu s-sjieda ta’ dan is-sors tal-enerġija u jipparteċipaw fl-isfruttament tiegħu stess. |
|
3.5.2. |
L-ispejjeż inizjali tal-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-bini ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali jew sistemi tat-tisħin huma għoljin. Ir-rata ta’ suċċess tat-tħaffir hija baxxa, għalhekk dan joħloq riskju għall-investimenti, li jista’ jiskoraġġixxi lill-investituri milli jħaffru. Investimenti inizjali għoljin u perjodi twal ta’ amortizzament joħolqu inċertezza dwar il-profittabbiltà fit-tul tal-proġetti ġeotermali. Franza u n-Netherlands joperaw programmi ta’ tnaqqis tar-riskju finanzjarju. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita t-tagħlim bejn il-pari fost l-Istati Membri biex dawn l-iskemi jiżdiedu madwar l-Ewropa, kif ukoll biex tistabbilixxi fond konġunt iddedikat tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp għall-iżvilupp tal-potenzjal ġeotermali. |
3.6. L-enerġija ġeotermali u l-ambjent
|
3.6.1. |
Il-benefiċċji ambjentali u klimatiċi tal-enerġija ġeotermali huma akbar mir-riskji. L-impjant tal-enerġija ġeotermali ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, l-enerġija ġġenerata hija rinnovabbli, b’emissjonijiet minimi ta’ gassijiet serra u impronta moderata meta mqabbla mal-fjuwils fossili u l-biċċa l-kbira tar-riżorsi rinnovabbli. Meta tintuża b’mod sostenibbli, l-enerġija ġeotermali tista’ tkun disponibbli għal żmien twil, peress li s-sħana ġeotermali tiġi rikostitwita b’mod kostanti permezz ta’ diżintegrazzjoni radjuattiva tal-minerali fuq ġewwa tad-Dinja. |
|
3.6.2. |
Madankollu, l-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali huwa assoċjat mar-riskji ġeoloġiċi:
|
|
3.6.3. |
Il-kostruzzjoni ta’ impjanti tal-enerġija ġeotermali tinvolvi riskji ambjentali:
|
3.7. L-enerġija ġeotermali u t-territorjalità
|
3.7.1. |
L-effiċjenza u d-disponibbiltà tal-enerġija ġeotermali jistgħu jvarjaw ħafna skont il-kompożizzjoni ġeoloġika u l-karatteristiċi termali taż-żona, għalhekk id-disponibbiltà tagħha tiddependi ħafna mill-post. Riżervi ta’ temperatura għolja adatti għall-produzzjoni tal-enerġija spiss ikunu jinsabu f’reġjuni ġeoloġikament attivi, u dan jista’ jillimita d-disponibbiltà ġeografika ta’ dawn ir-riżorsi. |
|
3.7.2. |
L-isfruttament tal-enerġija ġeotermali jista’ joħloq impjiegi lokalment u jippromovi l-iżvilupp tal-ekonomija lokali. Il-muniċipalitajiet jistgħu jappoġġjaw lin-negozji lokali b’enerġija rħisa, u jagħmluhom attraenti fit-tellieqa għar-rilokazzjoni tan-negozji. |
3.8. Trasformazzjoni ġeotermali u diġitali
|
3.8.1. |
L-investiment fl-enerġija ġeotermali jeħtieġ ammont għoli ħafna ta’ data bil-quddiem. L-investituri jeħtieġu data ġeoloġika, mapep ta’ investiment preliminari, bażijiet tad-data, jew skambju ta’ data taż-żona qabel it-tħaffir fil-prattika, li bħalissa mhumiex disponibbli.
Il-kumpaniji li ilhom jesploraw għal għexieren ta’ snin bit-tħaffir għaż-żejt u l-gass xi drabi jkollhom data u esperjenza sostanzjali. Sabiex ikun possibbli l-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali, huwa importanti li l-kumpaniji jikkondividu din id-data mal-awtoritajiet tal-gvern lokali u ċentrali. Il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit perjodu taż-żmien li, meta jiskadi, id-data dwar it-tħaffir miġbura minn kumpaniji privati ssir pubblika, waqt li titqies il-protezzjoni tal-assi tad-data privata. |
3.9. It-tisħiħ tal-forza tax-xogħol b’ħiliet fl-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali
|
3.9.1. |
Waħda mill-akbar sfidi tal-Ewropa hija li jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol tas-sengħa għal struttura ekonomika li qed tinbidel, li tillimita l-appoġġ tal-ħaddiema għall-investiment fl-Ewropa. |
|
3.9.2. |
L-industrija Ewropea tal-idrokarburi ġġib ħafna ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Minħabba l-profil tal-ħiliet tagħhom, il-ħaddiema għandhom opportunitajiet tajbin biex jimlew il-postijiet tax-xogħol maħluqa mill-investimenti fl-enerġija ġeotermali. |
|
3.9.3. |
Minbarra li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali, huwa meħtieġ djalogu soċjali b’bażi soda. |
3.10. Innovazzjoni u Riċerka u Żvilupp fil-qasam tal-enerġija ġeotermali
|
3.10.1. |
Kif qal il-KESE f’diversi Opinjonijiet, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni huma l-futur tal-kompetittività tagħna. Il-progress teknoloġiku u l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u tekniki ġodda tat-tħaffir jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż u r-riskji tal-iżvilupp ġeotermali. Parti mill-finanzjament eżistenti għar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell tal-UE, inkluża l-inizjattiva STEP (20), għandha tiġi allokata għall-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali. |
3.11. Enerġija ġeotermali u sistema ta’ liċenzjar
|
3.11.1. |
L-iżvilupp ta’ proġetti ġeotermali jeħtieġ liċenzjar estensiv u rieżami ambjentali, u dan jista’ jieħu ħafna ħin u jiswa ħafna flus. |
|
3.11.2. |
Il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni Ewropej jidhru li huma:
|
|
3.11.3. |
L-armonizzazzjoni u s-semplifikazzjoni tar-regolamenti dwar il-kostruzzjoni jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni, iżda ma għandhomx jikkompromettu r-regoli ambjentali, soċjali jew tas-sikurezza okkupazzjonali jew jipperikolaw il-valuri arkitettoniċi estetiċi li jikkontribwixxu għall-benesseri tan-nies. |
Brussell, il-23 ta’ Ottubru 2024.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Oliver RÖPKE
(1) Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).
(2) Iż-żieda tal-ħames libertà mal-erbgħa li diġà jeżistu, biex jitjiebu r-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni fis-Suq Uniku. – ara Much more than a market , rapport minn Enrico Letta (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) “GWe” tfisser gigawatt-elettriku.
(4) “GWth” tfisser gigawatt-termali.
(6) Geothermal energy in the EU (L-enerġija ġeotermali fl-UE, mhux disponibbli bil-Malti) mid-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari.
(7) Share of energy from renewable sources (Is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, mhux disponibbli bil-Malti) mill-Eurostat.
(8) Geothermal Now: Priorities for the EU's 2024-2029 mandate (Ġeotermali issa: prijoritajiet għall-mandat 2024-2029, mhux disponibbli bil-Malti) manifest mill-Kunsill Ewropew tal-Enerġija Ġeotermali.
(9) Rapport dwar Uses of geothermal energy in food and agriculture (l-użu tal-enerġija ġeotermali fl-ikel u l-agrikoltura, mhux disponibbli bil-Malti) mill-FAO.
(10) Il-Komunikazzjoni “ Lesti għall-mira ta’ 55 % ”.
(11) Niżguraw il-futur tagħna – Il-mira klimatika Ewropea għall-2040 u l-perkors għan-newtralità klimatika sal-2050 aħna u nibnu soċjetà sostenibbli, prospera u ġusta COM(2024) 63 final.
(12) Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 (ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj).
(13) Riżoluzzjoni tal-PE dwar l-enerġija ġeotermali (2023/2111(INI)).
(14) L-enerġija solari għar-rienerġizzazzjoni tal-Ewropa (COM(2022) 221 final).
(15) Proposta għal Regolament biex jittejjeb id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni (COM(2023) 148 final): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52023PC0148.
(16) Proposta dwar l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (COM(2023) 161 final).
(17) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija — Pjan ta’ azzjoni tal-UE” (COM (2022) 552 final) ( ĠU C 184, 25.5.2023, p. 93).
(18) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2019/942 kif ukoll id-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 biex jittejjeb id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni” (COM(2023) 148 final — 2023/0077 (COD)) ( ĠU C 293/112, 18.8.2023, p. 112).
(19) TEN/837 – Il-futur tal-provvista u l-ipprezzar tal-elettriku fl-UE.
(20) Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa(mhux disponibbli bil-Malti).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/111/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)