|
7.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 1/2011
tal-11 ta' Frar 2011
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) u l-Anness IV (l-enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2009 tal-4 ta' Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2010 tal-11 ta' Ġunju 2010 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta' tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f'modalità standby u f'modalità mitfija (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal-4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodiżinn għal bozoz tad-dar li ma jitfgħux id-dawl f'direzzjoni waħda (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bozoz fluworexxenti mingħajr ballast integrata, għall-bozoz b'discharge ta' intensità għolja, u għall-ballasts u l-lampi li kapaċi jħaddmu bozoz ta' dan it-tip, u li jħassar id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta' April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f'kundizzjoni ta' mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta' provvisti tal-elettriku esterni (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' ekodiżinn għal muturi tal-elettriku (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 641/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit u indipendenti u għaċ-ċirkolaturi mingħajr tqalfit integrati fi prodotti (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-televixins (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(11) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 245/2009 iħassar, b'effett mit-13 ta' April 2010, id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b'effett mit-13 ta' April 2010. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 643/2009 li jħassar, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010, id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għalhekk għandha għaldaqstant titħassar taħt l-istess Ftehim b'effett mill-1 ta' Lulju 2010, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu IV tal-Anness II tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 5 (id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar. |
|
2. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu miżjuda wara il-punt 7 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/591/KE):
|
Artikolu 2
L-Anness IV tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:
|
1. |
It-test tal-punt 13 (id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar. |
|
2. |
It-test tal-punt 15 (id-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar. |
|
3. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġi miżjuda wara l-punt 30 (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1275/2008, (KE) Nru 107/2009, (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009, (KE) Nru 278/2009, (KE) Nru 640/2009, (KE) Nru 641/2009, (KE) Nru 642/2009 u (KE) Nru 643/2009 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Frar 2011, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 244, 16.9.2010, p. 22.
(3) ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.
(6) ĠU L 76, 24.3.2009, p. 17.
(8) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 26.
(9) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 35.
(10) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 42.
(11) ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53.
(12) ĠU L 279, 1.11.2000, p. 33.
(13) ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.