5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10373 — Primonial/Samsung/ Target)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 262/06)

1.   

Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Primonial Real Estate Investment Management, li tappartjeni għall-Primonial Group (“Primonial”, Franza),

—

Samsung SRA Asset Management, li tappartjeni għas-Samsung Group, (“Samsung”, il-Korea),

—

SCI TS Influence (“il-Kumpanija fil-Mira”, Franza).

Primonial u Samsung jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Primonial: grupp ta’ investiment fil-proprjetà immobbli attiv prinċipalment fi Franza, ikkontrollat bi sħab minn Bridgepoint Group (UK) u Latour Capital Management SAS (Franza), it-tnejn li huma gruppi indipendenti ta’ ekwità privata,

—

Samsung: konglomerat attiv globalment f’firxa wiesgħa ta’ industriji, inklużi l-elettronika, il-bini tal-bastimenti, l-inġinerija u l-assikurazzjoni,

—

il-Kumpanija fil-Mira: kumpanija tal-proprjetà immobbli bħalissa kkontrollata mit-Tishman Speyer Group (l-Istati Uniti tal-Amerka) u proprjetarja ta’ binja waħda (imsejħa “Influence”) li tinsab f’Saint-Ouen, Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10373 — Primonial/Samsung/Target

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.