|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1154 |
25.1.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11435 — PGGM / EURAZEO / ELECTRA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1154)
1.
Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PGGM Vermogensbeheer B.V. (“PGGM”, in-Netherlands), ikkontrollata minn PGGM N.V. (in-Netherlands), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn PGGM Coöperatie U.A. (in-Netherlands), |
|
— |
Eurazeo Infrastructure (“Eurazeo”, Franza), ikkontrollata minn Eurazeo SE (Franza), |
|
— |
Electra SAS (“Electra”, Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Eurazeo (Franza). |
PGGM u Eurazeo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Electra.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
PPGM hija amministratur Olandiż tal-pensjonijiet speċjalizzat fl-amministrazzjoni tal-pensjonijiet kollettivi, |
|
— |
Eurazeo hija kumpanija ta’ investiment ikkwotata b’portafoll f’assi diversifikati. L-għan tagħha huwa li tidentifika, taċċellera u ttejjeb it-trasformazzjoni potenzjali ta’ kumpaniji ta’ kull daqs li tinvesti fihom. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Electra huma dawn li ġejjin: l-offerta ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar veloċi u ultraveloċi għall-vetturi elettriċi.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11435 — PGGM / EURAZEO / ELECTRA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Inti ġentilment mitlub li tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1154/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)