|
26.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 421/28 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2069
tal-25 ta’ Novembru 2021
li jemenda l-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ patata għall-konsum mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Montenegro u mis-Serbja u li jħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/219/UE u (UE) 2015/1199
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 40(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-entrata 17 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) tipprojbixxi l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ tuberi tal-ispeċi Solanum L. u l-ibridi tagħhom, minbarra dawk speċifikati fl-entrati 15 u 16 tiegħu, inklużi tuberi tas-Solanum tuberosum L. (il-“pjanta speċifikata”) li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Dik il-projbizzjoni ma tapplikax għal pajjiżi terzi Ewropej u żoni speċifiċi elenkati fl-entrata 17, ir-raba’ kolonna, il-punt (b) tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, jekk huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann u Kotthoff) Nouioui et al. (“il-pest speċifikat”), li jikkawża l-marda tat-tħassir ċirkulari fil-patata, jew jekk il-leġiżlazzjoni tagħhom hija rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni kontra dak il-pest. |
|
(3) |
Mill-informazzjoni pprovduta mill-Montenegro u relatata mal-kampanji ta’ stħarriġ annwali bejn l-2010 u l-2020, u mill-informazzjoni miġbura matul awditu tal-Kummissjoni dwar is-settur tal-patata mwettaq f’dak il-pajjiż f’Novembru 2019, jidher li l-pest speċifikat ma kienx preżenti fil-Montenegro. Dak il-pajjiż żviluppa pjan ta’ azzjoni ta’ segwitu sodisfaċenti b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport finali tal-awditu fir-rigward tat-titjib tal-kontrolli tas-saħħa tal-pjanti fis-settur tal-patata. Għalhekk jixraq li l-Montenegro jiġi rikonoxxut bħala ħieles mill-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann u Kotthoff) Nouioui et al. u li tkun permessa l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-patata għall-konsum mill-Montenegro, peress li titqies ħielsa mill-pest speċifikat. |
|
(4) |
Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/219/UE (3) u (UE) 2015/1199 (4) irrikonoxxew lis-Serbja u lill-Bożnija-Ħerzegovina, rispettivament, bħala ħielsa mill-pest speċifikat. |
|
(5) |
Peress li, abbażi tar-riżultati u tal-awditi rispettivi tal-istħarriġ, is-sitwazzjoni ma nbidlitx fil-Bożnija-Ħerzegovina u fis-Serbja mill-adozzjoni ta’ dawk id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni, dawk il-pajjiżi terzi għadhom meqjusa bħala ħielsa mill-pest speċifikat u l-patata tal-konsum prodotta fit-territorji tagħhom jenħtieġ li titħalla tiġi introdotta fl-Unjoni. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u r-Renju Unit jibqgħu ħielsa mill-pest speċifikat, dawk il-pajjiżi terzi jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ir-riżultati tal-istħarriġ tas-sena ta’ qabel li jikkonfermaw li l-pest speċifikat mhuwiex preżenti fit-territorji tagħhom, għaliex dan jiżgura l-aktar perjodu ta’ żmien xieraq għall-ġbir u l-preżentazzjoni xierqa ta’ dawk ir-riżultati. |
|
(7) |
Għalhekk, jeħtieġ li l-entrata 17, ir-raba’ kolonna, il-punti (b) u (c) tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 tiġi emendata skont dan, sabiex tikkonċerna wkoll lill-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Montenegro, lis-Serbja u lir-Renju Unit. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/219/UE u (UE) 2015/1199 jenħtieġ li jitħassru. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni 2012/219/UE u (UE) 2015/1199 huma b’dan imħassrin.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/219/UE tal-24 ta’ April 2012 li tirrikonoxxi s-Serbia bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman et Kotthoff) Davis et al. (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 28).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1199 tas-17 ta’ Lulju 2015 li tirrikonoxxi lill-Bożnija-Ħerzegovina bħala ħielsa mill-Clavibacter michiganensis ssp. sepedonicus (Spieckerman u Kotthoff) Davis et al. (ĠU L 194, 22.7.2015, p. 42).
ANNESS
Fir-raba’ kolonna tal-entrata 17 tal-Anness VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, it-test jinbidel b’dan li ġej:
“Pajjiżi terzi jew reġjuni għajr:
|
(a) |
l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Libja, il-Marokk, is-Sirja, l-Iżvizzera, it-Tuneżija u t-Turkija; jew |
|
(b) |
dawk li jissodisfaw dan li ġejjin:
jew |
|
(c) |
Il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja u r-Renju Unit (*1), dejjem jekk tiġi ssodisfata l-kundizzjoni li ġejja: is-sottomissjoni minn dawk il-pajjiżi terzi lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, tar-riżultati tal-istħarriġ tas-sena ta’ qabel li jikkonfermaw li l-Clavibacter sepedonicus (Spieckermann and Kotthoff) Nouioui et al. mhijiex preżenti fit-territorji tagħhom. |
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.”