|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7540 |
20.12.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11820 – ITOCHU / KAWASAKI HEAVY INDUSTRIES / KAWASAKI MOTORS RETAIL FINANCE JV
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7540)
1.
Fil-11 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Itochu International Inc. (“Itochu”, l-Istati Uniti), sussidjarja proprjetà sħiħa tal-Korporazzjoni Itochu u kkontrollata mill-Itochu group of companies (“Itochu Group”, il-Ġappun), |
|
— |
Kawasaki Motors Corp. (“Kawasaki”, l-Istati Uniti), sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Kawasaki Motors Ltd. u kkontrollata minn Kawasaki Heavy Industries Ltd. (il-Ġappun). |
Itochu u Kawasaki jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kawasaki Motors Retail Finance LLC, impriża konġunta greenfield.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kemm inħolqot u li tikkostitwixxi impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Itochu hija kumpanija kummerċjali u ta’ investiment li topera fit-tessuti, fil-makkinarju, fil-metalli u l-minerali, fl-enerġija u fil-kimiċi, fl-ikel, fil-prodotti ġenerali u fil-proprjetà immobbli, fit-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u fis-servizzi finanzjarji, |
|
— |
Kawasaki tipproduċi muturi, vetturi off-road b’erba’ roti, inġenji tal-ilma u magni tal-petrol għal użu ġenerali li jinbiegħu direttament lill-konsumaturi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta greenfield Kawasaki Motors Retail Finance LLC se jkunu dawn li ġejjin:|
— |
L-għoti ta’ servizzi u soluzzjonijiet ta’ finanzjament lill-klijenti konsumaturi għall-akkwist ta’ prodotti POWERSPORTS offruti minn Kawasaki Motors Ltd. fl-Istati Uniti tal-Amerika u potenzjalment fil-Kanada. |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11820 – ITOCHU / KAWASAKI HEAVY INDUSTRIES / KAWASAKI MOTORS RETAIL FINANCE JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Directorate-General Competition |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7540/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)