20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/790

tad-19 ta’ Mejju 2022

li jikkoreġi ċertu verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 (2), instab żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka u bil-lingwa Żvediża tal-punt 1(b) tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. Dak il-punt, li jistabbilixxi d-definizzjoni tat-terminu “operazzjoni lil hinn mill-kosta”, issostitwixxa l-punt 86 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (3). L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka u bil-lingwa Żvediża tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1199 tat-22 ta’ Lulju 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-approvazzjoni operazzjonali tan-navigazzjoni abbażi tal-prestazzjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza tal-fornituri tas-servizzi tad-data u tal-operazzjonijiet li jsiru lil hinn mill-kosta permezz tal-ħelikopters, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 198, 23.7.2016, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).