|
6.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/2 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2010
tal-5 ta’ Awwissu 2010
li jikkoreġi l-verżjonijiet bl-Ispanjol, bil-Franċiż, bil-Portugiż u bir-Rumen tar-Regolament (KE) Nru 891/2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 143, 144(1), 148, 156 u 188(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jidher li hemm żball fil-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża u Rumena tat-test tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 (2). Barra minn hekk, jidher li hemm żball fil-verżjoni Portugiża tal-Parti I tal-Anness I għal dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 891/2009 għandu għalhekk jiġi kkorreġut skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola, Franċiża, Portugiża u Rumena.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO