<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑216/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0216</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:883">EU:C:2016:883</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-17.11.16 – KAWŻA C‑216/15</P><P>BETRIEBSRAT DER RUHRLANDKLINIK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il‑Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/104/KE</KEYWORD><KEYWORD>Xogħol temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Persunal tal-kura li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol imqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbiliment tas-saħħa minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑216/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ruhrlandklinik gGmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il‑Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, M. Berger kif ukoll A. Borg Barthet u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160420">20 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH, minn G. Herget, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ruhrlandklinik gGmbH, minn C.-M. Althaus u S. Schröder, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. van Beek u G. Braun kif ukoll minn E. Schmidt, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE>, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 327, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Betriebsrat der Ruhrlandklinik gGmbH (kunsill tal-impriża ta’ Ruhrlandklinik, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kunsill tal-impriża<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u r-Ruhrlandklinik gGmbH dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ K., membru tad-DRK-Schwesternschaft Essen eV (assoċjazzjoni ta’ infermieri tas-Salib Aħmar Ġermaniż ta’ Essen, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), fi ħdan ir-Ruhrlandklinik.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 10 u 12 tad-Direttiva 2008/104 jistipulaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(10)</NO.P><TXT><P>Hemm differenzi konsiderevoli fl-użu tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u fis-sitwazzjoni legali, l-istatus u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija tal-Unjoni Ewropea.</P></TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din id-direttiva tistabbilixxi qafas protettiv għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija li huwa non-diskriminatorju, trasparenti u proporzjonat, filwaqt li tirrispetta d-diversità tas-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema b’kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju li huma assenjati għal impriżi utenti biex jaħdmu b’mod temporanju taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma aġenziji ta’ xogħol temporanju jew impriżi utenti impenjati f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk qed jaħdmu għal qligħ kif ukoll jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Il-fini ta’ din id-Direttiva huwa li tiżgura l-protezzjoni ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u li ttejjeb il-kwalità tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija billi tiżgura li l-prinċipju ta’ trattament ugwali, kif imniżżel fl-Artikolu 5, ikun applikat għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, u billi tirrikonoxxi lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju bħala entitajiet li jħaddmu, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-użu tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija bil-ħsieb li jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u għall-iżvilupp ta’ forom flessibbli ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> tfisser kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala ħaddiem skond il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> tfisser ħaddiem b’kuntratt ta’ impjieg jew li għandu relazzjoni ta’ impjieg ma aġenzija ta’ xogħol temporanju bil-ħsieb li jiġi assenjat għal ma’ impriża utenti biex jaħdem temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħha;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fir-rigward tad-definizzjoni ta’ paga, kuntratt ta’ impjieg, relazzjoni ta’ impjieg, jew ħaddiem.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/104 intitolat, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-prinċipju ta’ trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jipprevedi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u ta’ l-impjieg tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu, għat-tul ta’ żmien ta’ l-assenjazzjoni tagħhom f’impriża utenti, ta’ l-inqas dawk li jkunu japplikaw kieku kienu rreklutati direttament minn dik l-impriża biex jokkupaw l-istess impjieg.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 99 tal-Betreibsverfassungsgesetz (liġi dwar ir-relazzjonijiet soċjali fl-impriża), kif l-aħħar emendata permezz tal-liġi tal-<DATE ISO="20130420">20 ta’ April 2013</DATE> (BGB1. 2013 I, p. 868), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fl-impriżi li għandhom normalment iżjed minn 20 impjegat li għandhom dritt għall-vot, il-persuna li timpjega għandha tinforma lill-kunsill tal-impriża qabel kull reklutaġġ […], tipprovdilu l-files ta’ kandidati u l-informazzjoni relatata mal-persuni kkonċernati; hija għandha tinforma lill-kunsill tal-impriża, filwaqt li tibgħatlu d-dokumenti neċessarji, bl-effetti tal-miżura prevista u titlob il-kunsens tal-kunsill tal-impriża għad-deċiżjoni prevista. […]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="099.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kunsill tal-impriża jista’ jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu jekk:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-miżura li tirrigwarda membru tal-persunal […] tista’ tikser xi liġi […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tal-Arbeitnehmerüberlassungsgesetz (liġi dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema), kif emendata bil-liġi tat-<DATE ISO="20110428">28 ta’ April 2011</DATE> (BGB1.2011 I, p. 642) li daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Il-persuni li jimpjegaw li jixtiequ, bħala fornituri ta’ ħaddiema, iqiegħdu fil-kuntest tal-attività ekonomika tagħhom, ħaddiema impjegati (ħaddiema permezz ta’ aġenzija) għad-dispożizzjoni ta’ terzi (impriżi utenti) għandu jkollhom awtorizzazzjoni. It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema mal-impriża utenti għandu natura temporanja […].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Ruhrlandklinik topera klinika-sptar ġewwa Essen (il-Ġermanja). Matul is-sena 2010, hija kkonkludiet ftehim ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema mal-assoċjazzjoni, li permezz tiegħu din tal-aħħar ntrabtet li tassenja lil din il-klinika persunal tal-kura, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju li jkopri l-ispejjeż tal-persunal, inkluż allowance b’rata fissa ta’ 3 % għall-ispejjeż amministrattivi. Dan il-persunal tal-kura huwa kompost minn membri rreġistrati tal-assoċjazzjoni li huma awtorizzati li jeżerċitaw attività professjonali fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-assoċjazzjoni hija waħda rreġistrata mingħajr skop ta’ lukru, affiljata mal-Verband der Schwesternschaften vom Deutschen Roten Kreuz eV (federazzjoni tal-assoċjazzjonijiet ta’ infermieri tas-Salib Aħmar Ġermaniż). Il-membri tagħha jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom, prinċipalment, kemm fi ħdanha, kif ukoll fi ħdan stabbilimenti tal-kura u tas-saħħa fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni. F’dan it-tieni każ, l-imsemmija membri huma suġġetti għall-istruzzjonijiet tekniċi u organizzativi tal-istabbiliment inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Bis-saħħa tar-reoli interni tal-assoċjazzjoni, din tal-aħħar tħallas lill-membri tagħha remunerazzjoni mensili kkalkolata skont l-użanzi li huma prevalenti fil-qasam tal-attività kkonċernata, miżjuda b’mod partikolari bir-rimbors ta’ ċerti spejjeż għat-trasferiment u għaċ-ċaqliq, drittijiet għal pensjoni tal-irtirar komplementari kif ukoll drittijiet għal leave imħallas, konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dan il-qasam ta’ attività. L-imsemmija membri jibbenefikaw ukoll miż-żamma tar-remunerazzjoni tagħhom fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jew inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-relazzjoni bejn l-assoċjazzjoni u l-membri tagħha ma hijiex, madankollu, irregolata b’kuntratt ta’ xogħol. Għalhekk, il-bażi legali tal-obbligu tal-membri li jipprovdu xogħol tinsab fir-reġistrazzjoni tagħhom mal-assoċjazzjoni u l-impenn li jirriżulta minn dan permezz tal-kontribuzzjoni lilha fil-forma ta’ servizzi ta’ xogħol fil-kuntest ta’ rabta ta’ subordinazzjoni personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>K. hija infermiera u membru rreġistrat mal-assoċjazzjoni. Hija kellha tiġi assenjata fis-servizz tal-infermiera tar-Ruhrlandklinik mill-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni konkluż bejn din tal-aħħar u l-assoċjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20111202">2 ta’ Diċembru 2011</DATE>, il-kunsill tal-impriża madankollu rrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għal din l-assenjazzjoni għar-raġuni li din ma kinitx ta’ natura temporanja u għalhekk tmur kontra l-Artikolu 1(1) tal-liġi dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema, li jipprekludi t-tqegħid għad-dispożizzjoni mhux temporanju ta’ ħaddiema fi ħdan impriżi utenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li kkunsidrat li dan ir-rifjut kien infondat sa fejn l-Artikolu 1 ma kienx applikabbli f’dan il-każ, ir-Ruhrlandklinik irreklutat lil K. b’mod provviżorju u talbet lill-qorti tawtorizza, permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din tal-aħħar b’mod definittiv. Peress li l-qrati inferjuri laqgħu din it-talba, il-kunsill tal-impriża ppreżenta appell quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont din il-qorti tal-aħħar, il-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mhux temporanju ta’ ħaddiema prevista fl-Artikolu 1(1) tal-liġi dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiema tapplika biss għall-ħaddiema impjegati ta’ aġenzija ta’ xogħol temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, il-membri tal-assoċjazzjoni, inkluża K. ma għandhomx il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt Ġermaniż peress li ma humiex marbuta ma’ din l-assoċjazzjoni permezz ta’ provvista ta’ xogħol, għalkemm huma jipprovdu, għal remunerazzjoni, provvista ta’ xogħol favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha. Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol) huwa ħaddiem fid-dritt Ġermaniż kull min huwa obbligat, fuq il-bażi ta’ kuntratt irregolat mid-dritt privat, li jipprovdi lil persuna oħra servizz ta’ xogħol iddeterminat minn ħaddieħor, filwaqt li jkun suġġett għal istruzzjonijiet, fil-kuntest ta’ rabta ta’ subordinazzjoni personali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, għalkemm ma għandhiex il-kwalità ta’ ħaddiem skont id-dritt Ġermaniż, K. ma tistax tiġi kkunsidrata bħala tali skont id-dritt tal-Unjoni u, b’mod iktar speċifiku, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/104.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ K. mill-assoċjazzjoni fi ħdan ir-Ruhrlandklinik jikkostitwixxix attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, li jillimita f’dan is-sens il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesarbeitsgericht (qorti federali tax-xogħol), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE>, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, japplika fil-każ fejn membru ta’ assoċjazzjoni jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra sabiex jipprovdi prestazzjoni ta’ xogħol, filwaqt li jkun suġġett għall-istruzzjonijiet tekniċi u organizzattivi ta’ din tal-aħħar, jekk dan il-membru jkun intrabat, meta ssieħeb mal-assoċjazzjoni, li jqiegħed il-kapaċità ta’ xogħol kollha tiegħu għad-dispożizzjoni wkoll ta’ terzi, li bħala korrispettiv għalih jirċievi mingħand l-assoċjazzjoni remunerazzjoni mensili kkalkolata skont il-kriterji abitwali għall-attività kkonċernata, u jekk l-assoċjazzjoni tirċievi, fir-rigward ta’ dan it-tqegħid għad-dispożizzjoni, kumpens għall-ispejjeż tal-persunal tal-membru inkwistjoni kif ukoll ammont b’rata fissa għall-ispejjeż amministrattivi?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104 għandux jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, filwaqt li dan il-membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konformement mal-imsemmi Artikolu 1, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/104 tippreżumi b’mod partikolari li l-persuna inkwistjoni hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu, u li l-aġenzija ta’ xogħol temporanju li tqiegħed din il-persuna għad-dispożizzjoni ta’ impriża utenti teżerċita <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, għandu jiġi ddeterminat jekk dawn iż-żewġ kundizzjonijiet humiex issodisfatti f’ċirkustanzi bħal dawk imsemmija fil-punt 22 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ħaddiem</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tad-Direttiva 2008/104, għandu jiġi enfasizzat li, skont l-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva, dan il-kunċett ikopri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala ħaddiem skond il-liġi nazzjonali tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, jirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni li taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-imsemmija direttiva kull persuna li tipprovdi xogħol u li hija protetta fl-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-karatteristika essenzjali ta’ relazzjoni ta’ xogħol hija l-fatt li persuna twettaq, matul ċertu żmien, favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi li bħala korrispettiv għalihom hija tirċievi remunerazzjoni, fejn<?PAGE NO="6"?> il-klassifikazzjoni ġuridika fid-dritt nazzjonali u l-forma ta’ din ir-relazzjoni, kif ukoll in-natura tar-rabta legali li torbot dawn iż-żewġ persuni, ma humiex, f’dan ir-rigward, determinanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Danosa</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑232/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:674">EU:C:2010:674</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/104 kif ukoll mill-Artikolu 3(1)(ċ) ta’ din li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jirriżulta li din id-direttiva ma tapplikax biss għall-ħaddiema li kkonkludew kuntratt ta’ xogħol ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju, iżda wkoll għal dawk li għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>relazzjoni ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma’ tali impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li la l-klassifikazzjoni ġuridika, fid-dritt nazzjonali, tar-relazzjoni li tgħaqqad il-persuna inkwistjoni mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju, la n-natura tar-rabtiet legali tagħhom, lanqas il-forma ta’ din ir-relazzjoni ma hija determinanti għall-finijiet tad-deskrizzjoni ta’ din il-persuna bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tad-Direttiva 2008/104. Għalhekk, b’mod partikolari, kuntrarju għal dak li ssostni r-Ruhrlandklinik fl-osservazzjonijiet tagħha, persuna, bħal ma hija K., ma tistax tiġi eskluża mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens ta’ din id-direttiva, u għalhekk mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, għas-sempliċi raġuni li ma hijiex marbuta mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol u għalhekk li hija ma għandhiex il-kwalità ta’ ħaddiem skont id-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/104, hija ma tippreġudikax id-dritt nazzjonali fir-rigward tad-definizzjoni tal-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni tfisser biss li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jippreżerva s-setgħa tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-persuni li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tad-dritt nazzjonali u li jkunu suġġetti ta’ protezzjoni fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni interna tagħhom, aspett li d-Direttiva 2008/104 ma għandhiex bħala għan li tarmonizza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma tistax tiġi interpretata bħala rinunzja tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiddetermina huwa stess il-portata ta’ dan il-kunċett fis-sens tad-Direttiva 2008/104, u għalhekk il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tagħha. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punti 25 u 26 ta’ din is-sentenza, dan il-leġiżlatur ma ħalliex lill-Istati Membri jieħdu ħsieb jiddefinixxu unilateralment l-imsemmi kunċett, iżda speċifika huwa stess il-parametri fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ din id-direttiva, kif, barra minn hekk, għamel ukoll fir-rigward tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fl-Artikolu 3(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tagħha, l-imsemmi kunċett ikopri kull persuna li għandha relazzjoni ta’ xogħol fis-sens indikat fil-punt 27 ta’ din is-sentenza u li hija protetta, fl-Istat Membru kkonċernat, taħt is-servizz ta’ xogħol li hija tipprovdi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2008/104.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessi 10 u 12 ta’ din id-direttiva jirriżulta li peress li s-sitwazzjoni ġuridika, l-istatus u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiema temporanji fi ħdan l-Unjoni huma kkaratterizzati minn diversità kbira ħafna, l-imsemmija direttiva hija intiża sabiex tistabbilixxi qafas protettur għal dawn il-ħaddiema, li huwa mhux diskriminatorju, trasparenti u proporzjonat, filwaqt li josserva d-diversità tas-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet bejn l-imsieħba soċjali. Għalhekk, konformement mal-Artikolu 2 tal-istess direttiva, din għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema temporanji u ttejjeb il-kwalità tax-xogħol temporanju billi tiġi żgurata l-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema u billi jiġi rrikonoxxut lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju bħala persuni li jimpjegaw, filwaqt li jittieħed kont tan-neċessità li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-użu ta’ dan it-tip ta’ xogħol bil-ħsieb li jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ħolqien ta’ impjiegi u għall-iżvilupp ta’ forom flessibbli ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, limitazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tad-Direttiva 2008/104 għall-persuni li jaqgħu taħt dan il-kunċett skont id-dritt nazzjonali, b’mod partikolari dawk li huma marbuta minn kuntratt ta’ xogħol mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju, tista’ tpoġġi fil-perikolu t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u, għaldaqstant, tippreġudika l-effett utli ta’ din id-direttiva billi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jiġi ristrett b’mod eċċessiv u inġustifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali limitazzjoni tippermetti lill-Istati Membri jew lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju li jneħħu kif iridu huma ċerti kategoriji ta’ persuni mill-benefiċċju tal-protezzjoni mixtieqa mill-imsemmija direttiva, b’mod partikolari mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema temporanji u l-persunal impjegat direttament mill-impriża utenti previst fl-Artikolu 5 tal-istess direttiva, minkejja li r-relazzjoni ta’ xogħol li torbot dawn il-persuni mal-aġenzija ta’ xogħol temporanju ma tkunx sostanzjalment differenti minn dik li torbot lill-impjegati li għandhom il-kwalità ta’ ħaddiem skont id-dritt nazzjonali tal-persuna li timpjega tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tindika li l-assoċjazzjoni tixtieq tqiegħed lil K. għad-dispożizzjoni tar-Ruhrlandklinik sabiex hija twettaq, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, servizzi fil-kwalità ta’ infermiera, bil-korrispettiv ta’ remunerazzjoni mensili kkalkolata skont il-kriterji użati fil-qasam tas-servizzi tas-saħħa. Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti fid-deċiżjoni tar-rinviju, ir-relazzjoni li torbot lil K. mal-assoċjazzjoni ma tidhirx sostanzjalment differenti minn dik li torbot lill-ħaddiema impjegati ta’ aġenzija ta’ xogħol temporanju magħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-membri tal-assoċjazzjoni, inkluża K., jibbenefikaw minn ċertu numru ta’ drittijiet, li huma parzjalment identiċi jew ekwivalenti għal dawk li jgawdu l-persuni kklassifikati bħala ħaddiema skont id-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju stess tenfasizza li dawn il-membri jibbenefikaw minn regoli ta’ protezzjoni imperattivi tad-dritt tax-xogħol. Barra minn hekk, kif ġie speċifikat mir-Ruhrlandklinik u mill-Gvern Ġermaniż bħala tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 61(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, l-imsemmija membri huma suġġetti għas-Sozialgesetzbuch (kodiċi tas-sigurtà soċjali) bl-istess mod bħall-persuni kklassifikati bħala ħaddiema fid-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-Ruhrlandklinik, dawn il-membri jibbenefikaw minn regoli leġiżlattivi applikabbli għall-ħaddiema f’dak li jirrigwarda l-leave imħallas, il-leave tal-mard, il-leave tal-maternità u parentali u ż-żamma tar-remunerazzjoni fil-każ ta’ inkapaċità għax-xogħol minħabba mard jew inċident. Huma jgawdu, barra minn hekk, mill-istess protezzjoni bħall-impjegati stess tar-Ruhrlandklinik fil-qasam tal-parteċipazzjoni għat-teħid ta’ deċiżjoni fi ħdanha, jirċievu l-istess remunerazzjoni u huma suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ xogħol identiċi bħal dawn tal-aħħar. Fl-aħħar nett, ma jistgħux jiġu esklużi mill-assoċjazzjoni ħlief għal raġuni serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jidher għalhekk li l-membri tal-assoċjazzjoni huma protetti fil-Ġermanja fid-dawl tal-provvista ta’ xogħol li huma jipprovdu, ħaġa li madankollu għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tad-Direttiva 2008/104 għandu jiġi interpretat bħala li jkopri kull persuna li twettaq provvista ta’ xogħol, jiġifieri li twettaq, matul perijodu ta’ żmien, favur persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha, servizzi li bħala korrispettiv tagħhom tirċievi remunerazzjoni, u li hija protetta f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, u indipendentement mill-klassifikazzjoni ġuridika tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħha fid-dritt nazzjonali, in-natura tar-rabta legali li torbot dawn iż-żewġ persuni u l-forma ta’ din ir-relazzjoni. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti f’dan il-każ u jekk K. għandhiex, għaldaqstant, tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ħaddiem<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>attività ekonomika</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>attività ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104, għandu jiġi enfasizzat li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandha natura ekonomika kull attività li tikkonsisti li jiġu offerti oġġetti jew servizzi f’suq partikolari (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑35/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:303">EU:C:1998:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattolon</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160223">23 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑179/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:108">EU:C:2016:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0149">149</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, l-assoċjazzjoni toffri servizzi fis-suq tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal tal-kura fi ħdan stabbilimenti tal-kura u tas-saħħa fil-Ġermanja, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju li jkopri l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni r-Ruhrlandklinik, iċ-ċirkustanza li l-assoċjazzjoni hija mingħajr skop ta’ lukru, konformement mal-kliem stess tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104 u skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pfotenhilfe-Ungarn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑301/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:793">EU:C:2015:793</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), ma hijiex rilevanti f’dan ir-rigward. Il-forma ġuridika ta’ din l-assoċjazzjoni, ikkostitwita bħala tali, ukoll ma hijiex rilevanti peress li ma tippreġudikax in-natura ekonomika tal-attività eżerċitata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat li assoċjazzjoni, bħal ma hija dik li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ stabbilimenti tal-kura u tas-saħħa persunal tal-kura bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju li jkopri l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż amministrattivi, teżerċita attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 1(2) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, peress li dan il-membru huwa protett f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, u minkejja li l-imsemmi membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE>, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-tqegħid għad-dispożizzjoni minn assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru, bil-korrispettiv ta’ kumpens finanzjarju, ta’ wieħed mill-membri tagħha fi ħdan impriża utenti sabiex jipprovdi fiha, prinċipalment u taħt id-direzzjoni ta’ din tal-aħħar, provvista ta’ xogħol b’remunerazzjoni, peress li dan il-membru huwa protett f’dan ir-rigward fl-Istat Membru kkonċernat, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li<?PAGE NO="9"?> għandha tivverifika, u minkejja li l-imsemmi membru ma għandux il-kwalità ta’ ħaddiem fid-dritt nazzjonali għar-raġuni li ma kkonkludiex kuntratt ta’ xogħol mal-imsemmija assoċjazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>