<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-272/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TO0272</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:361">EU:T:2020:361</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-<DATE ISO="20200731">31.7.2020</DATE> – Kawża T‑272/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">TO vs SEAE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20200731">31 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament u għad-danni</KEYWORD><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ reklutaġġ minħabba inkapaċità għall-eżerċizzju tal‑funzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Termini għall-preżentata ta’ rikors</KEYWORD><KEYWORD>Natura ta’ ordni pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Tardività</KEYWORD><KEYWORD>Komputazzjoni tat-terminu</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tad-data li minnha l-persuna kkonċernata setgħet issir taf bil-kontenut tad-deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà manifesta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑272/19,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TO</HT>, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn É. Boigelot, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)</HT>, irrappreżentat minn S. Marquardt u R. Spac, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tas-SEAE tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE> li tinforma lir-rikorrenti li hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ reklutaġġ previsti fl-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u li hija ma setgħetx tiġi rreklutata bħala membru tal-persunal bil-kuntratt mas-SEAE u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità tal-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> li tiċħad l-ilment tagħha tal-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE> u, min-naħa l-oħra, sabiex tikseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla Estiża),</P><P>komposta minn J. Svenningsen, President, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. Pynnä (Relatur) u J. Laitenberger, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) informat lir-rikorrenti, kandidata għal pożizzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt fi ħdan is-SEAE, li hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ reklutaġġ previsti fl-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kondizzjonijiet tal-Impjieg<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u li hija ma setgħetx tiġi rreklutata bħala membru tal-persunal bil-kuntratt. Is-SEAE bagħat din id-deċiżjoni lir-rikorrenti fl-indirizz tal-posta elettronika personali tagħha fil-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kontra din id-deċiżjoni. L-imsemmi lment tressaq b’mod elettroniku, mill-indirizz tal-posta elettroniku professjonali tal-avukat tar-rikorrenti, filwaqt li kopja tiegħu ntbagħtet fl-indirizz tal-posta elettronika personali tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, l-ASTK tas-SEAE ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti. Is-SEAE bagħat din id-deċiżjoni lir-rikorrenti u lill-avukat tagħha, l-ewwel permezz tal-programm Ares, sistema ta’ ġestjoni tad-dokumenti li tippermetti li tiġi ġġenerata t-trażmissjoni ta’ posta elettronika lil destinatarji li ma humiex membri tal-persunal tas-SEAE, fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> fil-17:46, u sussegwentement permezz ta’ posta elettronika, fl-istess jum, fil-17:52 u fis-18:05.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti bagħtet posta elettronika lill-avukat tagħha dwar din id-deċiżjoni, mill-istess indirizz tal-posta elettronika użat mis-SEAE sabiex tintbagħat l-imsemmija deċiżjoni u d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE> fit-8:40.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>F’diversi okkażjonijiet, is-SEAE talab lir-rikorrenti, permezz ta’ posta elettronika, tikkonferma li rċeviet din id-deċiżjoni, fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> fil-17:52 u fis-18:05, u sussegwentement fit-<DATE ISO="20190122">22 ta’ Jannar 2019</DATE>. Dawn it-talbiet baqgħu mingħajr risposta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrenti ressqet din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20190916">16 ta’ Settembru 2019</DATE>, is-SEAE ppreżenta ir-risposta tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20191017">17 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-kawża preżenti ġiet attribwita lil Imħallef Relatur ġdid, li jifforma parti mit-Tmien Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika tagħha fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, is-SEAE ppreżenta l-kontroreplika tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20200214">14 ta’ Frar 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), fuq proposta tal-Imħallef Relatur u fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet u stednithom jirrispondu għalihom bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20200302">2 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-partijiet ippreżentaw it-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20200421">21 ta’ April 2020</DATE>, fuq proposta tal-President tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura, li tibgħat il-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20200428">28 ta’ April 2020</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali. Is-SEAE ma ħaditx pożizzjoni fuq iż-żamma ta’ seduta fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE> li biha l-ASTK tas-SEAE informatha li hija ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ ingaġġ previsti mill-Artikolu 82 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg u li hija ma setgħetx tiġi ingaġġata fi ħdan is-SEAE bħala membru tal-persunal bil-kuntratt;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> li permezz tagħha din l-istess awtorità ċaħdet l-ilment tagħha ppreżentat fl-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>);</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE jħallasha diversi kumpensi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Is-SEAE jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kontroreplika, is-SEAE jsostni li r-rikors huwa inammissibbli minħabba l-preżentata tardiva tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura, meta rikors ikun manifestament inammissibbli, il-Qorti Ġenerali tista’, f’kull ħin u fuq proposta tal-Imħallef Relatur, tiddeċiedi li taqta’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura. F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali, peress li tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mill-atti tal-proċess, tiddeċiedi li tagħti deċiżjoni mingħajr ma tkompli l-proċedura, u dan minkejja li r-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali li tinżamm seduta (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Van Neyghem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑105/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:402">EU:T:2008:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Apostolov vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑73/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:495">EU:T:2010:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-kontroreplika, mingħajr ma jqajjem formalment l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura, is-SEAE josserva għall-ewwel darba li d-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet innotifikata lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> u li t-terminu ta’ tliet xhur għall-preżentata tar-rikors konformement mal-Artikolu 91(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza, kien għalhekk beda jiddekorri fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> u kien intemm fl-<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>. Konsegwentement, ir-rikors, ippreżentat fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, huwa inammissibbli peress li huwa tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 91(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali għandu jiġi ppreżentat f’terminu ta’ tliet xhur li jibda jiddekorri mill-jum tan-notifika tad-deċiżjoni meħuda b’risposta għall-ilment. Skont l-Artikolu 60 tar-Regoli tal-Proċedura, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>it-termini tal-proċedura għandhom jiżdiedu b’terminu fiss ta’ għaxart ijiem għal raġuni ta’ distanza<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-motiv ta’ inammissibbiltà invokat mis-SEAE fil-kontroreplika huwa motiv ġdid, inammissibbli skont l-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, it-termini għat-tressiq ta’ lment u għall-preżentata ta’ rikors, previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, huma ta’ ordni pubbliku u la jistgħu jitħallew għad-dispożizzjoni tal-partijiet u lanqas għad-dispożizzjoni tal-qorti li għandha tivverifika, saħansitra <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk ikunux ġew osservati. Dawn it-termini jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali u n-neċessità li tiġi evitata kull diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19710707">7 ta’ Lulju 1971</DATE>, <NAME.CASE>Müllers vs CES</NAME.CASE>, <NO.CASE>79/70</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:79">EU:C:1971:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130130">30 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wahlström vs Frontex</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑87/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:10">EU:F:2013:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi nnotat li r-rikorrenti, fir-rikors, ma tikkontestax li d-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet irċevuta fil-posta elettronika tagħha u f’dik tal-avukat tagħha fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>. Għalhekk, fir-rikors, hija tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[f]l-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, l-Awtorità tal-Ħatra tas-SEAE [informat] lir-rikorrenti u lill-avukat tagħha dwar l-ilment imressaq fl-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Fl-osservazzjonijiet tagħha bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti tallega li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[d]in hija biss informazzjoni dwar id-data indikata fid-deċiżjoni nnifisha […], b’ebda mod dwar ir-riċezzjoni u l-għarfien tagħha<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Madankollu, bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Qorti Ġenerali li stednitha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tippreċiża f’liema data u b’liema mod(i) hija rċeviet [id-deċiżjoni kkontestata]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, ir-rikorrenti tindika li din id-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ġiet indirizzata lilha permezz ta’ posta elettronika […] fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> fis-18:04:43<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-SEAE jikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ġiet innotifikata b’mod validu lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, b’tali mod li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors kien jiskadi fl-<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, filwaqt li r-rikorrenti ssostni, fl-osservazzjonijiet tagħha bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali, li t-terminu kien skada fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, il-jum tal-preżentata tar-rikors. Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[s]abiex [l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura] jipproduċi l-effetti tiegħu u jieħu s-sens kollu tiegħu, għandu jiġi dedott minnu li l-att għandu jitqies li sar l-għada tal-jum li fih ikun intbagħat lill-uffiċjal għall-kalkolu tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[f]’dan il-każ, l-ewwel jum utli huwa, għaldaqstant, il-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, u mhux l-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet tar-rikorrenti bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali jenfasizzaw il-fatt li l-kalkolu tagħha tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors huwa bbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 58(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn naħa, l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jekk terminu espress f’jiem, f’ġimgħat, f’xhur […] għandu jibda jiddekorri mill-mument li fih iseħħ avveniment jew li fih jitwettaq att, il-jum li matulu jseħħ dan l-avveniment jew jitwettaq dan l-att ma għandux jiġi inkluż fit-terminu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. L-Artikolu 58(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura, min-naħa l-oħra, jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>terminu espress f’ġimgħat, f’xhur […] għandu jiskadi mat-tmiem tal-jum li, fl-aħħar ġimgħa, fl-aħħar xahar […], ikollu l-istess isem jew l-istess numru bħall-jum li matulu seħħ l-avveniment jew twettaq l-att li minnu għandu jiġi kkalkolat it-terminu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza, stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870115">15 ta’ Jannar 1987</DATE>, <NAME.CASE>Misset vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>152/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:10">EU:C:1987:10</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, ma hemmx kontradizzjoni bejn l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 58(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura. Ċertament, it-terminu jibda jiddekorri biss mit-tmiem tal-jum tan-notifika. Xorta jibqa’ l-fatt li, meta t-terminu għall-preżentata ta’ rikors jiġi espress f’xhur, dan it-terminu jiskadi fl-aħħar tal-jum li, fix-xahar indikat mit-terminu, ikollu l-istess numru bħall-jum tan-notifika (digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090512">12 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>CHEMK u KF vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑190/08</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:154">EU:T:2009:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm id-deċiżjoni kkontestata ġiet validament innotifikata lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors ta’ tliet xhur beda jiddekorri mill-15 ta’ Jannar f’00:00 sabiex jintemm f’nofsillejl tal-14 ta’ April. Għalhekk, miżjud bit-terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart ijiem, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors skada f’nofsillejl tal-24 ta’ April. Minn dan jirriżulta li r-rikors, ippreżentat fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, huwa tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk huwiex stabbilit li d-deċiżjoni kkontestata ġiet validament innotifikata lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-każ fejn hija żbaljat fil-kalkolu tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors, ir-rikorrenti tikkontesta li n-notifika seħħet b’mod validu fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>. Skont ir-rikorrenti, huwa l-mument li fih hija saret taf bid-deċiżjoni kkontestata mibgħuta permezz ta’ posta elettronika li għandu jkun deċiżiv għad-data ta’ notifika. Issa, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>probabbilment<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> saret taf bil-posta elettronika inkwistjoni biss fil-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, filgħodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, minbarra l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, li hija l-parti li tinvoka skadenza tat-terminu, jiġifieri, f’dan il-każ, is-SEAE, li għandha tippreżenta l-prova tad-data li fiha beda jiddekorri l-imsemmi terminu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800605">5 ta’ Ġunju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Belfiore vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>108/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:146">EU:C:1980:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130130">30 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wahlström vs Frontex</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑87/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:10">EU:F:2013:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Jekk din tal-aħħar ma tkunx tista’ tippreżenta prova kompleta f’dan ir-rigward, id-dubju li jibqa’ fir-rigward tal-mument li fih jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għandu jkun ta’ benefiċċju għar-rikorrent (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800605">5 ta’ Ġunju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Belfiore vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>108/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:146">EU:C:1980:146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs HM</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:544">EU:C:2020:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-prova li d-destinatarju ta’ deċiżjoni seta’ jsir jaf biha utilment tista’ madankollu tirriżulta minn ċirkustanzi differenti, b’mod iktar partikolari meta l-istituzzjoni kkonċernata tibbaża ruħha, mhux fuq sempliċi indizji, iżda fuq provi, inklużi dawk ipprovduti mill-persuna kkonċernata, li jindikaw li, bħala destinatarju, huwa rċieva posta elettronika fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħu u li, probabbilment, huwa seta’ jiftaħha u b’hekk debitament jieħu konjizzjoni ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza, il-punti ta’ fatt li waħda mill-partijiet tinvoka jistgħu jkunu ta’ natura li jobbligaw lill-parti l-oħra tipprovdi spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni, u fin-nuqqas ta’ dan ikun permess li jiġi konkluż li l-oneru tal-prova jkun ġie ssodisfatt (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Fedtke vs CESE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑157/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:666">EU:T:2016:666</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hija għalhekk il-Qorti Ġenerali li għandha tivverifika jekk ġiex stabbilit li t-terminu għall-preżentata tar-rikors ma kienx skada fil-mument tal-preżentata tar-rikors f’din il-kawża, jiġifieri fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, li madankollu jkun il-każ jekk id-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet innotifikata b’mod validu lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, in-notifika permezz ta’ ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċezzjoni postali, kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, tikkostitwixxi metodu ta’ notifika valida. F’dan il-każ, is-SEAE għażel li ma jużax dan il-metodu. Madankollu, dan il-metodu ma huwiex l-uniku wieħed possibbli fil-qasam ta’ notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>AG vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑25/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:171">EU:F:2010:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta l-amministrazzjoni taċċetta t-tressiq ta’ lment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, b’mod elettroniku, f’dan il-każ mill-indirizz tal-posta elettronika professjonali tal-avukat tal-persuna li tqajjem l-ilment, fejn tintbagħat kopja lill-indirizz elettroniku personali ta’ din tal-aħħar, huwa leġittimu, fid-dawl tal-għażla ta’ dan il-metodu ta’ komunikazzjoni mwettqa mill-persuna kkonċernata stess, li din l-amministrazzjoni tkun tista’, skont il-prinċipju tal-paralleliżmu tar-rekwiżiti formali, tinnotifika r-risposta tagħha lill-persuna kkonċernata anki<?PAGE NO="6"?> permezz ta’ posta elettronika mibgħuta mill-indirizz tal-posta elettronika tal-ASTK, f’dan il-każ permezz tal-programm Ares, lejn l-indirizz elettroniku tal-imsemmija persuna li tqajjem l-ilment u tal-avukat tagħha (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-prinċipju ta’ rappreżentazzjoni jirriżulta li, meta jitressaq ilment minn avukat f’isem persuna li huwa jirrappreżenta, in-notifika tar-risposta lil dan l-avukat tiswa bħala notifika lil din il-persuna (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sergio <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑137/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2009:46">EU:F:2009:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex deċiżjoni tkun innotifikata validament fis-sens tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ mhux biss li din tkun ġiet ikkomunikata lid-destinatarju tagħha, iżda wkoll li dan ikun tqiegħed f’pożizzjoni li jsir jaf il-kontenut tagħha b’mod utli (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760615">15 ta’ Ġunju 1976</DATE>, <NAME.CASE>Jänsch vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>5/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:92">EU:C:1976:92</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, ukoll, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130130">30 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wahlström vs Frontex</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑87/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:10">EU:F:2013:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li meta tintbagħat posta elettronika ma hemmx garanzija li din effettivament tasal għand id-destinatarju tagħha. Fil-fatt, posta elettronika tista’ ma tasallux minħabba raġunijiet tekniċi. Barra minn hekk, anki fil-każ fejn posta elettronika effettivament tasal għand id-destinatarju tagħha, huwa possibbli li din ma tiġix irċevuta fid-data li fiha tintbagħat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Sogelma vs AER</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑411/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:419">EU:T:2008:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gaumina vs EIGE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑424/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:617">EU:T:2013:617</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181207">7 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>GE.CO.P. vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.CASE>T‑280/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:889">EU:T:2018:889</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-SEAE stabbilixxa li huwa bagħat id-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrenti u lill-avukat tagħha fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, kemm permezz ta’ posta elettronika kif ukoll permezz tal-programm Ares.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-provi ppreżentati mis-SEAE jirriżulta wkoll li d-dipartimenti tiegħu użaw, meta ntbagħtet id-deċiżjoni kkontestata, l-istess indirizz elettroniku għar-rikorrenti bħal dak li kien intuża preċedentement sabiex tintbagħat id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li hija s-suġġett tal-ilment tar-rikorrenti, u li huma ma għamlux żball meta bagħtu l-informazzjoni fl-indirizz imsemmi. Barra minn hekk, is-SEAE uża l-istess indirizz elettroniku għall-avukat tar-rikorrenti bħal dak li minnu dan l-avukat kien, f’isem ir-rikorrenti, ressaq l-ilment tal-<DATE ISO="20180914">14 ta’ Settembru 2018</DATE>. Minn dan jirriżulta li l-indirizzi elettroniċi użati mis-SEAE sabiex tintbagħat id-deċiżjoni kkontestata kienu indirizzi validi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif diġà ssemma fil-punt 23 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma tikkontestax li r-riċezzjoni tad-deċiżjoni kkontestata saret, f’dan il-każ, b’mod istantanju u għalhekk ikkoinċidiet mat-trażmissjoni tagħha, fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, fil-kaxxa tal-posta elettronika tagħha u f’dik tal-avukat tagħha. B’hekk, bi tweġiba għall-mistoqsija tal-Qorti Ġenerali li stednitha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tippreċiża f’liema data u b’liema mod(i) hija rċeviet id-[deċiżjoni kkontestata]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, ir-rikorrenti tindika li din id-deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ġiet indirizzata lilha permezz ta’ email fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> fis-18:04:43<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 37 iktar ’il fuq jirriżulta li, sabiex deċiżjoni tiġi nnotifikata b’mod validu fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ, mhux li d-destinatarju tagħha jkun effettivament sar jaf bil-kontenut tagħha, iżda li dan ikun tqiegħed f’pożizzjoni li jsir jaf bil-kontenut tagħha b’mod utli. F’dan ir-rigward, il-prova li d-destinatarju ta’ deċiżjoni mhux biss irċevieha, iżda seta’ wkoll isir jaf bil-kontenut tagħha, tista’ tirriżulta minn diversi ċirkustanzi (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, fid-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lebedef vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑60/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2014:6">EU:F:2014:6</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku nnota li kien ġie stabbilit li r-rikorrent kien f’pożizzjoni li jikkonsulta l-kaxxa tal-posta elettronika professjonali tiegħu, li kien irċieva l-posta elettronika inkwistjoni u li kien f’pożizzjoni li jiftaħha u li jsir jaf bil-kontenut tagħha b’mod utli, anki jekk huwa kien għażel li ma jiftaħx il-posta elettronika tiegħu dak il-mument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi nnotat li d-deċiżjoni tal-ASTK tas-SEAE tal-<DATE ISO="20180615">15 ta’ Ġunju 2018</DATE>, li hija s-suġġett tal-ilment tar-rikorrenti, kienet ukoll intbagħtet lil din tal-aħħar permezz ta’ posta elettronika, fl-istess indirizz elettroniku. Kien ukoll dan l-indirizz elettroniku li r-rikorrenti użat sabiex tibgħat posta elettronika lill-avukat tagħha, fil-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE> fit-8:40, li fiha hija tindika li saret taf bid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Id-dokumenti ppreżentati mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali juru għalhekk li r-rikorrenti, mhux biss ma tinvokax ostakolu tekniku għar-riċezzjoni jew għall-konsultazzjoni tal-posta elettronika tas-SEAE inkwistjoni, iżda wkoll kienet f’pożizzjoni li tikkonsulta l-kaxxa tal-posta elettronika personali tagħha u li, qabel u wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, hija kienet użat din il-kaxxa tal-posta elettronika fil-kuntest tal-iskambji tagħha mas-SEAE u mal-avukat tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-SEAE ppreżenta biżżejjed provi ta’ fatt li juru li d-deċiżjoni kkontestata ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti u lill-avukat tagħha fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> u li r-rikorrenti tqiegħdet f’pożizzjoni li ssir taf bil-kontenut tal-imsemmija deċiżjoni sa minn dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, ir-rikorrenti ma tikkontestax li hija jew l-avukat tagħha kellhom il-possibbiltà li jsiru jafu bid-deċiżjoni kkontestata fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>. Għall-kuntrarju, hija ssostni li hija ma tistax tiġi kkritikata li ma kkonsultatx il-kaxxa tal-posta elettronika tagħha filgħaxija tal-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, jew mal-avukat tagħha li ma ta l-ebda segwitu għal din l-ittra filgħaxija stess, u b’hekk ammettiet li kienet teżisti tali possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija ssostni li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>filgħodu tal-15 ta’ Jannar fit-8:40<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>probabbilment, hija saret taf (b’parti, jiġifieri l-aħħar paġna tad-dokument) tal-posta elettronika [li kienet ġiet] indirizzata lilha fil-kaxxa privata tal-posta elettronika privata tagħha lejlet fl-aħħar tal-ġurnata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-fatt li r-rikorrenti ssostni li hija probabbilment saret taf b’mod effettiv dwar il-posta elettronika inkwistjoni biss fil-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE> filgħodu madankollu ma huwiex deċiżiv, kif tfakkar fil-punt 42 iktar ’il fuq, għad-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu. Mir-risposta tar-rikorrenti jirriżulta li hija bbażat ruħha fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza, li tgħid li d-data tal-għarfien effettiv tad-deċiżjoni hija deċiżiva sabiex tiġi stabbilita d-data tan-notifika. Issa, kif tfakkar fil-punt 42 iktar ’il fuq, sabiex deċiżjoni tkun debitament innotifikata fis-sens tar-Regolamenti tal-Persunal, ma huwiex meħtieġ li d-destinatarju tagħha jkun effettivament sar jaf bil-kontenut tagħha, iżda li dan ikun tqiegħed f’pożizzjoni li jsir jaf bil-kontenut tagħha b’mod utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, kieku l-argument tar-rikorrenti kellu jiġi aċċettat, dan iwassal sabiex jiġi rrikonoxxut li, fil-każ ta’ komunikazzjoni ta’ deċiżjoni mingħajr talba għal notifika ta’ rċevuta, id-destinatarju jkollu d-dritt li jagħżel f’liema data huwa kien f’pożizzjoni li jsir jaf bil-kontenut tagħha b’mod utli (ara, f’dan is-sens, is‑sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181129">29 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>WL vs ERCEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑493/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:852">EU:T:2018:852</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li l-bidu tat-termini għall-preżentata ta’ rikors ikun jista’ jitħalla għad-dispożizzjoni ta’ waħda mill-partijiet (digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>AG vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑25/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2010:171">EU:F:2010:171</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega li hija jew l-avukat tagħha ma kellhom, fil-mument tal-allegata notifika, jiġifieri fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> fis-18:05, ebda obbligu li jikkonsultaw il-kaxxi tal-posta elettronika tagħhom, għandu jiġi kkonstatat li ma jeżistix perijodu ġeneralment applikabbli li fih deċiżjoni tista’ tiġi nnotifikata b’mod validu u li barra minn dan il-perijodu notifika titqies li ma hijiex valida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-ewwel nett, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq, huwa s-sempliċi fatt li d-destinatarju jkun f’pożizzjoni li jsir jaf b’mod utli l-kontenut ta’ deċiżjoni li tkun ġiet ikkomunikata lilu li jikkaratterizza n-notifika tagħha. Għalhekk, skont din id-definizzjoni, il-fatt li tali notifika ssir filgħodu, f’nofsinhar, filgħaxija jew anki billejl ma huwiex rilevanti. Jekk id-destinatarju jitqiegħed f’pożizzjoni li jsir jaf b’mod utli l-kontenut ta’ deċiżjoni li tkun ġiet ikkomunikata lilu tard billejl, id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lilu dak il-ħin. Jekk id-destinatarju ma jkunx f’pożizzjoni li jsir jaf b’mod utli l-kontenut tad-deċiżjoni ħlief sal-ġurnata segwenti jew iktar tard, ikun biss f’dak il-mument li d-deċiżjoni tiġi nnotifikata lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali tosserva li huwa impossibbli li jiġu stabbiliti, biċ-ċertezza legali meħtieġa, perijodi li matulhom notifika titqies li hija valida u li jiġu esklużi perijodi oħra. Fil-fatt, id-disponibbiltajiet tad-destinatarji potenzjali u l-kapaċità tagħhom li jagħmlu konnessjoni jistgħu jvarjaw b’mod kunsiderevoli. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-leġiżlatur għażel li jesprimi t-termini għall-preżentata ta’ rikors fi ġranet, ġimgħat u xhur u mhux f’sigħat, li juri li l-leġiżlatur ma jagħtix importanza lill-fatt li notifika ssir f’perijodu ta’ ħin determinat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tielet nett, barra minn hekk ma jkunx koerenti li jiġi stabbilit tali perijodu għal notifika permezz ta’ posta elettronika, filwaqt li notifika permezz ta’ ittra rreġistrata tista’ ssir, bħala prinċipju, fi kwalunkwe mument tal-ġurnata. Fil-fatt, il-ħin ta’ kunsinna ta’ posta rreġistrata jiddependi, qabel kollox, fuq l-arranġamenti postali. Sabiex jiġu mmassimizzati l-possibbiltajiet li tkun tista’ effettivament tintbagħat posta rreġistrata, il-passaġġi kmieni filgħodu jew fl-aħħar tal-ġurnata ma humiex, tal-inqas illum, inabitwali. Il-kwistjoni dwar jekk il-ħin huwiex adatt jew le ma hijiex determinanti sabiex jiġi ddeterminat jekk in-notifika hijiex valida, meta d-destinatarju jirċievi d-dokument li għandu jiġi nnotifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 58(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li, fir-rigward tal-atti li għandhom jiġu nnotifikati, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri minn tmiem il-ġurnata tan-notifika, indipendentement mill-ħin li fih tkun saret in-notifika tal-att ikkontestat (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870115">15 ta’ Jannar 1987</DATE>, <NAME.CASE>Misset vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>152/85</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:10">EU:C:1987:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>GMPO vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑575/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:448">EU:C:2020:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Finalment, u fid-dawl tal-fatt li f’dan il-każ ir-riċezzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija stabbilita (ara l-punti 23 u 40 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. iktar ’il fuq), huma biss l-ostakoli li jaqgħu taħt is-sitwazzjoni tar-rikorrenti u tal-avukat tagħha li pprekludewhom milli jsiru jafu bid-deċiżjoni kkontestata fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> wara li rċevewha li jistgħu jikkontestaw il-konklużjoni li tgħid li huma tqiegħdu wkoll f’pożizzjoni li jsiru jafu b’mod utli f’dik id-data. Peress li kkunsidrat l-elementi ta’ fatt ippreżentati mis-SEAE dwar in-notifika tad-deċiżjoni kkontestata lir-rikorrenti u lill-avukat tagħha permezz ta’ posta elettronika u permezz tal-programm Ares, kif ukoll il-fatt li r-riċezzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija stabbilita f’dan il-każ, ir-rikorrenti kellha għalhekk tindika r-raġunijiet eventwali li għalihom la hija u lanqas l-avukat tagħha ma kienu f’pożizzjoni li jsiru jafu b’mod utli l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata rċevuta fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE> (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Fedtke vs CESE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑157/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:666">EU:T:2016:666</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti ma pprovdiet l-ebda preċiżazzjoni f’dan ir-rigward, minkejja d-domandi magħmula mill-Qorti Ġenerali. Għall-kuntrarju, hija llimitat ruħha li tindika li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>probabbilment<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> saret taf bil-kontenut tal-posta elettronika tas-SEAE biss fil-<DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE> u li hija tqis li hija ma kinitx obbligata tikkonsulta l-kaxxa tal-posta elettronika tagħha qabel dak il-mument. Barra minn hekk, hija ma kkontestatx li hija kienet, f’dak il-mument, irrappreżentata minn avukat li kien irċieva l-posta elettronika tas-SEAE fl-istess data tal-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Konsegwentement u fid-dawl ta’ dak li tfakkar fil-punti 31 u 32 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tikkonkludi li, fid-dawl tal-provi ppreżentati mis-SEAE u tal-assenza ta’ kwalunkwe prova ppreżentata mir-rikorrenti li tindika li hija u l-avukat tagħha ġew preklużi milli jsiru jafu b’mod utli bil-kontenut<?PAGE NO="9"?> tal-posta elettronika rċevuta fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li l-oneru tal-prova ġie ssodisfatt mis-SEAE. Għaldaqstant, ġie stabbilit li r-rikorrenti mhux biss irċeviet id-deċiżjoni kkontestata fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>, iżda li hija wkoll tqiegħdet f’pożizzjoni li ssir taf bil-kontenut tagħha b’mod utli f’dik id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li d-deċiżjoni kkontestata ġiet validament innotifikata, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 37 iktar ’il fuq, lir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20190114">14 ta’ Jannar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont il-metodu ta’ kalkolu tat-terminu spjegat fil-punti 26 sa 28 iktar ’il fuq, ir-rikors, ippreżentat fil-<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, huwa tardiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mis-SEAE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla Estiża)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">TO hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20200731">31 ta’ Lulju 2020</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>J. Svenningsen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>