<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-677/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0677</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:825">EU:C:2020:825</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20201014">14.10.2020</DATE> – Kawża C‑677/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Valoris</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir‑Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD><KEYWORD>Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Terminu previst għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ tali taxxi</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ terminu simili għar-rimbors ta’ somom irċevuti minn dan l-Istat Membru bi ksur tad-dritt nazzjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑677/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Vâlcea (il-Qorti tal-Kontea ta’ Vâlcea, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190425">25 ta’ April 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SC Valoris SRL</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Administraţia Fondului pentru Mediu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Safjan u N. Jääskinen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, R. I. Haţieganu u L. Liţu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Perrin u A. Armenia, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li jikkostitwixxu l-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, SC Valoris SRL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Valoris<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u, min-naħa l-oħra, id-Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Craiova – Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Vâlcea (id-Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Craiova – l-Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Vâlcea, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Vâlcea<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Administraţia Fondului pentru Mediu (l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Ambjent, ir-Rumanija), dwar ir-rimbors ta’ somma mħallsa minn din il-kumpannija bħala taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur, li hija taxxa li ġiet iddikjarata bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni wara l-ħlas tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-DUG Nru 9/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 9/2013 privind timbrul de mediu pentru autovehicule (id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 9/2013 dwar it-Taxxa tal-Boll Ambjentali għall-Vetturi bil-Mutur) tad‑<DATE ISO="20130219">19 ta’ Frar 2013</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 119 tal‑<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>DUG Nru 9/2013<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kien fis-seħħ mill‑<DATE ISO="20130315">15 ta’ Marzu 2013</DATE> sal‑<DATE ISO="20170131">31 ta’ Jannar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-DUG Nru 9/2013 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-ħlas tat-taxxa tal-boll [ambjentali għall-vetturi bil-mutur] huwa dovut darba biss, kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>waqt ir-reġistrazzjoni mal-awtorità kompetenti, konformement mal-liġi, tal-akkwist tad-dritt għall-proprjetà ta’ vettura bil-mutur mill-ewwel proprjetarju fir-Rumanija u l-għoti ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, kif ukoll ta’ numru ta’ reġistrazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-DUG Nru 52/2017</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 52/2017 privind restituirea sumelor reprezentând taxa specială pentru autoturisme și autovehicule, taxa pe poluare pentru autovehicule, taxa pentru emisiile poluante provenite de la autovehicule și timbrul de mediu pentru autovehicule (id-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 52/2017 dwar ir-Rimbors tas-Somom li Jirrappreżentaw it-Taxxa Speċjali għall-Karozzi tal-Passiġġieri u għall-Vetturi bil-Mutur, it-Taxxa fuq it-Tniġġis għall-Vetturi bil-Mutur, it-Taxxa fuq l-Emissjonijiet li Jniġġsu tal-Vetturi bil-Mutur u t-Taxxa tal-Boll Ambjentali għall-Vetturi bil-Mutur) tal‑<DATE ISO="20170804">4 ta’ Awwissu 2017</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 644 tas‑<DATE ISO="20170807">7 ta’ Awwissu 2017</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>DUG Nru 52/2017<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), daħal fis-seħħ fis‑<DATE ISO="20170807">7 ta’ Awwissu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-DUG Nru 52/2017:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni taxxabbli li ħallsu t-taxxa speċjali għall-vetturi tal-passiġġieri u għall-vetturi bil-mutur, prevista fl-Artikoli 214<HT TYPE="SUP">1</HT>‑214<HT TYPE="SUP">3</HT> tal-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi Fiskali, kif emendata u kkompletata sussegwentement, it-taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, prevista mid-Digriet ta’ Urġenza tal-Gvern Nru 50/2008 li jistabbilixxi t-taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, approvata permezz tal-Liġi Nru 140/2011, it-taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu tal-vetturi bil-mutur, prevista mil-Liġi<?PAGE NO="3"?> Nru 9/2012, li tistabbilixxi t-taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu tal-vetturi bil-mutur, kif emendata u kkompletata sussegwentement, u t-taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur, prevista mid-[DUG] Nru 9/2013 li jistabbilixxi t-taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur, approvat, emendat u kkompletat permezz tal-Liġi Nru 37/2014, kif emendat u kkompletat sussegwentement, u li ma bbenefikawx minn rimbors sad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet ta’ urġenza jistgħu jitolbu r-rimbors tagħhom flimkien mal-interessi dovuti għall-perijodu ta’ bejn id-data tal-ġbir u d-data tar-rimbors, permezz ta’ talba indirizzata lill-korp fiskali ċentrali kompetenti. Ir-rata tal-interessi hija dik prevista fl-Artikolu 174(5) tal-Liġi Nru 207/2015 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, kif emendata u kkompletata sussegwentement.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tal-persuni taxxabbli previst fil-paragrafu 1 li jitolbu r-rimbors jitnissel mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet ta’ urġenza, irrispettivament mid-data li fiha tkun tħallset it-taxxa, iżda b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 219 tal-Liġi Nru 207/2015 [dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali], kif emendata u kkompletata sussegwentement, it-talbiet għal rimbors għandhom jitressqu, taħt piena ta’ dekadenza, mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tal-legea nr. 207/2015 privind Codul de procedură fiscală (il-Liġi Nru 207/2015 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali) tal‑<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Parti I, Nru 547 tat‑<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="168.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tiġi rrimborsata, fuq talba, lill-persuna taxxabbli/li tħallas kull somma mħallsa jew irċevuta meta din ma kinitx dovuta.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-preskrizzjoni tad-dritt tal-persuna taxxabbli/li tħallas sabiex titlob ir-rimbors ta’ krediti fiskali hija ta’ ħames snin mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik li matulha tnissel id-dritt għal rimbors.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20140825">25 ta’ Awwissu 2014</DATE>, Valoris, kumpannija rregolata mid-dritt Rumen, ħallset, għall-ewwel reġistrazzjoni fir-Rumanija ta’ karozza użata li toriġina mill-Pajjiżi l-Baxxi, taxxa ta’ <FT TYPE="NUMBER">2451</FT> leu Rumen (RON) (madwar EUR 510) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, konformement mal-Artikolu 4(a) tad-DUG Nru 9/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170807">7 ta’ Awwissu 2017</DATE>, id-DUG Nru 52/2017 daħal fis-seħħ. Mill-preambolu tiegħu jirriżulta li dan l-att normattiv kien ġie adottat wara l-għoti tas-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Budişan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑586/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:421">EU:C:2016:421</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Câmpean</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑200/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:494">EU:C:2016:494</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ciup</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:495">EU:C:2016:495</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li diversi taxxi fuq it-tniġġis applikabbli għall-vetturi bil-mutur li kienu ġew stabbiliti mir-Rumanija, li fosthom hemm it-taxxa miġbura fuq l-imsemmi taxxa tal-boll, imorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk tal-Artikolu 110 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Id-DUG Nru 52/2017 ta lill-persuni taxxabbli, bis-saħħa tal-Artikolu 1(1) tiegħu, id-dritt li jitolbu r-rimbors tas-somom li huma kienu ħallsu abbażi tal-erba’ taxxi msemmija fit-titolu ta’ dan l-att normattiv li ġew iddikjarati bħala kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni (iktar ’il quddiem, flimkien, it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>taxxi<?PAGE NO="4"?> Rumeni fuq it-tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), minbarra l-ħlas tal-interessi legali dovuti għall-perijodu bejn id-data tal-ġbir u d-data tar-rimbors. Madankollu, skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 1, b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, tali talbiet kellhom jiġu indirizzati lill-korp fiskali kompetenti, taħt piena ta’ dekadenza, sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20181206">6 ta’ Diċembru 2018</DATE>, Valoris ressqet talba għar-rimbors tas-somma li hija kienet ħallset bħala taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur, quddiem l-Amministrazzjoni Dipartimentali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Vâlcea, li ċaħdet din it-talba, permezz ta’ ittra tas‑<DATE ISO="20190107">7 ta’ Jannar 2019</DATE>, minħabba li din kienet ġiet ippreżentata wara l-iskadenza tat-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE>, Valoris ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunalul Vâlcea (il-Qorti tal-Kontea ta’ Vâlcea, ir-Rumanija), sabiex tikseb il-kundanna tal-awtoritajiet Rumeni assenjati sabiex jirrimborsawlha t-taxxa kontenzjuża, minbarra l-interessi moratorji bir-rata legali applikabbli, minkejja li hija ma osservatx it-terminu ta’ dekadenza previst fl-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017. Insostenn tar-rikors tagħha, hija sostniet, minn naħa, li dan it-terminu <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> kien jikser id-dritt tal-Unjoni peress li huwa kien jillimita l-possibbiltà tal-persuni taxxabbli li jiksbu r-rimbors ta’ taxxi ddikjarati bħala kuntrarji għal dan id-dritt, u, min-naħa l-oħra, li terminu ta’ bejn tliet u ħames snin, sabiex tali possibbiltà tkun tista’ tintuża, kien ġie kkunsidrat bħala terminu raġonevoli fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li t-terminu speċjali ta’ dekadenza previst għar-rimbors tat-taxxi msemmija mid-DUG Nru 52/2017 kien ta’ madwar sena, jiġifieri mis‑<DATE ISO="20170807">7 ta’ Awwissu 2017</DATE>, li hija d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-att, sal‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE>, li hija d-data tal-iskadenza tal-imsemmi terminu, filwaqt li t-terminu ġenerali ta’ preskrizzjoni previst għar-rimbors ta’ krediti fiskali kien, skont l-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, ta’ ħames snin mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik li matulha tnissel id-dritt għar-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi, fl-ewwel lok, dwar jekk it-terminu ta’ dekadenza previst fl-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017 għar-rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, meta ma jeżistix terminu simili għar-rimbors ta’ somom miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali, huwiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li jirriżulta mill-Artikolu 4(3) TUE, kif interpretat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, kif iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija tinvoka l-prinċipju ta’ effettività, kif iddefinit mill-Qorti tal-Ġustizzja, billi tenfasizza li t-terminu ta’ sena previst fl-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017 huwa iqsar mit-termini għall-preżentata ta’ rikors taħt piena ta’ dekadenza li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li huma ta’ tul raġonevoli u ddikjarat li huma kompatibbli mal-imsemmi prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Vâlcea (il-Qorti tal-Kontea ta’ Vâlcea) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(2) [tad-DUG Nru 52/2017], li jistabbilixxi terminu ta’ dekadenza ta’ madwar sena għat-tressiq ta’ talbiet ta’ rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix tali terminu għall-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tas-somom miġbura bi ksur tar-regoli interni?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>minn naħa, il-prinċipju ta’ effettività, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li huwa ta’ madwar sena u li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni li hija intiża sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-imsemmi dritt, u</P></ITEM><ITEM><P>min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ ekwivalenza, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu ta’ madwar sena għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tali terminu ma jkunx ġie previst minn dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ talbiet għal rimbors simili li huma bbażati fuq ksur tad-dritt intern.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li għalkemm il-kawża prinċipali tirrigwarda, b’mod speċifiku, ir-rimbors ta’ somma li tħallset bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>taxxa tal-boll ambjentali għall-vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li kienet ġiet stabbilita fir-Rumanija permezz tad-DUG Nru 9/2013, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ssemmi madankollu, b’mod iktar ġenerali, ir-rimbors ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Din il-ġeneralizzazzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li t-terminu stabbilit mid-dispożizzjoni li tinsab fl-imsemmija domanda huwa applikabbli wkoll għar-rimbors tat-tliet taxxi Rumeni l-oħra fuq it-tniġġis tal-vetturi bil-mutur li jaqgħu taħt d-DUG Nru 52/2017, li huma ta’ natura analoga għall-imsemmija taxxa ambjentali u li ġew iddikjarati wkoll bħala kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, kif indikat fil-punti 10 u 11 ta’ din is-sentenza, id-DUG Nru 52/2017 ġie adottat preċiżament sabiex itemm il-ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ kull waħda minn dawn it-taxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju tenfasizza l-fatt li, fid-dritt Rumen, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kunsiderevolment iktar ġeneruż<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mit-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/><HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ta’ dekadenza previst fl-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017. Għaldaqstant, hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-aħħar leġiżlazzjoni nazzjonali mal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, kif iddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, l-Istati Membri huma obbligati li jħassru l-konsegwenzi illegali ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni u li jipprevedu modalitajiet proċedurali, għar-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jisiltu minn dan tal-aħħar, li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Inter-Environnement Wallonie u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑411/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:622">EU:C:2019:622</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0170">170</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’mod iktar partikolari, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ħlas lura ta’ taxxi nazzjonali mħallsa indebitament, huwa l-obbligu ta’ kull Stat Membru li jistabbilixxi l-modalitajiet proċedurali għal azzjoni ġudizzjarja intiżi għall-protezzjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-imsemmija modalitajiet josservaw kemm il-principju ta’ ekwivalenza kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Edis</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:401">EU:C:1998:401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>PORR Építési Kft.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑691/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:327">EU:C:2019:327</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), b’mod partikolari fir-rigward tal-istabbiliment ta’ termini ta’ dekadenza jew ta’ preskrizzjoni applikabbli għal tali azzjonijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Caterpillar Financial Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:996">EU:C:2017:996</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Cargill Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1124">EU:C:2019:1124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti għandha tiġi analizzata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol tar-regoli kkonċernati fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tal-imsemmija proċedura u d-dettalji ta’ dawn ir-regoli, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>XC <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑234/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:853">EU:C:2018:853</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Vueling Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:538">EU:C:2020:538</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet li mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali jirriżulta li Stat Membru ma jistax jadotta dispożizzjonijiet li jissuġġettaw ir-rimbors ta’ taxxa, li ġiet iddikjarata bħala kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni minn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew li l-inkompatibbiltà tagħha ma’ dan id-dritt tirriżulta minn tali sentenza, għal kundizzjonijiet li speċifikament jikkonċernaw din it-taxxa u li huma inqas favorevoli minn dawk li ġew applikati, fl-assenza tagħhom, għal tali rimbors (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990209">9 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Dilexport</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:59">EU:C:1999:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Câmpean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:494">EU:C:2016:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ciup</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:495">EU:C:2016:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prinċipju ta’ effettività</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li, fl-assenza ta’ regoli armonizzati li jirregolaw ir-rimbors ta’ taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li japplikaw il-modalitajiet proċedurali previsti mill-ordinament ġuridiku intern tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tat-termini ta’ preskrizzjoni jew ta’ dekadenza, sakemm madankollu, konformement mal-prinċipju ta’ effettività, dawn il-modalitajiet ma jkunux stipulati b’mod li jrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kriterji ġenerali ta’ evalwazzjoni mfakkra fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, iżda wkoll, jekk ikun il-każ, il-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Cargill Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1124">EU:C:2019:1124</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, speċifikament, it-termini ta’ preskrizzjoni jew ta’ dekadenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-istabbiliment ta’ termini raġonevoli bħala prinċipju jissodisfa r-rekwiżit ta’ effettività, inkwantu jikkostitwixxi applikazzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ċertezza legali, li jipproteġi kemm lill-persuna kkonċernata kif ukoll lill-amministrazzjoni kkonċernata, anki jekk l-iskadenza ta’ tali termini tista’, min-natura tagħha, tipprekludi lill-persuni kkonċernati milli jinvokaw id-drittijiet tagħhom kompletament jew parzjalment (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Caterpillar Financial Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑500/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:996">EU:C:2017:996</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190911">11 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Călin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑676/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:700">EU:C:2019:700</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191219">19 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Cargill Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑360/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1124">EU:C:2019:1124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tesponi li t-terminu ta’ madwar sena li jirriżulta mill-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017 huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>iqsar mit-termini l-oħra [ddikjarati] kompatibbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mal-prinċipju ta’ effettività li hija identifikat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Id-deċiżjoni tar-rinviju tirrigwarda, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Edis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:401">EU:C:1998:401</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981117">17 ta’ Novembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Aprile</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑228/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:544">EU:C:1998:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), li fihom termini nazzjonali ta’ tliet snin, li jibdew jiddekorru mid-data tal-ħlas ikkontestat, tqiesu li huma raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li, skont il-każijiet analizzati, terminu ta’ sena, li huwa impost għat-tressiq ta’ talbiet jew ta’ rikorsi bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, ma jidhirx fih innifsu irraġonevoli, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-bidu tad-dekorrenza ta’ dan it-terminu ma jiġix stabbilit b’mod li jirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju, mill-persuna kkonċernata, tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, b’mod partikolari, ġie kkunsidrat<?PAGE NO="7"?> bħala konformi mal-prinċipju ta’ effettività terminu ta’ sena għall-preżentata ta’ rikors għall-kumpens ta’ dannu mġarrab minħabba t-traspożizzjoni tardiva ta’ direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Visciano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:468">EU:C:2009:468</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jitqies li l-prinċipju ta’ effettività, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li huwa ta’ madwar sena u li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni li hija intiża sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-imsemmi dritt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-prinċipju ta’ ekwivalenza</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, l-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza timplika li l-Istati Membri ma jipprevedux modalitajiet proċedurali inqas favorevoli għat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxa bbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-modalitajiet li huma applikabbli għal rikorsi simili, fid-dawl tal-għan tagħhom, tal-motiv tagħhom u tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom, ibbażati fuq ksur tad-dritt intern. Hija biss il-qorti nazzjonali, li għandha għarfien dirett tal-modalitajiet proċedurali intiżi sabiex jiżguraw, fid-dritt intern, il-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, li għandha tivverifika li dawn il-modalitajiet huma konformi mal-prinċipju ta’ ekwivalenza. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fid-dawl tal-evalwazzjoni li għandha twettaq il-qorti nazzjonali, tipprovdilha ċerti elementi fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Câmpean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:494">EU:C:2016:494</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sziber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:367">EU:C:2018:367</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Raiffeisen Bank u BRD Groupe Société Générale</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑698/18 u C‑699/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:537">EU:C:2020:537</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju twettaq hija stess il-paragun bejn, minn naħa, it-terminu ta’ dekadenza ta’ madwar sena, li din il-qorti tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>terminu speċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li huwa previst fl-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017, għat-talbiet għar-rimbors ta’ somom imħallsa indebitament bħala taxxi Rumeni fuq it-tniġġis iddikjarati bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, li hija tikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>terminu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kunsiderevolment iktar ġeneruż<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li huwa previst fl-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, għar-rimbors ta’ krediti fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen, għalkemm jikkontesta l-fondatezza ta’ dan il-paragun, isemmi li l-adozzjoni tal-imsemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>terminu speċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kellha preċiżament l-għan li tevita li l-baġit tar-Rumanija jkun milqut bil-ħlas ta’ interessi ta’ ammont globali li kien jirriskja li jkun għoli wisq, fil-każ li t-talbiet għar-rimbors tat-taxxi li jaqgħu taħt d-DUG Nru 52/2017 ma kinux ikunu suġġetti għal terminu speċjali ta’ sena, bħal dak stabbilit minn dan l-att normattiv, iżda għat-terminu ġenerali ta’ ħames snin, previst mill-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 1(2) tad-DUG Nru 52/2017 jindika espressament li t-terminu ta’ dekadenza li huwa previst fih japplika għat-talbiet għal rimbors li jaqgħu taħt dan l-att normattiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 219 [tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li jikkonċerna t-talbiet għar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>rimbors ta’ krediti fiskali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ kull tip. Kif issostni ġustament il-Kummissjoni Ewropea, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, anki jekk id-dritt Rumen ma jipprevedix terminu ta’ dekadenza, iżda terminu ta’ preskrizzjoni, li jista’ jiġi interrott jew sospiż taħt ċerti kundizzjonijiet, għar-rimbors tas-somom miġbura bi ksur tad-dritt nazzjonali, l-għan ta’ talba skont l-Artikolu 1 tad-DUG Nru 52/2017 jikkonsisti f’li jintalab ir-rimbors ta’ taxxa, li jidher li jikkostitwixxi wkoll l-għan tal-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali. Għaldaqstant, jidher li t-talbiet magħmula taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet u t-talbiet magħmula taħt it-tieni waħda għandhom għan u kawża simili. Madankollu, hija biss il-qorti tar-rinviju li tista’ tivverifika dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sakemm jiġi pprovat ix-xebh bejn it-talbiet ikkonċernati, għandu jiġi eżaminat jekk il-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi li, bħal dak fil-kawża prinċipali, huma bbażati fuq d-DUG Nru 52/2017, li għandu l-għan li jirrimedja ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni, humiex inqas favorevoli minn dawk tar-rikorsi li huma bbażati esklużivament fuq il-ksur tar-regoli tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif essenzjalment irrilevaw kemm il-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tagħha kif ukoll il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, it-talbiet intiżi għar-rimbors tat-taxxi msemmija fid-DUG Nru 52/2017, ibbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, huma suġġetti għal terminu proċedurali, ta’ madwar sena, li huwa kunsiderevolment inqas u għalhekk inqas vantaġġuż minn dak, ta’ ħames snin, li japplika għat-talbiet intiżi għar-rimbors ta’ krediti fiskali bbażati fuq ksur tad-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi validament ikkontestata mill-argumenti tal-Gvern Rumen li, minn naħa, id-DUG Nru 52/2017 ta terminu ġdid lil persuni taxxabbli li fir-rigward tagħhom, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni preċedenti, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin applikabbli għad-dritt tagħhom għar-rimbors tat-taxxi kien skada jew kien wasal sal-punt li jiskadi u, min-naħa l-oħra, is-sistema stabbilita minn dan id-digriet għat-taxxi Rumeni fuq it-tniġġis tista’ tapplika wkoll għar-rimbors tagħhom, sa fejn dawn imorru kontra d-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-adozzjoni tad-DUG Nru 52/2017, li jimponi l‑<DATE ISO="20180831">31 ta’ Awwissu 2018</DATE> bħala d-data finali sabiex jintalab ir-rimbors tat-taxxi Rumeni fuq it-tniġġis imħallsa indebitament fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, kellha l-effett favorevoli li estendiet it-terminu għal rimbors applikabbli għal ċerti persuni taxxabbli li kienu ħallsu dawn it-taxxi, huwa stabbilit li din l-adozzjoni kellha wkoll l-effett żvantaġġuż li naqqset it-terminu għal rimbors applikabbli għal persuni taxxabbli oħra, li tilfu l-benefiċċju sħiħ tal-perijodu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 219 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Fiskali, li mill-banda l-oħra kienet dispożizzjoni li baqgħet kompletament operattiva fir-rigward tal-krediti fiskali mħallsa indebitament fir-rigward tad-dritt nazzjonli. Issa, il-prinċipju ta’ ekwivalenza ma jippermettix li jiġi kkumpensat żvantaġġ imġarrab minn grupp ta’ persuni taxxabbli permezz ta’ vantaġġ mogħti lil grupp ieħor li jinsab f’sitwazzjoni simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-prinċipju ta’ ekwivalenza, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu ta’ madwar sena għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tali terminu ma jkunx ġie previst minn dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ talbiet għal rimbors simili li huma bbażati fuq ksur tad-dritt intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Il-prinċipju ta’ effettività, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li huwa ta’ madwar sena u li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni li hija intiża sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-imsemmi dritt.</P></ITEM><ITEM><P>Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu ta’ madwar sena għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tali terminu ma jkunx ġie previst minn dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ talbiet għal rimbors simili li huma bbażati fuq ksur tad-dritt intern.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ effettività, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li huwa ta’ madwar sena u li jibda jiddekorri mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni li hija intiża sabiex jiġi rrimedjat il-ksur tal-imsemmi dritt.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipju ta’ ekwivalenza, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tistabbilixxi, taħt piena ta’ dekadenza, terminu ta’ madwar sena għat-tressiq tat-talbiet għar-rimbors ta’ taxxi ddikjarati inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li tali terminu ma jkunx ġie previst minn dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ talbiet għal rimbors simili li huma bbażati fuq ksur tad-dritt intern.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>