27.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 278/54


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 173 tat-12 ta’ Ġunju 2014 )

Fil-paġna 143, Artikolu 47(3), l-ewwel subparagrafu,

minflok:

“3.   Ditta minn pajjiż terz stabbilita f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala wieħed effettivament ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 1 u huwa awtorizzat b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet koperti skont l-awtorizzazjzoni lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħat ġodda. Għal dan il-għan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-forniment transfrunier ta’ servizzi u attivitajiet fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/65/UE.”,

aqra:

“3.   Ditta minn pajjiż terz stabbilita f’pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala wieħed effettivament ekwivalenti b’konformità mal-paragrafu 1, u li hija awtorizzata b’konformità mal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/65/UE għandha tkun tista’ tipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet koperti skont l-awtorizzazzjoni lil kontropartijiet eliġibbli u klijenti professjonali fis-sens tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni mingħajr l-istabbiliment ta’ fergħat ġodda. Għal dan il-għan, għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-forniment transfrunier ta’ servizzi u attivitajiet fl-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/65/UE.”.