|
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
217 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/173/PESK
tad-19 ta' Marzu 2007
li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus (1). Dawn il-miżuri jiskadu fl-10 ta' April 2007. |
|
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarus, il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK għandha tiġi estiża b'perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK hija b'dan estiża sa l-10 ta' April 2008.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 19 ta' Marzu 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
Horst SEEHOFER
(1) ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/718/PESK (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 72).