|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1942 |
20.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1942
tal-5 ta’ Lulju 2024
li jistabbilixxi proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-aċċess u l-ipproċessar tal-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1056 jeżiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (“eFTI”) f’konformità mal-proċeduri komuni u mar-regoli dettaljati, inkluż speċifikazzjonijiet u proċeduri tekniċi komuni għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja u għall-komunikazzjoni mal-operaturi ekonomiċi b’rabta ma’ dik l-informazzjoni. |
|
(2) |
Biex jiġu stabbiliti dawn il-proċeduri u r-regoli komuni, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/1056, il-Kummissjoni jenħtieġ li telenka l-komponenti ewlenin tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni (“ICT”) tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI li jridu jipprovdu l-Istati Membri, u jenħtieġ li tagħti dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tagħhom. |
|
(3) |
Biex tkun żgurata l-flessibbiltà fl-applikazzjoni ta’ dawn il-proċeduri komuni u r-regoli dettaljati, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu kif jorganizzaw il-forniment tal-komponenti tal-ICT, diment li dawk il-komponenti jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi rispettivi stabbiliti f’dan ir-Regolament. B’mod aktar speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu dawn bħala komponenti separati, jew integrati f’komponent wieħed jew f’diversi komponenti distinti li jwettqu l-funzjonalitajiet rispettivi. Jistgħu jistabbilixxu wkoll diversi komponenti li jwettqu l-istess sett ta’ funzjonalitajiet. |
|
(4) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw il-komponenti eżistenti tal-ICT li diġà żviluppaw għal servizzi pubbliċi diġitali oħra, sa fejn dawn il-komponenti diġà jipprovdu jew jiġu aġġustati biex jipprovdu l-funzjonalitajiet meħtieġa f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet, inkluż ir-rekwiżiti tekniċi, meta applikabbli, stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu wkoll li jistabbilixxu, jiżviluppaw u jżommu wieħed jew aktar mill-komponenti tal-ICT previsti f’dan ir-Regolament flimkien ma’ Stati Membri oħra. |
|
(5) |
Kull Stat Membru jenħtieġ li jkun responsabbli biex jiżgura l-manutenzjoni u s-sigurtà tal-komponenti tal-ICT li jistabbilixxi jew li jkun responsabbli għalihom, inkluż biex jiżgura s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pproċessata f’dawk il-komponenti. Jekk diversi Stati Membri jiddeċiedu li jistabbilixxu u jimmaniġġaw b’mod konġunt xi wħud minn dawn il-komponenti, dawn jenħtieġ li jiżguraw li r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom jiġu stabbiliti fi ftehimiet jew memoranda ta’ qbil xierqa. |
|
(6) |
Skont ir-Regolament (UE) 2020/1056, il-komunikazzjoni kollha fl-ambjent tal-iskambju tal-eFTI għandha ssir b’konnessjonijiet siguri bejn partijiet identifikati u awtorizzati kif xieraq. Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi komuni stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżguraw li dawn ir-rekwiżiti jiġu ssodisfati għall-komunikazzjoni kollha li ssir fost il-parteċipanti fl-ambjent tal-iskambju tal-eFTI bil-komponenti tal-ICT, inkluż mal-pjattaformi tal-eFTI. |
|
(7) |
L-għadd ta’ parteċipanti fl-ambjent tal-iskambju tal-eFTI mistenni jkun kbir, kemm fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll fil-livell tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati, li se jkunu liberi li jużaw il-pjattaformi tal-eFTI tal-għażla tagħhom. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit u li jitħaddem għadd xieraq ta’ konnessjonijiet siguri, awtentikati u awtorizzati bejn il-komponenti tal-ICT tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI. Biex jitnaqqsu l-kostijiet assoċjati ma’ għadd daqshekk kbir ta’ konnessjonijiet, uħud mill-komponenti tal-ICT tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iskambju billi jwettqu funzjoni ta’ gateway, filwaqt li jżommu livell għoli ta’ sigurtà u konformità mal-awtorizzazzjonijiet applikabbli. |
|
(8) |
Dawn il-gateways, jew “Gates tal-eFTI” jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija bejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u l-awtoritajiet kompetenti. Il-Gates tal-eFTI jenħtieġ li jiżguraw konnessjonijiet siguri u awtentikati għall-komponenti tal-ICT li jlaqqgħu l-aċċess ta’ uffiċjali individwali fil-livell tal-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru speċifiku, min-naħa, mal-pjattaformi tal-eFTI li jżommu d-data li għaliha dawn l-uffiċjali jeħtieġ ikollhom aċċess, min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li dawn ma jkunux jaħżnu jew jipproċessaw id-data tal-eFTI, għajr il-metadata konnessa mal-ipproċessar tad-data tal-eFTI bħal identifikaturi jew reġistri tal-operat, u biss għal skopijiet leġittimi bħar-routing, il-validazzjoni jew l-adattament tal-format u għal finijiet ta’ monitoraġġ jew statistika. |
|
(9) |
Barra minn hekk, biex jitnaqqsu l-kostijiet involuti fl-istabbiliment ta’ konnessjonijiet bejn il-pjattaformi tal-eFTI u Gate tal-eFTI, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi, iżda anki għall-awtoritajiet kompetenti, kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2020/1056, il-pjattaformi tal-eFTI jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistabbilixxu u jħaddmu konnessjoni sigura u awtentikata ma’ Gate tal-eFTI waħda biss. Dik il-Gate tal-eFTI mbagħad jenħtieġ li tiffaċilita l-konnessjoni mal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istati Membri kollha, permezz ta’ network ta’ konnessjonijiet siguri u awtentikati bejn Gates tal-eFTI differenti. |
|
(10) |
Fid-dawl tar-rekwiżit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/1056 li l-Istati Membri jżommu lista aġġornata tal-pjattaformi tal-eFTI li għandhom ċertifikazzjoni valida maħruġa minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat fl-Istat Membru tagħhom, din il-konnessjoni unika ta’ pjattaforma tal-eFTI man-network tal-Gates tal-eFTI jenħtieġ li tiġi stabbilita mal-Gate tal-eFTI tal-Istat Membru tal-ħruġ taċ-ċertifikazzjoni ta’ dik il-pjattaforma. Dan jiffaċilita u jtaffi l-kostijiet tal-proċess ta’ verifika tal-validità taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI, bħala parti mill-proċess biex ikunu żgurati s-sigurtà u l-awtentiċità tal-komunikazzjoni ma’ pjattaforma tal-eFTI. Madankollu, biex jaħsbu għal meta ma jkun ġie akkreditat l-ebda korp tal-valutazzjoni tal-konformità biex jiċċertifika l-pjattaformi tal-eFTI fi Stat Membru, il-pjattaformi tal-eFTI jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu l-konnessjoni unika tagħhom mal-Gate tal-eFTI ta’ dak l-Istat Membru, anke meta jkunu kisbu ċ-ċertifikazzjoni fi Stati Membri oħra. |
|
(11) |
Biex ikun żgurat livell għoli ta’ fiduċja fl-ambjent tal-iskambju tal-eFTI, l-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu responsabbli biex jiżguraw li l-aċċess kollu mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-ambjent tal-iskambju tal-eFTI jiġi identifikat, awtentikat u awtorizzat kif xieraq. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-aċċess u l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti tad-data magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi fuq il-pjattaformi tal-eFTI jkunu permessi biss wara l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni kif xieraq tal-identità tal-uffiċjali responsabbli, kif ukoll l-awtorizzazzjoni xierqa abbażi tad-drittijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar assenjati lill-uffiċjali, abbażi tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-UE u nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/1056. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti kollha jistabbilixxu u jħaddmu reġistri li jżommu rekords aġġornati tad-drittijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar ta’ kull uffiċjal responsabbli, u li t-talbiet kollha għall-aċċess u l-ipproċessar tad-data tal-eFTI ikun fih referenzi għad-drittijiet tal-aċċess u tal-pproċessar tal-uffiċjal responsabbli għat-talba. Dawk id-drittijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar jenħtieġ li jiġu espressi bħala referenzi kodifikati biex jonqos kemm jista’ jkun it-trasferiment tad-data personali tal-uffiċjali, kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jieħdu kull miżura meħtieġa, bħal ittestjar, taħriġ u awditjar, biex jiżguraw li l-uffiċjali tagħhom jaċċessaw u jipproċessaw id-data f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE u nazzjonali dwar il-privatezza tad-data u l-kunfidenzjalità kummerċjali. |
|
(12) |
Ir-Regolament (UE) 2020/1056 jeżiġi li l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jikkomunikaw il-“link uniku tal-identifikazzjoni elettronika” lill-awtoritajiet kompetenti għad-data tal-eFTI li tinqara mill-magni u li tikkorrispondi mal-informazzjoni regolatorja. Mil-lat proċedurali, din il-komunikazzjoni jenħtieġ li ssir b’żewġ modi, u l-komponenti tal-ICT li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jappoġġaw iż-żewġ proċeduri. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu xi waħda mill-proċeduri meta jitolbu l-aċċess għad-data tal-eFTI biex iwettqu kontrolli regolatorji tal-informazzjoni. |
|
(13) |
L-ewwel nett, f’konformità mal-proċeduri attwali tal-kontroll tal-konformità bbażati fuq il-karta, l-operaturi ekonomiċi kkonċernati jenħtieġ li jkunu jistgħu jikkomunikaw il-link uniku tal-identifikazzjoni elettronika direttament lill-awtorità kompetenti waqt il-kontrolli mwettqa fiżikament, jew waqt l-operazzjoni tat-trasport jew waqt il-kontrolli mwettqa fil-bini tal-operatur ekonomiku, meta d-dispożizzjonijiet tal-UE jew nazzjonali applikabbli jkunu jipprevedu l-possibbiltà ta’ kontrolli wara t-tlestija tal-operazzjonijiet tat-trasport. Biex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti, il-link uniku tal-identifikazzjoni elettronika jenħtieġ li jiġi kkomunikat b’format li jinqara mill-magni bħal barcode jew kodiċi QR, li jidher fuq l-iskrin ta’ apparat elettroniku tal-idejn bħal mobile jew tablet, jew jiġi stampat fuq karta. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li jaċċettaw li, waqt il-kontrolli fiżiċi tal-operazzjonijiet tat-trasport li jkunu qed isiru, l-operatur ekonomiku jkun jista’, b’mod eċċezzjonali, jikkomunika l-link uniku tal-identifikazzjoni elettronika bl-email jew b’applikazzjoni oħra tal-messaġġi elettroniċi, meta l-link ma jkunx jista’ jintwera direttament mill-operatur fuq l-iskrin jew fuq il-karta. Għall-kontrolli mwettqa fil-bini tal-operaturi ekonomiċi, meta l-għadd tal-operazzjonijiet tat-trasport li jridu jiġu spezzjonati jkun sostanzjalment akbar, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jirċievu l-links uniċi tal-identifikazzjoni elettronika bl-email jew b’applikazzjoni oħra tal-messaġġi elettroniċi, biex jiġi ffaċilitat u ottimizzat l-ipproċessar ta’ dawn il-links. L-għażla ta’ dawn il-mezzi tal-komunikazzjoni addizzjonali jenħtieġ li tibqa’ f’idejn l-awtoritajiet kompetenti rispettivi. |
|
(14) |
It-tieni, u aktar kompatibbli mal-proċessi futuri li qed isiru dejjem aktar awtomatizzati, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jikkomunikaw il-link uniku tal-identifikazzjoni elettronika billi jippubblikawh f’repożitorju elettroniku, jew f’reġistru, flimkien ma’ ċerti identifikaturi, bħall-identifikazzjoni unika tal-mezz tat-trasport, derivati mis-sett tad-data tal-eFTI assoċjat mal-link uniku tal-identifikazzjoni elettronika. L-awtoritajiet kompetenti mbagħad ikun jistgħu jiksbu dak il-link mir-reġistru billi jitolbuh abbażi ta’ dawk l-identifikaturi. B’hekk, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-merkanzija li tkun qed tinġarr fuq trakk, ferrovija jew barkun mingħajr ma jwaqqfu jew jirkbu fiżikament fuq il-mezz tat-trasport u, meta rilevanti, japplikaw miżuri ta’ segwitu f’konformità mal-liġi nazzjonali. B’dan il-mod, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu wkoll jiksbu l-informazzjoni b’mod aktar faċli jew affidabbli dwar diversi operazzjonijiet tat-trasport imwettqa b’mezz partikolari tat-trasport, f’perjodu taż-żmien partikolari, bħal fil-każ tal-kontrolli tal-kabotaġġ bit-triq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(15) |
Biex ikunu żgurati l-interoperabbiltà u s-sigurtà tal-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Gates tal-eFTI stabbiliti mill-Istati Membri differenti, u bejn il-Gates tal-eFTI u l-pjattaformi tal-eFTI, jenħtieġ li fl-ambjent tal-eFTI jintuża sett ta’ standards u speċifikazzjonijiet armonizzati għall-iskambju tal-messaġġi, inkluż il-konfigurazzjoni ta’ ftehimiet tal-iskambju tal-messaġġi, proċessi kummerċjali, formati tad-data, identifikaturi u ċertifikati tas-sigurtà. L-Istati Membri jenħtieġ li jiftiehmu wkoll fuq proċeduri siguri għall-iskambju taċ-ċertifikati tas-sigurtà, bħal permezz ta’ sistema mibnija apposta jew protokoll sigur għat-trasferiment tal-fajls. |
|
(16) |
Biex jitnaqqsu l-kostijiet u l-ħin biex jiġu stabbiliti l-Gates tal-eFTI u l-komponenti l-oħra tal-ICT, l-Istati Membri jenħtieġ li, kemm jista’ jkun possibbli, jistrieħu fuq standards miftuħa li jħaddmu organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali, u fuq soluzzjonijiet riużabbli. Għall-formati tal-iskambju tal-messaġġi, l-aktar standards miftuħa li jintużaw b’mod mifrux u li huma aċċettati fil-livell internazzjonali huma l-XML u l-JSON. Filwaqt li l-JSON hu format aktar riċenti u, f’ċerti aspetti, aktar sempliċi biex jiġi implimentat, l-XML hu l-aktar format komuni użat mis-sistemi tal-ICT tal-awtoritajiet kompetenti f’ħafna mill-Istati Membri. Għalhekk, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jerġgħu jużaw is-soluzzjonijiet eżistenti, u b’hekk inaqqsu l-kostijiet inizjali tal-implimentazzjoni tagħhom, kull komunikazzjoni bejn il-Gates tal-eFTI u bejn il-Gates tal-eFTI u l-pjattaformi tal-eFTI jenħtieġ li ssir b’format uniku tal-iskambju tal-messaġġi, bl-XML. Bl-istess mod, l-istandards għall-iskambji tal-messaġġi siguri mħaddma mill-Kummissjoni bħala parti mill-pilastri diġitali tal-eDelivery (4), u b’mod partikolari l-profil AS4 tal-eDelivery, jipprovdu soluzzjoni teknika kosteffiċjenti li l-Istati Membri diġà għandhom esperjenza bl-implimentazzjoni tagħha. |
|
(17) |
Fl-istess ħin, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw l-istandards u s-soluzzjonijiet tal-iskambju tal-messaġġi li diġà jintużaw għal servizzi pubbliċi diġitali oħra għall-komunikazzjoni bejn il-Gate tal-eFTI u l-pjattaformi tal-eFTI stabbiliti f’dak l-Istat Membru, apparti l-eDelivery. Ir-rekwiżiti u l-istandards dettaljati li fuqhom jissejsu dawk is-soluzzjonijiet jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex ikunu jistgħu jiġu implimentati mill-iżviluppaturi interessati tal-pjattaformi tal-eFTI, u biex il-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità jkunu jistgħu jivvalutaw il-konformità tagħhom mal-ispeċifikazzjonijiet. |
|
(18) |
Bl-istess mod, biex l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw il-komponenti tal-ICT li jsawru l-punt tal-aċċess, jew il-“punti tal-aċċess tal-awtorità”, għall-ambjent tal-eFTI, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw soluzzjonijiet elettroniċi eżistenti li jiżguraw l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni tal-identità tal-uffiċjali meta jaċċessaw servizzi pubbliċi diġitali nazzjonali oħra li jagħtu aċċess għal data personali jew kummerċjali ta’ partijiet terzi. Dawn is-soluzzjonijiet jenħtieġ li jistrieħu, meta disponibbli, fuq il-mezz tal-identifikazzjoni elettronika stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(19) |
F’dan l-istess spirtu, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jerġgħu jużaw kwalunkwe komponent eżistenti ieħor tas-sistemi tal-ICT tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk speċifikati f’dan ir-Regolament, bħar-reġistri tal-awtorizzazzjoni, diment li jiġu adattati f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Biex l-uffiċjali tal-awtorità kompetenti jkunu jistgħu jużaw faċilment l-ambjent tal-iskambju tal-eFTI u biex teħfief l-analiżi tagħhom tad-data tal-eFTI pprovduta mill-operaturi ekonomiċi fuq pjattaforma tal-eFTI, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jfasslu l-applikazzjoni tal-utenti u l-interfaċċa grafika tal-utent tagħha skont il-ħtiġijiet tal-uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jintroduċu wkoll funzjonalitajiet addizzjonali bl-appoġġ tal-applikazzjonijiet tal-utenti, bħall-użu ta’ algoritmi intelliġenti li jistgħu jipproċessaw minn qabel id-data tal-eFTI, filwaqt li jikkombinaw ukoll informazzjoni minn sorsi elettroniċi oħra, jekk ikunu jixtiequ dan. |
|
(21) |
Għal funzjonament kontinwu u bla skossi tal-ambjent tal-eFTI, kull kwistjoni operazzjonali relatata mal-komponenti tal-ICT stabbiliti mill-Istati Membri jeħtieġ li tissolva malajr. Biex jgħinu ħalli dan ikun żgurat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jistabbilixxu network ta’ appoġġ tekniku, li jikkonsisti minn helpdesks apposta fil-livell nazzjonali u, rispettivament, fil-livell tal-Unjoni. Dan in-network jenħtieġ li jistabbilixxi proċeduri ċari tal-komunikazzjoni u jiżgura perjodi minimi sinkronizzati ta’ disponibbiltà biex ikun hemm reazzjoni malajr għal kull inċident possibbli jew qtugħ li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI. Dawk il-punti tal-kuntatt għall-appoġġ tekniku jenħtieġ li jkollhom is-setgħat u riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom. Abbażi ta’ rapporti tal-attività, il-helpdesks jistgħu jippubblikaw informazzjoni aggregata fuq dashboards tal-helpdesks apposta. Il-perjodi minimi tad-disponibbiltà komuni tal-helpdesks jenħtieġ li jiġu riveduti perjodikament, biex tkun tista’ tiġi aġġustata l-attività tagħhom u biex ir-riżorsi jiġu allokati b’mod effiċjenti. |
|
(22) |
Il-komponenti tal-ICT li jridu jistabbilixxu l-Istati Membri se jaħdmu bħala komponenti integrali tal-ambjent usa’ għall-iskambju tal-eFTI. Dan ifisser li l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ dawn il-komponenti jenħtieġ li jistrieħu fuq sforzi kkoordinati, skont interpretazzjoni armonizzata tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li joħolqu wkoll network ta’ appoġġ operazzjonali, b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, fil-forma ta’ grupp dedikat ta’ esperti. Biex juża l-għarfien espert u l-esperjenza żviluppati fil-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF), jiġifieri l-grupp ta’ esperti stabbilit mill-Kummissjoni (6) biex jassisti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tal-programmi tal-Unjoni maħsuba biex jiddiġitalizzaw is-settur tat-trasport u tal-loġistika, dak il-grupp ta’ esperti jenħtieġ li jiġi stabbilit bħala sottogrupp tad-DTLF. |
|
(23) |
Biex jiġu ffaċilitati l-isforzi tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri u tkun żgurata implimentazzjoni uniformi ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, hu previst li dan ir-Regolament jiġi kkumplimentat b’dokumenti ta’ appoġġ tekniku aktar dettaljati u mhux vinkolanti mfassla mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri f’dan il-grupp dedikat ta’ esperti. |
|
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport Diġitali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“ambjent tal-iskambju tal-eFTI” tfisser il-komponenti kollha tal-ICT użati għall-iskambju tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 u mal-atti ta’ implimentazzjoni u delegati adottati skont dak ir-Regolament; |
|
(2) |
“komponent tal-ICT” tfisser unità materjali (hardware) jew immaterjali (software) jew sett ta’ unitajiet bħal dawn użati biex jitwettqu funzjonalitajiet speċifiċi biex tkun tista’ ssir komunikazzjoni elettronika tad-data; |
|
(3) |
“uffiċjal tal-awtorità kompetenti” tfisser persuna fiżika intitolata li taċċessa u tipproċessa r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja msemmija fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/1056, f’isem awtorità kompetenti fi Stat Membru; |
|
(4) |
“data tal-eFTI” tfisser data li tikkorrispondi għal informazzjoni regolatorja, meta ssir disponibbli mill-operaturi ekonomiċi fuq pjattaforma tal-eFTI f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056; |
|
(5) |
“talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI” tfisser talba f’isem awtorità kompetenti biex tirċievi d-data tal-eFTI magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi fuq pjattaforma tal-eFTI; |
|
(6) |
“komunikazzjoni ta’ segwitu” tfisser komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi kkonċernati dwar l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi ekonomiċi fuq pjattaforma tal-eFTI, wara kontroll tal-konformità minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti ta’ dik l-informazzjoni kif ipprovduta bħala tweġiba għal talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI. Din il-komunikazzjoni ta’ segwitu tista’ tikkonsisti minn talba għal data tal-eFTI nieqsa, jew informazzjoni rigward azzjoni ta’ segwitu li tkun ħadet l-awtorità kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli; |
|
(7) |
“drittijiet tal-aċċess” tfisser il-permessi mogħtija lil uffiċjal ta’ awtorità kompetenti biex iwettaq operazzjonijiet fir-rigward ta’ subsett wieħed jew aktar tad-data tal-eFTI; |
|
(8) |
“drittijiet tal-ipproċessar” tfisser l-operazzjonijiet jew is-settijiet ta’ operazzjonijiet li uffiċjal ta’ awtorità kompetenti jista’ jwettaq fuq subsett speċifiku tad-data tal-eFTI li jirċievi bħala tweġiba għal talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI; |
|
(9) |
“mezz tal-identifikazzjoni elettronika” tfisser unità materjali jew immaterjali, li jkun fiha data tal-identifikazzjoni ta’ persuna, u li tintuża għall-awtentikazzjoni ta’ servizz online; |
|
(10) |
“referenzi tal-identifikazzjoni” tfisser numru tal-identifikazzjoni personali jew referenza kodifikata li tippermetti l-identifikazzjoni unika ta’ uffiċjal tal-awtorità kompetenti; |
|
(11) |
“Punt tal-Aċċess tal-Awtorità (AAP)” tfisser komponent tal-ICT jew sett ta’ komponenti tal-ICT li jwettqu l-funzjonalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 4; |
|
(12) |
“Gate tal-eFTI” tfisser komponent tal-ICT jew sett ta’ komponenti tal-ICT li jwettqu l-funzjonalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 6; |
|
(13) |
“Gate rikjedenti” tfisser Gate tal-eFTI li tipproċessa talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI li ssir b’AAP konnessa ma’ dik il-Gate tal-eFTI jew integrata ġo fiha; |
|
(14) |
“Gate riċeventi” tfisser Gate tal-eFTI li tipproċessa talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI riċevuta mingħand Gate rikjedenti; |
|
(15) |
“eDelivery” tfisser sett ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u standards għall-iskambju elettroniku tal-messaġġi żviluppati mill-Kummissjoni bil-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (7) u li ssoktaw bil-programm Ewropa Diġitali (8); |
|
(16) |
“Punt tal-Aċċess għall-eDelivery” tfisser komponent tal-komunikazzjoni li jkun parti mis-servizz tat-twassil elettroniku tal-eDelivery ibbażat fuq speċifikazzjonijiet u standards tekniċi; |
|
(17) |
“skoperta statika” tfisser mekkaniżmu għal Punt tal-Aċċess għall-eDelivery biex jinkisbu d-dettalji tal-konnessjoni ta’ Punt tal-Aċċess għall-eDelivery ieħor mingħajr rikors għal sistemi ta’ partijiet terzi; |
|
(18) |
“skoperta dinamika” tfisser mekkaniżmu għal Punt tal-Aċċess għall-eDelivery biex jinkisbu d-dettalji tal-konnessjoni ta’ Punt tal-Aċċess għall-eDelivery ieħor b’tiftix ta’ dawn id-dettalji f’sistema ta’ parti terza; |
|
(19) |
“kjavi tas-sigurtà” tfisser pari ta’ kjavi kriptografiċi pubbliċi u privati, iġġenerati b’algoritmi kriptografiċi fil-forma ta’ numri kbar ħafna li jkollhom relazzjoni unika bejniethom; |
|
(20) |
“ċertifikat tas-sigurtà” tfisser dokument diġitali maħruġ minn awtorità taċ-ċertifikati li jintuża biex jiġi stabbilit mezz sigur tal-komunikazzjoni elettronika bejn żewġ partijiet; dan jinkludi l-kjavi tas-sigurtà pubblika u informazzjoni dwar is-suġġett taċ-ċertifikat; |
|
(21) |
“awtorità taċ-ċertifikati” tfisser entità li timmaniġġa ċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikati diġitali, li tista’ tinkludi proċessi tar-reġistrazzjoni u proċessi għall-ħruġ, għat-twassil, għall-attivazzjoni, għas-sospensjoni, għar-revoka, għat-tiġdid jew għar-riattivazzjoni taċ-ċertifikati tas-sigurtà; |
|
(22) |
“applikazzjoni tal-utenti” tfisser komponent tal-ICT li jwettaq il-funzjonalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 7; |
|
(23) |
“dokumenti ta’ gwida teknika” tfisser sett ta’ dokumenti tekniċi dettaljati u mhux vinkolanti, imfassal mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri fil-qafas tal-grupp ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 13. |
Artikolu 2
Miżuri komuni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom aċċess għas-sistemi tal-ICT li jistgħu jipproċessaw il-links uniċi tal-identifikazzjoni elettronika (UIL) mibgħuta mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2020/1056, u li jippermettu lill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom jaċċessaw u jipproċessaw id-data tal-eFTI f’waħda mill-proċeduri li ġejjin:
|
(a) |
bl-ipproċessar dirett tal-UIL, meta jintbagħat mill-operatur ekonomiku b’format li jista’ jinqara mill-magni billi jintwera fuq l-iskrin ta’ apparat elettroniku jew jiġi stampat fuq oġġett fiżiku bħall-karta jew, meta l-awtorità kompetenti tagħżel li tippermetti din il-komunikazzjoni, anki billi jintbagħat bl-email jew b’xi applikazzjoni oħra tal-messaġġi elettroniċi; |
|
(b) |
billi qabelxejn jinkiseb il-UIL, kif mibgħut mill-operaturi ekonomiċi billi jiġi ppubblikat fuq reġistru apposta, permezz ta’ identifikatur uniku assoċjat ma’ operazzjoni tat-trasport. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi tal-ICT imsemmija fil-paragrafu 1 jipprovdu mill-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
identifikazzjoni awtentikata kif xieraq u awtorizzazzjoni xierqa tal-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, kull darba li uffiċjal jippreżenta talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI; |
|
(b) |
medjazzjoni tat-talbiet tal-aċċess għad-data tal-eFTI imdaħħla mill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-kisba tal-informazzjoni mitluba mill-pjattaforma(i) xierqa tal-eFTI, permezz ta’ konnessjonijiet siguri ma’ dawk il-pjattaformi. |
3. Biex jimplimentaw il-funzjonalitajiet elenkati fil-paragrafu 2, dawk is-sistemi tal-ICT għandhom jinkludu mill-inqas il-komponenti li ġejjin:
|
(a) |
punti tal-aċċess tal-awtorità (AAP); |
|
(b) |
reġistru tal-awtorizzazzjoni; |
|
(c) |
Gates tal-EFTI; |
|
(d) |
mekkaniżmu tat-tiftix; |
|
(e) |
applikazzjoni tal-utenti. |
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komponenti elenkati fil-paragrafu 3 ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment, għall-ospitar, għall-iżvilupp, għad-disponibbiltà, għall-monitoraġġ, għall-aġġornament u għall-manutenzjoni ta’ dawk il-komponenti u għas-sigurtà tal-informazzjoni pproċessata f’dawk il-komponenti. Meta żewġ Stati Membri jew aktar jistabbilixxu jew jiżviluppaw wieħed jew aktar minn dawk il-komponenti b’mod konġunt, dawn għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-istabbiliment, għall-ospitar, għall-iżvilupp, għad-disponibbiltà, għall-monitoraġġ, għall-aġġornament u għall-manutenzjoni tagħhom.
5. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli biex jiżguraw li l-aċċess u l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti tad-data tal-eFTI jsiru biss għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet legali tal-UE u nazzjonali applikabbli, u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UE u nazzjonali applikabbli li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ dawk il-kontrolli tal-konformità, u r-regoli dwar ir-rispett tal-privatezza tad-data personali u l-kunfidenzjalità tad-data kummerċjali.
Artikolu 3
Talbiet tal-aċċess għad-data, tweġibiet u komunikazzjoni ta’ segwitu tal-eFTI
1. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti għandhom idaħħlu t-talbiet kollha tal-aċċess għad-data tal-eFTI tramite l-komponent tal-AAP deskritt fl-Artikolu 4, permezz tal-applikazzjoni tal-utenti deskritta fl-Artikolu 7.
2. Talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-UIL tad-data tal-eFTI li għaliha jintalab aċċess, jew identifikatur wieħed jew aktar li jippermettu l-kisba ta’ dak il-UIL mir-reġistru tal-identifikaturi deskritt fl-Artikolu 11. Din l-informazzjoni għandu jagħtiha l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-talba; |
|
(b) |
ir-referenzi għad-drittijiet tal-aċċess tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-preżentazzjoni tat-talba, kif irreġistrati fir-reġistru tal-awtorizzazzjoni deskritt fl-Artikolu 5. Din l-informazzjoni għandha tiżdied awtomatikament mill-applikazzjoni tal-utenti; |
|
(c) |
in-numru uniku tal-identifikazzjoni tat-talba, kif maħruġ mill-AAP. Din l-informazzjoni għandha tiżdied awtomatikament mill-applikazzjoni tal-utenti. |
3. It-tweġibiet għal talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI jistgħu jsiru b’waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
data tal-eFTI, kif mibgħuta minn pjattaforma tal-eFTI abbażi tal-informazzjoni f’talba, u l-metadata jew l-identifikaturi tal-iskambju tal-messaġġi assoċjati, meħtieġa biex il-Gates tal-eFTI riċeventi jew il-punti tal-aċċess tal-awtorità jkunu jistgħu jimmeppjaw id-data tal-eFTI għat-talba rispettiva; |
|
(b) |
messaġġi ta’ errur, li jkun fihom speċifikazzjoni testwali kodifikata jew qasira tat-tip ta’ errur meta Gate tal-eFTI jew pjattaforma tal-eFTI ma tkunx tista’ tipprovdi d-data tal-eFTI mitluba minħabba raġunijiet ta’ proċessi tekniċi jew kummerċjali; |
|
(c) |
messaġġ li jindika li ma hemm l-ebda data disponibbli, li trid toħorġu Gate tal-eFTI riċeventi meta tipproċessa talba li jkun fiha identifikaturi, u meta l-mekkaniżmu tat-tiftix tal-Gate ma jiskopri l-ebda UIL attiv marbut ma’ dawk l-identifikaturi fir-reġistru tal-identifikaturi tiegħu; |
|
(d) |
messaġġ ta’ “l-ebda tweġiba”, mibgħut minn Gate tal-eFTI jew pjattaforma tal-eFTI meta dik il-Gate jew il-pjattaforma tal-eFTI tkun ikkonfermat li rċeviet it-talba iżda ma tkunx bagħtet messaġġ bid-data tal-eFTI mitluba fi żmien 60 sekonda mill-konferma tal-wasla. |
4. Meta l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti jistabbilixxi li l-informazzjoni pprovduta minn operatur ekonomiku fuq pjattaforma tal-eFTI, u kif miksuba bħala tweġiba għal talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI, ma tkunx sħiħa jew b’xi modi oħra ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja li skonthom tkun saret it-talba, l-uffiċjal jista’ jikkomunika dawk is-sejbiet lill-operatur ekonomiku billi jippreżenta komunikazzjoni ta’ segwitu speċifika għal dik l-informazzjoni. Kull komunikazzjoni ta’ segwitu bħal din għandha tkun konformi mar-rekwiżiti legali nazzjonali applikabbli dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu għall-kontrolli regolatorji tal-konformità.
5. Meta ddaħħal komunikazzjoni ta’ segwitu speċifika kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tibgħatha wkoll tramite l-komponent AAP, permezz tal-applikazzjoni tal-utenti. Din għandu jkun fiha:
|
(a) |
l-informazzjoni li trid tikkomunika l-awtorità kompetenti lill-operatur ekonomiku, b’format ta’ test liberu, jew bħala dokument mehmuż; |
|
(b) |
il-UIL tad-data tal-eFTI u n-numru uniku tal-identifikazzjoni tat-talba tal-aċċess għad-data li għaliha tiġi ppreżentata l-komunikazzjoni ta’ segwitu. |
KAPITOLU II
KOMPONENTI FUNZJONALI
Artikolu 4
Punti tal-Aċċess tal-Awtorità
1. Il-komponenti tal-AAP għandhom jippermettu l-aċċess tal-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-ambjent tal-iskambju tal-eFTI u għandhom jikkostitwixxu l-punt uniku tal-aċċess ta’ uffiċjal għal dak l-ambjent.
2. AAP għandu jwettaq il-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
jawtentika l-identità tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti, jew jiżgura l-awtentikazzjoni tal-identità tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
jawtorizza t-talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti, abbażi tad-drittijiet tal-aċċess rispettivi tagħhom maħżuna fir-reġistru tal-awtorizzazzjoni, jew jirrifjuta t-talba jekk l-uffiċjal tal-awtorità kompetenti ma jkollu rreġistrat l-ebda dritt tal-aċċess attiv; |
|
(c) |
jirreġistra t-talbiet awtorizzati tal-aċċess għad-data tal-eFTI billi joħroġ numru uniku tal-identifikazzjoni għal kull talba bħal din, u jirreġistra mqar l-informazzjoni li ġejja għal kull talba:
|
|
(d) |
jibgħat it-talbiet awtorizzati tal-aċċess għad-data tal-eFTI lill-Gate tal-eFTI għall-ipproċessar, billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(e) |
jirċievi t-tweġibiet għat-talbiet trażmessi mill-Gate tal-eFTI u jagħmel dawn it-tweġibiet disponibbli għall-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għal dik it-talba permezz tal-applikazzjoni tal-utenti; |
|
(f) |
iżomm rendikont tal-awditjar tat-tweġibiet riċevuti għal kull talba billi jirreġistra mqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(g) |
iżomm arkivju tat-talbiet tal-aċċess għad-data tal-eFTI u tar-reġistru tat-tweġibiet riċevuti għal perjodu ta’ sentejn jew, meta xi dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli dwar id-disponibbiltà tal-evidenza għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet li għalihom ikun meħtieġ aċċess għad-data tal-eFTI, ikunu jipprevedu perjodu itwal, għal dak il-perjodu taż-żmien; |
|
(h) |
meta tiddaħħal komunikazzjoni ta’ segwitu f’konformità mal-Artikolu 3(4), jirreġistra l-komunikazzjoni ta’ segwitu billi joħroġ numru uniku tal-identifikazzjoni għall-komunikazzjoni ta’ segwitu u jirreġistra mqar l-informazzjoni li ġejja għal dik il-komunikazzjoni ta’ segwitu:
|
|
(i) |
jibgħat il-komunikazzjonijiet ta’ segwitu lill-Gate tal-eFTI għall-ipproċessar, billi jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
|
3. biex jipprovdi l-funzjonalitajiet stabbiliti fil-paragrafu 2, AAP għandu:
|
(a) |
juża mezzi xierqa tal-identifikazzjoni elettronika li jippermettu identifikazzjoni u awtentikazzjoni affidabbli tal-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti, jew li jippermettu konferma li l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni ta’ dawk l-uffiċjali jkunu żgurati b’komponent xieraq ieħor tal-ICT; |
|
(b) |
juża reġistru tal-awtorizzazzjoni; |
|
(c) |
jistabbilixxi u jżomm konnessjoni sigura ma’ Gate tal-eFTI; |
|
(d) |
jappoġġa konnessjoni sigura mal-applikazzjoni tal-utenti. |
4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-AAPs, barra mill-Gate tal-eFTI bħala parti mis-sistemi eżistenti tal-ICT tal-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom, jew inkella b’mod integrat fil-Gate tal-eFTI rispettiva tagħhom.
Artikolu 5
Reġistru tal-awtorizzazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tagħhom li jaċċessaw u jipproċessaw id-data tal-eFTI jiġu rreġistrati u jinżammu aġġornati f’reġistru tal-awtorizzazzjoni. Ir-reġistru tal-awtorizzazzjoni għandu jinkludi, għal kull uffiċjal tal-awtorità kompetenti, imqar dan li ġej:
|
(a) |
referenzi uniċi tal-identifikazzjoni tal-uffiċjal; |
|
(b) |
id-drittijiet tal-aċċess tal-uffiċjal rispettiv, espressi bħala l-lista ta’ referenzi tal-atti legali tal-Unjoni u nazzjonali li jeżiġu l-għoti ta’ informazzjoni regolatorja, li fihom l-uffiċjal rispettiv għandu kompetenzi u, b’mod aktar speċifiku, bħala l-lista tal-identifikaturi rispettivi tas-subsettijiet tad-data tal-eFTI li jikkorrispondu għal dawk id-dispożizzjonijiet, kif stabbilit fit-Taqsimiet 3 u 4 tal-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2024 (9); |
|
(c) |
id-drittijiet tal-ipproċessar tal-uffiċjal rispettiv, espressi bħala referenzi kodifikati għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar li l-uffiċjal għandu d-dritt li jwettaq fuq kull wieħed mis-subsettijiet tad-data rispettivi tal-eFTI, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali li tiddetermina l-kompetenzi ta’ dak l-uffiċjal; |
|
(d) |
reġistru tal-bidliet fid-drittijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar ta’ dak l-uffiċjal. |
Artikolu 6
Gates tal-eFTI
1. Il-Gates tal-eFTI għandhom jiżguraw, direttament jew permezz ta’ konnessjoni ma’ Gates tal-eFTI oħrajn, li:
|
(a) |
it-talbiet awtorizzati tal-aċċess għad-data tal-eFTI jiġu trażmessi lill-pjattaforma tal-eFTI u jkun fihom l-informazzjoni speċifika mitluba; |
|
(b) |
għal kull talba bħal din, it-tweġiba li tasal mingħand il-pjattaforma tal-eFTI rispettiva tiġi trażmessa lill-applikazzjoni tal-utenti tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għal dik it-talba, direttament jew tramite AAP, kif applikabbli; u, |
|
(c) |
meta tiddaħħal, il-komunikazzjoni ta’ segwitu għal dik it-talba tintbagħat lill-pjattaforma tal-eFTI li jkun fiha d-data tal-eFTI li għaliha tkun saret it-talba u ngħatat it-tweġiba. |
2. Gate tal-eFTI għandha tipprovdi l-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
tivvalida t-talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI u, meta ssir, il-komunikazzjoni ta’ segwitu, b’xi wieħed mill-modi li ġejjin:
|
|
(b) |
tipproċessa t-talba tal-aċċess għad-data tal-eFTI u, meta ssir, il-komunikazzjoni ta’ segwitu, bil-mekkaniżmu tat-tiftix f’konformità mal-Artikolu 8 u, abbażi ta’ dik, tibgħat it-talba jew il-komunikazzjoni ta’ segwitu, kif applikabbli:
|
|
(c) |
iżżomm rekord tal-awditjar tat-talbiet kollha tal-aċċess għad-data tal-eFTI jew il-komunikazzjonijiet ta’ segwitu li tkun ipproċessat, billi tirreġistra mqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(d) |
tivvalida t-tweġiba li tirċievi għal talba li tkun ipproċessat, kif ġej:
|
|
(e) |
tibgħat it-tweġiba li tirċievi għal talba li tkun ipproċessat permezz tal-istess rotta, f’sekwenza inversa, bħat-talba mibgħuta, kif applikabbli:
|
|
(f) |
meta tasal konferma tal-wasla tat-talba iżda ma tasal l-ebda tweġiba oħra fi żmien 60 sekonda minn dik il-konferma, tibgħat messaġġ ta’ “l-ebda tweġiba” lill-“Gate rikjedenti”, lill-AAP jew lill-applikazzjoni tal-utent tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-talba, kif xieraq; |
|
(g) |
iżżomm rendikont tal-awditjar tat-tweġibiet kollha tat-talbiet għall-aċċess li tkun bagħtet, billi ddaħħal imqar l-informazzjoni li ġejja:
|
|
(h) |
tarkivja u żżomm disponibbli għal skopijiet ta’ awditjar ir-reġistri speċifikati fil-punti (c) u (g), għal perjodu ta’ sentejn jew, meta xi dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-disponibbiltà tal-evidenza għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet li għalihom ikun meħtieġ l-aċċess għad-data tal-eFTI, ikunu jipprevedu perjodu itwal, għal dak il-perjodu taż-żmien. |
3. Biex tkun tista’ twettaq il-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-Gate tal-eFTI għandha:
|
(a) |
tuża mekkaniżmu tat-tiftix, f’konformità mal-Artikolu 8; |
|
(b) |
tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura mal-AAPs li tiffaċilita l-aċċess għall-ambjent tal-iskambju tal-eFTI tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-Gate rispettiva tal-eFTI; |
|
(c) |
meta l-AAPs jiġu stabbiliti bħala komponenti integrati għall-Gate tal-eFTI, tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura mal-applikazzjoni(jiet) tal-utenti, kif applikabbli, tal-uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jkun stabbilixxa l-Gate tal-eFTI rispettiva; |
|
(d) |
meta l-AAPs jiġu stabbiliti bħala komponenti separati għall-Gate tal-eFTI, tistabbilixxi u żżomm reġistru aġġornat li jkun fih in-numri uniċi tal-identifikazzjoni u ċ-ċertifikati tas-sigurtà ta’ dawk l-AAPs; |
|
(e) |
tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura mal-Gates tal-eFTI l-oħra kollha, kif ukoll reġistru aġġornat li jkun fih in-numri uniċi tal-identifikazzjoni u ċ-ċertifikati tas-sigurtà ta’ dawk il-Gates tal-eFTI; |
|
(f) |
tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura mal-pjattaformi kollha tal-eFTI li jkunu rċevew ċertifikazzjoni fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri li jkunu stabbilew il-Gate tal-eFTI rispettiva, kif ukoll reġistru aġġornat li jkun fih in-numri uniċi tal-identifikazzjoni, il-kjavi tas-sigurtà u l-istatus taċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-pjattaformi tal-eFTI; |
|
(g) |
tkun tista’ tuża servizzi jew artefatti definiti b’mod komuni, bħall-konfigurazzjoni, il-kodiċijiet tal-erruri, it-tassonomiji jew il-listi tal-kodiċijiet fl-ambjent tal-iskambju tal-eFTI, meta dawn is-servizzi jew artefatti jiġu maqbula fil-qafas tan-network ta’ appoġġ operazzjonali msemmi fl-Artikolu 13. |
4. Meta l-ebda korp tal-valutazzjoni tal-konformità ma jkun akkreditat f’xi Stat Membru partikolari biex jiċċertifika l-pjattaformi tal-eFTI f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2020/1056, dak l-Istat Membru għandu jiżgura li l-Gate tal-eFTI tiegħu tistabbilixxi u żżomm il-konnessjoni sigura u r-reġistru aġġornat, kif imsemmi fil-paragrafu 3(f), għall-pjattaformi tal-eFTI li jkunu rċevew iċ-ċertifikazzjoni mingħand korpi tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditati fi Stati Membri oħra. Dak l-Istat Membru għandu jagħmel dan meta jintalab mill-operatur ekonomiku jew mill-fornitur tas-servizzi tal-eFTI li jopera dik il-pjattaforma u wara li jkun talab u rċieva konferma mingħand l-Istat Membru tal-għoti taċ-ċertifikazzjoni lill-pjattaforma tal-eFTI, li ma jkun irċieva l-ebda talba oħra ta’ konferma għal dik l-istess pjattaforma tal-eFTI mingħand xi Stat Membru ieħor. Dan għandu jeħles lill-Gate tal-eFTI tal-Istat Membru tal-għoti taċ-ċertifikazzjoni lill-pjattaforma tal-eFTI, mill-obbligu li tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura ma’ dik il-pjattaforma.
Artikolu 7
Applikazzjoni tal-utenti
1. L-applikazzjoni tal-utenti għandha tippermetti lil uffiċjal tal-awtorità kompetenti jinteraġixxi mal-AAP.
2. L-applikazzjoni tal-utenti għandha tipprovdi mqar il-funzjonalitajiet li ġejjin:
|
(a) |
tiġġenera t-talbiet tal-aċċess għad-data tal-eFTI, abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti, ladarba l-uffiċjal responsabbli jkun ġie identifikat, awtentikat u awtorizzat kif xieraq mill-AAP; |
|
(b) |
tirċievi u turi lill-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-talba d-data korrispondenti tal-eFTI pprovduta mill-pjattaforma/i tal-eFTI rispettivi bħala tweġiba għal dik it-talba jew il-messaġġi ta’ “l-ebda tweġiba” jew il-messaġġi ta’ errur mibgħuta mill-AAP jew mill-Gate tal-eFTI riċeventi”; |
|
(c) |
tippermetti operazzjonijiet oħra tal-ipproċessar mill-uffiċjal tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-talba tad-data tal-eFTI riċevuta, f’konformità mad-drittijiet tal-ipproċessar ta’ dak l-uffiċjal; |
|
(d) |
meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli jippermettu, tiġġenera komunikazzjonijiet ta’ segwitu, abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn uffiċjal tal-awtorità kompetenti. |
3. Biex tippermetti l-funzjonalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, applikazzjoni tal-utenti għandha mqar:
|
(a) |
tipprovdi interfaċċa grafika għall-utenti lill-uffiċjali tal-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
tistabbilixxi u żżomm konnessjoni sigura ma’ AAP jew ma’ Gate tal-eFTI, kif applikabbli; |
|
(c) |
għall-ipproċessar tad-data, tuża bħala referenza s-subsettijiet tad-data li jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-atti legali tal-Unjoni u nazzjonali, kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2024/2024, li fihom għandhom kompetenzi l-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti. |
Artikolu 8
Mekkaniżmu tat-tiftix
1. Il-mekkaniżmu tat-tiftix għandu jkun komponent integrat ġo Gate tal-eFTI li, bħala l-funzjonalità ewlenija tiegħu, għandu jipproċessa l-informazzjoni inkluża fit-talba jew fil-komunikazzjoni ta’ segwitu, kif ġej:
|
(a) |
mill-UIL tad-data tal-eFTI, jikseb l-identifikatur tal-pjattaforma tal-eFTI li taħżen id-data tal-eFTI li għaliha tkun saret it-talba tal-aċċess jew il-komunikazzjoni ta’ segwitu u, rispettivament, l-identifikatur tal-Gate tal-eFTI li magħha tkun konnessa dik il-pjattaforma; |
|
(b) |
meta t-talba għall-informazzjoni jkun fiha wieħed jew aktar mill-identifikaturi stabbiliti fl-Artikolu 11(3), ifittex ġor-reġistru tal-identifikaturi għal valur li jaqbel u
|
2. Biex jippermetti l-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 1, il-mekkaniżmu tat-tiftix għandu:
|
(a) |
jopera reġistru tal-identifikaturi, f’konformità mal-Artikolu 11; |
|
(b) |
juża reġistru tal-pubblikaturi tal-metadata tas-servizz (SMP) u lokalizzatur tal-metadata tas-servizz (SML) f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-eDelivery jew ta’ servizz tar-reġistru b’kapaċitajiet simili, biex ikunu jistgħu jinstabu l-pjattaformi tal-eFTI, abbażi tal-informazzjoni fit-talba jew fil-komunikazzjoni ta’ segwitu. |
KAPITOLU III
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
Artikolu 9
Skambju tal-messaġġi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Gates tal-eFTI li jkunu stabbilew, kif ukoll l-AAPs u l-applikazzjonijiet tal-utenti tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom, ikunu jikkomunikaw u jistgħu jirċievu komunikazzjoni b’format standardizzat għall-iskambju tal-messaġġi. Il-komunikazzjoni bejn il-Gates tal-eFTI u bejn il-Gates tal-eFTI Gates u l-pjattaformi tal-eFTI għandha ssir bil-format XML.
2. Il-komunikazzjoni kollha bejn il-Gates tal-eFTI għandha ssir bi skambji tal-messaġġi permezz tal-Punti tal-Aċċess għall-eDelivery, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskambju tal-messaġġi tal-eDelivery, u permezz tal-mekkaniżmu tal-iskoperta statika tal-eDelivery.
3. L-iskambju tal-messaġġi permezz tal-Punti tal-Aċċess għall-eDelivery, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskambju tal-messaġġi tal-eDelivery, permezz tal-mekkaniżmu tal-iskoperta dinamika tal-eDelivery, għandu jiġi attivat ukoll għall-komunikazzjoni bejn il-Gates tal-eFTI u l-pjattaformi tal-eFTI.
4. Meta Stat Membru jkun diġà stabbilixxa speċifikazzjonijiet ekwivalenti, definiti fil-livell nazzjonali u siguri għall-iskambju tal-messaġġi għas-servizzi pubbliċi diġitali, dan jista’ jiddeċiedi li jippermetti li dik il-komunikazzjoni bejn il-pjattaformi tal-eFTI u l-Gate tal-eFTI stabbilita minn dak l-Istat Membru biex issir ukoll abbażi ta’ tali speċifikazzjonijiet ekwivalenti għall-iskambju tal-messaġġi. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-ispeċifikazzjonijiet, dettaljati u aġġornati kif xieraq, ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 10
Ċertifikati tas-sigurtà
1. L-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati tas-sigurtà, permezz ta’ awtorità taċ-ċertifikati, lill-Punti tal-Aċċess għall-eDelivery integrati fil-Gates tal-eFTI li dawn ikunu stabbilew, u għall-Punti tal-Aċċess għall-eDelivery jew, meta applikabbli, għall-punt tal-aċċess tal-iskambju tal-messaġġi ekwivalenti ta’ kull pjattaforma tal-eFTI li tkun irċeviet ċertifikazzjoni mingħand korp tal-valutazzjoni tal-konformità akkreditat fl-Istat Membru rispettiv tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kjavi privati tas-sigurtà tal-Punt tal-Aċċess għall-eDelivery integrati fil-Gate(s) tal-eFTI jinħażnu b’mod sigur u li ċ-ċertifikati diġitali korrispondenti tagħhom jitwasslu b’mod sigur bejn il-Gates tal-eFTI u bejn Gate tal-eFTI u l-pjattaformi tal-eFTI konnessi ma’ dik il-Gate.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw mekkaniżmi siguri biex jirċievu, jirreġistraw, jiksbu u jivvalidaw il-kjavi pubbliċi jew iċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-pjattaformi tal-eFTI konnessi mal-Gate tal-eFTI tagħhom. Meta Stat Membru jistabbilixxi reġistru SMP f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet SMP tal-eDelivery, b’mekkaniżmi tas-sigurtà adegwati, jista’ jintuża reġistru SMP għal dan il-għan.
Artikolu 11
Reġistru tal-identifikaturi
1. Ir-reġistru tal-identifikaturi msemmi fl-Artikolu 8(2)(a) għandu jippermetti lill-operaturi ekonomiċi biex itellgħu, bil-pjattaforma tal-eFTI, il-UIL ta’ sett tad-data tal-eFTI flimkien mal-identifikaturi li jippermettu l-kisba unika ta’ dak il-UIL, kif elenkat fil-paragrafu 3. Ir-reġistru tal-identifikaturi għandu jippermetti l-upload, l-attivazzjoni, id-diżattivazzjoni, jew it-tħassir tal-UIL ta’ sett tad-data tal-eFTI u tal-identifikaturi rispettivi.
2. Il-kompożizzjoni tal-UIL għandha tippermetti l-kisba tal-identifikatur tal-Gate tal-eFTI, tal-identifikatur tal-pjattaforma tal-eFTI, u tal-identifikatur uniku tas-sett tad-data tal-eFTI li jikkorrispondi għall-informazzjoni regolatorja pprovduta mill-operaturi ekonomiċi fuq il-pjattaforma tal-eFTI rispettiva, meta:
|
(a) |
l-identifikatur tal-Gate tal-eFTI għandu jkun magħmul minn identifikatur li jippermetti li l-iskoperta unika tiegħu fl-ambjent tal-eFTI; |
|
(b) |
l-identifikatur tal-pjattaforma tal-eFTI għandu jkun magħmul minn identifikatur li jippermetti l-iskoperta unika tiegħu fl-ambjent tal-eFTI; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni unika tas-sett tad-data tal-eFTI għandha tkun magħmula minn numru uniku bil-format ta’ Identifikatur Uniku Universali (UUID) allokat awtomatikament mill-pjattaforma tal-eFTI. |
3. L-identifikaturi li jridu jiġu appoġġati mir-reġistru għandhom jikkonsistu minn:
|
(a) |
elementi tad-data tas-sett tad-data tal-eFTI li jikkorrispondu għall-informazzjoni regolatorja pprovduta mill-operaturi ekonomiċi, kif deskritt fl-Anness, it-Taqsima 2, tar-Regolament Delegat (UE) 2024/2024, b’dawn in-numri tal-identifikazzjoni li ġejjin:
|
|
(b) |
element tad-data li jindika jekk oġġetti perikolużi humiex qed jiġu trasportati jew le, li jrid jiġi identifikat bil-karatteristiċi li ġejjin: element tad-data bl-ID “eFTI1451”; isem “Oġġetti perikolużi abbord; definizzjoni “L-indikazzjoni ta’ jekk l-oġġetti perikolużi hux qed jinġarru jew le skont l-ADR/ADN/RID. “Iva” tfisser li l-oġġetti perikolużi jkunu abbord l-unità tat-trasport, “Le” tfisser li l-oġġetti ttrasportati mhumiex fil-lista tal-ADR/ADN/RID tal-oġġetti perikolużi, jew l-oġġetti perikolużi jkunu eżentati mir-rekwiżiti tal-informazzjoni kif stipulat fl-ADR/ADN/RID 3.5.6, 5.1.5.4.2, 5.4.1, 5.5.2.4.1 jew 5.5.3.7.” |
4. Ir-reġistru tal-identifikaturi għandu jattiva l-UIL biex mal-upload isir disponibbli għal meta mitlub, u jiddiżattivah malli jsir l-uplaod tal-identifikatur imsemmi fil-paragrafu 3(a)(ii) ta’ dan l-Artikolu. Biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, għal kull UIL li għalih l-identifikatur indikat fil-paragrafu 3(a)(vi) ta’ dan l-Artikolu jkollu l-valur “3”, li jikkorrispondi għat-“trasport bit-triq”, ir-reġistru tal-identifikaturi għandu jiddiżattiva l-UILs biss wara l-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009. Mad-diżattivazzjoni, ir-reġistru għandu jħassar il-UIL u l-identifikaturi konnessi miegħu.
KAPITOLU IV
MANUTENZJONI U GOVERNANZA
Artikolu 12
Network ta’ appoġġ tekniku
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu helpdesks f’żewġ livelli distinti:
|
(a) |
helpdesk tal-“livell 1” għandu jkun disponibbli biex jipprovdi appoġġ tekniku lill-uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti f’każ ta’ kwistjonijiet operazzjonali; |
|
(b) |
helpdesk tal-“livell 2” għandu jkun disponibbli biex jappoġġa dan li ġej:
|
2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi helpdesk tal-“livell 3” li għandu:
|
(a) |
jipprovdi appoġġ tekniku lill-helpdesks tal-“livell 2” biex jissolvew kwistjonijiet operazzjonali marbuta mal-funzjonament tal-ambjent ġenerali tal-iskambju tal-eFTI, inkluż ir-regoli, il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-implimentazzjoni, kif ukoll is-sett u s-subsettijiet tad-data komuni tal-eFTI stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni u delegati stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2020/1056; |
|
(b) |
jaġixxi bħala faċilitatur fi kwistjonijiet operazzjonali li jikkonċernaw lil żewġ Stati Membri jew aktar, u meta jkun hemm bżonn il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, inkluż l-interoperabbiltà teknika tal-Gates tal-eFTI u l-komunikazzjoni bejn il-Gates tal-eFTI; |
|
(c) |
jinteraġixxi mas-servizzi tal-Kummissjoni li jipprovdu software apposta jew speċifikazzjonijiet ta’ prodotti użati mill-ambjent tal-iskambju tal-eFTI, bħall-eDelivery. |
3. Il-helpdesks tal-“livell 1” u tal-“livell 2” għandhom jikkuntattjaw ukoll lil xulxin biex isolvu kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-livelli rispettivi tagħhom.
4. Id-disponibbiltà tal-helpdesks għandha tiġi sinkronizzata mal-Unjoni kollha biex ikun żgurat perjodu minimu tad-disponibbiltà komuni tul il-jiem tax-xogħol bejn l-10:00 u l-16:00, Ħin tal-Ewropa Ċentrali (CET/CEST), ħlief fil-btajjel pubbliċi nazzjonali. Fi tmiem il-ġimgħa u fil-btajjel pubbliċi nazzjonali, għandu jkun hemm disponibbli servizz ta’ emerġenza, fejn ikun hemm imqar membru wieħed tal-persunal disponibbli bit-telefown f’każ ta’ kwistjonijiet urġenti li jaffettwaw serjament il-funzjonament tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI, fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni.
5. Il-helpdesks kollha għandhom jużaw għodod tal-assistenza apposta li jippermettu l-identifikazzjoni unika u s-segwitu ta’ kull talba għall-appoġġ tekniku, inkluż meta s-soluzzjoni ta’ talba tkun teħtieġ komunikazzjoni bejn il-helpdesks.
6. Il-helpdesks għandhom iżommu rendikont tat-talbiet kollha għall-assistenza u l-kronoloġija tagħhom, u għandhom jiġbru regolarment rapporti dwar l-attivitajiet tagħhom.
7. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-kuntatt tal-helpdesks tal-“livell 2” rispettivi tagħhom bejniethom u mal-Kummissjoni.
8. Id-data tal-bidu tad-disponibbiltà tal-helpdesks għandha tkun id-data msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2020/1056. L-adegwatezza tal-perjodu minimu tad-disponibbiltà komuni tal-helpdesks għandha tiġi vvalutata fi żmien 12-il xahar minn dik id-data.
Artikolu 13
Network ta’ appoġġ operazzjonali
1. Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma apposta bħala sottogrupp tal-grupp ta’ esperti stabbilit skont id-Deċiżjoni C(2018) 5921, b’mandat li jiżgura li l-operazzjonijiet tal-eFTI jsiru bil-livell ta’ kwalità meħtieġ.
2. Il-membri tal-grupp ta’ ħidma maħtura mill-Istati Membri għandhom jaġixxu wkoll bħala “punti tal-kuntatt nazzjonali tal-eFTI”.
3. Il-membri tal-grupp ta’ ħidma għandhom jikkooperaw u jiltaqgħu regolarment biex, fost l-oħrajn:
|
(a) |
jipprovdu aġġornamenti dwar l-istatus operazzjonali tal-ambjent tal-iskambju tal-eFTI; |
|
(b) |
jassistu lis-servizzi tal-Kummissjoni fl-isforzi tagħhom biex isolvu kwistjonijiet tekniċi u tal-operat li jirrappurtaw l-Istati Membri jew l-helpdesk tal-“livell 3” u li jkollhom bżonn koordinazzjoni u gwida operazzjonali fil-livell tal-Unjoni; |
|
(c) |
jassistu lill-Kummissjoni fit-tfassil tad-dokumenti ta’ gwida teknika biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika minn meta jidħol fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(4) https://ec.europa.eu/digital-building-blocks/wikis/display/DIGITAL/eDelivery.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 5921 tat-13 ta’ Settembru 2018 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti dwar it-trasport u l-loġistika diġitali tal-merkanzija: il-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).
(7) https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/activities/cef-digital.
(8) https://digital-strategy.ec.europa.eu/mt/activities/digital-programme.
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/2024 tas-26 ta’ Lulju 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/1056 billi jistabbilixxi s-sett tad-data komuni tal-eFTI u s-sottosettijiet tad-data tal-eFTI (ĠU L, 2024/2024, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2024/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1942/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)