30.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/95


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1616

tas-27 ta' Settembru 2019

dwar l-istandards armonizzati għall-apparat ta' pressjoni abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-apparat jew l-assemblaġġi ta' pressjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) ta' dik id-Direttiva li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu preżunti konformi mar-rekwiżiti ta' sikurezza essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom, stabbiliti fl-Anness I ta' dik id-Direttiva.

(2)

Permezz tal-ittra M/071 tal-1 ta' Awwissu 1994, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) biex ifassal, fir-rigward tal-apparat ta' pressjoni, l-istandards relatati mal-prodotti u l-istandards ta' natura orizzontali b'appoġġ għad-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dik id-Direttiva ġiet sostitwita mid-Direttiva 2014/68/UE mingħajr ma nbidlu r-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(3)

Abbażi tat-talba M/071, is-CEN abbozza l-istandards armonizzati ġodda EN ISO 4126-2:2019 għall-apparat ta' sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva, EN ISO 15494:2018 għas-sistemi ta' pajpijiet tal-plastik għal applikazzjonijiet industrijali u EN ISO 21028-2:2018 għar-reċipjenti krijoġeniċi. L-istandard EN ISO 21028-2:2018 huwa standard ġdid li jissostitwixxi l-istandard EN 1252-2:2001. Sabiex jirrifletti l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, is-CEN emenda u rriveda xi wħud mill-istandards eżistenti. B'mod speċifiku, is-CEN emenda l-istandards EN 13445-2:2014, EN 13445-3:2014, EN 13445-5:2014 u EN 13445-6:2014 għar-reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar, u l-istandards EN 13480-2:2017 u EN 13480-5:2017 għall-pajpijiet industrijali metalliċi. Is-CEN irriveda wkoll l-istandards EN 1562:2012 u EN 1563:2011 għall-ħadid fondut, l-istandards EN 12516-1:2014 u EN 12516-4:2014 għall-valvijiet industrijali u l-istandard EN 13136:2013 għas-sistemi ta' refriġerazzjoni u l-pompi tas-sħana.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandards relatati mal-apparat ta' pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN humiex konformi mat-talba M/071.

(5)

L-istandards relatati mal-apparat ta' pressjoni kif abbozzati, emendati jew riveduti mis-CEN jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom l-għan li jkopru u li huma msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2014/68/UE. Għalhekk huwa xieraq li r-referenzi ta' dawk l-istandards jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Ir-referenzi ta' verżjonijiet emendati jew riveduti ta' standards għandhom jiġu ppubblikati għall-istandards EN 13445-2:2014, EN 13445-3:2014, EN 13445-5:2014, EN 13445-6:2014, EN 13480-2:2017, EN 13480-5:2017, EN 1562:2012, EN 1563:2011, EN 12516-1:2014, EN 12516-4:2014 u EN 13136:2013. L-istandard EN 1252-2:2001 għandu jiġi sostitwit bi standard ġdid. Għalhekk, jeħtieġ li minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) jitneħħew r-referenzi tal-istandards EN 13445-2:2014, EN 13445-2:2014/A1:2016, EN 13445-2:2014/A2:2018, EN 13445-3:2014, EN 13445-3:2014/A1:2015, EN 13445-3:2014/A2:2016, EN 13445-3:2014/A3:2017, EN 13445-3:2014/A4:2018, EN 13445-5:2014, EN 13445-6:2014, EN 13480-2:2017, EN 13480-5:2017, EN 1252-2:2001, EN 1562:2012, EN 1563:2011, EN 12516-1:2014, EN 12516-4:2014 u EN 13136:2013. Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw il-prodotti tagħhom għall-istandards ġodda għar-reċipjenti krijoġeniċi u għall-istandards riveduti għall-ħadid fondut, għall-valvijiet industrijali u għas-sistemi ta' refriġerazzjoni u l-pompi tas-sħana, jeħtieġ li tiġi posposta t-tneħħija tar-referenzi ta' dawk l-istandards.

(7)

Il-konformità ma' standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta' tali standard f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparat ta' pressjoni abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE u elenkati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma b'dan ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-apparat ta' pressjoni abbozzati b'appoġġ għad-Direttiva 2014/68/UE u elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni b'dan jitneħħew minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mid-dati stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' apparat ta' pressjoni (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 164).

(3)  Id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' apparat ta' pressjoni (ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1).

(4)   ĠU C 326, 14.9.2018, p. 94.


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN 1562:2019

Tidwib ta' metalli — Ħadid fondut malleabbli

2.

EN 1563:2018

Tidwib ta' metalli — Ħadid fondut bil-grafit sferojdali

3.

EN ISO 4126-2:2019

Apparat ta' sikurezza għall-protezzjoni minn pressjoni eċċessiva — Parti 2: Apparat ta' sikurezza b'diska li tinfaqa' (ISO 4126-2:2018)

4.

EN 12516-1:2014+A1:2018

Valvijiet industrijali — Saħħa tad-disinn tal-forma — Parti 1: Metodu ta' tabulazzjoni għal forom ta' valvijiet tal-azzar

5.

EN 12516-4:2014+A1:2018

Valvijiet industrijali — Saħħa tad-disinn tal-forma — Parti 4: Metodu ta' kalkolu għal forom ta' valvijiet manifatturati minn materjali metalliċi, minbarra tal-azzar

6.

EN 13136:2013+A1:2018

Sistemi ta' refriġerazzjoni u pompi tas-sħana — Mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u l-pajpijiet assoċjati magħhom — Metodi għall-kalkolu

7.

EN 13445-2:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 2: Materjali

EN 13445-2:2014/A1:2016

EN 13445-2:2014/A2:2018

EN 13445-2:2014/A3:2018

8.

EN 13445-3:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 3: Disinn

EN 13445-3:2014/A1:2015

EN 13445-3:2014/A2:2016

EN 13445-3:2014/A3:2017

EN 13445-3:2014/A4:2018

EN 13445-3:2014/A5:2018

EN 13445-3:2014/A6:2019

9.

EN 13445-5:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 5: Spezzjoni u ttestjar

EN 13445-5:2014/A1:2018

10.

EN 13445-6:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 6: Rekwiżiti għad-disinn u fabbrikazzjoni ta' reċipjenti taħt pressjoni u partijiet taħt pressjoni magħmulin minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali

EN 13445-6:2014/A2:2018

11.

EN 13480-2:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 2: Materjali

EN 13480-2:2017/A1:2018

EN 13480-2:2017/A2:2018

EN 13480-2:2017/A3:2018

12.

EN 13480-5:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 5: Spezzjoni u ttestjar

EN 13480-5:2017/A1:2019

13.

EN ISO 15494:2018

Sistemi ta' pajpijiet tal-plastik għal applikazzjonijiet industrijali — Polibuten (PB), polietilen (PE), polietilen reżistenti għal temperaturi għoljin (PE-RT), polietilen retikolat (PE-X), polipropilen (PP) — Serje metrika għall-ispeċifikazzjonijiet ta' komponenti u tas-sistema (ISO 15494:2015)

14.

EN ISO 21028-2:2018

Reċipjenti krijoġeniċi — Rekwiżiti ta' tenaċità għal materjali f'temperaturi krijoġeniċi — Parti 2: Temperaturi bejn -80 grad C u -20 grad C (ISO 21028-2:2018)


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

Data tat-tneħħija

1.

EN 13445-2:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 2: Materjali

EN 13445-2:2014/A1:2016

EN 13445-2:2014/A2:2018

it-30 ta' Settembru 2019

2.

EN 13445-3:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 3: Disinn

EN 13445-3:2014/A1:2015

EN 13445-3:2014/A2:2016

EN 13445-3:2014/A3:2017

EN 13445-3:2014/A4:2018

it-30 ta' Settembru 2019

3.

EN 13445-5:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 5: Spezzjoni u ttestjar

it-30 ta' Settembru 2019

4.

EN 13445-6:2014

Reċipjenti taħt pressjoni mhux esposti għan-nar — Parti 6: Rekwiżiti għad-disinn u fabbrikazzjoni ta' reċipjenti taħt pressjoni u partijiet taħt pressjoni magħmulin minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali

it-30 ta' Settembru 2019

5.

EN 13480-2:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 2: Materjali

it-30 ta' Settembru 2019

6.

EN 13480-5:2017

Pajpijiet industrijali metalliċi — Parti 5: Spezzjoni u ttestjar

it-30 ta' Settembru 2019

7.

EN 1252-2:2001

Reċipjenti krijoġeniċi — Materjali — Parti 2: Rekwiżiti ta' tenaċità għal temperaturi bejn -80°C u -20°C

it-30 ta' Marzu 2020

8.

EN 1562:2012

Tidwib ta' metalli — Ħadid fondut malleabbli

it-30 ta' Marzu 2020

9.

EN 1563:2011

Tidwib ta' metalli — Ħadid fondut bil-grafit sferojdali

it-30 ta' Marzu 2020

10.

EN 12516-1:2014

Valvijiet industrijali — Saħħa tad-disinn tal-forma — Parti 1: Metodu ta' tabulazzjoni għal forom ta' valvijiet tal-azzar

it-30 ta' Marzu 2020

11.

EN 12516-4:2014

Valvijiet industrijali — Saħħa tad-disinn tal-forma — Parti 4: Metodu ta' kalkolu għal forom ta' valvijiet manifatturati minn materjali metalliċi, minbarra tal-azzar

it-30 ta' Marzu 2020

12.

EN 13136:2013

Sistemi ta' refriġerazzjoni u pompi tas-sħana — Mekkaniżmi għat-tnaqqis tal-pressjoni u l-pajpijiet assoċjati magħhom — Metodi għall-kalkolu

it-30 ta' Marzu 2020