|
20.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/34 |
Estratt mid-Deċiżjoni dwar il-Bank of Credit and Commerce International skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
2010/C 13/10
Bank of Credit and Commerce International Holdings (Luxembourg) SA
Bank of Credit and Commerce International SA
Bank of Credit and Commerce International (Overseas) Ltd.
Credit and Finance Corporation Ltd.
International Credit and Investment Company (Overseas) Ltd.
LIKWIDAZZJONIJIET TAL-BCCI
Data ta' skadenza għall-pretensjonijiet
Ittieħdu passi formali fil-likwidazzjonijiet tal-impriżi BCCI/ICIC/CFC imsemmija hawn fuq (il-“Likwidazzjonijiet tal-BCCI”) ġewwa l-Gzejjer Cayman, il-Lussemburgu, l-Ingilterra u l-Emirati Għarab Magħquda, (li lkoll kemm huma jiffurmaw parti mill-Ftehim bi Sħab tal-10 ta' Novembru 1994 li jirregola l-istralċ dinji koordinat tal-grupp BCCI) sabiex jiffisaw l-aħħar data għall-pretensjonijiet.
L-aħħar data għall-pretensjonijiet – il-31 ta' Marzu 2010
L-aħħar data li fiha l-kredituri jridu jippreżentaw il-pretensjonijiet tagħhom sabiex jirċievu d-dividendi minn kwalunkwe mil-likwidazzjonijiet tal-BCCI ġiet formalment iffissata għall-31 ta' Marzu 2010. Il-kredituri li ma jippreżentawx it-talbiet tagħhom sa din id-data se jkunu esklużi mid-dritt li jirċievu d-dividendi kollha li ġew iddikjarati diġà kif ukoll mid-dividendi kollha tal-futur. Jekk tixtieq tippreżenta pretensjoni, għandek tikuntattja l-Likwidaturi mill-aktar fis possibbli billi tuża d-dettalji rilevanti stipulati fi tmiem dan l-Avviż. Wara tirċievi formola tal-Prova tad-Debitu li għandha tiġi rritornata bl-evidenza kollha biex tappoġġa l-pretensjoni, ħalli il-Likwidaturi jirċivuha mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2010.
Il-pretensjonijiet ippreżentati direttament fil-Likwidazzjonijiet tal-BCCI fil-Lussemburgu jew l-Emirati Għarab Magħquda jridu jintbagħtu bil-posta reġistrata. Qed jiġi rrakkomandat li l-pretensjonijiet ippreżentati direttament għand il-Likwidaturi tal-BCCI fil-Gżejjer Cayman u l-Ingilterra wkoll jaslu bil-posta reġistrata jekk huwa possibbli sabiex l-irċevuta tagħhom sa din id-data ta' skadenza tkun tista' tiġi vverifikata.
Il-pretensjonijiet imressqa
Jekk ippreżentajt pretensjoni u għadha ma ġietx aċċettata (kollha jew parti minnha) jew formalment miċħuda (kollha jew parti minnha) mil-Likwidaturi int għandek tikkuntattja l-Likwidaturi mill-aktar fis possibbli billi tuża d-dettalji rilevanti stipulati fi tmiem dan l-Avviż. Jekk inti wieħed minn dawn il-kredituri fil-Likwidazzjonijiet tal-Lussemburgu, għandek tippreżenta pretensjoni ġdida b'ittra reġistrata f'dak is-sens lil-Likwdiaturi tal-Lussemburgu qabel il-31 ta' Marzu 2010 inkella se tkun eskluż mid-dritt li tagħmel kwalunkwe pretensjoni bħal din.
Jekk ippreżentajt pretensjoni u taħseb li ma rċevejtx il-benefiċċju fl-intier tiegħu tas-7 dividendi li int intitolat għalihom (li fil-preżent jammontaw għall-86,5 % għall-pretensjonijiet ordinarji), int għandek tikkuntattja l-Likwidaturi mill-aktar fis possibbli billi tuża d-dettalji rilevanti stipulati fi tmiem dan l-Avviż.
Il-kredituri kollha huma mfakkra li huma meħtieġa jippreżentaw formoli separati tal-Prova tad-Debitu għal kull kont individwali kif ukoll formoli separati għal kull pretensjoni separata oħra. Jekk tonqos milli tagħmel dan ifisser li pretensjoni partikolari ma tkunx ġiet ippreżentata u tista' ma tikkwalifikax għad-dividendi.
Id-depożitaturi li rċevew il-ħlasijiet mill-iskemi ta' kumpens tad-depożitu, issa jistgħu jkunu intitolati għal distribuzzjoni minn wieħed mil-Likwidazzjonijiet tal-BCCI. Għandek tikkuntattja l-Likwidaturi rilevanti.
L-ISPEJJEŻ/IS-SERVIZZI TAL-LIKWIDAZZJONI GĦAL-LIKWIDAZZJONIJIET TAL-BCCI
Kwalunkwe parti li tat is-servizzi għall-Likwidazzjonijiet tal-BCCI jew b'mod ieħor għandha pretensjoni għal ħlas bħala spiża ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-Likwidazzjonijiet, u li s'issa għadha ma tħallsitx, għandha tagħmel kuntatt mal-Likwidaturi rilevanti immedjatament billi tuża d-dettalji rilevanti stipulati fi tmiem dan l-Avviż.
KIF SE JAĦDMU L-LIKWIDAZZJONIJIET FIL-FUTUR
Il-Likwidaturi qed ikomplu jaħdmu fuq għadd ta' rkupri u mhux se jipproċedu għall-għeluq finali sakemm jiġu konklużi dawn l-azzjonijiet ta' rkupru.
|
Bank of Credit and Commerce International Holdings (Luxembourg) SA |
|
Bank of Credit and Commerce International SA — Luxembourg |
|
BCCI SA (fil-proċess tal-Likwidazzjoni) |
|
2a, Kalchesbruck |
|
1852 Luxembourg |
|
LUXEMBOURG |
|
Tel. +352 4364-641 |
|
Fax +352 4266-61 |
|
Bank of Credit and Commerce International SA — England/Isle of Man/Scotland |
|
BCCI SA (fil-proċess tal-Likwidazzjoni) |
|
Athene Place, 5th Floor |
|
66 Shoe Lane |
|
London |
|
EC4A 3BQ |
|
UNITED KINGDOM |
|
Tel. +44 2070070800 |
|
Fax +44 2070070799 |
|
Posta elettronika: ukbcci@deloitte.co.uk |
|
Bank of Credit and Commerce International SA — United Arab Emirates |
|
Liquidation Administration of UAE Branches of BCCI (SA) Luxembourg |
|
PO Box 2255 |
|
Abu Dhabi |
|
UNITED ARAB EMIRATES (UAE) |
|
Tel. +971 26663204 / 26650600 |
|
Fax +971 26658254 |
|
Bank of Credit and Commerce International (Overseas) Ltd. |
|
Credit and Finance Corporation Ltd. |
|
International Credit and Investment Company (Overseas) Ltd. |
|
BCCI (Overseas) Ltd. (fil-proċess tal-Likwidazzjoni) |
|
PO Box 1359 |
|
Grand Cayman, Cayman Islands |
|
KY1–1108 |
|
CAYMAN ISLANDS |
|
Tel. +1345 9494722 |
|
Fax +1345 9498258 |