<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1000878301.case.xml"><NO.CASE>C-173/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0173</NO.CELEX><NO.SEQ>0001.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8800</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8816</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071018">18.10.2007</DATE> — KAWŻA C-173/06</LEFT><RIGHT>AGROVER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20071018">18 ta Ottubru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-173/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Commissione tributaria regionale di Genova (l-Italja), permezz ta' deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060213">13 ta' Frar 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20060403">3 ta' April 2006</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Agrover Srl</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta l-Awla, J. Klučka, A. Ó Caoimh, P. Lindh (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8801"?><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20070228">28 ta Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Agrover srl, minn G. Leone, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala agent, assistit minn G. Albenzio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Hottiaux u D. Recchia, bħala agenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20070607">7 ta Ġunju 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 216 u 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 302, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20001116">16 ta Novembru 2000</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="311" DATE.PUB="2000" PAGE.FIRST="17">ĠU L 311, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8802"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta' rikors għal annullament imressaq minn Agrover Sri (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Agrover<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) kontra avviż ta' rkupru ta' dazji ta' dwana li ttieħdet mill-Agenzia Dogane Circoscrizione Doganale di Genova (awtoritajiet dognali ta' Genova).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika ta' l-Ungerija, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brüssell fis-<DATE ISO="19911216">16 ta Diċembru 1991</DATE>, kien ġie approvai f'isem il-Komunitajiet Ewropej bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 93/742/Euratom, KEFA, KE, tat-<DATE ISO="19931213">13 ta Diċembru 1993</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>). Il-protokoll Nru 4 ta dan il-ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>prodotti li joriġinaw<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> u għall-metodi ta kooperazzjoni amministrattiva, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika ta' l-Ungerija, min-naħa l-oħra Nru 3/96, tat-<DATE ISO="19961228">28 ta Diċembru 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="092" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU 1997, L 92, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>protokoll Nru 4<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>), għandu l-Artikolu 15 tiegħu, intitolat <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Projbizzjoni ta' rifużjoni jew eżenzjoni mid-dazji doganali<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>, id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Materjali li mhumiex oriġinarji u li ntużaw fil-manifattura ta' prodotti li joriġinaw mill-Komunità, mill-Ungerija jew minn pajjiżi oħra elenkati fl-Artikolu 4, li għalihom inħarġet jew saret prova ta' l-oriġini skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, m'għandhomx jibbenefikaw, la fil-Komunità u lanqas fl-Ungerija, minn rifużjoni ta' kwalunkwe tip, ta' dazji doganali jew eżenzjoni minnhom ta' kwalunkwe tip.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-8803"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tapplika għal kull ftehim sabiex isir irkupru, rifużjoni jew nuqqas ta' ħlas parzjali jew totali ta' dazji tad-dwana jew taxxi li għandhom effett ekwivalenti applikabbli fil-Komunita jew fl-Ungerija fuq materjali użati fil-produzzjoni kif ukoll prodotti koperti bil-paragrafu 1(b) jekk dan l-irkupru, din ir-rifjużjoni jew dan in-nuqqas ta' ħlas japplika espressament jew fil-fatt, meta l-prodotti magħmula li ġejjin mill-imsemmija materjali jkunu esportati u mhux intiżi għall-konsum nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-esportatur ta' prodotti koperti minn prova ta' origini għandu jkun jista' jipproduċi dejjem, fuq talba ta l-awtoritajiet tad-dwana, id-dokumenti meħtieġa koliha li jistabbilixxu li ebda rifużjoni ma ngħatat għal materjali li ma joriġinawx [mill-post] li tħaddmu fil-produzzjoni tal-prodotti kkonċernati, u li d-dazji tad-dwana jew taxxi ta' effett ekwivalenti applikabbli għal dawn il-materjali jkunu effettivament imħallsa.</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 114(1) tal-Kodiċi Doganali jiddisponi b'mod partikolari li l-proċedura ta l-ipproċessar tad-dħul għandha tippermetti li s-segwenti merkanzija tintuża fitterritorju doganali tal-Komunità f'operazzjoni ta' pproċessar waħda jew iktar ta' merkanzija mhux tal-Komunità maħsuba għall-esportazzjoni mill-ġdid mit-territorju doganali tal-Komunità taħt is-sura ta prodotti li jikkumpensaw lil xulxin, mingħajr ma tali merkanzija tkun suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni jew miżuri ta politika kummerċjali. Din il-forma ta proċessar tad-dħul hija msejħa <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>sistema ta' sospensjoni<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> [Artikolu 114(2)(a), tal-Kodiċi Doganali]. Jirriżulta mill-Artikolu 114(2) (c) u (d), ta' dan il-Kodiċi illi l-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin huma l-prodotti koliha li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' l-ipproċessar bħalma huma t-tħaddim u t-tiswija ta merkanziji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8804"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 115(1)(a) tal-Kodiċi Doganali jippermetti wkoll illi l-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin li għandhom jinkisbu minn <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>merkanzija ekwivalenti<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>, definiti fl-Artikolu 114(2)(e) tal-Kodiċi bħala <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>[l-] merkanzija tal-Komunità li tintuża minflok il-merkanzija importata għall-manifattura ta' prodotti li jikkompensaw lil xulxin<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, bil-kundizzjoni li din il-merkanzija tkun ekwivalenti teknikament u kummerċjalment għal merkanziji ta' importazzjoni. Tirrigwarda sistema msejħa <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>kumpens għall-merkanzija ekwivalenti<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>. L-Artikolu 115(1)(b) tal-Kodiċi Doganali jipprevedi wkoll barra dan illi l-prodotti li jikkumpensaw lil xulxin miksuba minn merkanzija ekwivalenti li tiġi esportata mill-Komunità qabel l-importazzjoni tal-merkanzija importata minn pajjiż terz (sistema msejħa ta' l-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>esportazzjoni bil-quddiem<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>ES/IM<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 115(3) tal-Kodiċi Doganali, li tingħata kumpens għall-merkanzija ekwivalenti għandu l-effett li jbiddel l-istatus doganali: <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>il-merkanzija importata għandha titqies għall-iskopijiet doganali bħala merkanzija ekwivalenti u din ta' l-aħħar bħala merkanzija importata<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Safejn ftehim konkluż bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi jipprovdi għall-għoti ma' l-importazzjoni f'dawk il-pajjiżi ta' trattament preferenzjali tat-tariffa għal merkanziji li joriġinaw fil-Ko munita fit-tifsira ta' dak il-ftehim, bil-kondizzjoni li, fejn ikunu nkisbu taħt il-proċedura ta' l-ipproċessar tad-dħul, merkanziji mhux tal-Komunità inkorporati fl-imsemmija merkanziji jkunu soggetti għall-ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni li għandhom jitħallsu fuq l-istess, il-validazzjoni tad-dokumenti neċessarji sabiex dak it-trattament preferenzjali tat-tariffa jkun jista' jinkiseb f pajjiżi terzi għandu jikkawża li jiġi inkors dejn doganali fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8805"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-mument meta dak id-dejn doganali jiġi inkors għandu jitqies li jkun il-mument meta l-awtoritajiet doganali jaċċettaw id-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni dwar il-merkanziji konċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-debitur għandu jkun id-dikjarant. F'każ ta rappreżentazzjoni indiretta, il-persuna li għan-nom tagħha tkun saret id-dikjarazzjoni għandha wkoll tkun debitriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ammont ta' dazji fuq l-importazzjoni li jikkorrispondi ma' dan id-dejn doganali għandu jiġi stabbilit taħt l-istess kondizzjonijiet bħal fil-każ ta' dej n doganali li jirriżulta mill-aċċettazzjoni, fl-istess data, tad-dikjarazzjoni għall-ħelsien għal ċirkolazzjoni libera tal-merkanziji involuti għall-iskop li tintemm il-proċedura ta' l-ipproċessar tad-dħul<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 220(2) tal-Kodiċi Doganali jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>Ħlief fil-każijiet li ssir referenza għalihom fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 217(1), daħliet sussegwenti fil-kontijiet m'għandhomx isiru fejn:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont ta dazju legalment dovut ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet bħala riżultat ta' żball min-naħa ta' l-awtoritajiet doganali liema żball ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas, waqt li din ta l-aħħar tkun aġixxiet bil-bona fidi u ħarset id-dispożizzjonijiet koliha stipulati mil-leġislazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="I-8806"?><P>[...]<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Agrover hija kumpannija stabbilita fl-Italja li għandha permess ta' pproċessar tad-dħul tar-ross <HT TYPE="ITALIC">paddy.</HT> Hija, f'Diċembru 2000, esportat għal tliet darbiet ross mitħun li joriġina mill-Komunità lejn l-Ungerija, wara, fi Frar 2001, importat mit-Tajlandja kwantitajiet ekwivalenti ta' ross imnaddaf, b'eżenzjoni mid-dazji.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040126">26 ta' Jannar 2004</DATE>, l-awtoritajiet Taljani kkunsidraw, abbażi ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali, illi dawn it-tranżazzjonijiet ma setgħux jibbenefikaw mis-sistema ta' l-ipproċessar tad-dħul Dawn l-awtoritajiet fil-fatt qiesu illi l-eżenzjoni mid-dazji tista tingħata biss jekk l-importazzjonijiet kienu jikkonċernaw merkanzija li ġejja minn pajjiż li kien ikkonkluda ftehim preferenzjali mal-Komunità, li mhux il-każ tar-Renju tat-Tajlandja. L-imsemmija awtoritajiet għalhekk għaddew għall-irkupru tad-dazji marbuta ma' l-importazzjoni ta' ross (EUR <FT TYPE="DECIMAL">73767,88</FT>). Agrover ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Genova (it-Tribunal Fiskali tal-Provinċja ta' Genova). B'deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040702">2 ta' Lulju 2004</DATE>, din ta l-aħħar ċaħdet ir-rikors ta' Agrover, li ppreżentat appell minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi l-Commissione tributaria regionale di Genova (it-Tribunal Fiskali tar-Reġjun ta Genova) ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Jista l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali [...] jiġi applikat fil-każijiet fejn merkanzija Komunitarja (ross), esportata bil-quddiem taħt is-sistema ta l-<?PAGE NO="I-8807"?>ipproċessar tad-dħul b'ċertifikat EUR 1 lejn pajjiż terz (li miegħu ġie konkluż ftehim li jipprevedi l-għoti ta' trattament preferenzjali tat-tariffa), twassal għall-applikazzjoni ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni fil-mument ta' meta suċċessivament ikun hemm l-importazzjoni mill-ġdid, li tikkumpensa, ta' l-istess merkanzija (ekwivalenti) minn pajjiż terz li ma jkunx ikkonkluda ftehim mal-Komunità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każijiet fejn id-dazji previsti fl-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali [...] ma nġabrux kontestwalment ma' l-importazzjoni li tikkumpensa, tista' d-dwana titlobhom sussegwentement, jew jekk, bil-kontra ta' dan, dan huwiex każ ta' eżenzjoni kopert mill-Artikolu 220 ta' dan l-istess Kodiċi?<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Gustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Agrover u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jqisu li l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta' pproċessar tad-dħul ta' esportazzjoni bil-quddiem, waqt li dan huwa kkontestat mill-Gvern Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Agrover issostni li l-imsemmi Artikolu 216 jippresupponi li l-merkanzija mhux Komunitarja tkun ġiet <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>inkorporata<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/> fil-prodott li jikkumpensa. Għalhekk, din id-dispożizzjoni ma tapplikax meta, kif hemm fil-kawża prinċipali, il-prodott li jikkumpensa jkun ġie esportai qabel l-importazzjoni tal-merkanzija ta orġini ta'<?PAGE NO="I-8808"?> pajjiż terz. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-Artikolu 15 tal-protokoll Nru 4, li jipprojbixxi r-rifużjoni tad-dazji doganali għal <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>materjali li mhumiex oriġinarji u li ntużaw fil-manifattura ta' prodotti li joriġinaw [b'mod partikolari] mill-Komunità<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>. Agrover iżżid illi l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali tħarbat il-bilanċ tat-tranżazzjonijiet in kwistjoni fil-kawża prinċipali u tikkawżalha telf ta madwar EUR 210 għal kull tunnellata ta' ross.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar illi l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali jikkonċerna l-merkanziji <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>li joriġinaw fil-Komunità<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>. Issa, il-bidla fir-regoli doganali li tirriżulta mill-Artikolu 115(3) ta' dan il-Kodiċi għandu bħala konsegwenza li tranżazzjoni tat-tip ES/IM ma tistax tiġi mqabbla ma' esportazzjoni ta' merkanziji lejn pajjiż terz li miegħu hemm ftehim tat-tariffi preferenzjali. Barra dan, il-fatt illi l-Artikolu 216(2) tal-Kodiċi jistabbilixxi l-ħolqien ta' l-obbligu ta dazju fil-mument meta l-awtoritajiet doganali jaċċettaw id-dikjarazzjoni ta esportazzjoni juri li din id-dispożizzjoni hija manifestament inapplikabbli għal tranżazzjoni tat-tip ES/IM. Fir-rigward ta' din il- <HT TYPE="ITALIC">fictio juris,</HT> l-awtoritajiet Taljani ma kellhomx jaċċettaw iċ-ċertifikat EUR.l għal ross li joriġina mill-Komunità li kellu jiġi esportai fl-Ungerija, iżda, bil-kontra, kellhom jikkunsidraw dan ir-ross bħala li ġej mit-Tajlandja sabiex jiġi esportai lejn l-Ungerija skond is-sistema ta l-ipproċessar tad-dħul ES/IM.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skond il-Gvern Taljan, it-teżi ta' Agrover timplika kumulu eċċessiv ta' vantaggi filkuntest ta' l-istess tranżazzjoni, peress li kemm il-prodott esportai bil-quddiem kif ukoll il-prodott ta' origini minn pajjiż terz jevadu d-dazji koliha doganali. Id-dubji fuq l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali illi, fid-dokument TAXUD/724/2003 ta' l-<DATE ISO="20030320">20 ta' Marzu 2003</DATE>, kien jikkonkludi li din id-dispożizzjoni tapplika f kull każ ta' pproċessar tad-dħul ta ross ma' esportazzjoni bil-quddiem u kumpens għall-merkanzija ekwivalenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8809"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju sostanzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali japplikax għal tranżazzjonijiet ta pproċeesar tad-dħul ma' esportazzjoni bil-quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi mfakkar illi, skond ġuirisprduenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta' diżpożizzjoni ta dritt Komunitarju, hemm lok li jiġu kkunsidrati mhux biss it-termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha hi tagħmel parti (sentenzi tas-<DATE ISO="19831117">17 ta' Novembru 1983</DATE>, Merck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="292/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="3781">292/82, Ġabra p. 3781, punt 12</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20050908">8 ta Settembru 2005</DATE>, Mobistar u Belgacom Mobile, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-544/03+C-545/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7723">C-544/03 u C-545/03, Ġabra p. I-7723, punt 39</REF.DOC.ECR>) kif ukoll id-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt Komunitarju (sentenza tas-<DATE ISO="19821006">6 ta Ottubru 1982</DATE>, Cilfit <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="283/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="3415">283/81, Ġabra p. 3415, punt 20</REF.DOC.ECR>). Barra dan, issupremazija tal-ftehim internazzjonali konklużi mill-Komunità fuq it-testi ta' dritt Komunitarju sekondarju titlob li dawn ta l-aħħar jiġu interpretati, kemm jista' jkun, b'mod konformi ma' dawn il-ftehim (sentenza tat-<DATE ISO="20060112">12 ta' Jannar 2006</DATE>, Algemene Scheeps Agentuur Dordrecht, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-311/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-609">C-311/04, Ġabra p. I-609, punt 25</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Rigward l-għan ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali, jidher li din id-dispożizzjoni hija intiża li tħares l-obbligi internazzjonali tal-Komunità li jirriżultaw minn ċerti ftehim preferenzjali [ara, fdan ir-rigward, is-seba' premessa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2144/87, tat-<DATE ISO="19870713">13 ta Lulju 1987</DATE>, dwar id-dejn doganali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" DATE.PUB="1987" PAGE.FIRST="15">ĠU L 201, p. 15</REF.DOC.OJ>), dwar id-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 9(1) ta l-imsemmi Regolament, li kienu għalhekk inklużi wkoll fl-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali]. Fil-fatt, skond il-klawżoli msejħa ta' <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>non-rifużjoni<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/>, dawn il-ftehim jistgħu jipprevedu li, fir-rigward tal-prodotti li jikkumpensaw miksuba fil-Komunità taħt is-sistema ta' l-ipproċessar tad-dħul, l-applikazzjoni ta' trattament preferenzjali li jintroduċu huwa suġġett għall-ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni marbuta mal-merkanziji ta pajjiżi terzi li hemm jew li tħaddmu fl-imsemmija prodotti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8810"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B'hekk, klawżola ta' non rifużjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 15 tal-protokoll Nru 4 għandha l-effett li tneħħi lil min għandu permess ta' pproċeesar tad-dħul mill-benefiċċju tas-sospensjoni tad-dazji ta' importazzjoni ta' merkanzija li toriġina minn pajjiż terz użata fl-ipproċessar meta l-prodott li jikkumpensa huwa esportai lejn pajjiż sieħeb. Skond l-għan ta' integrazzjoni ekonomika bilaterali segwit minn ftehim preferenzjali bħalma hu l-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naha, u r-Repubblika ta' l-Ungerija, min-naħa l-oħra, dawn il-klawżoli ta' non rifużjoni jiffavorixxu l-użu ta' merkanziji li joriġinaw mit-territorju doganali tal-partijiet għall-ftehim meta jissuġġettaw għall-ħlas ta' dazji fuq l-importazzjoni l-merkanziji ta' pajjiżi terzi użati fi tranżazzjonijiet ta pproċessar tad-dħul Huma jipprojbixxu wkoll il-kumulu ta' vantaggi doganali li jistgħu jirriżultaw fl-applikazzjoni fl-istess ħin ta' sistema ta' pproċessar tad-dħul u preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn l-elementi juru li, bejn l-għan ta' promozzjoni ta' esportazzjonijiet ta' impriżi Komunitarji mfittxija mis-sistema doganali ta' l-ipproċessar tad-dħul (ara, f'dan issens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19950629">29 ta Ġunju 1995</DATE>, Temic Telerunken, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-1687">C-437/93, Ġabra p. I-1687, punt 18</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="19970313">13 ta Marzu 1997</DATE>, Eridania Beghin-Say, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-103/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-1453">C-103/96, Ġabra p. I-1453, punt 26</REF.DOC.ECR>) u dak ta integrazzjoni ekonomika inerenti għall-ftehim preferenzjali, il-leġiżlatur, meta adotta l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali, ried li jipprevali dan ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-ifformular ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali ma jgħidx espressament li jissuġġetta għad-dazji doganali biss il-merkanziji minn pajjiżi terzi <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>inkorporati<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> fil-prodotti oriġinarji li jikkumpensaw. Madankollu, ikkunsidrat l-għan u l-ekonomija ġenerali ta' din id-dispożizzjoni, hemm lok li tikkunsidra li hija wkoll tista tapplika fil-każ ta' esportazzjoni bil-quddiem tal-prodotti li jikkumpensaw.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni litterali ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali propost minn Agrover ma tistax għalhekk tiġi aċċettata, peress illi hija jkollha l-effett, għat-tranżazzjonijiet ta l-ipproċeesar tad-dħul li biha l-pprodott li jikkumpensa huwa<?PAGE NO="I-8811"?> esportai bil-quddiem, li tneħħi l-effett utli ta l-impenji internazzjonali tal-Komunità li jirriżultaw minn klawżoli ta' non rifużjoni u li jagħtu lill-benefiċjarju ta' permess ta' pproċessar tad-dħul kumulu ta vantaggi li l-leġiżlatur ried j evita.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandhom jiġu mwarrba l-argumenti tal-Kummissjoni li jgħidu li lbidla fir-regoli doganali tal-merkanzija previst fl-Artikolu 115(3) tal-Kodiċi Doganali jkun inkompatibbli ma' interpretazzjoni ta' l-Artikolu 216 ta' l-imsemmi Kodiċi li jawtorizza l-applikazzjoni ta dan ta l-aħħar għal tranżazzjonijiet tat-tip ES/IM. Kuntrarjament għal dak li jidher li tippretendi l-Kummissjoni, l-imsemmi Artikolu 115(3) għandu bħala għan u l-effett mhux li jemenda l-oriġini doganali tal-merkanziji in kwistjoni, iżda li jaqleb l-<QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>[istatus] doganali<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> tagħhom sabiex l-applikazzjoni ta' l-ipproċessar tad-dħul tkun tapplika.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat illi l-metodi ta implementazzjoni ta' l-Artikolu 115(3) tal-Kodiċi Doganali f'każ ta rikors għal esportazzjoni minn qabel huma spjegati fl-Artikolu 572 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="253" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 253, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 3665/93, tal-<DATE ISO="19931221">21 ta Diċembru 1993</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 335, p. 1</REF.DOC.OJ>), li jgħid li l-bdil ta l-istatus doganali j sir, <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>għar-rigward tal-prodotti esportati ta' kumpens, fil-ħin ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni u b'kondizzjoni li l-prodotti ta l-importazzjoni jkunu mdaħħla fil-proċedura<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> ta' l-ipproċessar tad-dħul, u, <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>għar-rigward tal-prodotti ta' l-importazzjoni u prodotti ekwivalenti, fil-ħin tar-rilaxx tal-prodotti ta l-importazzjoni dikjarati għall-[din il-]proċedura<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>. Fil-każ ta' tranżazzjoni tat-tip ES/IM, l-Artikolu 577 ta' dan ir-Regolament jipprevedi barra dan li l-proċedura tkun meqjusa li saret <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>meta l-awtoritajiet doganali jkunu aċċettaw id-dikjarazzjoni dwar merkanzija mhux Komunitarja<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skond dawn id-dispożizzjonijiet, f'każ ta' tranżazzjoni tat-tip ES/IM, huwa biss meta l-merkanziji ta origini ta' pajjiż terz ikunu ġew importati li l-awtoritajiet doganali<?PAGE NO="I-8812"?> jkunu jistgħu jiwerifikaw li l-kundizzjonijiet koliha tas-sistema ta' l-ipproċessar tad-dħul ikunu preżenti u li l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali ma jfixklux issospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandha għalhekk tingħata risposta lill-ewwel domanda li l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali huwa applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' pproċessar tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 115(1)(b) ta l-imsemmi Kodiċi, li fihom il-prodotti li jikkumpensaw ikunu ġew esportati barra l-Komunità qabel l-importazzjoni tal-merkanziji ta importazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju sostanzj alment tistaqsi jekk impriża fsitwazzjoni bħal dik ta' Agrover għandhiex dritt, skond l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, li ma jkunx hemm irkupru ta dazji fuq l-importazzjoni fuq merkanziji li joriġinaw minn pajjiż terz li ma konkludiex ftehim mal-Komunità li jipprevedi l-għoti ta' trattament tariffarju preferenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Agrover issostni li hija kellha tibbenefika minn eżenzjoni mill-ħlas skond l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali minħabba żbalji tort ta' l-awtoritajiet doganali. Hija tikkritika lil dawn ta' l-aħħar li taw ċertifikat EUR.1 u taw interpretazzjonijiet diverģenti ta' l-Artikolu 216 ta' l-imsemmi Kodiċi. Agrover sostniet li hija dej j em aġixxiet <HT TYPE="ITALIC">in bona fede</HT> u tat lil dawn l-awtoritajiet l-elementi koliha meħtieġa sabiex tibbenefika minn eżenzjoni ta dazji ta' importazzjoni. Hija tippretendi li l-fatt li l-imsemmija awtoritajiet ma kinux opponew għal dawn l-importazzjonijiet jikkostitwixxi żball li jfixkel li <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> jiddaħħlu dazji fil-kontijiet, u jirriferu f'dan irrigward għas-sentenza ta l-<DATE ISO="19930401">1 ta April 1993</DATE>, Hewlett Packard France (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-1819">C-250/91, Ġabra p. I-1819</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8813"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Gvern Taljan iqis li l-kundizzjonijiet applikabbli għall-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali mhumiex issodisfatti f'din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li skond l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> jinkludu d-dħul sussegwenti fil-kontijiet tad-dazji fuq l-importazzjoni ħlief jekk jiġu sodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulatiivi. Jeħtieġ, l-ewwel nett, li d-dazji ma jkunux inġabru b'riżultat ta żball ta l-awtoritajiet kompetenti nfushom, it-tieni nett, li l-iżball imwettaq minn dawn ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna suġġetta għad-dazju li taġixxi <HT TYPE="ITALIC">in bonafide</HT> u, fl-aħħar nett, li din ta' l-aħħar osservai id-dispożizzjonijiet koliha previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dak li jikkonċerna d-dikjarazzjoni doganali tagħha (ara, b'analoġija, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890712">12 ta Lulju 1989</DATE>, Binder, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="161/88" YEAR="1989" PAGE.ECR="2415">161/88, Ġabra p. 2415, punti 15 u 16</REF.DOC.ECR>; ta <DATE ISO="19960514">l-14 ta Mejju 1996</DATE>, Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-153/94+C-204/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-2465">C-153/94 u C-204/94, Ġabra p. I-2465, punt 83</REF.DOC.ECR>; id-digrieti tad-<DATE ISO="19991209">9 ta' Diċembru 1999</DATE>, CPL Imperial 2 u Unifrigo vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-299/98 P" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-8683">C-299/98 P, Ġabra p. I-8683, punt 22</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20011011">11 ta Ottubru 2001</DATE>, William Hinton &amp; Sons, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/00" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-7511">C-30/00, Ġabra p. I-7511, punti 68, 69</REF.DOC.ECR>, 71 u 72). Meta dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti, il-persuna taxxabbli għandha dritt li ma jsirx l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> (sentenza tas-<DATE ISO="19910627">27 ta Gunju 1991</DATE>, Mecanarte, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/89" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-3277">C-348/89, Ġabra p. I-3277, punt 12</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward ta l-ewwel waħda fost dawn il-kundizzjonijiet, għandu wkoll jiġi mfakkar illi l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali għandu bħala għan li jipproteġi l-aspettattivi legittimi tal-persuna taxxabbli fir-rigward tal-fondatezza ta' l-elementi koliha involuti fid-deċiżjoni jekk id-dazji għandhomx jiġi rkuprati jew le. Madankollu, l-aspettattivi legittimi tal-persuna taxxabbli jistgħu jibbenefikaw millprotezzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni biss jekk huma l-awtoritajiet kompetenti <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>stess<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> li ħolqu l-bażi li fuqha huma bbażati l-aspettattivi tal-persuna taxxabbli. B'hekk, huma l-iżbalji li seħħew minħabba l-aġir pożittiv ta' l-awtoritajiet kompetenti biss u li ma setgħux raġonevolment jiġu skoperti mill-persuna taxxabbli li jagħtu lok għal nuqqas ta rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji doganali (ara, b'analoġija, is-sentenza Mecanarte, iċċitata iktar 'il fuq, punti 19 u 23).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F'dak li jikkonċerna t-tieni kundizzjoni msemmija iktar 'il fuq, il-kwistjoni jekk wieħed setax jinduna bi żball imwettaq mill-awtoritajiet doganali kompetenti għandha tiġi evalwata billi jittieħdu in kunsiderazzjoni n-natura ta' l-iżball, l-<?PAGE NO="I-8814"?>esperjenza professjonali ta' l-operaturi kkonċernati u d-diliġenza li jkunu wrew dawn ta' l-aħħar. In-natura ta' l-iżball għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-kumplessità jew, għall-kuntrarju, tan-natura suffiċjentement sempliċi tal-leġiżlazzjoni in kwistjoni u tal-perijodu ta' żmien li matulu l-awtoritajiet ikunu ppersistew fl-iżball tagħhom (sentenza tat-<DATE ISO="20050303">3 ta' Marzu 2005</DATE>, Biegi Nahrungsmittel u Commonfood vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-499/03 P" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1751">C-499/03 P, Ġabra p. I-1751, punti 47 u 48</REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, min jiddikjara huwa obbligat li jagħti lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni koliha meħtieġa previsti mir-regoli Komunitarji u r-regoli nazzjonali li, jekk ikun il-każ, għandhom jikkompletawhom jew jittrasponuhom, fir-rigward tat-trattament fiskali mitluba mill-merkanzija kkonċer-nata (sentenza Faroe Seafood <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 108).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skond it-tqassim ta' xogħol stabbilit mill-Artikolu 234 KE, li skondha r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa li tagħti lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta' interpretazzjoni meħtieġa għas-soluzzjoni tal-kawża mressqa quddiem din ta' l-aħħar, hija din l-istess qorti tar-rinviju li għandha tapplika dawn ir-regoli u tevalwhom, billi tikkunsidra l-elementi konkreti koliha tal-kawża mressqa quddiemha, u b'mod partikolari talprovi mressqa għal dan il-għan mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jekk kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex ma jkunx hemm irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta' dazji ta' importazzjoni, skond l-Artikolu 220(2)(b), tal-Kodiċi Doganali, tkun issodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk għandha tingħata risposta lit-tieni domanda li, meta, matul l-iwerifikar ta' tranżazzjoni ta' pproċessar tad-dħul (sistema ta' sospensjoni) b'kumpens għall-merkanzija ekwivalenti u esportazzjoni bil-quddiem, l-awtoritajiet kompetenti ma opponewx, abbażi ta' l-Artikolu 216 tal-Kodiċi Doganali, għall-eżenzjoni ta' dazji għall-importazzjoni tal-merkanzija ta' origini ta' pajjiż terz, huma għandhom jirrinunzjaw milli jdaħħlu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> fil-kontijiet l-imsemmija dazji ta' importazzjoni, skond l-Artikolu 220(2)(b) ta' l-imsemmi Kodiċi, jekk tliet kundizzjonijiet kumulattivi jkunu sodisfatti. Jeħtieġ, l-ewwel nett, li d-dazji ma jkunux inġabru<?PAGE NO="I-8815"?> b'riżultat ta' żball ta' l-awtoritajiet kompetenti nfushom, it-tieni nett, li l-żball imwettaq minn dawn ta' l-aħħar ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna suġġetta għad-dazju li taġixxi <HT TYPE="ITALIC">ín bonafide</HT> u, fl-aħħar nett, li din ta' l-aħħar osservai id-dispożizzjonijiet koliha previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dak li jikkonċerna ddikjarazzjoni doganali tagħha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ f din il-kawża prinċipali skond il-provi konkreti koliha tal-kawża li għandha quddiemha, u b'mod partikolari tal-provi miġjuba għal dan il-għan mirrikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 216 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta' Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20001116">16 ta' Novembru 2000</DATE>, huwa applikabbli għat-tranżazzjonijiet ta' ippro-ċessar tad-dħul imsemmija fl-Artikolu 115(1)(b) ta' l-imsemmi Regolament, li fihom il-prodotti li jikkumpensaw ikunu ġew esportati barra l-Komunità qabel l-importazzjoni tal-merkanziji ta' importazzjoni.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8816"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta, matul l-iwerifikar ta' tranżazzjoni ta' pproċessar tad-dħul (sistema ta' sospensjoni) b'kumpens għall-merkanzija ekwivalenti u esportazzjoni bil-quddiem, l-awtoritajiet kompetenti ma opponewx, abbażi ta' l-Artikolu 216 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendai bir-Regolament Nru 2700/2000, għall-eżenzjoni ta' dazji għall-importazzjoni tal-merkanzija ta' oriġini ta' pajjiż terz, huma għandhom jirrinunzjaw milli jdaħħlu <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> fil-kontijiet l-imsemmija dazji ta' importazzjoni, skond l-Artikolu 220(2)(b) ta' dan ir-Regolament, jekk tliet kundizzjonijiet kumulattivi jkunu sodisfatti, Jeħtieġ, l-ewwel nett, li d-dazji ma jkunux inġabru b'riżultat ta' żball ta' l-awtoritajiet kompetenti nfushom, it-tieni nett, li l-iżball imwettaq minn dawn ta' l-aħħar ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna suġġetta għad-dazju li taġixxi <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> u, fl-aħħar nett, li din ta' l-ahhar osservai id-dispożizzjonijiet koliha previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dak li jikkonćerna d-dikjarazzjoni doganali tagħha. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ f'din il-kawża principali skond il-provi konkreti koliha tal-kawża li għandha quddiemha, u b'mod partikolari tal-provi miġjuba għal dan il-għan mir-rikorrenti fil-kawża principali.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>