European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2585

1.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2585

tal-24 ta’ Settembru 2024

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-emenda ta’ ċerti Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021, wara li ilu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021.

(2)

Skont l-Artikolu 778(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Protokolli u l-Annessi ta’ dak il-ftehim jiffurmaw parti integrali minnu. F’konformità mal-Artikolu 783(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, mid-data minn meta dak il-ftehim jiġi applikat provviżorjament, ir-referenzi għad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-data li minnha ġie applikat provviżorjament.

(3)

L-Artikolu 8(4)(c) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, stabbilit permezz tal-Artikolu 8(1)(p), ta’ dak il-ftehim (“il-Kumitat Speċjalizzat”), biex jadotta deċiżjonijiet, inkluż emendi, u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha fejn dan il-ftehim jipprevedi hekk. Skont l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (“il-Protokoll”), il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet tal-Protokoll. F’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjalizzat huma vinkolanti fuq il-Partijiet.

(4)

Jenħtieġ li jiġu aġġornati l-Annessi SSC-1, SSC-3, SSC-4, SSC-5, u SSC-6 tal-Protokoll sakemm dawn jirriflettu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, biex iqisu l-bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex jirriflettu ċerti għażliet magħmula mill-Istati Membri jew mir-Renju Unit fl-implimentazzjoni ta’ dak il-protokoll.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat fir-rigward tal-emendi tal-Annessi SSC-1, SSC-3, SSC-4, SSC-5 u SSC-6 tal-Protokoll, peress li d-deċiżjoni prevista se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni hija stabbilita fl-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2).


ABBOZZ

ID-DEĊIŻJONI NRU …/2024 TAL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI STABBILIT BL-ARTIKOLU 8(1)(P) TAL-FTEHIM DWAR IL-KUMMERĊ U L-KOOPERAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA, MIN-NAĦA WAĦDA, U R-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, MIN-NAĦA L-OĦRA,

ta’ …

rigward l-emenda ta’ ċerti Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT DWAR IL-KOORDINAZZJONI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, min-naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll tiegħu dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni(“il-Protokoll”), il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (“il-Kumitat Speċjalizzat”) jista’ jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet tal-Protokoll.

(2)

Jenħtieġ li jiġu aġġornati l-Annessi SSC-1, SSC-3, SSC-4, SSC-5, u SSC-6 tal-Protokoll sakemm dawn jirriflettu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, biex iqisu l-bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u biex jirriflettu ċerti għażliet magħmula mill-Istati Membri jew mir-Renju Unit fl-implimentazzjoni tal-Protokoll,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness SSC-1 tal-Protokoll jiġi emendat kif ġej:

(1)

Part 1 hija emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima “(i) IR-RENJU UNIT”,għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(j)

Pagament għad-Diżabilità tat-Tfal, komponent tal-mobilità (The Disability Assistance for Children and Young People (l-Iskozja) Regulations 2021 (SSI 2021/174))

(k)

Pagament għad-Diżabilità tat-Tfal, komponent tal-mobilità (The Disability Assistance for Working Age People (l-Iskozja) Regulations 2022 (SSI 2022/54))”

;

(b)

it-Taqsima “(ii) STATI MEMBRI” hija emendata kif ġej:

(i)

fis-subtaqsima intitolata “IL-ĠERMANJA”, il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Benefiċċji taċ-Ċittadini, benefiċċji bażiċi għall-persuni li qed ifittxu impjieg f’konformità mal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali (Leistungen zur Sicherung des Lebensunterhalts der Grundsicherung für Arbeitssuchende (Bürgergeld) nach dem Zweiten Buch Sozialgesetzbuch (SGB II))”

;

(ii)

is-subtaqsima intitolata “IL-PORTUGALL” hija emendata kif ġej:

—

il-punt (b)jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta’ Novembru 1981 u d-Digriet Regolatorju Nru 92/82 tat-30 ta’ Novembru 1982)”

;

—

il-punt li ġej jiżdied:

“(d)

Il-Komponent Bażiku u s-Suppliment tal-Benefiċċju Soċjali għall-Inklużjoni (id-Digriet Liġi Nru 126-A/2017 tas-6 ta’ Ottubru 2017, emendat)”

;

(2)

Il-Part 2 hija emendata kif ġej:

(a)

fit-Taqsima “(i) IR-RENJU UNIT”,jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(h)

Pagament tal-Appoġġ għall-Persuni li Jindukraw (The Carer’s Assistance (Carer Support Payment) (l-Iskozja) Regulations 2023 (SSI 2023/302))

(i)

Pagament għad-Diżabilità tat-Tfal, komponent tal-kura (The Disability Assistance for Children and Young People (l-Iskozja) Regulations 2021 (SSI 2021/174))

(j)

Pagament għad-Diżabilità tat-Tfal, komponent tal-għajxien ta’ kuljum (The Disability Assistance for Working Age People (l-Iskozja) Regulations 2022 (SSI 2022/54))”

;

(b)

it-Taqsima “(ii) STATI MEMBRI” hija emendata kif ġej:

(i)

fis-subtaqsima intitolata “IL-BELĠJU”, punti (aa) sa (ii) huma nnumerati mill-ġdid u jsiru punti (za) sa (zi);

(ii)

is-subtaqsima intitolata “IL-KROAZJA” hija emendata kif ġej:

—

il-punt (a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Att dwar l-Assistenza Soċjali (Zakon o socijalnoj skrbi):

—

Benefiċċju minimu garantit (zajamčena minimalna naknada);

—

Benefiċċju tal-akkomodazzjoni (naknada za troškove stanovanja);

—

Assistenza għall-konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija (naknada za ugroženog kupca energenata);

—

Pagament ta’ assistenza ta’ darba (jednokratna naknada);

—

Allowance għall-ħtiġijiet personali (naknada za osobne potrebe);

—

Allowace għall-istudju full-time (naknada za redovito studiranje);

—

Pagament tal-kostijiet tal-boarding school (plaćanje troškova smještaja u učeničkom domu);

—

Allowance għal diżabilità personali (osobna invalidnina);

—

Allowance għall-assistenza u għall-kura (doplatak za pomoć i njegu);

—

Status ta’ ġenitur indokratur jew ta’ persuna indokratur (status roditelja njegovatelja ili status njegovatelja)”

;

—

għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(aa)

Att dwar l-Allowance għall-Inklużjoni (Zakon o inkluzivnom dodatku):

—

Allowance għall-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità (inkluzivni dodatak);

(ab)

Att dwar is-Suq tax-Xogħol (Zakon o tržištu rada):

—

Assistenza finanzjarja għall-persuni qiegħda b’diżabilitajiet (novčana pomoć za nezaposlene osobe s invaliditetom)”

;

—

il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Att dwar il-Foster Care (Zakon o udomiteljstvu):

—

Allowance għall-fostering (opskrbnina);

—

Allowance għall-foster care (naknada za rad udomitelja)”

;

(iii)

is-subtaqsima intitolata “ID-DANIMARKA” hija emendata kif ġej:

—

- jiddaħħal il-punt li ġej:

“(a)

Att Konsolidat dwar it-Tfal (Barnets lov):

—

Rimborż tal-kostijiet żejda meħtieġa għall-manteniment, fid-dar, ta’ wild jew ta’ żagħżugħ taħt it-18-il sena li għandu insuffiċjenza fiżika jew mentali sostanzjali u permanenti jew li qed jgħix b’marda serja, kronika jew fit-tul (Dækning af nødvendige merudgifter ved forsørgelse i hjemmet af et barn eller en ung under 18 år med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller indgribende kronisk eller langvarig lidelse);

—

Assistenza personali u prattika u akkumpanjament għat-tfal li għandhom insuffiċjenza fiżika jew mentali sostanzjali u permanenti (Personlig og praktisk hjælp og ledsagelse til børn med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne);

—

Kumpens għat-telf ta’ qligħ ta’ persuni li jmantnu, fid-dar, wild jew żagħżugħ taħt it-18-il sena li għandu insuffiċjenza fiżika jew mentali sostanzjali u permanenti jew li qed jgħix b’marda serja, kronika jew fit-tul (Dækning af tabt arbejdsfortjeneste til personer, der i hjemmet forsørger et barn eller en ung under 18 år med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller indgribende kronisk eller langvarig lidelse)”

;

—

punti (a), (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Att Konsolidat dwar is-Servizzi Soċjali (Lov om social service):

—

Assistenza personali, attenzjoni u kura għall-persuni li għandhom insuffiċjenza fiżika jew mentali jew problemi soċjali speċjali (Personlig hjælp, omsorg og pleje til personer med nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller særlige sociale problemer);

—

Akkumpanjament għall-persuni li għandhom insuffiċjenza fiżika jew mentali sostanzjali u permanenti u persuna ta’ appoġġ u kuntatt disponibbli pereżempju għall-persuni bi problemi soċjali speċjali (Ledsagelse til voksne med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne og støtte- og kontaktperson til bl.a. personer med særlige sociale problemer);

—

Rimborż ta’ kwalunkwe kost żejjed u meħtieġ involut biex jitwettqu attivitajiet ta’ kuljum għall-adulti b’insuffiċjenza fiżika jew mentali permanenti (Dækning af nødvendige merudgifter ved den daglige livsførelse til voksne med varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne);

—

Għajnuna teknika, assistenza għax-xiri ta’ oġġetti tal-konsum durabbli u għall-kost biex jiġu adattati d-djar ta’ persuni li għandhom insuffiċjenza fiżika jew mentali permanenti (Hjælpemidler, støtte til køb af forbrugsgoder og hjælp til indretning af bolig for personer med varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne);

—

Impjieg għal persuna li turi involviment fis-suq tax-xogħol u tixtieq tagħti kura lil qarib b’insuffiċjenza fiżika jew mentali sostanzjali u permanenti jew b’marda serja, kronika jew fit-tul, anke terminali, fid-dar (Ansættelse af en person med tilknytning til arbejdsmarkedet, der ønsker at passe nærtstående med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller indgribende kronisk eller langvarig, herunder uhelbredelig, lidelse i hjemmet);

—

Assistenza għall-kost tal-oġġetti għall-kura tal-infermiera u oġġetti simili (Hjælp til sygeplejeartikler og lign.);

—

Allowance għall-kura kostanti għal persuna li tagħti kura lil qarib li jixtieq imut f’daru (Plejevederlag til personer, som passer en nærtstående, der ønsker at dø i eget hjem);

(b)

Att Konsolidat dwar is-Sussidju għall-Akkomodazzjoni (Lov om individuel boligstøtte):

—

Sussidju għall-ispejjeż ta’ abitazzjoni f’kooperattivi privati ta’ akkomodazzjoni adattati għal persuni b’diżabbiltà fiżika severa (Støtte til udgifter til bolig i private andelsboligforeninger, der er egnet for stærkt bevægelseshæmmede);

(c)

Att Konsolidat dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali (Lov om almene boliger):

—

Aċċess għal persuni b'diżabilità għal tipi differenti ta' akkomodazzjoni rregolati mill-Att (Adgang for handicappede til boligtyper omfattet af loven).”

;

(iv)

is-subtaqsima intitolata “IN-NETHERLANDS” hija sostitwita b’dan li ġej:

“IN-NETHERLANDS

“Att dwar l-Appoġġ Soċjali tal-2015 (Wet maatschappelijke ondersteuning, WMO) tad-9 ta’ Lulju 2014 u l-Att dwar iż-Żgħażagħ tal-2015 (Jeugdwet) tat-18 ta’ Frar 2014.”

;

(v)

is-subtaqsima intitolata “IL-PORTUGALL” hijasostitwita b’dan li ġej:

“IL-PORTUGALL

Assigurazzjoni soċjali u garanzija ta’ riżorsi suffiċjenti:

(a)

Suppliment ta’ Dipendenza: Id-Digriet Liġi Nru 265/99 tal-14 ta’ Lulju 1999, emendat (complemento por dependência).

(b)

Suppliment ta’ Dipendenza skont is-sistema ta’ protezzjoni speċjali f’każ ta’ diżabilità: l-Att Nru 90/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009, emendat (regime especial de proteção na invalidez).

Is-Sistema tas-Sigurta’ Soċjali u s-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali:

(c)

Network nazzjonali għall-kura kontinwa integrata: id-Digriet Liġi Nru 101/06 tas-6 ta’ Ġunju 2006, emendat (rede nacional de cuidados continuados integrados).

(d)

Kura kontinwa integrata fis-saħħa mentali: id-Digriet Liġi Nru 8/2010 tat-28 ta’ Jannar 2010 dwar il-ħolqien ta’ unitajiet u timijiet għal kura kontinwa integrata fis-saħħa mentali, emendat (unidades e equipas de cuidados continuados integrados de saúde mental).

(e)

Kura Pedjatrika (Network Nazzjonali għall-Kura Kontinwa Integrata): id-Digriet Nru 343/2015 tat-12 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istandards li jirregolaw il-kura pedjatrika fl-isptar u dik ambulatorja fi ħdan il-qafas tan-network nazzjonali għall-kura kontinwa integrata, emendat (condições de instalação e funcionamento das unidades de internamento de cuidados integrados e de ambulatório pediátricas da Rede Nacional de Cuidados Continuados Integrados).

(f)

Persuna li Tindokra fuq Bażi Informali (allowance): l-Att Nru 100/2019 tas-6 ta’ Settembru 2019 dwar l-istatus ta’ persuna li tindokra fuq bażi informali, emendat bl-Att Nru 20/2024 tat-8 ta’ Frar 2024 u d-Digriet Regolatorju Nru 1/2022 tal-10 ta’ Jannar 2022 (Estatuto do cuidador informal).”.

Artikolu 2

L-Anness SSC-3 tal-Protokoll huwa emendat kif ġej:

(1)

“IS-SLOVAKKJA” tiddaħħal wara “IR-RUMANIJA”;

(2)

“IR-RENJU UNIT” jiddaħħal wara “L-IŻVEZJA”.

Artikolu 3

L-Anness SSC-4 tal-Protokoll jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, it-taqsima intitolata “IL-LITWANJA” hija sostitwita b’dan li ġej:

“IL-LITWANJA

L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tar-romol tal-assigurazzjoni soċjali ikkalkulati abbażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tar-romol (Law on Social Insurance Pensions)”

;

(2)

Fil-Parti 2, it-Taqsima initotlata “IL-PORTUGALL” hija sostitwita b’dan li ġej:

“IL-PORTUGALL

Pensjonijiet supplimentari mogħtija skont il-Liġi Digriet Nru 26/2008 tat-22 ta’ Frar 2008, emendat bid-Digriet Liġi Nru 9/2023 tal-1 ta’ Frar 2023 (skema tal-kapitalizzazzjoni pubblika).”.

Artikolu 4

Fl-Anness SSC-5 tal-Protokoll, Parti II, it-taqsima intitolata “IL-LITWANJA” hija sostiwita b’dan li ġej:

“IL-LITWANJA

(a)

Pensjonijiet ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-assigurazzjoni soċjali, imħallsa skont il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali

(b)

Pensjonijiet tar-romol u tal-iltiema tal-assigurazzjoni soċjali, ikkalkulati abbażi tal-pensjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-persuna mejta skont il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali”.

Artikolu 5

L-Anness SSC-6 tal-Protokoll huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima intitolata “IL-ĠERMANJA”, il-paragrafu li ġej jiżdied:

“9.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.39, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità skont il-leġiżlazzjoni Ġermaniża, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

;

(2)

It-Taqsima li ġejja tiżdied wara t-taqsima “L-IRLANDA”:

“IL-LUSSEMBURGU

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.39, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità skont il-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

;

(3)

It-Taqsima intitolata “MALTA” hija sostitwita b’dan li ġej:

“MALTA

1.

Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

(a)

Għall-finijiet biss tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.43 u SSC.55 ta’ dan il-Protokoll, persuni impjegati taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Att dwar il-Pulizija (Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Att dwar il-Ħabs (Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Att dwar il-Protezzjoni Ċivili (Kapitolu 411 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom jiġu ttrattati bħala impjegati taċ-ċivil.

(b)

Pensjonijiet pagabbli taħt l-Atti ta’ hawn fuq u taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom, biss għall-finijiet tal-punt (cc) tal-Artikolu SSC.1 ta’ dan il-Protokoll, jitqiesu bħala ‘skemi speċjali għal impjegati taċ-ċivil’.

2.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.39, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (il-Kapitolu 318 tal-Liġijiet ta’ Malta), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.”
;

(4)

It-Taqsima li ġejja tiżdied wara t-Taqsima intitolata “IN-NETHERLANDS”:

“IS-SLOVENJA

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.39, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità skont il-leġiżlazzjoni Slovena, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.”

;

(5)

Fit-Taqsima intitolata “SPANJA”, il-paragrafu li ġej jiżdied:

“5.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC.39, għad-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċji tal-invalidità skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Ġenerali (id-Digriet Reġju Leġiżlattiv 8/2015) u t-test konsolidat tal-Att dwar il-Pensjonijiet għas-Servizz Pubbliku (Ley de Clases Pasivas) (id-Digriet Reġju Leġiżlattiv 670/1987), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.”.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmul fi …, …

Għall-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

Il-Kopresidenti


(1)   ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2585/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)