|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1229 |
21.12.2023 |
P9_TA(2023)0207
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexis Georgoulis
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2023 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alexis Georgoulis (2023/2056(IMM))
(C/2023/1229)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alexis Georgoulis mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell fi Brussell b’rabta mal-proċedimenti kriminali tas-7 ta’ Lulju 2022 u trażmessa mis-Servizz Pubbliku Federali għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp permezz ta’ ittra datata t-30 ta’ Marzu 2023 u mħabbra fis-seduta plenarja fis-17 ta’ April 2023, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li Alexis Georgoulis irrinunzja għad-dritt tiegħu li jinstema’ skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0202/2023), |
|
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell fi Brussell talab li titneħħa l-immunità ta’ Alexis Georgoulis, Membru tal-Parlament Ewropew elett fil-Greċja, b’rabta ma’ reati kriminali; |
|
B. |
billi l-atti allegatament imwettqa minn Alexis Georgoulis jikkostitwixxu reati kriminali ta’ stupru, li attwalment huma kklassifikati bħala attakk fuq l-integrità sesswali kif kopert mill-Artikolu 417/11 tal-Kodiċi Kriminali Belġjan, u ta’ daqqiet u korrimenti volontarji skont it-tifsira tal-Artikolu 398 tal-Kodiċi Kriminali Belġjan; |
|
C. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat” (2); |
|
D. |
billi l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali tal-Membru, iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu, u billi l-iskop tal-immunità parlamentari hu li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu kontra proċedimenti ġudizzjarji b’rabta ma’ attivitajiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk il-funzjonijiet; |
|
E. |
billi r-reati allegati ma jikkostitwixxu l-ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
F. |
billi f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-parlament tagħhom, u fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni jew proċeduri legali; billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-Membri tiegħu; |
|
G. |
billi huwa l-Parlament waħdu li jiddeċiedi, f’każ partikolari, jekk ineħħix l-immunità jew le; billi l-Parlament jista’ b’mod raġonevoli jqis il-pożizzjoni tal-Membru meta jiddeċiedi jekk ineħħix l-immunità tiegħu jew le (3); billi Alexis Georgoulis iddikjara li ma kellu l-ebda oġġezzjoni għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tiegħu; |
|
H. |
billi f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, li tfisser elementi fattwali li jindikaw li l-investigazzjoni ġudizzjarja inkwistjoni kienet mibdija bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Alexis Georgoulis; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Alexis Georgoulis. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, il-paragrafu 28.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1229/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)