26.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 400/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9672 — Apollo/Gamenet)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 400/13)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)..

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Apollo Management, L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

—

Gamenet Group S.p.A (“Gamenet”, l-Italja)

Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Gamenet kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Apollo: tinvesti f’kumpaniji u dejn maħruġin minn kumpaniji involuti f’diversi negozji madwar id-dinja bħalma huma kumpaniji fin-negozju tal-kimiċi, tal-isptarijiet, tas-sigurtà, tal-assigurazzjoni, tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli.

—

Gamenet: toffri firxa ta’ prodotti diversifikati tul erba’ segmenti operattivi: (i) konċessjonarji tal-logħob tal-azzard u logħob online, (ii) ġestjoni diretta ta’ swali tal-logħob tal-azzard proprjetà tagħha u divertiment bil-premijiet (amusement with prizes, AWPs), (iii) konċessjonarji ta’ magni tal-logħob/terminals ta’ divertiment bil-premijiet, u (iv) konċessjonarji ta’ terminals ta’ lotteriji bil-video.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9672 — Apollo/Gamenet

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).