IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 25.5.2020
COM(2020) 206 final
2020/0086(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta
L-għan tal-proposta huwa li jiġi adattat l-ammont ta’ riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stipulati fl-Artikolu 91(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u l-ammont ta’ riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (“YEI”) stipulata fl-Artikolu 92(5) ta’ dak ir-Regolament u d-diżaggregazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament biex jirriflettu ż-żieda tar-riżorsi tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI. B’mod aktar speċifiku, f’konformità mal-baġit adottat għall-2020, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2020 jenħtieġ li jiżdiedu bl-ammont ta’ EUR 28 333 334 fi prezzijiet kurrenti, li jtella’ l-ammont totali għall-2020 għal EUR 145 miljun.
Barra minn hekk, il-proposta tiċċara li d-dispożizzjonijiet rilevanti li ġew introdotti sabiex jiffaċilitaw il-programmazzjoni ta’ riżorsi addizzjonali tal-YEI fl-2019, se japplikaw ukoll għar-riżorsi addizzjonali tal-YEI fl-2020.
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika
Din il-proposta hija r-riżultat tal-baġit tal-Unjoni tal-2020.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni
Il-proposta hija konsistenti ma’ proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Ir-rieżami jirrifletti ż-żieda tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) fil-baġit tal-UE tal-2020.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.
•Proporzjonalità
Il-proposta hija proporzjonata. Tinkludi l-aġġustamenti tekniċi meħtieġa wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2020 li jżid ir-riżorsi tal-allokazzjoni speċifika tal-YEI.
•Għażla tal-istrument
L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.
Il-Kummissjoni esplorat il-lok għall-flessibbiltà previst mill-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ex post/jew kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ din il-proposta, ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.
•Valutazzjoni tal-impatt
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din mhijiex inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2020 tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI jenħtieġ li jiżdiedu b’EUR 28 333 334 għal EUR 145 miljun fi prezzijiet kurrenti.
L-emenda proposta hija stmata li tirriżulta f’pagamenti addizzjonali ta’ EUR 3 miljun fl-2020.
5.ELEMENTI OĦRAJN
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar
•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)
Mhux applikabbli.
•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta
L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti tar-riżorsi disponibbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI stabbiliti fl-Artikolu 91(1) u fl-Artikolu 92(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u d-diżaggregazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI sabiex ikunu jirriflettu r-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għaldaqstant, f’konformità mal-baġit adottat għall-2020, jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jiżdiedu bl-ammont ta’ EUR 28 333 334 fi prezzijiet kurrenti, li jwassal l-ammont totali għall-2020 għal EUR 145 miljun fi prezzijiet kurrenti.
2020/0086 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
(2)Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 emenda l-ammont totali tar-riżorsi għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (“YEI”) billi żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI fl-2020 bl-ammont ta’ EUR 28 333 334 fi prezzijiet kurrenti u b’hekk ġab l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu għal EUR 4 556 215 406 fi prezzijiet kurrenti.
(3)Għall-2020, ir-riżorsi addizzjonali ta’ EUR 23,7 fi prezzijiet tal-2011 huma ffinanzjati mill-Marġni Globali għall-Impenji fil-marġni tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(4)Peress li huwa urġenti li qabel tmiem l-2020 il-programmi li jappoġġaw lill-YEI jiġu emendati biex ikunu jinkludu r-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(5)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jiġi emendat skont dan.
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 91, il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
“1. Ir-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2014-2020 għandhom ikunu EUR 330 105 627 309 fi prezzijiet tal-2011, f’konformità mad-diżaggregazzjoni annwali stabbilita fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FEŻR, għall-FSE u għall-Fond ta’ Koeżjoni u EUR 4 166 933 076 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet tal-programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċjat għal 2 % kull sena.”;
(2)fl-Artikolu 92, il-paragrafu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:
“5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 166 933 076, li minnhom EUR 23,7 miljun jikkostitwixxu r-riżorsi addizzjonali għall-2020. Dawn għandhom jiġu kkomplementati mill-investiment immirat tal-FSE b’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013.
L-Istati Membri li jibbenefikaw mir-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jistgħu jitolbu t-trasferiment sa 50 % tar-riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI biex jikkostitwixxu l-investiment immirat korrespondenti tal-FSE kif meħtieġ mill-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013. Tali trasferiment għandu jsir għall-kategoriji rispettivi tar-reġjun li jikkorrispondu għall-kategorizzazzjoni tar-reġjuni eliġibbli għaż-żieda tal-allokazzjoni speċifika għall-YEI. L-Istati Membri għandhom jitolbu t-trasferiment fit-talba għal emenda tal-programm f’konformità mal-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament. Ir-riżorsi allokati għal snin li għaddew ma jistgħux jiġu trasferiti.
It-tieni subparagrafu għandu japplika għal kwalunkwe riżorsi addizzjonali għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI allokata fl-2019 u l-2020.”.
(3)L-Anness VI jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB
4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
⌧ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
◻ Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.4.Għan(ijiet)
1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva
1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernat(i)
Għan speċifiku Nru
Mhux applikabbli
Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Mhux applikabbli
1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.
1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.
1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva
1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE
1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.6.Durata u impatt finanzjarju
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata
–⌧
Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2023
–⌧
Impatt finanzjarju fl-2017 - 2020
◻ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)
◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–◻
mill-aġenziji eżekuttivi
⌧ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
◻ Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
–◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
–◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
–◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
–◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;
–◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;
–◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".
Kummenti
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
2.2.Sistema ta' ġestjoni u kontroll
2.2.1.Riskju/i identifikat(i)
2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita
2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA
3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………...……………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
minn pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv
|
04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’
nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
[Intestatura………………………………………]
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati
|
minn pajjiżi terzi
|
skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa
Jenħtieġ li l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2020 jiżdiedu b’EUR 28 333 334 fi prezzijiet kurrenti. L-emenda proposta hija stmata li tirriżulta f’pagamenti addizzjonali ta’ EUR 3 miljun fl-2020.
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
miljuni ta’ EUR fi prezzijiet kurrenti (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
Numru
1b
|
Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv
|
|
DĠ: EMPL, REGIO
|
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
TOTAL
|
|
• Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni
|
Impenji
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
(1)
|
|
|
|
|
|
|
28, 333
|
28, 333
|
|
Pagamenti
04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)
|
(2)
|
|
|
|
|
|
|
3,000
|
3,000
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Mhux applikabbli
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ EMPL, REGIO
|
Impenji
|
=1+1a +3
|
|
|
|
|
|
|
28,333
|
28,333
|
|
|
Pagamenti
|
=2+2a
+3
|
|
|
|
|
|
|
3,000
|
3,000
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
28,333
|
28,333
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
3,000
|
3,000
|
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
0,000
|
0,000
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1b
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
28,333
|
28,333
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
|
|
|
|
|
|
3,000
|
3,000
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:
|
• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+ 6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0
|
|
|
|
|
|
|
0
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali
|
5
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: <…….>
|
|
• Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
•
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ <…….>
|
Approprjazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-għanijiet u l-outputs
⇩
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Le
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Output
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-għan speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
KOST TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
3.2.3.1.Sommarju
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Barra mill-INTESTATURA 5
of the multiannual financial framework
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)
|
|
|
|
XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 01 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 04 yy
|
- fil-Kwartieri Ġenerali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- fid-Delegazzjonijiet
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħrajn (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
|
|
|
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u aġenti temporanji
|
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.
–Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
–⌧
Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–◻
Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq id-dħul mixxellanju
Miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali
|
Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva
|
|
|
|
Sena
N
|
Sena
N+1
|
Sena
N+2
|
Sena
N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għad-dħul "assenjat" mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.
Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.