7.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 212/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2008

li taħtar membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku biex jirrappreżentaw professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/646/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 jirrikjedi li l-Kummissjoni taħtar rappreżentanti ta' professjonisti tas-saħħa u assoċjazzjonijiet tal-pazjenti għall-Kumitat Pedjatriku ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMEA).

(2)

Skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, saret sejħa pubblika għal turija ta' interess mill-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni ta' l-applikazzjonijiet li waslu fil-qafas ta' din is-sejħa għal turija ta' interess.

(3)

Il-membri u s-sostituti tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tliet snin li jibda mis-1 ta’ Awwissu 2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1.   Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan ta' hawnhekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat Pedjatriku, biex jirrappreżentaw il-professjonisti tas-saħħa għal terminu ta' tliet snin minn 1 ta’ Awwissu 2008:

—

Membru: Jean Pierre ABOULKNER;

—

Sostitut: Alexandra COMPAGNUCCI;

—

Membru: David SPENSER;

—

Sostitut: Alan SMYTH;

—

Membru: Adriana CECI;

—

Sostitut: Paolo PAOLUCCI.

2.   Dawn li ġejjin huma permezz ta' dan ta' hawnhekk maħtura membri u sostituti tal-Kumitat li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti għal terminu ta' tliet snin minn 1 ta’ Awwissu 2008:

—

Membru: Tsvetana SCHYNS-LIHARSKA;

—

Sostitut: Karen AIACH;

—

Membru: Michal ODERMARSKY;

—

Sostitut: Milena STEVANOVIC;

—

Membru: Annagrazia ALTAVILLA;

—

Sostitut: Dominique GIOCANTI.

Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)   ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1902/2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 20).