|
17.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 331/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2351
tal-14 ta' Diċembru 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew li żżid kwalunkwe sottodiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma rnexxilux jagħti l-opinjoni tiegħu fi ħdan l-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness huma kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||
|
Sett tal-ġardinaġġ ippreżentat f'imballaġġ tal-plastik li fih hemm l-oġġetti li ġejjin: |
|
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita skont ir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR). L-oġġetti ma jistgħux jitqiesu bħala oġġetti ppreżentati f'sett għal bejgħ bl-imnut skont it-tifsira tar-GIR 3(b) minħabba li mhux kollha huma ppreżentati flimkien biex tiġi ssodisfata ħtieġa partikolari jew biex titwettaq attività speċifika. Il-basket ma jintużax għall-ġardinaġġ, iżda biex fih ikunu jistgħu jitqiegħdu l-oġġetti l-oħra. Dan jista' jintuża wkoll indipendentement mill-attivitajiet ta' ġardinaġġ. Il-lapes ukoll mhuwiex għodda tal-ġardinaġġ u għandu l-użu prattiku tiegħu innifsu f'attivitajiet oħra. Jekk wieħed jew aktar mill-oġġetti ta “sett” ma jissodisfawx l-istess ħtieġa partikolari jew mhumiex maħsuba biex iwettqu l-istess attività speċifika, kull oġġett irid jiġi kklassifikat separatament (ara wkoll il-Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda tal-oġġetti ppreżentati f'settijiet għall-bejgħ bl-imnut, il-Parti B (II) (1)). L-oġġetti individwali, kif imsemmija fid-deskrizzjoni tal-prodotti, għandhom ikunu kklassifikati kif ġej:
|
||||||||||||
|
4202 22 90 |
|||||||||||||
|
6216 00 00 |
|||||||||||||
|
8201 50 00 |
|||||||||||||
|
8201 10 00 |
|||||||||||||
|
3926 90 97 |
|||||||||||||
|
9609 10 10 |
|||||||||||||
|
L-artikoli tas-sett huma ppakkjati individwalment f'imballaġġ protettiv tal-plastik. Id-drapp tal-basket u tal-ingwanti għandu l-istess disinn (siġar, fjuri, djar). Ara l-istampa (*1). |
|
(*1) L-istampa qed tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss.