|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2091 |
27.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2091
tas-17 ta’ Ottubru 2025
li jistabbilixxi prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 93(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6, id-detenturi ta’ awtorizzazzjoni tal-manifattura (“manifatturi”) huma meħtieġa jikkonformaw ma’ prassi tajba ta’ manifattura. Il-konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura hija meħtieġa għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-Unjoni, inkluża l-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-esportazzjoni, kif ukoll għall-importazzjonijiet ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-Unjoni. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji applikabbli fl-Unjoni. Il-prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji applikabbli fl-Unjoni jenħtieġ li tkompli tiġi allinjata mal-istandards internazzjonali rilevanti. |
|
(3) |
Il-manifattura ta’ ċerti tipi ta’ prodotti mediċinali veterinarji teħtieġ kunsiderazzjoni speċifika. Jenħtieġ li jiġu implimentati rekwiżiti addizzjonali fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji sterili u għall-manifattura asettika. Test tal-prodott finali għall-isterilità huwa limitat fil-kapaċità tiegħu li jindividwa l-kontaminazzjoni. B’kuntrast ma’ dan, id-data derivata mill-kontrolli ta’ waqt il-proċess u mill-monitoraġġ tal-parametri ta’ sterilizzazzjoni rilevanti tista’ tipprovdi informazzjoni aktar preċiża u rilevanti biex tappoġġa l-assigurazzjoni tal-isterilità tal-prodott. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dipendenza unika fuq l-ittestjar finali għad-dimostrazzjoni tal-isterilità ma tkunx possibbli. |
|
(4) |
Jenħtieġ li jiġu implimentati wkoll rekwiżiti addizzjonali fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi u immunoloġiċi, inklużi miżuri għall-protezzjoni tal-ħaddiema u tal-ambjent, kif ukoll rekwiżiti speċifiċi ta’ kwalità u traċċabbiltà rigward l-użu ta’ materjali ta’ oriġini bijoloġika. F’każijiet fejn ikun hemm proċess kontinwu mill-akkwist jew l-iżolament tas-sustanza attiva minn sors bijoloġiku sal-manifattura tal-prodott lest (eż. prodotti mediċinali veterinarji li jikkonsistu f’ċelloli, vaċċini bbażati fuq il-viruses jew fagi), ir-rekwiżiti ta’ prassi tajba ta’ manifattura għas-sustanzi attivi jenħtieġ li ma japplikawx; minflok, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-proċess kollu tal-manifattura. Madankollu, dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi inattivati li huma manifatturati minn patoġeni u antiġeni miksuba minn annimal jew annimali f’unità epidemjoloġika u użati għat-trattament ta’ dak l-annimal jew dawk l-annimali fl-istess unità epidemjoloġika jew għat-trattament ta’ annimal jew annimali f’unità li għandha rabta epidemjoloġika kkonfermata. |
|
(5) |
Il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji erbali, prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-inkorporazzjoni f’għalf medikat, prodotti mediċinali veterinarji ektoparassitiċi għall-applikazzjoni esterna, kremi u ingwenti likwidi, gassijiet mediċinali u prodotti mediċinali veterinarji b’doża mkejla f’aerosol taħt pressjoni għall-inalazzjoni teħtieġ kunsiderazzjoni speċifika. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti aġġustamenti għar-rekwiżiti ta’ prassi tajba ta’ manifattura jew, meta xieraq, rekwiżiti addizzjonali għal dawk il-prodotti. |
|
(6) |
Il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji omeopatiċi soġġetti għal proċedura ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 86(1) tar-Regolament (UE) 2019/6 għandha tikkonforma ma’ prassi tajba ta’ manifattura. Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw adattati għall-fatt li tali prodotti ma għandhomx awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Għaldaqstant, ir-referenzi għat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li, għal dawn il-prodotti, jinftiehmu bħala li jirreferu għat-termini tar-reġistrazzjoni. |
|
(7) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/6, iċ-ċertifikati ta’ prassi tajba ta’ manifattura għandhom jinħarġu meta tintwera l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. Sabiex jiġi evitat li titqiegħed kwalunkwe restrizzjoni fuq l-iżvilupp ta’ kwalunkwe kunċett ġdid jew teknoloġija ġdida, jenħtieġ li l-manifatturi jitħallew jimplimentaw approċċi alternattivi għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament biss jekk ikunu jistgħu juru li l-approċċ alternattiv huwa kapaċi jilħaq l-istess objettivi u li l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju kif ukoll il-konformità tiegħu mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni huma żgurati. |
|
(8) |
Prassi tajba ta’ manifattura jenħtieġ li tapplika matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott mediċinali veterinarju, inkluż it-trasferiment tat-teknoloġija u sal-waqfien tal-produzzjoni. |
|
(9) |
Sabiex il-manifattur ikun jista’ jikkonforma ma’ prassi tajba ta’ manifattura, hija meħtieġa l-kooperazzjoni bejn il-manifattur u d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Meta l-manifattur u d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jkunu entitajiet legali differenti, l-obbligi tal-manifattur u tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fil-konfront ta’ xulxin jenħtieġ li jiġu speċifikati fi ftehim tekniku bejniethom. |
|
(10) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti jkunu tajbin għall-użu maħsub tagħhom, jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u ma joħolqux riskji għall-annimali ttrattati jew għall-utent minħabba kwalità inadegwata. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, jenħtieġ li l-manifatturi jimplimentaw sistema komprensiva tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. |
|
(11) |
Permezz ta’ rieżamijiet tal-kwalità tal-prodotti, jenħtieġ li l-manifatturi jivverifikaw il-konsistenza tal-proċessi eżistenti, l-adegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet attwali, jidentifikaw ix-xejriet, u jidentifikaw it-titjib tal-prodotti u tal-proċessi. Meta xieraq, l-eżitu ta’ tali rieżamijiet jenħtieġ li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ miżuri korrettivi jew preventivi. Jenħtieġ li jitwettqu wkoll awtospezzjonijiet regolari biex tiġi vverifikata l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. |
|
(12) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji, jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom għadd adegwat ta’ persunal kompetenti b’responsabbiltajiet ċari. Jenħtieġ li l-persunal jingħata taħriġ inizjali u kontinwu rilevanti għall-kompiti assenjati. |
|
(13) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji, jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom bini u tagħmir xierqa għall-manifattura u l-kontroll tal-prodotti mediċinali veterinarji kif ukoll postijiet xierqa għall-ħżin ta’ materjali u prodotti. Jenħtieġ li tali bini u tagħmir jinżammu b’mod adegwat. Jenħtieġ li l-kwalifika u l-validazzjoni tal-bini u t-tagħmir, inklużi l-utilitajiet u s-sistemi użati matul il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, jiġu stabbiliti bħala rekwiżit bażiku ta’ prassi tajba ta’ manifattura. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li jinżammu l-istandards xierqa tal-iġjene f’kull ħin matul il-proċess tal-manifattura. |
|
(15) |
Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema komprensiva ta’ dokumentazzjoni bħala komponent ewlieni tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. Jenħtieġ li s-sistema ta’ dokumentazzjoni tiżgura li jiġu stabbiliti l-istruzzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet xierqa, inklużi l-kontrolli u l-proċeduri ta’ monitoraġġ rilevanti, bl-għan li tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, is-sistema ta’ dokumentazzjoni jenħtieġ li tiżgura li l-attivitajiet kollha li, direttament jew indirettament, jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji jiġu rreġistrati kif xieraq u li l-integrità tad-data tinżamm matul il-perjodu ta’ żamma rilevanti. |
|
(16) |
Permezz tal-validazzjoni tal-proċess, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-aspetti kritiċi tal-proċess tal-manifattura jiġu kkontrollati kif xieraq u li tiġi żgurata produzzjoni konsistenti f’konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(17) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti li jikkonċernaw l-immaniġġjar tal-materjali u tal-prodotti, il-kwalifika tal-fornituri, il-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata u l-operazzjonijiet tal-imballaġġ. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jiġu implimentati proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-materjali ma jiġux rilaxxati għall-użu u li l-prodotti ma jiġux rilaxxati għall-provvista sakemm il-kwalità tagħhom tkun ġiet ivverifikata. Bħala tali, il-kontroll tal-kwalità jenħtieġ li jinkludi l-kampjunar, l-ispeċifikazzjonijiet u l-ittestjar, kif ukoll miżuri organizzattivi, dokumentazzjoni u proċeduri ta’ rilaxx. |
|
(19) |
Il-kampjunar korrett huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji. Il-kampjuni ta’ referenza u l-kampjuni miżmuma jenħtieġ li jinżammu bħala rekord tal-lott tal-prodott lest jew tal-lottijiet tal-materjali użati fil-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju u għall-valutazzjoni fil-każ tal-investigazzjonijiet tal-kwalità. |
|
(20) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji u l-konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-manifatturi jwettqu testijiet tar-rilaxx tal-lott u kontrolli ta’ waqt il-proċess. Jenħtieġ li jiġi implimentat programm ta’ stabbiltà kontinwu wkoll. |
|
(21) |
L-ittestjar f’ħin reali u l-ittestjar tar-rilaxx parametriku jenħtieġ li jkunu aċċettabbli taħt ċerti kundizzjonijiet. |
|
(22) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dettalji dwar il-proċess ta’ ċertifikazzjoni mill-persuna kwalifikata u r-rilaxx tal-lott. Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji manifatturati barra mill-Unjoni, il-proċess ta’ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jitqies bħala l-aħħar pass fil-proċess tal-manifattura li jippreċedi t-tqegħid attwali fis-suq. |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat li l-użu ta’ sistemi kompjuterizzati ma jżidx ir-riskji għall-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti għall-użu ta’ tali sistemi. |
|
(24) |
Sabiex jiġi żgurat li l-esternalizzazzjoni ta’ attivitajiet relatati mal-manifattura u l-kontroll ta’ prodotti mediċinali veterinarji ma żżidx ir-riskji għall-kwalità tal-prodott, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti. B’mod partikolari, l-esternalizzazzjoni jenħtieġ li ssir bil-miktub u jenħtieġ li jkun hemm delineazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet ta’ kull parti. |
|
(25) |
Sabiex jiġi żgurat li l-problemi ta’ kwalità jiġu identifikati u indirizzati malajr, jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu sistema biex jiġu rreġistrati u investigati difetti suspettati fil-kwalità u lmenti relatati mal-kwalità. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri biex jiġu ttrattati s-sejħiet lura. |
|
(26) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-użu tar-radjazzjoni jonizzanti fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji. |
|
(27) |
Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ prassi tajba ta’ manifattura stabbiliti f’dan ir-Regolament jibqgħu allinjati mar-rekwiżiti applikabbli skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jenħtieġ li jingħata żmien lill-awtoritajiet kompetenti u lill-partijiet ikkonċernati kkonċernati biex isiru familjari mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiegħu tiġi differita. |
|
(28) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għal prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji.
2. Il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji sterili u l-manifattura asettika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness I.
3. Il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi u immunoloġiċi għandha tikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness II. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi inattivati li huma manifatturati minn patoġeni u antiġeni miksuba minn annimal jew annimali f’unità epidemjoloġika u użati għat-trattament ta’ dak l-annimal jew dawk l-annimali fl-istess unità epidemjoloġika jew għat-trattament ta’ annimal jew annimali f’unità li għandha rabta epidemjoloġika kkonfermata.
4. Ir-rekwiżiti addizzjonali u l-adattamenti speċifiċi għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness III għall-prodotti mediċinali veterinarji li ġejjin:
|
(a) |
prodotti mediċinali veterinarji erbali; |
|
(b) |
prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-inkorporazzjoni f’għalf medikat; |
|
(c) |
prodotti mediċinali veterinarji ektoparassitiċi għal applikazzjoni esterna; |
|
(d) |
kremi u ingwenti likwidi; |
|
(e) |
gassijiet mediċinali; |
|
(f) |
prodotti b’doża mkejla f’aerosol taħt pressjoni għall-inalazzjoni. |
5. Filwaqt li l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament juri konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali veterinarji, jistgħu jiġu implimentati approċċi alternattivi għar-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament meta jkun debitament ġustifikat li l-approċċ alternattiv ikun kapaċi jilħaq l-istess objettivi u li l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju kkonċernat u l-konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jkunu żgurati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika” tfisser is-somma totali tal-miżuri implimentati bħala parti mill-proċess tal-manifattura biex jiġi żgurat li l-prodotti mediċinali jkunu tal-kwalità meħtieġa għall-użu maħsub tagħhom; |
|
(2) |
“ġestjoni tar-riskji għall-kwalità” tfisser proċess sistematiku, applikat kemm b’mod proattiv kif ukoll b’mod retrospettiv, għall-valutazzjoni, għall-kontroll, għall-komunikazzjoni u għar-rieżami tar-riskji għall-kwalità ta’ prodott mediċinali veterinarju tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott; |
|
(3) |
“sit tal-manifattura” tfisser sit li huwa involut fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li għalihom hija meħtieġa awtorizzazzjoni tal-manifattura f’konformità mal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2019/6; |
|
(4) |
“lott” tfisser kwantità definita ta’ materjali jew prodott li tgħaddi mill-istess proċess(i) sabiex tkun mistennija li tkun omoġenja. Għall-kontroll tal-prodott lest, lott ta’ prodott mediċinali veterinarju jinkludi l-unitajiet kollha ta’ forma farmaċewtika li huma magħmula mill-istess massa inizjali ta’ materjali u għaddew minn serje unika ta’ operazzjonijiet ta’ manifattura jew operazzjoni unika ta’ sterilizzazzjoni jew, fil-każ ta’ proċess ta’ produzzjoni kontinwu, l-unitajiet kollha manifatturati f’perjodu ta’ żmien partikolari. Fil-każ ta’ manifattura kontinwa, lott jikkorrispondi għal frazzjoni definita tal-produzzjoni, ikkaratterizzata mill-omoġeneità maħsuba tiegħu; |
|
(5) |
“prodott bl-ingrossa” tfisser kwalunkwe prodott li jkun lesta l-istadji kollha tal-ipproċessar sa, iżda mhux inkluż, l-imballaġġ finali; |
|
(6) |
“prodott intermedju” tfisser materjal parzjalment ipproċessat li jrid jgħaddi minn passi ulterjuri tal-manifattura qabel ma jsir prodott bl-ingrossa; |
|
(7) |
“prodott lest” tfisser prodott mediċinali veterinarju li jkun għadda mill-istadji kollha tal-produzzjoni, inkluż l-imballaġġ fil-kontenitur finali tiegħu; |
|
(8) |
“imballaġġ” tfisser l-operazzjonijiet kollha, inkluż il-mili (bl-eċċezzjoni tal-mili sterili) u t-tikkettar, li prodott bl-ingrossa jrid jgħaddi minnhom sabiex isir prodott lest; |
|
(9) |
“materjal tal-imballaġġ” tfisser kwalunkwe materjal użat fl-imballaġġ ta’ prodott mediċinali veterinarju, eskluż kwalunkwe imballaġġ ta’ barra użat għat-trasport jew għall-vjeġġ. Il-materjal tal-imballaġġ jista’ jkun relatat mal-imballaġġ immedjat jew mal-imballaġġ ta’ barra; |
|
(10) |
“kontrolli ta’ waqt il-proċess” tfisser il-verifiki mwettqa matul il-produzzjoni sabiex jiġi mmonitorjat u, jekk ikun meħtieġ, aġġustat il-proċess biex jiġi żgurat li l-prodott jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa. Il-monitoraġġ ambjentali u l-kontrolli tat-tagħmir huma parti mill-kontrolli ta’ waqt il-proċess; |
|
(11) |
“kwalifika” tfisser il-proċess biex jintwera li l-entitajiet, il-bini, it-tagħmir, l-utilitajiet, is-sistemi jew il-materjali huma adattati għall-kompitu maħsub u jistgħu jwasslu l-eżiti mistennija; |
|
(12) |
“validazzjoni” tfisser il-proċess biex jintwera li metodu jew proċess huwa adattat għall-użu maħsub tiegħu; |
|
(13) |
“kampjun ta’ referenza” tfisser kampjun ta’ lott ta’ materjali użati fil-manifattura ta’ prodott mediċinali veterinarju jew prodott lest li jinħażen bl-għan li jiġi analizzat jekk tinqala’ l-ħtieġa matul il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-lott ikkonċernat; |
|
(14) |
“kampjun miżmum” tfisser kampjun ta’ unità kompletament imballata minn lott ta’ prodott lest li jinħażen għal finijiet ta’ identifikazzjoni; |
|
(15) |
“riproċessar” tfisser it-trattament ta’ lott ta’ prodott kollu jew parti minnu ta’ kwalità inaċċettabbli minn stadju definit ta’ produzzjoni sabiex il-kwalità tiegħu tkun tista’ ssir aċċettabbli permezz ta’ operazzjoni addizzjonali waħda jew aktar; |
|
(16) |
“żona” tfisser spazju. Sett speċifiku ta’ kmamar f’bini assoċjat mal-manifattura ta’ prodott wieħed jew aktar li jkollu unità komuni għall-immaniġġjar tal-arja jitqies bħala żona waħda; |
|
(17) |
“żona nadifa” tfisser żona mfassla, miżmuma u kkontrollata biex tipprevjeni l-kontaminazzjoni partikolata u mikrobijoloġika; |
|
(18) |
“żona kontenuta” tfisser żona li hija mfassla (inklużi l-immaniġġjar u l-filtrazzjoni tal-arja), miżmuma u kkontrollata sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ambjent estern minn aġenti bijoloġiċi jew aġenti oħra; |
|
(19) |
“żona segregata” tfisser żona f’sit tal-manifattura li għandha ħżin separat, sett tal-produzzjoni separat b’HVAC separat (sħana, ventilazzjoni u arja kundizzjonata), tagħmir iddedikat riżervat biss għall-produzzjoni ta’ tip wieħed ta’ prodott bi profil tar-riskju speċifiku u restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persunal u tat-tagħmir; |
|
(20) |
“airlock” tfisser spazju magħluq b’bibien imsakkra, mibni sabiex iżomm il-kontroll tal-pressjoni tal-arja bejn kmamar li jmissu ma’ xulxin (ġeneralment bi standards differenti ta’ ndafa tal-arja). L-intenzjoni ta’ airlock hija li jiġi prekluż id-dħul ta’ materja partikolata u kontaminazzjoni tal-mikroorganiżmi minn żona inqas ikkontrollata. Bokkaport passaġġ għandu l-istess tifsira bħal “airlock” iżda tipikament ikun ta’ daqs iżgħar; |
|
(21) |
“sistema magħluqa” tfisser sistema mfassla u mħaddma b’tali mod li jiġi evitat l-esponiment tal-prodott jew tal-materjal għall-ambjent tal-kamra. Il-materjali jistgħu jiġu introdotti f’sistema magħluqa, iżda ż-żieda trid issir b’tali mod li jiġi evitat l-esponiment tal-prodott għall-ambjent tal-kamra (eż. permezz ta’ konnetturi sterili jew sistemi ta’ fużjoni). Jista’ jkun meħtieġ li tinfetaħ sistema magħluqa (eż. biex jiġi installat filtru jew biex issir konnessjoni) iżda tiġi rritornata fi stat magħluq permezz ta’ stadju ta’ sanitizzazzjoni jew sterilizzazzjoni qabel l-użu tal-proċess; |
|
(22) |
“kontaminazzjoni kroċjata” tfisser il-kontaminazzjoni ta’ materjal jew prodott ma’ materjal jew prodott ieħor; |
|
(23) |
“iżolatur” tfisser kompartiment li jista’ jkun soġġett għal bijodekontaminazzjoni interna riproduċibbli, b’żona tax-xogħol interna li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-grad A li tipprovdi iżolament kontinwu u mhux kompromess tal-intern tagħha mill-ambjent estern (eż. l-arja ta’ kamra nadifa tal-madwar u l-persunal). Hemm żewġ tipi ewlenin ta’ iżolaturi:
|
|
(24) |
“manifattura ta’ kampanja” tfisser il-manifattura ta’ serje ta’ lottijiet tal-istess prodott f’sekwenza f’perjodu ta’ żmien partikolari segwita minn aderenza stretta ma’ miżuri ta’ kontroll stabbiliti minn qabel, qabel it-trasferiment għal prodott ieħor. L-użu tal-istess tagħmir għal prodotti distinti huwa possibbli fil-manifattura ta’ kampanja dment li jiġu applikati miżuri xierqa ta’ kontroll; |
|
(25) |
“ipproċessar/manifattura asettiku” tfisser attivitajiet ta’ pproċessar jew manifattura mwettqa f’kundizzjonijiet li jipprevjenu l-kontaminazzjoni; |
|
(26) |
“kwarantina” tfisser l-iżolament – fiżikament jew b’mezzi effettivi oħra – ta’ materjali, prodotti intermedji, bl-ingrossa jew lesti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar ir-rilaxx jew ir-rifjut tagħhom; |
|
(27) |
“rikonċiljazzjoni” tfisser tqabbil, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-varjazzjoni normali, bejn l-ammont ta’ prodott jew materjali teoretikament u realment prodotti jew użati; |
|
(28) |
“approċċ tal-bracketing” tfisser approċċ b’tali mod li l-estremitajiet ta’ ċerti fatturi predeterminati biss jiġu ttestjati jew ivvalidati. It-tfassil jassumi li l-validazzjoni ta’ kwalunkwe livell intermedju hija koperta mit-testijiet jew mill-validazzjoni tal-estremitajiet; |
|
(29) |
“approċċ tal-matrixing” tfisser approċċ fejn subsett tan-numru totali ta’ kampjuni possibbli għall-kombinazzjonijiet kollha ta’ fatturi jiġi ttestjat f’punt ta’ żmien speċifikat u subsett ieħor ta’ kampjuni jiġi ttestjat għall-kombinazzjonijiet kollha ta’ fatturi f’punt ta’ żmien sussegwenti. Ir-riżultati ta’ kull subsett ta’ kampjuni huma preżunti li huma rappreżentattivi għall-kampjuni kollha f’punt ta’ żmien partikolari; |
|
(30) |
“iffirmat” tfisser ir-rekord tal-individwu li wettaq azzjoni jew rieżami partikolari. Dan ir-rekord jista’ jkun inizjali, firma sħiħa bl-idejn, siġill personali, jew firma elettronika avvanzata kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
Artikolu 3
Rwol tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-prassi tajba ta’ manifattura
1. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet u l-istruzzjonijiet sottomessi lill-manifattur ikunu f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istruzzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ varjazzjoni fit-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu nnotifikati minnufih lill-manifattur.
2. Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jikkomunika malajr lill-manifattur kwalunkwe informazzjoni li tkun rilevanti għall-proċess tal-manifattura, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jista’ jkollha impatt fuq il-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju. Min-naħa tiegħu, il-manifattur għandu jinforma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni bi kwalunkwe informazzjoni li tinġabar fil-kuntest tal-attivitajiet tal-manifattura u li tkun rilevanti għall-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott mediċinali veterinarju.
3. Meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jkun entità differenti mill-manifattur, hu jew hija għandu/għandha jevalwa/tevalwa r-riżultati tar-rieżami tal-kwalità tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 6 jivvaluta jekk għandhiex tiġi implimentata kwalunkwe miżura xierqa.
4. L-obbligi tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u tal-manifattur u fil-konfront ta’ xulxin għandhom jiġu definiti bil-miktub.
KAPITOLU II
SISTEMA TAL-ĠESTJONI TAL-KWALITÀ FARMAĊEWTIKA
Artikolu 4
Implimentazzjoni ta’ sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika
1. Il-manifatturi għandu jkollhom fis-seħħ sistema komprensiva tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika mfassla biex tiżgura l-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji.
2. Il-konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura u t-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu parti essenzjali mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika.
Artikolu 5
Rekwiżiti tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika
1. It-tfassil tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju li ġejjin:
|
(a) |
l-evalwazzjoni tar-riskji għall-kwalità tkun ibbażata fuq għarfien xjentifiku, esperjenza bil-proċess u fl-aħħar mill-aħħar rabtiet mal-protezzjoni tal-utent u s-sikurezza tal-annimali ttrattati; |
|
(b) |
il-livell tal-isforz, il-formalità u d-dokumentazzjoni tal-proċess tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità huwa proporzjonat mal-livell tar-riskju. |
2. Filwaqt li xi aspetti jistgħu jkunu mifruxa mal-kumpanija kollha, is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika għandha tiġi żviluppata u implimentata fil-livell tas-sit.
3. Id-daqs tal-kumpanija u l-kumplessità tal-attivitajiet rilevanti għandhom jitqiesu fl-iżvilupp ta’ sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika jew fil-modifika ta’ waħda eżistenti. Il-maniġment superjuri għandu jkollu r-responsabbiltà aħħarija li jiżgura l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika u, għal dak l-għan, għandu jiżgura li jiġu allokati riżorsi xierqa.
4. Is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u l-effettività tagħha għandha tiġi mmonitorjata.
5. Is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika għandha tiżgura li:
|
(a) |
ikun hemm għadd adegwat ta’ persunal bil-kwalifiki meħtieġa u taħriġ adegwat u jkun hemm allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet, inklużi r-responsabbiltajiet maniġerjali; |
|
(b) |
il-bini u t-tagħmir ikunu adattati għall-użu maħsub u jinżammu kif xieraq; |
|
(c) |
ikun hemm sistema ta’ dokumentazzjoni adegwata li tiżgura li jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet xierqa għall-materjali użati fil-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju, il-prodott intermedju, il-prodott bl-ingrossa u l-prodott lest, li l-proċeduri tal-produzzjoni u tal-kontroll tal-kwalità jkunu definiti b’mod ċar, u li jinżammu rekords xierqa; |
|
(d) |
jiġu stabbiliti arranġamenti għall-għażla u l-monitoraġġ tal-fornituri; |
|
(e) |
il-proċess tal-manifattura jiġi rieżaminat b’mod sistematiku biex jiġi żgurat li jkun kapaċi jwassal b’mod konsistenti prodott tal-kwalità meħtieġa f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti u t-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni; |
|
(f) |
jitwettqu kontrolli xierqa fuq prodotti intermedji u kwalunkwe kontrolli u validazzjonijiet oħra ta’ waqt il-proċess; |
|
(g) |
il-prodotti mediċinali veterinarji ma jinbiegħux jew ma jiġux fornuti qabel ma persuna kwalifikata tkun iċċertifikat li kull lott ta’ produzzjoni ġie prodott u kkontrollat f’konformità mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u f’konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura; |
|
(h) |
ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-prodott u tal-proċess jitqiesu fil-kuntest tar-rilaxx tal-lott u fl-investigazzjoni tad-devjazzjonijiet; |
|
(i) |
difetti fil-kwalità, devjazzjonijiet u problemi oħra jew avvenimenti mhux tas-soltu li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-prodott mediċinali veterinarju jiġu identifikati malajr kemm jista’ jkun, il-kawżi investigati, u jittieħdu miżuri korrettivi u/jew preventivi xierqa. L-effettività ta’ tali miżuri għandha tiġi mmonitorjata u vvalutata; |
|
(j) |
jiġu stabbiliti arranġamenti għall-evalwazzjoni prospettiva tal-bidliet ippjanati u l-approvazzjoni tagħhom qabel l-implimentazzjoni tagħhom filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti regolatorji applikabbli, kif ukoll għall-evalwazzjoni tal-bidliet implimentati (kontroll tat-tibdil); |
|
(k) |
jiġu implimentati proċessi biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-attivitajiet esternalizzati; |
|
(l) |
l-għarfien relatat mal-prodott u l-manifattura tiegħu jiġi ġestit kif xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott mediċinali veterinarju u b’mod partikolari fil-kuntest tat-trasferiment tal-attivitajiet u l-implimentazzjoni ta’ bidliet fil-proċess tal-manifattura jew fil-proċeduri ta’ kontroll; |
|
(m) |
hemm proċess ta’ awtospezzjoni u/jew awditu tal-kwalità li jivvaluta regolarment l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. |
Artikolu 6
Rieżamijiet tal-kwalità tal-prodotti
1. Ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-prodotti għandhom jitwettqu u jiġu ddokumentati kull sena għal kull prodott mediċinali veterinarju, filwaqt li jitqiesu r-rieżamijiet preċedenti, u għandhom jinkludu mill-inqas rieżami tal-elementi li ġejjin:
|
(a) |
materjali użati fil-proċess tal-manifattura, speċjalment dawk minn sorsi ġodda; |
|
(b) |
it-traċċabbiltà tal-katina tal-provvista ta’ sustanzi attivi; |
|
(c) |
il-kontrolli kritiċi ta’ waqt il-proċess u r-riżultati tal-prodott lest; |
|
(d) |
il-lottijiet kollha li naqsu milli jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni(jiet) stabbilita/i u l-investigazzjoni tagħhom; |
|
(e) |
devjazzjonijiet jew nuqqasijiet ta’ konformità sinifikanti, l-investigazzjoni tagħhom, u l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi u preventivi meħuda li jirriżultaw; |
|
(f) |
bidliet imwettqa fil-proċess tal-manifattura jew fil-metodi analitiċi; |
|
(g) |
varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni li jaffettwaw il-kwalità li ġew sottomessi, mogħtija jew irrifjutati, kif ukoll rieżami tal-obbligi ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni li jaffettwaw il-kwalità, inklużi dawk rilevanti għall-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba biss għall-esportazzjoni; |
|
(h) |
ir-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tal-istabbiltà u kwalunkwe xejra negattiva; |
|
(i) |
ritorni, ilmenti u sejħiet lura relatati mal-kwalità u l-investigazzjonijiet imwettqa dak iż-żmien; |
|
(j) |
l-adegwatezza ta’ kwalunkwe azzjoni korrettiva oħra preċedenti ta’ prodott, proċess jew tagħmir; |
|
(k) |
l-istatus tal-kwalifika tat-tagħmir u l-utilitajiet rilevanti, bħall-HVAC, l-ilma jew il-gassijiet ikkumpressati; |
|
(l) |
kwalunkwe arranġament kuntrattwali għal attivitajiet esternalizzati biex jiġi żgurat li dawn ikunu aġġornati. |
2. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għat-twettiq u għall-evalwazzjoni tar-rieżamijiet tal-kwalità tal-prodott u l-effettività tagħhom għandha tiġi vverifikata matul l-awtospezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7. Ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-prodott jistgħu jinġabru skont it-tip ta’ prodott (eż. forom ta’ dożaġġ solidu, forom ta’ dożaġġ likwidu, prodotti sterili), meta dan ikun iġġustifikat xjentifikament.
3. Ir-riżultati tar-rieżami tal-kwalità tal-prodott għandhom jiġu evalwati u għandu jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa azzjonijiet korrettivi u/jew preventivi jew kwalunkwe validazzjoni mill-ġdid. Meta xieraq, għandhom jiġu meqjusa opportunitajiet għal titjib fil-kwalità.
Artikolu 7
Awtospezzjoni
1. Għandhom jitwettqu awtospezzjonijiet biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-arranġamenti rigward il-persunal, il-bini, it-tagħmir, id-dokumentazzjoni, il-produzzjoni, il-kontroll tal-kwalità, ir-rilaxx tal-lottijiet u l-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti relatati mal-kwalità u s-sejħiet lura bl-għan li tiġi vverifikata l-adegwatezza tagħhom sabiex jiġi żgurat li l-prodotti mediċinali veterinarji jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa, u jikkonformaw mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u mal-prassi tajba ta’ manifattura.
2. L-awtospezzjonijiet għandhom jitwettqu f’intervalli definiti minn qabel minn individwi mhux involuti fl-attivitajiet awditjati.
3. L-awtospezzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati. Ir-rapporti għandhom jinkludu l-osservazzjonijiet magħmula u, meta applikabbli, il-proposti għal miżuri korrettivi. L-azzjonijiet meħuda sussegwentement għandhom jiġu rreġistrati wkoll.
Artikolu 8
Rieżami tal-ġestjoni
Għandu jkun hemm rieżami perjodiku tat-tħaddim tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika bl-involviment tal-maniġment superjuri biex jiġu identifikati opportunitajiet għat-titjib tal-prodotti mediċinali veterinarji, il-proċess tal-manifattura u tas-sistema nnifisha.
KAPITOLU III
PERSUNAL
Artikolu 9
Rekwiżiti ġenerali għall-persunal
1. F’kull sit tal-manifattura għandu jkun hemm numru suffiċjenti ta’ persunal bil-kwalifiki u l-esperjenza prattika meħtieġa wara li jitqiesu l-operazzjonijiet maħsuba. Ir-responsabbiltajiet individwali tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar.
2. Il-persunal ewlieni, inklużi l-persuni kkwalifikati msemmija fl-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2019/6, il-kap tal-produzzjoni, il-kap tal-kontroll tal-kwalità u, meta applikabbli, il-kap tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew il-kap tal-unità tal-kwalità għandhom jinħatru mill-maniġment superjuri. Huma għandhom jingħataw riżorsi suffiċjenti biex iwettqu dmirijiethom.
3. Id-dmirijiet tal-persunal ewlieni għandhom ikunu definiti b’mod ċar fid-deskrizzjonijiet tal-impjieg. Ir-relazzjonijiet ġerarkiċi għandhom jiġu stabbiliti f’organigramma. Ma għandu jkun hemm l-ebda lakuna jew trikkib mhux spjegat. Il-kap tal-produzzjoni għandu jassumi r-responsabbiltà għall-attivitajiet stabbiliti fil-Kapitolu VI, kif ukoll għat-taħriġ tal-persunal u l-kwalifika u l-manutenzjoni tat-tagħmir u l-bini użati għall-produzzjoni. Il-kap tal-kontroll tal-kwalità għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet ta’ kontroll tal-kwalità stabbiliti fil-Kapitolu VII u għat-taħriġ tal-persunal.
4. Il-kapijiet tal-produzzjoni u l-kontroll tal-kwalità għandhom ikunu indipendenti minn xulxin. F’organizzazzjonijiet kbar, jista’ jkun meħtieġ li jiġu ddelegati xi wħud mill-kompiti tagħhom. Madankollu, tali delega ta’ kompiti ma għandhiex timplika delega ta’ responsabbiltà. Barra minn hekk, skont id-daqs u l-istruttura organizzattiva tal-kumpanija, jista’ jinħatar kap separat tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew kap tal-unità tal-kwalità. F’dak il-każ, ir-responsabbiltajiet tal-kapijiet tal-produzzjoni u l-kontroll tal-kwalità jistgħu jinqasmu mal-kap tal-assigurazzjoni tal-kwalità jew mal-kap tal-unità tal-kwalità.
5. Il-konsulenti għandu jkollhom edukazzjoni, taħriġ u esperjenza adegwati biex jagħtu pariri dwar is-suġġett li għalih ikunu nżammu. Għandhom jinżammu rekords tal-kwalifiki u t-tip ta’ servizz ipprovdut mill-konsulenti.
Artikolu 10
Taħriġ
1. Il-persunal kollu għandu jirċievi taħriġ inizjali u kontinwu rilevanti għall-kompiti assenjati. Għandu jiġi pprovdut taħriġ dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika u prassi tajba ta’ manifattura għall-persunal li d-doveri tiegħu jeħduhom f’żoni ta’ produzzjoni u ħżin jew f’laboratorji ta’ kontroll, u għal persunal ieħor li l-attivitajiet tiegħu jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-prodott. Il-persunal li jaħdem f’żoni fejn il-kontaminazzjoni hija ta’ periklu, bħal żoni nodfa jew żoni fejn jiġu mmaniġġjati materjali attivi ħafna, tossiċi, infettivi jew sensitizzanti, għandu jingħata taħriġ speċifiku. It-taħriġ għandu jinkludi wkoll il-programmi ta’ iġjene msemmija fl-Artikolu 11.
2. L-effettività prattika tat-taħriġ għandha tiġi vvalutata perjodikament. Għandhom jinżammu rekords tat-taħriġ.
Artikolu 11
Iġjene
1. Għandhom jiġu stabbiliti programmi dettaljati tal-iġjene adattati għall-ħtiġijiet differenti fis-sit tal-manifattura. Tali programmi għandhom jinkludu proċeduri relatati mas-saħħa, il-prattiki tal-iġjene u l-ilbies tal-persunal. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-miżuri ta’ iġjene meħtieġa għall-manifattura ta’ preparazzjonijiet sterili u bijoloġiċi. Il-proċeduri tal-iġjene għandhom jiġu segwiti strettament minn kull persuna li tidħol fiż-żoni tal-produzzjoni u tal-kontroll.
2. Il-persunal għandu jiġi offrut eżami mediku mar-reklutaġġ u l-monitoraġġ sussegwenti tas-saħħa proporzjonat għar-riskji li jirriżultaw mill-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott manifatturat u l-kompiti tal-persunal. Il-persunal għandu jiġi mħeġġeġ jiddikjara kundizzjonijiet tas-saħħa li jistgħu jkunu ta’ rilevanza għall-kwalità tal-prodotti lill-manifattur.
3. Sa fejn ikun possibbli, l-ebda persuna affettwata minn marda infettiva jew li jkollha feriti miftuħa fuq is-superfiċe esposta tal-ġisem ma għandha tkun involuta fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
4. Kull persuna li tidħol fiż-żoni tal-manifattura għandha tilbes ilbies protettiv xieraq għall-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu, li għandhom jinbidlu meta jkun xieraq. L-ilbies u l-kwalità tagħhom għandhom ikunu xierqa għall-proċess u l-grad taż-żona tax-xogħol. Għandu jintlibes b’tali mod li jipproteġi lill-operatur u lill-prodott mir-riskju ta’ kontaminazzjoni.
5. Għandu jiġi evitat kuntatt dirett bejn idejn l-operatur u l-prodott espost kif ukoll ma’ kwalunkwe parti tat-tagħmir li tiġi f’kuntatt mal-prodott.
6. L-ikel, ix-xorb, il-magħda jew it-tipjip, jew il-ħżin ta’ ikel, xorb, materjali għat-tipjip jew medikazzjoni personali fiż-żoni tal-produzzjoni u tal-ħżin għandhom ikunu pprojbiti. Kwalunkwe prattika mhux iġjenika fiż-żona tal-manifattura jew fi kwalunkwe żona oħra fejn il-prodott jista’ jiġi affettwat b’mod avvers għandha tiġi pprojbita wkoll.
7. Il-viżitaturi jew il-persunal mhux imħarreġ ġeneralment ma għandhomx jiddaħħlu fiż-żoni ta’ produzzjoni jew ta’ kontroll tal-kwalità. Jekk dan ma jkunx jista’ jiġi evitat, il-viżitaturi jew il-persunal mhux imħarreġ għandhom jingħataw informazzjoni minn qabel, b’mod partikolari dwar l-iġjene personali u l-ilbies protettiv preskritt, u għandhom jiġu ssorveljati mill-qrib.
KAPITOLU IV
BINI U TAGĦMIR
Artikolu 12
Rekwiżiti ġenerali għall-bini
1. Il-bini użat għall-manifattura jew l-importazzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandu jkun adattat għall-operazzjonijiet maħsuba. B’mod partikolari, il-bini għandu jkun imfassal jew adattat, mgħammar, imħaddem, imnaddaf u miżmum biex jimminimizza l-opportunità għal kontaminazzjoni estranja, kontaminazzjoni kroċjata, ir-riskju ta’ żbalji u kwalunkwe effett avvers fuq il-kwalità tal-prodotti.
2. Il-bini għandu jkun imfassal u mgħammar b’tali mod li jippermetti protezzjoni massima kontra d-dħul ta’ insetti jew annimali oħra. Għandhom jiġu implimentati miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati.
3. Iż-żoni ta’ produzzjoni, ħżin u kontroll tal-kwalità ma għandhomx jintużaw bħala dritt ta’ aċċess mill-persunal li ma jaħdimx f’dawk iż-żoni.
Artikolu 13
Żoni tal-produzzjoni
1. Il-kontaminazzjoni kroċjata għandha tiġi evitata bi tfassil u tħaddim xierqa tal-bini. Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata għandhom ikunu proporzjonati mar-riskji. Il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità għandhom jintużaw għall-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji.
2. Skont il-livell ta’ riskju u abbażi tal-eżitu ta’ valutazzjoni tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità, jista’ jkun meħtieġ li jiġu ddedikati postijiet u tagħmir għall-operazzjonijiet tal-manifattura jew tal-imballaġġ għal prodott jew klassi ta’ prodott partikolari. Bini ddedikat għandu jkun meħtieġ meta riskju ma jkunx jista’ jiġi kkontrollat b’mod adegwat minn miżuri operazzjonali jew tekniċi.
3. It-tqassim tal-bini għandu jippermetti li l-produzzjoni ssir f’żoni konnessi f’ordni loġika li tikkorrispondi għas-sekwenza tal-operazzjonijiet u l-livell meħtieġ ta’ ndafa.
4. L-arranġament tal-ispazju tax-xogħol u tal-ħżin waqt il-proċess għandu jkun adegwat biex jimminimizza r-riskju ta’ konfużjoni bejn prodotti differenti jew il-komponenti tagħhom, biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, u sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ommissjoni jew applikazzjoni ħażina ta’ kwalunkwe wieħed mill-istadji tal-manifattura jew tal-kontroll.
5. Meta l-materjali użati fil-produzzjoni ta’ prodott mediċinali veterinarju, prodott intermedju jew prodott bl-ingrossa jkunu esposti għall-ambjent, is-superfiċi interni taż-żona (ħitan, artijiet u soqfa) għandhom ikunu lixxi, ħielsa minn xquq u ġonot miftuħa, ma għandhomx ineħħu materja partikolata, u għandhom jippermettu tindif faċli u effettiv u, jekk ikun meħtieġ, diżinfezzjoni.
6. Pajpijiet, tagħmir tad-dawl, punti ta’ ventilazzjoni u servizzi oħra għandhom jitfasslu u mqiegħda b’tali mod li jiġi evitat il-ħolqien ta’ daħliet li huma diffiċli biex jitnaddfu. Kemm jista’ jkun, għal finijiet ta’ manutenzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli minn barra ż-żoni tal-manifattura.
7. Id-drejns għandhom ikunu ta’ daqs adegwat u għandhom jkollhom gandotti nassa. Il-kanali miftuħa għandhom jiġu evitati meta possibbli iżda, fejn ikunu meħtieġa, għandhom ikunu baxxi biex jiffaċilitaw it-tindif u d-diżinfezzjoni.
8. Iż-żoni ta’ produzzjoni għandhom ikunu ventilati b’mod effettiv, b’faċilitajiet ta’ kontroll tal-arja (inklużi t-temperatura u, meta meħtieġ, l-umdità u l-filtrazzjoni) xierqa għall-prodotti mmaniġġjati, għall-operazzjonijiet imwettqa fihom, u għall-ambjent estern.
9. F’każijiet meta jiġi ġġenerat it-trab, bħal matul il-kampjunar, l-użin, it-taħlit u l-ipproċessar, jew l-imballaġġ ta’ prodotti niexfa, għandhom jiġu implimentati miżuri speċifiċi biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata u biex jiġi ffaċilitat it-tindif.
Artikolu 14
Żoni ta’ kontroll tal-kwalità
1. Iż-żoni ta’ kontroll tal-kwalità ġeneralment għandhom ikunu separati miż-żoni ta’ produzzjoni. Il-laboratorji għall-kontroll ta’ sustanzi bijoloġiċi, mikrobijoloġiċi u radjuisotopi għandhom ukoll ikunu separati minn xulxin. Madankollu, il-kontrolli ta’ waqt il-proċess jistgħu jitwettqu fiż-żona tal-produzzjoni dment li dawn ma jġorru l-ebda riskju għall-prodotti.
2. Iż-żoni ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jitfasslu b’tali mod li jkunu adattati għall-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu f’dawk iż-żoni. Għandu jingħata spazju suffiċjenti biex jiġi evitat it-taħwid u l-kontaminazzjoni kroċjata waqt l-ittestjar. Għandu jkun disponibbli spazju adegwat għall-ħżin tal-kampjuni u r-rekords. Kmamar separati jistgħu jkunu meħtieġa wkoll biex jipproteġu strumenti sensittivi mill-vibrazzjoni, l-interferenza elettrika, l-umdità, jew kwalunkwe kondizzjoni oħra li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tagħhom.
3. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet speċjali f’żoni ta’ kontroll tal-kwalità li jimmaniġġjaw sustanzi perikolużi, bħal kampjuni bijoloġiċi.
Artikolu 15
Żoni ta’ ħżin
1. Iż-żoni tal-ħżin għandhom ikunu ta’ kapaċità suffiċjenti biex jippermettu l-ħżin ordnat tad-diversi kategoriji ta’ materjali u prodotti, inklużi prodotti fi kwarantina, u prodotti rilaxxati, rifjutati, ritornati jew imsejħa lura.
2. Iż-żoni tal-wasla u tad-dispaċċ tal-konsenji għandhom jipproteġu l-materjali u l-prodotti mit-temp. Iż-żoni tal-wasla għandhom ikunu mfassla u mgħammra b’tali mod li jippermettu li l-kontenituri tal-materjali li jidħlu jitnaddfu fejn meħtieġ qabel il-ħżin.
3. Materjali jew prodotti li jippreżentaw riskju speċifiku għandhom jinħażnu f’żoni sikuri u siguri.
4. Meta l-istatus ta’ kwarantina jiġi żgurat permezz tal-ħżin f’żoni separati, dawk iż-żoni għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar u l-aċċess tagħhom għandu jiġi ristrett għall-persunal awtorizzat. Kwalunkwe sistema li tissostitwixxi kwarantina fiżika għandha tipprovdi sigurtà ekwivalenti.
5. Għandhom jiġu pprovduti żoni separati għall-ħżin ta’ materjali jew prodotti rrifjutati, imsejħa lura jew irritornati. Meta l-kampjunar isir fiż-żona tal-ħżin, dan għandu jitwettaq b’tali mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni jew il-kontaminazzjoni kroċjata.
Artikolu 16
Żoni anċillari
1. Il-kmamar tal-mistrieħ u tal-ikel għandhom ikunu separati miż-żoni tal-produzzjoni, tal-ħżin u tal-kontroll tal-kwalità. It-tojlits ma għandhomx jikkomunikaw direttament maż-żoni ta’ produzzjoni, ta’ ħżin jew ta’ kontroll tal-kwalità.
2. Il-workshops tal-manutenzjoni għandhom – sa fejn ikun possibbli – jiġu separati miż-żoni tal-produzzjoni. Kull meta l-partijiet u l-għodod jinħażnu fiż-żona tal-produzzjoni, dawn għandhom jinżammu fi kmamar jew f’lockers riżervati għal dak l-użu.
3. L-annimali għandhom jinżammu f’żoni separati, b’faċilitajiet separati għad-dħul u għall-immaniġġjar tal-arja.
Artikolu 17
Kontrolli tat-temperatura u tal-ambjent
1. Il-kundizzjonijiet tad-dawl, tat-temperatura, tal-umdità u tal-ventilazzjoni għandhom ikunu xierqa u b’tali mod li ma jaffettwawx b’mod avvers, direttament jew indirettament, il-prodotti mediċinali veterinarji matul il-manifattura u l-ħżin tagħhom, jew il-funzjonament preċiż tat-tagħmir. Meta jkunu meħtieġa kundizzjonijiet speċjali (eż. it-temperatura, l-umdità), dawn għandhom jiġu speċifikati u mmonitorjati.
2. Fis-sit tal-manifattura għandhom jiġu applikati miżuri xierqa għall-monitoraġġ tal-parametri ambjentali ewlenin.
Artikolu 18
Tagħmir
1. It-tagħmir użat fil-produzzjoni jew fl-operazzjonijiet ta’ kontroll għandu jkun adattat għall-iskop maħsub tiegħu u ma għandu jippreżenta l-ebda periklu għall-prodott. Il-partijiet tat-tagħmir tal-produzzjoni li jiġu f’kuntatt mal-prodott ma għandu jkollhom l-ebda karatteristika reattiva, addittiv, adsorbenti jew assorbenti mhux mixtieqa li tista’ taffettwa l-kwalità tal-prodott.
2. It-tagħmir li huwa kritiku għall-kwalità tal-prodotti għandu jkun soġġett għal kwalifika xierqa.
3. L-imwieżen u t-tagħmir tal-kejl għandhom ikunu ta’ firxa u preċiżjoni xierqa biex tiġi żgurata l-akkuratezza tal-operazzjonijiet tal-użin.
4. It-tagħmir għandu jitħaddem u jinżamm b’tali mod li jimminimizza r-riskju ta’ żball u jevita l-kontaminazzjoni, il-kontaminazzjoni kroċjata u, b’mod ġenerali, kwalunkwe effett avvers fuq il-kwalità tal-prodott.
5. It-tagħmir għandu jiġi kkalibrat, spezzjonat jew ikkontrollat, kif xieraq, f’intervalli definiti biex tiġi żgurata prestazzjoni adegwata. Fil-każ ta’ sistemi kompjuterizzati, il-verifiki għandhom jinkludu evalwazzjoni tal-kapaċità tas-sistema li tiżgura l-integrità tad-data. Għandhom jinżammu rekords xierqa ta’ dawk il-verifiki. Rekwiżiti addizzjonali rilevanti għall-użu ta’ sistemi kompjuterizzati huma stabbiliti fl-Anness IV.
6. It-tagħmir għandu jitnaddaf b’mod adegwat biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni għall-prodotti. Il-proċeduri tat-tindif jew tad-dekontaminazzjoni għandhom ikunu dettaljati bil-miktub, filwaqt li jiġi żgurat li t-tagħmir tat-tindif ma jsirx sors ta’ kontaminazzjoni. It-tagħmir għandu jinħażen biss f’kundizzjoni nadifa u xotta.
7. Il-post u l-installazzjoni tat-tagħmir għandhom ikunu adegwati biex jimminimizzaw ir-riskji ta’ żbalji jew kontaminazzjoni. B’mod ġenerali, it-tagħmir, inkluż it-tagħmir tal-laboratorju, ma għandux jiġi mċaqlaq bejn żoni ta’ riskju għoli. Jekk it-tagħmir jiġi mċaqlaq bejn żoni ta’ riskju għoli, għandhom jiġu applikati miżuri xierqa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata. Meta xieraq, l-istatus ta’ kwalifika tat-tagħmir imċaqlaq għandu jiġi meqjus mill-ġdid ukoll.
8. Il-pajpijiet fissi għandhom ikunu ttikkettati b’mod ċar biex jindikaw il-kontenut u, meta applikabbli, id-direzzjoni tal-fluss.
9. L-ilma għall-użu farmaċewtiku u, meta xieraq, pajpijiet oħra tal-ilma għandhom jiġu sanitizzati skont proċeduri bil-miktub li jagħtu dettalji dwar il-limiti ta’ azzjoni għall-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u l-miżuri li għandhom jittieħdu.
10. It-tagħmir difettuż għandu jitneħħa miż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ kontroll tal-kwalità jew, jekk it-tneħħija tiegħu ma tkunx possibbli, għandu jiġi ttikkettat b’mod ċar bħala difettuż.
Artikolu 19
Kwalifika ta’ bini u tagħmir
1. Il-bini u t-tagħmir użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, inklużi l-utilitajiet u s-sistemi, għandhom jiġu kkwalifikati kif xieraq biex jiġi żgurat li jkunu adegwati għall-operazzjonijiet maħsuba. Il-kwalifika għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
2. Id-deċiżjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-firxa tal-kwalifika għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju, li għandha tiġi ddokumentata.
3. Qabel ma jibda l-manifattura ta’ tip ġdid ta’ prodott mediċinali veterinarju f’bini li diġà ġie kkwalifikat, il-manifattur għandu jivvaluta jekk hemmx bżonn ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid wara li jitqiesu r-riskji u l-karatteristiċi speċifiċi tal-proċess tal-manifattura l-ġdid jew tal-prodott ġdid.
4. Il-bini u t-tagħmir għandhom jiġu evalwati mill-ġdid f’intervalli xierqa biex jiġi kkonfermat li jibqgħu adattati għall-operazzjonijiet maħsuba
KAPITOLU V
DOKUMENTAZZJONI
Artikolu 20
Sistema ta’ dokumentazzjoni
1. Għandha tiġi stabbilita u miżmuma sistema ta’ dokumentazzjoni li tkun adegwata biex jintlaħqu l-objettivi tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika.
2. Is-sistema ta’ dokumentazzjoni għandha tkopri b’mod komprensiv l-istruzzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kif ukoll dokumentazzjoni oħra rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika u għandha tiżgura li jinżammu rekords tal-attivitajiet li jistgħu, direttament jew indirettament, jaffettwaw il-kwalità tal-prodotti mediċinali veterinarji.
3. Il-kontenut tad-dokumenti ma għandux ikun ambigwu u għandu jinżamm aġġornat.
4. Id-dokumentazzjoni tista’ tinżamm f’varjetà ta’ forom u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma applikabbli irrispettivament mill-forma. Meta jintużaw sistemi elettroniċi, mezzi fotografiċi, reġistrazzjoni bil-vidjo jew ipproċessar ieħor tad-data, is-sistemi rilevanti għandhom jiġu vvalidati l-ewwel biex jiġi żgurat li tali sistemi jkunu adegwati sabiex jaħżnu d-data b’mod xieraq matul il-perjodu meħtieġ ta’ ħżin.
Artikolu 21
Speċifikazzjonijiet u struzzjonijiet
1. L-ispeċifikazzjonijiet u l-istruzzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod ordnat u għandhom jiġu abbozzati b’mod ċar.
2. L-ispeċifikazzjonijiet għall-materjali użati fil-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji u għall-prodott lest, kif ukoll l-istruzzjonijiet tal-manifattura għandhom ikunu adegwati biex jiżguraw konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-livell meħtieġ ta’ kwalità. B’mod partikolari, dawn li ġejjin għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq:
|
(a) |
speċifikazzjonijiet għas-sustanzi attivi u sustanzi oħra użati fil-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju u għall-materjali tal-imballaġġ immedjat, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti intermedji u l-prodotti bl-ingrossa, inklużi l-kriterji tar-rilaxx u l-perjodu massimu tal-ħżin, għandhom jiġu stabbiliti għall-istadji kritiċi u meta dawk il-prodotti jinxtraw jew jintbagħtu. |
|
(c) |
speċifikazzjonijiet għall-prodotti lesti, b’mod partikolari:
|
|
(d) |
struzzjonijiet tal-manifattura (inkluża deskrizzjoni tat-tagħmir prinċipali li għandu jintuża) u kontrolli ta’ waqt il-proċess, inklużi dawn li ġejjin:
|
|
(e) |
l-istruzzjonijiet tal-imballaġġ għal kull prodott mediċinali veterinarju u d-daqs tal-pakkett, inklużi:
|
3. Id-dokumenti li jkun fihom speċifikazzjonijiet u struzzjonijiet, inkluż kwalunkwe tibdil fihom, għandhom jiġu approvati, iffirmati u datati minn persuni awtorizzati u d-data tad-dħul fis-seħħ għandha tiġi definita. Għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li tintuża biss il-verżjoni attwali ta’ dokument.
Artikolu 22
Rekords
1. Għandhom jinżammu rekords adegwati biex jippermettu li tiġi traċċata l-istorja kollha ta’ lott. Bħala minimu, għandu jiġi ddokumentat dan li ġej:
|
(a) |
rekords tal-wasla għal kull konsenja ta’ materjali użati fil-manifattura tal-prodotti mediċinali veterinarji inklużi prodotti bl-ingrossa, prodotti intermedji, u materjali tal-imballaġġ. Ir-rekords tal-wasla għandhom jinkludu:
|
|
(b) |
rekord tal-ipproċessar tal-lott li għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
Meta proċess ivvalidat jiġi mmonitorjat u kkontrollat kontinwament, ir-rekord tal-lott jista’ jkun limitat għal rapporti ġġenerati awtomatikament b’sommarji tal-konformità u rapporti dwar id-data tal-eċċezzjonijiet jew barra mill-ispeċifikazzjoni; |
|
(c) |
rekord tal-imballaġġ tal-lott li għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
|
2. Ir-rekords għandhom isiru jew jitlestew fil-ħin li tittieħed kull azzjoni u b’tali mod li l-attivitajiet sinifikanti kollha li jikkonċernaw il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji jkunu traċċabbli.
3. Il-ġurnali ta’ abbord għandhom jinżammu għall-ittestjar analitiku maġġuri jew kritiku, għat-tagħmir tal-produzzjoni u għaż-żoni fejn prodott ikun ġie pproċessat. Dawn għandhom jintużaw biex jirreġistraw f’ordni kronoloġika, kif xieraq, kwalunkwe użu taż-żona, it-tagħmir jew il-metodu, il-kalibrazzjonijiet, il-manutenzjoni, it-tindif jew l-operazzjonijiet ta’ tiswija, inklużi d-dati u l-identità tal-persuni li wettqu tali operazzjonijiet.
4. Ir-rekords rilevanti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-valutazzjoni tal-adegwatezza għaċ-ċertifikazzjoni u r-rilaxx ta’ lott partikolari.
Artikolu 23
Dokumentazzjoni oħra
1. Il-politiki u l-proċeduri applikati għas-salvagwardja tal-kwalità tal-prodott għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq, inklużi dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-taħriġ; |
|
(b) |
il-validazzjoni tal-proċess tal-manifattura u l-metodi analitiċi rilevanti; |
|
(c) |
il-kwalifika ta’ bini u tagħmir (inklużi utilitajiet u sistemi); |
|
(d) |
il-proċeduri jew struzzjonijiet għall-immaniġġjar ta’ materjali u prodotti; |
|
(e) |
il-proċeduri ta’ rilaxx u rifjut għal materjali u prodotti; |
|
(f) |
il-proċeduri tat-tindif u l-validazzjoni tagħhom, li għandhom ikunu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V; |
|
(g) |
il-proċeduri relatati mal-kontroll tal-kwalità; |
|
(h) |
il-manutenzjoni u l-kalibrazzjoni tat-tagħmir; |
|
(i) |
il-monitoraġġ ambjentali; |
|
(j) |
l-investigazzjonijiet dwar devjazzjonijiet u n-nuqqasijiet ta’ konformità; |
|
(k) |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ lmenti relatati mal-kwalità u s-sejħa lura jew ir-ritorn ta’ prodotti; |
|
(l) |
il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ bidliet fil-proċess tal-manifattura (kontroll tal-bidla); |
|
(m) |
l-awditi interni kif ukoll l-awditi tal-fornituri u tas-subkuntratturi; |
|
(n) |
it-trasferiment tat-teknoloġija, meta applikabbli. |
2. Għandhom ikunu disponibbli proċeduri operattivi ċari għat-tagħmir ewlieni tal-manifattura u tal-ittestjar.
3. Għandu jitħejja master file tas-sit għal kull sit tal-manifattura involut fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, li għandu jipprovdi deskrizzjoni ta’ livell għoli tal-bini, tal-attivitajiet imwettqa fis-sit tal-manifattura u tas-sistema tal-kwalità implimentata. Mudell huwa stabbilit fl-Anness VI.
Artikolu 24
Perjodi ta’ żamma
1. Id-dokumentazzjoni tal-lott għandha tinżamm għal sena wara l-iskadenza tal-lott li għalih tirrelata jew mill-inqas 5 snin wara ċ-ċertifikazzjoni tal-lott mill-persuna kwalifikata, skont liema jkun l-itwal.
2. Id-dokumentazzjoni kritika li tappoġġa l-informazzjoni fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandha tinżamm sakemm l-awtorizzazzjoni tibqa’ fis-seħħ, inkluża data mhux ipproċessata rilevanti bħal data relatata mal-validazzjoni jew l-istabbiltà. Jista’ jitqies aċċettabbli li tiġi rtirata ċerta dokumentazzjoni, bħal data mhux ipproċessata li tappoġġa rapporti ta’ validazzjoni jew rapporti dwar l-istabbiltà, meta d-data tkun ġiet sostitwita minn sett sħiħ ta’ data ġdida. Il-ġustifikazzjoni għal dan għandha tiġi ddokumentata u għandha tqis ir-rekwiżiti għaż-żamma tad-dokumentazzjoni tal-lott. Fil-każ ta’ data ta’ validazzjoni tal-proċess, id-data mhux ipproċessata li takkumpanjaha għandha tinżamm għal perjodu ta’ mill-inqas sakemm ir-rekords għal-lottijiet kollha li r-rilaxx tagħhom ikun ġie appoġġat abbażi ta’ dak l-eżerċizzju ta’ validazzjoni.
3. Għal tipi oħra ta’ dokumentazzjoni, il-perjodu ta’ żamma għandu jiddependi fuq l-attività kummerċjali li d-dokumentazzjoni tappoġġa.
Artikolu 25
Integrità tad-data
1. Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-integrità tad-data mill-mument meta tiġi ġġenerata d-data u matul il-perjodu ta’ żamma rilevanti, inkluż:
|
(a) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-protezzjoni tad-data kontra telf jew ħsara aċċidentali permezz ta’ metodi xierqa bħal duplikazzjoni jew backup u trasferiment għal sistema oħra ta’ ħżin; |
|
(b) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-protezzjoni tad-data kontra t-tbagħbis jew il-manipulazzjoni mhux awtorizzata. Fil-każ ta’ sistemi kompjuterizzati, għandhom jiġu stabbiliti kontrolli xierqa biex jillimitaw l-aċċess għal persuni awtorizzati, bħall-użu ta’ ċwievet, cards tal-aċċess, kodiċijiet personali b’passwords, bijometriċi jew aċċess ristrett għal tagħmir tal-kompjuter u żoni ta’ ħżin tad-data. It-tip ta’ kontrolli tas-sigurtà għandhom jiġu adattati għall-kritikalità tas-sistema kompjuterizzata; |
|
(c) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġu żgurati l-akkuratezza, il-kompletezza, id-disponibbiltà u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul il-perjodu ta’ żamma. L-entrati miktubin bl-idejn għandhom isiru b’mod ċar, leġibbli u li ma jitħassarx. |
Il-miżuri implimentati għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji u l-kritikalità tad-data.
2. Il-ħruġ, ir-reviżjoni, is-sostituzzjoni u l-irtirar tad-dokumenti kollha għandhom jiġu kkontrollati billi jinżamm rekord tar-reviżjonijiet kollha (l-istorja tar-reviżjoni).
3. Kull tibdil li jsir fl-entrata fuq dokument għandu jiġi ffirmat u ddatat. Il-bidla għandha tippermetti li l-informazzjoni oriġinali tkun tista’ tinqara. Għandha titniżżel ir-raġuni għall-bidla, meta jkun xieraq.
KAPITOLU VI
PRODUZZJONI
Artikolu 26
Rekwiżiti ġenerali għall-produzzjoni
1. L-operazzjonijiet tal-manifattura (inklużi l-operazzjonijiet tal-imballaġġ) u l-kontrolli għandhom isegwu proċeduri definiti b’mod ċar imfassla biex jiżguraw il-kwalità tal-prodott u l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni tal-manifattura u l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni rilevanti.
2. Il-passi tal-manifattura li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità jew ir-riproduċibbiltà tal-produzzjoni, inklużi bidliet sinifikanti fiha, għandhom jiġu vvalidati. Għandha tkun meħtieġa validazzjoni mill-ġdid perjodika biex jiġi żgurat li tali proċessi tal-manifattura jibqgħu kapaċi jiksbu r-riżultati maħsuba. Il-validazzjoni tal-proċess għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.
3. Il-proċessi tal-manifattura għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq u rieżaminati regolarment, u għandhom jittejbu kif xieraq. L-effetti tal-bidliet fil-proċess tal-manifattura fuq il-kwalità tal-prodott lest u fir-rigward tal-ħtieġa li tiġi żgurata produzzjoni konsistenti għandhom jiġu meqjusa qabel l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla. Ma għandha tiġi implimentata l-ebda bidla mill-ispeċifikazzjonijiet u l-proċessi deskritti fil-fajl li jappoġġa l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni qabel ma tinkiseb l-approvazzjoni rilevanti mill-awtoritajiet kompetenti, bl-eċċezzjoni ta’ varjazzjonijiet li ma jeħtiġux valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2019/6.
4. Għandu jkun hemm riżorsi adegwati u suffiċjenti għall-kontrolli ta’ waqt il-proċess.
5. Kwalunkwe devjazzjoni mill-istruzzjonijiet jew mill-proċeduri għandha tiġi evitata kemm jista’ jkun. Jekk isseħħ devjazzjoni, din għandha tiġi approvata bil-miktub minn persuna responsabbli wara li tkun ivvalutat l-impatt tagħha fuq il-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja bl-involviment tal-persuna kwalifikata kif xieraq. Id-devjazzjonijiet għandhom jiġu investigati biex tiġi identifikata l-kawża ewlenija u sabiex jiġu implimentati miżuri korrettivi u preventivi kif xieraq.
6. Il-manifattur għandu jirrapporta lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni kwalunkwe restrizzjoni fl-operazzjonijiet tal-manifattura li tista’ tirriżulta f’restrizzjoni anormali fil-provvista tal-prodott mediċinali veterinarju.
Artikolu 27
Immaniġġjar ta’ materjali u prodotti
1. L-immaniġġjar ta’ materjali u prodotti, inklużi aspetti relatati mal-wasla, il-kwarantina, il-kampjunar, il-ħżin, it-tikkettar u l-imballaġġ, għandu jsir f’konformità mal-proċeduri jew l-istruzzjonijiet bil-miktub u jiġi rreġistrat kif xieraq.
2. Il-materjali kollha li jidħlu għandhom jiġu kkontrollati biex jiġi żgurat li l-konsenja tikkorrispondi mal-ordni.
3. Il-kontenituri għandhom jitnaddfu meta meħtieġ. Ħsara lill-kontenituri u kwalunkwe problema oħra (eż. evidenza ta’ tbagħbis tas-siġill jew evidenza ta’ ksur tal-integrità tal-imballaġġ) li tista’ taffettwa b’mod avvers il-kwalità tal-materjal għandha tiġi investigata, irreġistrata u rrapportata lid-dipartiment responsabbli għall-kontroll tal-kwalità.
4. Il-kundizzjonijiet tat-trasport għall-prodotti bl-ingrossa, għall-prodotti intermedji u għall-kampjuni għandhom jiġu vverifikati biex tiġi żgurata l-konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni speċifikata.
5. Il-materjali li jkunu deħlin għandhom jitqiegħdu fi kwarantina fiżika jew amministrattiva immedjatament wara li jaslu, sakemm ir-rilaxx tagħhom jiġi awtorizzat minn persuna responsabbli, wara verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti. Jekk konsenja waħda ta’ materjal tkun magħmula minn lottijiet differenti, kull lott għandu jitqies separatament għall-finijiet ta’ kampjunar, ittestjar u rilaxx.
6. Il-materjali kollha għandhom jinħażnu f’kundizzjonijiet xierqa biex tiġi żgurata l-kwalità u b’mod ordnat biex jippermettu s-segregazzjoni tal-lott (fiżika jew elettronika) u r-rotazzjoni tal-istokk.
7. Il-kontenituri għandhom jiġu ttikkettati kif xieraq, inklużi:
|
(a) |
l-isem deżinjat tal-prodott u r-referenza tal-kodiċi intern, meta applikabbli; |
|
(b) |
in-numru tal-lott mogħti fil-wasla; |
|
(c) |
meta xieraq, l-istatus tal-kontenut (eż. fi kwarantina, fuq test, rilaxxat, rifjutat); |
|
(d) |
meta xieraq, data ta’ skadenza li warajha jkun meħtieġ l-ittestjar mill-ġdid. |
Meta jintużaw sistemi ta’ ħżin kompletament kompjuterizzati, l-informazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) sa (d) ma għandhiex għalfejn tidher f’forma li tinqara fuq it-tikketta.
8. F’kull ħin matul il-proċess tal-manifattura, il-materjali kollha, il-kontenituri bl-ingrossa, l-oġġetti ewlenin tat-tagħmir u, meta xieraq, il-kmamar użati għandhom jiġu ttikkettati jew identifikati b’mod ieħor b’indikazzjoni tal-prodott jew tal-materjal li jkun qed jiġi pproċessat, il-qawwa tiegħu (meta applikabbli), u n-numru tal-lott. Meta applikabbli, din l-indikazzjoni għandha ssemmi wkoll l-istadju tal-produzzjoni.
9. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta jiġu mmaniġġjati materjali jew prodotti niexfa biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni u t-tixrid tat-trab, b’mod partikolari għal materjali attivi ħafna jew sensitizzanti.
Artikolu 28
Kwalifika tal-fornituri u l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet
1. Il-fornituri tal-materjali użati fil-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju għandhom jiġu approvati wara li tiġi vverifikata l-adegwatezza tagħhom. Fil-każ ta’ materjali kritiċi, għandha tkun meħtieġa l-kwalifika tal-fornituri. Il-livell ta’ superviżjoni tal-fornituri għandu jkun proporzjonat mar-riskji għall-kwalità tal-prodott maħluq mill-materjali individwali.
2. Ir-rekwiżiti tal-kwalità (speċifikazzjonijiet) għall-materjali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom jiġu miftiehma mal-fornitur u dokumentati.
3. Il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandha tiġi vverifikata permezz ta’ ttestjar xieraq. Il-livell ta’ superviżjoni u ttestjar ulterjuri meħtieġ għandu jkun proporzjonat għar-riskji. L-istrateġija tal-ittestjar għandha tkun iġġustifikata u, bħala minimu, għandha ssir verifika tal-identità ta’ kull lott permezz ta’ testijiet imwettqa fuq kampjuni meħuda mill-kontenituri kollha. Il-kampjunar ta’ proporzjon tal-kontenituri għandu jkun aċċettabbli biss meta jkunu fis-seħħ proċeduri vvalidati bbażati fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità biex jiġi żgurat it-tikkettar korrett tal-kontenituri, u r-riskji potenzjali għall-kwalità jiġu indirizzati, pereżempju permezz tal-kwalifika tal-fornitur.
F’intervalli xierqa, wara li jitqiesu r-riskji, għandha ssir analiżi sħiħa tas-sustanzi attivi u ta’ materjali kritiċi oħra u r-riżultati għandhom jitqabblu maċ-ċertifikat ta’ analiżi tal-manifattur jew tal-fornitur sabiex tiġi vverifikata l-affidabbiltà ta’ dan tal-aħħar. L-ittestjar jista’ jiġi esternalizzat. Jekk dak l-ittestjar jidentifika xi diskrepanza, għandha ssir investigazzjoni u jittieħdu l-miżuri xierqa. L-aċċettazzjoni taċ-ċertifikati tal-analiżi mill-manifattur jew mill-fornitur tal-materjal għandha titwaqqaf sakemm dawk il-miżuri jiġu implimentati.
4. Għandha tkun meħtieġa esperjenza suffiċjenti mal-fornitur jew il-manifattur rilevanti tas-sustanzi attivi, inkluża l-valutazzjoni tal-lottijiet li jkunu waslu qabel u l-istorja tal-konformità, qabel ma jitnaqqas l-ittestjar intern. Kwalunkwe bidla sinifikanti fil-proċessi tal-manifattura jew tal-ittestjar tas-sustanzi attivi għandha titqies ukoll bħala fattur rilevanti.
5. L-awditi fis-siti tal-manifatturi u d-distributuri ta’ sustanzi attivi għandhom jitwettqu f’intervalli xierqa skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex jiġi kkonfermat li dawn jikkonformaw ma’ prassi tajba ta’ manifattura u prattika tajba ta’ distribuzzjoni u mal-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika għall-kontaminazzjoni kroċjata potenzjali minn materjali oħra fuq il-post. In-nuqqasijiet għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u għandhom jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi u preventivi kif xieraq.
Artikolu 29
Prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata
1. Il-produzzjoni ta’ prodotti mhux mediċinali għandha ġeneralment tiġi evitata f’żoni u b’tagħmir maħsub għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji, sakemm ma jiġux applikati miżuri għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata b’mod effettiv. B’mod partikolari, il-produzzjoni jew il-ħżin ta’ sustanzi kimiċi użati fil-bijoċidi u fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom jiġu evitati f’żoni użati għall-manifattura jew għall-ħżin ta’ prodotti mediċinali veterinarji, ħlief meta l-istess sustanza u l-grad tagħha jintużaw ukoll għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
2. Meta l-prodotti mediċinali veterinarji jiġu prodotti f’żona kondiviża ma’ prodotti mhux mediċinali, għandha tiġi implimentata prassi tajba ta’ manifattura għall-prodotti mediċinali f’dan il-qasam.
3. Operazzjonijiet fuq prodotti differenti ma għandhomx jitwettqu simultanjament jew konsekuttivament fl-istess kamra sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ taħwid jew kontaminazzjoni kroċjata.
4. Qabel ma tibda kwalunkwe operazzjoni ta’ manifattura, għandhom jittieħdu passi biex jiġi żgurat li ż-żona tax-xogħol u t-tagħmir ikunu nodfa u ħielsa minn kwalunkwe materjal, prodott, residwu tal-prodott jew dokument mhux meħtieġ għall-operazzjoni attwali. It-taħwid tal-materjali għandu jiġi evitat.
5. F’kull stadju tal-produzzjoni, il-prodotti u l-materjali għandhom jiġu protetti minn kontaminazzjoni mikrobika u kontaminazzjoni oħra. Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu l-karatteristiċi tal-prodott u tal-proċess tal-manifattura. Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata aċċidentali li tirriżulta mir-rilaxx mhux ikkontrollat ta’ trab, gassijiet, fwar, aerosols, materjal ġenetiku jew organiżmi minn sustanzi attivi jew materjali oħra użati fil-produzzjoni, minn residwi fuq it-tagħmir u mill-ilbies tal-operaturi għandu jiġi vvalutat.
6. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri għall-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni kroċjata identifikata abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. Il-miżuri li jistgħu jitqiesu biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata jinkludu:
|
(a) |
id-dedikazzjoni ta’ sit sħiħ ta’ manifattura jew ta’ żona ta’ produzzjoni awtonoma fuq manifattura ta’ kampanja (separazzjoni fiż-żmien) segwita minn proċess ta’ tindif ta’ effettività vvalidata; |
|
(b) |
l-użu ta’ żoni segregati; |
|
(c) |
l-użu ta’ sistemi magħluqa għall-ipproċessar u għat-trasferiment ta’ materjal jew prodott; |
|
(d) |
l-użu ta’ airlocks u kaskata tal-pressjoni biex jikkonfinaw kontaminanti potenzjali fl-arja f’żona speċifikata; |
|
(e) |
l-użu ta’ sistemi ta’ lqugħ fiżiċi, inklużi iżolaturi, bħala miżuri ta’ konteniment; |
|
(f) |
id-dedikazzjoni ta’ tagħmir speċifiku jew ċerti partijiet tiegħu (eż. filtri) għal tip partikolari ta’ prodott bi profil ta’ riskju speċifiku; |
|
(g) |
l-użu ta’ teknoloġiji li jintużaw darba biss mhux riutilizzabbli; |
|
(h) |
l-implimentazzjoni ta’ proċeduri vvalidati ta’ tindif jew dekontaminazzjoni adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u tal-proċess tal-manifattura. Il-proċeduri ta’ tindif jew dekontaminazzjoni li huma meħtieġa, inkluża l-frekwenza tagħhom, għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju; |
|
(i) |
miżuri organizzattivi xierqa oħra, bħaż-żamma ta’ lbies protettiv speċifiku f’żoni fejn jiġu pproċessati prodotti f’riskju għoli ta’ kontaminazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ miżuri adegwati għall-immaniġġjar tal-iskart, l-ilma tat-tlaħliħ ikkontaminat u l-ġagagi maħmuġa, jew l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persunal. |
7. L-istrateġija ta’ kontroll għandha tindirizza r-riskji potenzjali kollha, inklużi l-miżuri fil-livell tal-post, it-tagħmir u l-persunal, il-kontrolli fuq il-materjali użati fil-manifattura, l-implimentazzjoni ta’ proċeduri effettivi ta’ sterilizzazzjoni u sanitizzazzjonijiet, u sistemi ta’ monitoraġġ adegwati. It-totalità tal-miżuri applikati għandha tiżgura n-nuqqas ta’ kontaminazzjoni tal-prodotti manifatturati fis-sit tal-manifattura. Ma għandhiex titqiegħed biss dipendenza fuq kwalunkwe proċess terminali jew test tal-prodott lest.
8. L-effettività tal-miżuri implimentati għandha tiġi rieżaminata perjodikament skont il-proċeduri stabbiliti. Din il-valutazzjoni għandha twassal għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi u preventivi meta meħtieġ.
Artikolu 30
Operazzjonijiet ta’ imballaġġ
1. L-isem u n-numru tal-lott tal-prodott li jkun qed jiġi mmaniġġjat għandhom jintwerew f’kull stazzjon jew linja tal-imballaġġ.
2. Il-kontenituri għall-mili għandhom ikunu nodfa qabel ma jimtlew. Il-mili u l-issiġillar għandhom jiġu segwiti malajr kemm jista’ jkun bit-tikkettar. Jekk ma jkunx possibbli, għandhom jiġu applikati proċeduri xierqa biex jiġi evitat taħwid jew tikkettar ħażin.
3. It-twettiq korrett tal-operazzjonijiet tal-istampar (pereżempju n-numri tal-kodiċi, id-dati tal-iskadenza) għandu jiġi kkontrollat u rreġistrat. L-informazzjoni stampata u imbuzzata fuq il-materjali tal-imballaġġ għandha tkun ċara u reżistenti għat-telf ta’ kulur jew għat-tħassir.
4. Għandhom isiru verifiki biex jiġi żgurat li kwalunkwe qarrej ta’ kodiċi elettroniku, apparat li jgħodd it-tikketti jew apparat simili jkun qed jaħdem b’mod korrett.
5. Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa biex jiġi evitat taħwid, bħall-ħżin u t-trasport ta’ tikketti maqtugħin u materjali oħra stampati sfużi f’kontenituri magħluqa separati. Għandha tingħata attenzjoni speċjali meta jintużaw it-tikketti maqtugħa u meta jsir stampar żejjed offline. Biex jiġi evitat it-taħwid, it-tikketti roll-feed huma ġeneralment preferibbli mit-tikketti maqtugħin.
6. Il-kontrolli li ġejjin għandhom jitwettqu fuq il-prodott matul l-operazzjonijiet tal-imballaġġ:
|
(a) |
id-dehra ġenerali tal-imballaġġi; |
|
(b) |
jekk l-imballaġġi humiex kompluti; |
|
(c) |
jekk jintużawx il-prodotti u l-materjali tal-imballaġġ korretti; |
|
(d) |
jekk xi stampar żejjed huwiex korrett; |
|
(e) |
il-funzjonament korrett tal-monitors tal-linji. |
Il-kampjuni li jittieħdu mil-linja tal-imballaġġ ma għandhomx jiġu rritornati.
7. Kwalunkwe diskrepanza sinifikanti jew mhux tas-soltu osservata matul ir-rikonċiljazzjoni tal-ammont ta’ prodotti bl-ingrossa u materjali tal-imballaġġ u l-għadd ta’ unitajiet prodotti għandha tiġi investigata u solvuta qabel ir-rilaxx tal-prodott.
8. Materjal tal-imballaġġ immedjat skadut jew obsolet jew materjal tal-imballaġġ stampat għandu jinqered u tali rimi għandu jiġi rreġistrat. Għandha tiġi segwita proċedura dokumentata jekk il-materjali stampati mhux kodifikati jiġu rritornati għall-istokk.
Artikolu 31
Materjali rrifjutati, irkuprati u rritornati
1. Il-materjali rrifjutati għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bħala tali u maħżuna separatament f’żoni ristretti. Dawn għandhom jew jintbagħtu lura lill-fornituri jew, meta xieraq, jiġu riproċessati jew meqruda. Tkun xi tkun l-azzjoni li tittieħed, din għandha tiġi approvata u rreġistrata minn persunal awtorizzat.
2. Ir-riproċessar tal-materjali rrifjutati jista’ jiġi aċċettat biss b’mod eċċezzjonali u dment li l-kwalità tal-prodott finali ma tkunx affettwata u li l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jiġu ssodisfati. L-irkupru ta’ materjali li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa minn lott distint huwa possibbli biss wara evalwazzjoni tar-riskji, inkluż kwalunkwe effett possibbli fuq il-ħajja fuq l-ixkaffa. Għandhom jinżammu rekords.
3. Il-ħtieġa għal ittestjar addizzjonali ta’ kwalunkwe prodott lest li jkun ġie riproċessat, jew li fih ikun ġie inkorporat materjal riproċessat, għandha tiġi evalwata mid-dipartiment tal-kontroll tal-kwalità.
4. Il-prodotti ritornati, li jkunu ħallew il-kontroll tal-manifattur, għandhom jinqerdu, sakemm il-kwalità tagħhom ma tiġix ikkonfermata mid-dipartiment tal-kontroll tal-kwalità. In-natura tal-prodott, il-kundizzjoni u l-istorja tiegħu, kwalunkwe kundizzjoni speċjali tal-ħżin, u ż-żmien li jkun għadda minn meta nħareġ għandhom jitqiesu f’dik il-valutazzjoni. Meta jkun hemm xi dubju dwar il-kwalità tal-prodott, dan ma għandux jitqies xieraq għall-ħruġ mill-ġdid jew għall-użu mill-ġdid. Kwalunkwe azzjoni meħuda għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 32
Użu tar-radjazzjoni jonizzanti
L-użu tar-radjazzjoni jonizzanti fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandu jikkonforma mar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fl-Anness VII.
KAPITOLU VII
KONTROLL TAL-KWALITÀ
Artikolu 33
Rekwiżiti ġenerali għall-kontroll tal-kwalità
1. Għandu jiġi stabbilit u miżmum dipartiment ta’ kontroll tal-kwalità indipendenti minn dipartimenti oħra.
2. Id-dipartiment tal-kontroll tal-kwalità għandu jiġi allokat riżorsi adegwati, inkluż fir-rigward ta’ persunal, bini u tagħmir, biex jiġi żgurat li l-kontroll tal-kwalità jkun jista’ jitwettaq b’mod effettiv filwaqt li jitqiesu n-natura u d-daqs tal-operazzjonijiet ta’ manifattura.
3. Id-dipartiment tal-kontroll tal-kwalità għandu jiżgura li jitwettqu t-testijiet rilevanti u li l-materjali ma jiġux rilaxxati għall-użu, u lanqas il-prodotti rilaxxati għall-bejgħ jew għall-provvista, sakemm il-kwalità tagħhom tkun ġiet iġġudikata bħala sodisfaċenti. Id-dipartiment tal-kontroll tal-kwalità huwa mill-inqas responsabbli għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-istabbiliment, il-validazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità; |
|
(b) |
is-sorveljanza tal-kontroll tal-kampjuni ta’ referenza u dawk miżmuma tal-materjali u tal-prodotti, meta applikabbli; |
|
(c) |
l-iżgurar tat-tikkettar korrett tal-kontenituri tal-materjali u tal-prodotti; |
|
(d) |
l-iżgurar tal-monitoraġġ tal-istabbiltà tal-prodotti; |
|
(e) |
il-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni tal-ilmenti relatati mal-kwalità tal-prodott. |
L-attivitajiet kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) sa (e) għandhom jitwettqu f’konformità mal-proċeduri bil-miktub u, meta meħtieġ, jiġu rreġistrati.
4. Il-kap tal-kontroll tal-kwalità jissorvelja l-proċeduri kollha tal-kontroll tal-kwalità. B’mod partikolari, għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
l-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, tal-struzzjonijiet ta’ kampjunar, tal-metodi tal-ittestjar u ta’ proċeduri oħra tal-kontroll tal-kwalità; |
|
(b) |
l-iżgurar li jitwettaq l-ittestjar meħtieġ u li r-rekords assoċjati jiġu evalwati; |
|
(c) |
l-iżgurar li jsiru l-validazzjonijiet xierqa; |
|
(d) |
l-approvazzjoni jew rifjut ta’ materjali użati fil-produzzjoni, prodotti intermedji, prodotti bl-ingrossa u prodotti lesti; |
|
(e) |
l-iżgurar tal-kwalifika u l-manutenzjoni tal-bini u t-tagħmir użat għall-kontroll tal-kwalità; |
|
(f) |
l-approvazzjoni u monitoraġġ ta’ kwalunkwe analista tal-kuntratt. |
5. Il-persunal involut fil-kontroll tal-kwalità għandu jkollu aċċess għaż-żoni tal-produzzjoni u għad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kontroll tal-kwalità, inklużi:
|
(a) |
l-ispeċifikazzjonijiet; |
|
(b) |
il-proċeduri li jiddeskrivu l-kampjunar u l-ittestjar; |
|
(c) |
ir-rapporti tal-ittestjar u ċ-ċertifikati tal-analiżi; |
|
(d) |
il-proċeduri għall-kalibrazzjoni u l-kwalifikazzjoni tal-istrumenti u l-manutenzjoni tat-tagħmir u r-rekords rilevanti; |
|
(e) |
ir-rekords ta’ validazzjoni tal-metodi tal-ittestjar, meta applikabbli; |
|
(f) |
id-data ta’ monitoraġġ ambjentali għall-arja, l-ilma u utilitajiet oħra, meta meħtieġ; |
|
(g) |
il-proċeduri għall-investigazzjoni ta’ riżultati barra mill-ispeċifikazzjoni u barra mix-xejriet. |
6. Id-data rilevanti tal-kontroll tal-kwalità, bħar-riżultati tat-testijiet, ir-rendimenti u d-data ambjentali, għandha tiġi vvalutata b’mod li jippermetti l-evalwazzjoni tax-xejriet. Fil-każ ta’ speċifikazzjonijiet jew xejriet atipiċi sinifikanti, għandu jiġi vvalutat l-impatt possibbli tagħhom fuq il-lottijiet fis-suq. Meta wara dik il-valutazzjoni jiġi konkluż li l-kwalità tal-prodott mediċinali veterinarju kkummerċjalizzat tista’ tiġi affettwata jew li jista’ jkun mistenni nuqqas ta’ provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati.
7. Għandha titwettaq verifika tal-kontroll tal-kwalità qabel ma prodott mediċinali veterinarju lest jiġi rilaxxat għall-bejgħ jew għad-distribuzzjoni. Dik il-verifika għandha tkopri l-fatturi rilevanti kollha, inklużi l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni, ir-riżultati tal-ittestjar waqt il-proċess, rieżami tad-dokumentazzjoni tal-manifattura (inkluż l-imballaġġ), il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott lest u l-eżami tal-pakkett finali lest.
8. L-attivitajiet ta’ kontroll tal-kwalità jistgħu jiġu esternalizzati dment li jiġu rispettati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 43. Meta t-testijiet fuq il-materjali użati fil-manifattura tal-prodotti mediċinali veterinarji jiġu esternalizzati, l-awditi għandhom jitwettqu mill-manifattur jew permezz ta’ parti terza biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-prassi tajba ta’ manifattura u l-ispeċifikazzjonijiet jew il-metodi pprovduti.
Artikolu 34
Kampjunar
1. Għandu jiġi stabbilit pjan ta’ kampjunar, li għandu jqis ir-riskji għall-kwalità tal-prodott mediċinali veterinarju u jindirizza l-materjali differenti użati fil-proċess tal-manifattura kif ukoll l-istadji varji tal-produzzjoni.
2. Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi tal-lott tal-materjali jew tal-prodotti li minnhom jittieħdu. Il-kampjunar għandu jsir f’konformità mal-proċeduri bil-miktub li jiddeskrivu mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-ammont ta’ kampjun li għandu jittieħed; |
|
(b) |
it-tagħmir u l-kontenituri li għandhom jintużaw; |
|
(c) |
il-prekawzjonijiet li għandhom jiġu osservati biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni; |
|
(d) |
il-prekawzjonijiet oħra li għandhom jiġu osservati, b’mod partikolari fil-każ ta’ materjali sterili jew noċivi; |
|
(e) |
il-kundizzjonijiet tal-ħżin għall-kampjuni meħuda; |
|
(f) |
l-istruzzjonijiet tat-tindif għat-tagħmir użat. |
3. Il-persunal inkarigat mit-teħid tal-kampjuni għandu jirċievi taħriġ dwar dan li ġej:
|
(a) |
it-tekniki u tagħmir għall-kampjunar; |
|
(b) |
ir-riskji ta’ kontaminazzjoni kroċjata; |
|
(c) |
il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ sustanzi instabbli jew sterili; |
|
(d) |
il-ħtieġa li tiġi rreġistrata kwalunkwe ċirkostanza mhux mistennija jew mhux tas-soltu; |
|
(e) |
aspetti oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-kampjunar. |
4. Il-kontenituri tal-kampjuni għandu jkollhom tikketta li tindika l-kontenut, in-numru tal-lott, id-data tal-kampjunar u l-kontenituri li minnhom ikunu ttieħdu l-kampjuni. Meta l-kontenituri jkunu żgħar wisq, jista’ jiġi meqjus l-użu ta’ barcodes jew mezzi oħra li jippermettu l-aċċess għal dik l-informazzjoni.
Il-kontenituri tal-kampjuni għandhom jiġu mmaniġġjati u maħżuna b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ taħwid jew id-deterjorament tal-kontenut tagħhom. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu applikati.
5. Il-kampjuni għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għall-perjodi li ġejjin:
|
(a) |
Il-kampjuni ta’ referenza u/jew il-kampjuni miżmuma minn kull lott ta’ prodott lest għandhom jinżammu għal mill-inqas sena wara d-data ta’ skadenza. Il-kampjun ta’ referenza għandu jkun inkluż fl-imballaġġ immedjat lest tiegħu. Madankollu, fil-każ ta’ preżentazzjonijiet ta’ volum kbir, fejn ma jkunx fattibbli li jinżammu kampjuni minn kull lott fl-imballaġġ finali tiegħu, il-manifattur għandu jiżgura li jinżammu kampjuni suffiċjenti rappreżentattivi ta’ kull lott u li l-kontenitur użat għall-ħżin ikun magħmul mill-istess materjal bħall-kontenitur immedjat li fih il-prodott jiġi kkummerċjalizzat. |
|
(b) |
Il-kampjuni ta’ referenza ta’ materjali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, għajr solventi, gassijiet jew ilma, għandhom jinżammu għal mill-inqas sentejn wara r-rilaxx tal-prodott. Dak il-perjodu jista’ jitqassar jekk il-perjodu ta’ stabbiltà tal-materjal, kif indikat fl-ispeċifikazzjoni rilevanti, ikun iqsar. |
|
(c) |
Il-kampjuni tal-materjali tal-imballaġġ għandhom jinżammu għat-tul tal-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott lest ikkonċernat. Għal dan l-għan, iż-żamma ta’ materjali stampati bħala parti mill-kampjuni ta’ referenza u/jew dawk miżmuma hija aċċettabbli wkoll. |
Għall-prodotti lesti, il-kampjuni ta’ referenza u dawk miżmuma jistgħu jitqiesu bħala interkambjabbli.
6. Il-kampjuni ta’ referenza għandhom ikunu ta’ daqs suffiċjenti biex jippermettu t-twettiq f’mill-inqas żewġ okkażjonijiet tal-kontrolli analitiċi sħaħ fuq il-lott f’konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
7. F’każijiet meta d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ma jkunx l-entità responsabbli għar-rilaxx tal-lott jew meta diversi siti jkunu responsabbli għall-manifattura jew għar-rilaxx tal-lott, ir-responsabbiltà għat-teħid u l-ħżin tal-kampjuni ta’ referenza u ta’ dawk miżmuma għandha tiġi definita bil-miktub.
8. Għandha tiġi żgurata l-kapaċità li jsir l-ittestjar rilevanti matul il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott mediċinali veterinarju.
Artikolu 35
Ittestjar
1. Għandhom jitwettqu testijiet biex jiġi żgurat li kull lott tal-prodott lest jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti u huwa f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. It-testijiet għandhom jitwettqu fi stadji xierqa tal-produzzjoni biex jiġu kkontrollati dawk il-kundizzjonijiet li huma importanti għall-kwalità tal-prodott. Il-metodi tal-ittestjar għandhom jiġu vvalidati.
2. Ir-rekords li ġejjin għandhom jinżammu b’rabta mat-testijiet imwettqa:
|
(a) |
l-isem tal-materjal jew tal-prodott u, meta applikabbli, il-forma tad-dożaġġ; |
|
(b) |
in-numru tal-lott u, meta xieraq, il-manifattur jew il-fornitur; |
|
(c) |
ir-referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri tal-ittestjar rilevanti; |
|
(d) |
ir-riżultati tat-testijiet, inklużi l-osservazzjonijiet u l-kalkoli, u r-referenza għal kwalunkwe ċertifikat ta’ analiżi; |
|
(e) |
id-dati tal-ittestjar; |
|
(f) |
l-identifikazzjoni tal-persuni li wettqu l-ittestjar; |
|
(g) |
l-identifikazzjoni tal-persuni li vverifikaw l-ittestjar u l-kalkoli, meta xieraq; |
|
(h) |
dikjarazzjoni ċara ta’ approvazzjoni jew rifjut (jew deċiżjoni oħra dwar l-istatus) u l-firma datata tal-persuna responsabbli; |
|
(i) |
ir-referenza għat-tagħmir użat. |
3. L-istandards ta’ referenza għandhom ikunu adattati għall-użu maħsub tagħhom. L-istatus ta’ kwalifika jew ċertifikazzjoni tagħhom għandu jiġi ddokumentat. Kull meta jeżistu standards ta’ referenza kompendjarji minn sors rikonoxxut uffiċjalment, dawn għandhom preferibbilment jintużaw bħala standards ta’ referenza primarji, sakemm ma jkunux iġġustifikati kif xieraq. L-użu ta’ standards sekondarji għandu jiġi ddokumentat u għandha tintwera t-traċċabbiltà tagħhom mal-istandards primarji. Il-materjali kompendjarji għandhom jintużaw għall-iskop deskritt fil-monografija xierqa sakemm ma jkunx awtorizzat mod ieħor mill-awtorità kompetenti rilevanti.
4. Il-materjali użati għat-testijiet tal-kontroll tal-kwalità, bħar-reaġenti, il-media tat-tkabbir, l-oġġetti tal-ħġieġ, u l-istandards ta’ referenza għandhom ikunu ta’ kwalità xierqa u użati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur sakemm dan ma jkunx iġġustifikat xjentifikament. Id-data tal-iskadenza tar-reaġenti u tal-media tat-tkabbir għandha tiġi indikata fuq it-tikketta, flimkien mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin. Meta meħtieġ, il-verifika jew l-ittestjar tal-identità għandhom jiġu meqjusa malli jaslu jew qabel l-użu.
5. Meta xieraq, l-annimali użati għall-ittestjar ta’ komponenti, materjali jew prodotti għandhom jitqiegħdu fi kwarantina qabel l-użu. Dawn għandhom jinżammu u jiġu kkontrollati b’mod li jiżgura l-adegwatezza tagħhom għall-użu maħsub. Barra minn hekk, dawn għandhom jiġu identifikati u għandhom jinżammu rekords adegwati li juru l-istorja tal-użu tagħhom.
6. Il-media u r-razez mikrobijoloġiċi użati għandhom jiġu dekontaminati f’konformità ma’ proċedura standard u jintremew b’mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata.
Artikolu 36
Programm ta’ stabbiltà kontinwu
1. Wara li tingħata l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandu jiġi implimentat programm biex jiġi vverifikat li, fil-kundizzjonijiet tal-ħżin rilevanti speċifikati fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u fl-imballaġġ kif maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni, il-prodott mediċinali veterinarju jibqa’ fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet matul il-ħajja fuq l-ixkaffa (“programm ta’ stabbiltà kontinwu”).
2. Il-programm ta’ stabbiltà kontinwu għandu jiġi deskritt fi protokoll bil-miktub li għandu jiddeskrivi, fost l-oħrajn, in-numru ta’ lottijiet, il-metodi tal-ittestjar li għandhom jintużaw, il-kriterji ta’ aċċettazzjoni u l-intervalli tal-ittestjar. Il-metodoloġija fil-programm ta’ stabbiltà kontinwu tista’ tvarja mill-approċċ segwit biex tinkiseb id-data dwar l-istabbiltà sottomessa fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni (eż. frekwenza differenti tal-ittestjar), dment li din tkun ġustifikata.
3. L-istudji dwar l-istabbiltà kontinwi għandhom ġeneralment jitwettqu fuq il-prodott lest kif rilaxxat mill-manifattur, sakemm approċċ differenti ma jkunx debitament ġustifikat. Meta prodotti intermedji jew prodotti bl-ingrossa jinħażnu għal perjodi ta’ żmien estiżi, għandha tingħata kunsiderazzjoni biex fil-programm ta’ stabbiltà kontinwu jiġu inklużi dawk il-lottijiet li jkunu ġew manifatturati minn materjali maħżuna għal perjodi itwal ta’ żmien. Studji ta’ stabbiltà dwar il-prodott rikostitwit ma għandhomx għalfejn isiru bħala parti mill-programm ta’ stabbiltà kontinwu.
4. L-għadd ta’ lottijiet u l-frekwenza tal-ittestjar għandhom ikunu adegwati biex jippermettu analiżi tax-xejriet u għandhom iqisu r-riskji, bħal bidliet sinifikanti fil-produzzjoni, devjazzjonijiet sinifikanti, u operazzjonijiet ta’ ħdim mill-ġdid jew riproċessar. Mill-inqas lott wieħed tal-prodott għal kull qawwa u tip ta’ imballaġġ għandu jiġi inkluż kull sena fil-programm ta’ stabbiltà kontinwu, sakemm l-ebda wieħed ma jiġi prodott f’sena partikolari jew sakemm frekwenza differenti ma tkunx ġustifikata mod ieħor. B’mod partikolari, meta l-monitoraġġ kontinwu tal-istabbiltà jkun jeħtieġ ittestjar bl-użu tal-annimali u ma tkun disponibbli l-ebda teknika alternattiva xierqa, il-frekwenza tal-ittestjar tista’ tiġi adattata. L-approċċi tal-bracketing u tal-matrixing jistgħu jiġu applikati jekk ikunu ġġustifikati xjentifikament fil-protokoll.
5. Ir-riżultati tal-istudji dwar l-istabbiltà kontinwi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami perjodiku u jkunu disponibbli għall-persunal ewlieni u, b’mod partikolari, għall-persuna kwalifikata. Għandu jinżamm sommarju tad-data kollha ġġenerata.
Artikolu 37
Trasferiment tekniku tal-metodi tal-ittestjar
1. Qabel it-trasferiment ta’ metodu tal-ittestjar, is-sit ta’ trasferiment għandu jivverifika li l-metodu tal-ittestjar jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti.
2. It-trasferiment tal-metodi tal-ittestjar minn laboratorju wieħed (laboratorju tat-trasferiment) għal laboratorju ieħor (laboratorju riċeventi) għandu jiġi deskritt fi protokoll dettaljat.
3. Il-protokoll għandu jinkludi, fost l-oħrajn, l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
l-identifikazzjoni tal-ittestjar li għandu jsir u l-metodu tal-ittestjar rilevanti li qed jiġi ttrasferit; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe rekwiżit speċifiku ta’ taħriġ; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni tal-istandards u l-kampjuni li għandhom jiġu ttestjati; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kundizzjoni speċjali tat-trasport u tal-ħżin tal-oġġetti tat-test; |
|
(e) |
il-kriterji ta’ aċċettazzjoni. |
4. Id-devjazzjonijiet mill-protokoll għandhom jiġu investigati qabel l-għeluq tal-proċess ta’ trasferiment tekniku. Ir-rapport ta’ trasferiment tekniku għandu jiddokumenta l-eżitu komparattiv tal-proċess u għandu jidentifika oqsma li jeħtieġu validazzjoni mill-ġdid tal-metodu tal-ittestjar ulterjuri, jekk applikabbli.
KAPITOLU VIII
ĊERTIFIKAZZJONI U RILAXX TAL-LOTT
Artikolu 38
Persuna kwalifikata
1. Kull sit tal-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-Unjoni għandu jkollu mill-inqas persuna kwalifikata waħda.
2. Sabiex tikkonforma mal-obbligu stabbilit skont l-Artikolu 97(6) tar-Regolament (UE) 2019/6, il-persuna kwalifikata għandha, bħala minimu, tivverifika l-aspetti li ġejjin:
|
(a) |
is-sors u l-ispeċifikazzjonijiet għall-materjali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji u l-materjali tal-imballaġġ jikkonformaw mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni; |
|
(b) |
is-sustanzi attivi jkunu ġew manifatturati f’konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura u distribwiti f’konformità ma’ prattika tajba ta’ distribuzzjoni; |
|
(c) |
meta applikabbli, is-sigurtà virali u mikrobika u l-istatus tat-TSE (enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli) tal-materjali kollha użati fil-manifattura huma konformi mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni; |
|
(d) |
il-passi kollha tal-manifattura, inklużi l-kontrolli u l-ittestjar, ikunu saru f’konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u f’sit ta’ manifattura awtorizzat fiha u f’konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura; |
|
(e) |
ikunu saru l-kontrolli u l-verifiki kollha meħtieġa ta’ waqt il-proċess, inkluż il-monitoraġġ ambjentali, u jkunu jeżistu rekords xierqa; |
|
(f) |
id-data tat-test tal-kontroll tal-kwalità tal-prodott lest tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti jew, meta applikabbli, mal-programm tal-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali; |
|
(g) |
id-data kontinwa dwar l-istabbiltà tkompli tappoġġa ċ-ċertifikazzjoni; |
|
(h) |
l-impatt ta’ kwalunkwe devjazzjoni għall-proċess tal-manifattura jew l-ittestjar ikun ġie evalwat u kwalunkwe verifika u test addizzjonali jkunu tlestew; |
|
(i) |
l-impatt ta’ kwalunkwe bidla fil-proċess tal-manifattura jew fl-ittestjar ikun ġie evalwat u jkunu tlestew kwalunkwe verifika u test addizzjonali; |
|
(j) |
l-awditi tas-siti u tas-siti tal-manifattura involuti fil-manifattura jew fl-ittestjar tas-sustanzi attivi jappoġġaw iċ-ċertifikazzjoni tal-lott; |
|
(k) |
ikunu fis-seħħ miżuri relatati mal-implimentazzjoni tal-manifattura jew l-ittestjar esternalizzati, kif previst fl-arranġamenti tas-subkuntrattar; |
|
(l) |
l-investigazzjonijiet kollha dwar kwistjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità tal-lott li jkun qed jiġi ċċertifikat ikunu tlestew sa grad suffiċjenti biex jappoġġaw iċ-ċertifikazzjoni tal-lott; |
|
(m) |
il-programm ta’ awtospezzjoni huwa attiv. |
Il-persuna kwalifikata, filwaqt li tkun responsabbli biex tiżgura li l-verifiki stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jsiru, tista’ tiddelega dawk il-kompiti lil persunal imħarreġ kif xieraq jew lil partijiet terzi.
3. Il-persuna kwalifikata għandu jkollha aċċess għal kwalunkwe dokumentazzjoni rilevanti għall-passi li għalihom hu jew hija jassumi/tassumi r-responsabbiltà, inklużi d-dettalji tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni meħtieġa biex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti rilevanti ġewx issodisfati u d-data rilevanti dwar il-proċess kollu tal-manifattura tal-prodott mediċinali veterinarju, inklużi l-attivitajiet ta’ importazzjoni, jekk ikun hemm.
4. Meta aktar minn persuna kwalifikata waħda tkun involuta fil-valutazzjoni ta’ lott wieħed ta’ prodott mediċinali veterinarju, it-tqassim tar-responsabbiltajiet bejniethom, inklużi dettalji dwar ir-responsabbiltà għall-valutazzjoni ta’ kwalunkwe devjazzjoni, għandu jiġi stabbilit b’mod ċar bil-miktub.
5. Il-persuna kwalifikata tista’ tiddependi fuq awditi mwettqa minn partijiet terzi li jiċċertifikaw il-konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura f’siti speċifiċi ta’ manifattura. F’tali każijiet, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 43. Il-persuna kwalifikata għandu jkollha aċċess għal kwalunkwe dokumentazzjoni li tkun rilevanti għar-rieżami tal-eżitu tal-awditu.
Għall-approvazzjoni tar-rapport tal-awditu, il-persuna kwalifikata għandha tqis dan li ġej:
|
(a) |
jekk ir-rapport tal-awditu jindirizzax rekwiżiti ġenerali ta’ prassi tajba ta’ manifattura, bħas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità u l-proċeduri ta’ produzzjoni u kontroll tal-kwalità relatati mal-prodott fornut, b’livell suffiċjenti ta’ dettall sabiex jippermetti konklużjoni li l-attivitajiet rilevanti koperti mill-awditu jikkonformaw mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-prassi tajba ta’ manifattura; |
|
(b) |
fil-każ ta’ attivitajiet esternalizzati, jekk kienx hemm verifika tal-konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-prassi tajba ta’ manifattura. |
Artikolu 39
Ċertifikazzjoni u rilaxx tal-lott
1. Lottijiet ta’ prodotti mediċinali veterinarji jistgħu jiġu rilaxxati għall-bejgħ jew għall-provvista fis-suq biss wara li persuna kwalifikata tiċċertifika – permezz ta’ rapport ta’ kontroll – li kull lott ta’ prodott mediċinali veterinarju jkun ġie mmanifatturat u ttestjat f’konformità mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-prassi tajba ta’ manifattura. Iċ-ċertifikazzjoni tista’ ssir biss mill-persuna kwalifikata ta’ manifattur deskritta fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Mudell għaċ-ċertifikat tar-rilaxx tal-lott huwa pprovdut fl-Anness VIII.
2. Id-dipendenza mill-persuna kwalifikata fuq l-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali jew ir-rilaxx parametriku hija possibbli biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX.
3. L-evidenza taċ-ċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rreġistrata mill-persuna kwalifikata f’reġistru jew f’dokument ekwivalenti pprovdut għal dak l-għan. Dak ir-reġistru jew dokument ekwivalenti għandu jinżamm aġġornat u għandu jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal sena wara l-iskadenza tal-lott relatat miegħu jew mill-inqas 5 snin wara ċ-ċertifikazzjoni tal-lott mill-persuna kwalifikata, skont liema jkun l-itwal.
4. Il-persuna kwalifikata li twettaq iċ-ċertifikazzjoni tal-lott ta’ prodott mediċinali veterinarju tista’ tassumi responsabbiltà sħiħa għall-istadji kollha tal-manifattura tal-lott jew tista’ taqsam din ir-responsabbiltà ma’ persuni kwalifikati oħra li jkunu kkonfermaw il-konformità ta’ passi speċifiċi fil-manifattura u l-kontroll ta’ lott.
Jekk sit ta’ manifattura jwettaq biss operazzjonijiet ta’ manifattura parzjali, il-persuna kkwalifikata f’dak is-sit għandha, mill-inqas, tikkonferma li l-operazzjonijiet imwettqa f’dak is-sit ta’ manifattura twettqu f’konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura u t-termini tal-ftehim bil-miktub li jagħti dettalji tal-operazzjonijiet li għalihom huwa responsabbli s-sit ta’ manifattura. Il-manifattura parzjali għandha sseħħ biss f’sit ta’ manifattura awtorizzat f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Mudell għall-konferma tal-manifattura parzjali huwa pprovdut fl-Anness VIII.
5. Meta diversi lottijiet ta’ prodott lest joriġinaw mill-istess lott ta’ prodott bl-ingrossa, iċ-ċertifikazzjoni tal-lottijiet differenti ta’ prodott lest tista’ tkun ibbażata fuq l-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità ta’ lott iċċertifikat qabel dment li dan ikun iġġustifikat abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. L-elementi li ġejjin għandhom mill-inqas jiġu vverifikati mill-persuna kwalifikata:
|
(a) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti rilevanti għall-ħżin tal-prodott bl-ingrossa qabel l-imballaġġ; |
|
(b) |
il-lott tal-prodott lest ikun inħażen u, meta applikabbli, ittrasportat skont il-kundizzjonijiet meħtieġa; |
|
(c) |
il-konsenja baqgħet sikura u ma hemm l-ebda evidenza ta’ tbagħbis matul il-ħżin jew it-trasport; |
|
(d) |
l-identifikazzjoni tal-prodott tkun ġiet stabbilita; |
|
(e) |
il-kampjuni ttestjati huma rappreżentattivi tal-lottijiet kollha tal-prodotti lesti derivati mil-lott tal-prodott bl-ingrossa. |
6. Meta l-persuna kwalifikata tiċċertifika lott ta’ prodott mediċinali veterinarju f’konformità mal-paragrafu 1, hu jew hija għandu/għandha jassenja/tassenja l-istatus ta’ rilaxx lil dak il-lott permezz ta’ notifika formali u mhux ambigwa lis-sit tal-manifattura li jirrilaxxa l-prodott.
7. Sakemm jiġi assenjat l-istatus tar-rilaxx imsemmi fil-paragrafu 6, il-lott għandu jibqa’ fis-sit tal-manifattura jew jiġi ttrasportat taħt kwarantina lejn sit tal-manifattura ieħor awtorizzat għal dak l-għan. Għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji biex jiġi żgurat li lottijiet mhux iċċertifikati ma jiġux rilaxxati. Dawk is-salvagwardji jistgħu jkunu fiżiċi (bl-użu ta’ segregazzjoni u tikkettar) jew elettroniċi (bl-użu ta’ sistemi kompjuterizzati vvalidati). Meta lottijiet mhux iċċertifikati jiġu mċaqalqa minn sit tal-manifattura awtorizzat għal ieħor, għandhom jibqgħu s-salvagwardji għall-prevenzjoni tar-rilaxx prematur.
Artikolu 40
Kunsiderazzjonijiet addizzjonali għall-importazzjonijiet ta’ prodotti mediċinali veterinarji
1. Sabiex ikun hemm konformità mal-obbligu stabbilit skont l-Artikolu 97(7) tar-Regolament (UE) 2019/6, iċ-ċertifikazzjoni mill-persuna kkwalifikata tista’ sseħħ biss wara li tkun saret importazzjoni fiżika. Is-sit tal-importazzjoni fiżika u s-sit tal-persuna kkwalifikata responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni/konferma għandhom jiġu awtorizzati f’konformità mal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2019/6.
2. Il-kampjunar tal-prodott importat għandu jkun rappreżentattiv b’mod sħiħ tal-lott. Il-kampjuni meħtieġa għall-ittestjar tal-lott importat kif ukoll il-kampjuni ta’ referenza u/jew miżmuma jistgħu jittieħdu jew wara l-wasla fl-Unjoni jew fis-sit tal-manifattura fil-pajjiż terz f’konformità ma’ proċedura dokumentata. Ir-responsabbiltajiet fir-rigward tal-kampjunar għandhom jiġu definiti fi ftehim bil-miktub bejn is-siti tal-manifattura. Kwalunkwe kampjun meħud barra mill-Unjoni għandu jiġi ttrasportat f’kundizzjonijiet tat-trasport ekwivalenti għal-lott li jirrappreżentaw.
3. Meta l-kampjunar jitwettaq f’sit tal-manifattura ta’ pajjiż terz, il-proċedura dokumentata msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ġġustifikata f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità u għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
awditi tal-attivitajiet ta’ manifattura, inkluż il-kampjunar, fis-sit tal-manifattura tal-pajjiż terz u evalwazzjoni tal-passi sussegwenti tat-trasport kemm tal-lott kif ukoll tal-kampjuni biex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-lott importat; |
|
(b) |
analiżi komprensiva li tappoġġa l-konklużjoni li l-kampjuni meħuda fil-pajjiż terz huma rappreżentattivi tal-lott wara l-importazzjoni, inkluż mill-inqas dan li ġej:
|
|
(c) |
analiżi perjodika aleatorja tal-kampjuni meħuda wara l-importazzjoni għandha titwettaq biex tiġġustifika d-dipendenza kontinwa fuq kampjuni meħuda f’pajjiż terz; |
|
(d) |
il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-trasport tal-prodott lest u l-kampjuni, għandhom jiġu kkontrollati qabel ma jiġi ċċertifikat kwalunkwe lott; |
|
(e) |
id-dokumentazzjoni tal-lott ipprovduta mis-sit tal-manifattura ta’ pajjiż terz għandha tkun f’format u f’lingwa li tinftiehem mill-importatur; |
|
(f) |
id-dokumentazzjoni rilevanti tal-ordni u tal-konsenja għandha tkun disponibbli għall-ispezzjoni fis-sit tal-manifattura responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni; |
|
(g) |
meta l-lottijiet jiġu suddiviżi u l-kwantitajiet parzjali jiġu importati separatament, għandha tiġi vverifikata u ddokumentata r-rikonċiljazzjoni tal-kwantitajiet. Kwalunkwe diskrepanza għandha tiġi investigata taħt ir-responsabbiltà tal-persuna kwalifikata responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-lott; |
|
(h) |
is-sit tal-manifattura responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni għandu jiżgura li jkun hemm fis-seħħ programm ta’ stabbiltà kontinwu u li jkunu ttieħdu kampjuni ta’ referenza u kampjuni miżmuma. Il-programm ta’ stabbiltà kontinwu jista’ jitwettaq fis-sit tal-manifattura ta’ pajjiż terz. |
4. Is-sit tal-manifattura responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni għandu jikkwalifika lill-manifattur ta’ pajjiż terz u jwettaq monitoraġġ perjodiku, inkluż permezz ta’ awditi fuq il-post, biex jiżgura l-konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura u t-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
Artikolu 41
Operazzjonijiet ta’ imballaġġ mill-ġdid
Il-persuna kwalifikata ta’ sit tal-manifattura li tkun involuta biss f’operazzjonijiet ta’ imballaġġ mill-ġdid għandha tiċċertifika li l-imballaġġ mill-ġdid ikun sar f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-prassi tajba ta’ manifattura.
Artikolu 42
Immaniġġjar ta’ devjazzjonijiet mhux ippjanati
Meta tkun seħħet devjazzjoni mhux ippjanata relatata mal-proċess tal-manifattura jew mal-metodi ta’ kontroll analitiku, persuna kwalifikata tista’ tikkonferma l-konformità jew tiċċertifika l-lott biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm konformità mal-ispeċifikazzjonijiet għas-sustanzi attivi, l-eċċipjenti, il-materjali tal-imballaġġ u l-prodott lest; |
|
(b) |
ikun hemm valutazzjoni fil-fond tal-impatt tad-devjazzjoni li tappoġġa konklużjoni li l-okkorrenza ma jkollhiex effett negattiv fuq il-kwalità, is-sikurezza jew l-effikaċja tal-prodott; |
|
(c) |
meta xieraq, ġiet evalwata l-ħtieġa għall-inklużjoni tal-lott/lottijiet affettwati fil-programm ta’ stabbiltà li għaddej. |
KAPITOLU IX
ATTIVITAJIET ESTERNALIZZATI
Artikolu 43
Rekwiżiti għall-attivitajiet esternalizzati
1. L-esternalizzazzjoni tal-operazzjonijiet relatati mal-manifattura jew il-kontroll ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandha ssir permezz ta’ kuntratt bil-miktub li jipprevedi delineazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet ta’ kull parti.
2. Il-manifattur (“min jagħti l-kuntratt”) għandu jivvaluta l-adegwatezza tal-kuntrattur (“min jieħu l-kuntratt”) biex iwettaq l-attivitajiet esternalizzati.
3. Min jagħti l-kuntratt għandu jiżgura li tintbagħat informazzjoni adegwata lil min jieħu l-kuntratt għat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati u li min jieħu l-kuntratt ikun konxju minn kwalunkwe problema assoċjata mal-prodott jew max-xogħol li tista’ tkun ta’ periklu għall-bini, it-tagħmir, il-persunal, materjali oħra jew prodotti oħra.
4. L-aspetti addizzjonali li ġejjin għandhom ikunu koperti fil-kuntratt:
|
(a) |
min jieħu l-kuntratt għandu jikkonforma ma’ prassi tajba ta’ manifattura; |
|
(b) |
min jieħu l-kuntratt għandu jippermetti awditi jew spezzjonijiet minn min jagħti l-kuntratt u l-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-attivitajiet esternalizzati; |
|
(c) |
ir-rekords kollha relatati mal-attivitajiet esternalizzati kif ukoll il-kampjuni ta’ referenza għandhom jew jiġu ttrasferiti lil min jagħti l-kuntratt jew, alternattivament, min jagħti l-kuntratt għandu jingħata aċċess għalihom; |
|
(d) |
min jieħu l-kuntratt ma għandu jissubkuntratta l-ebda xogħol fdat lilu jew lilha skont il-kuntratt mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub minn min jagħti l-kuntratt. |
5. Min jagħti l-kuntratt għandu jirrieżamina u jivvaluta r-rekords u r-riżultati relatati mal-attivitajiet esternalizzati u meta xieraq, jieħu l-miżuri rilevanti.
KAPITOLU X
DIFETTI FIL-KWALITÀ U S-SEJĦA LURA TAL-PRODOTTI
Artikolu 44
Difetti fil-kwalità
1. Għandha tiġi stabbilita sistema li tiżgura li l-ilmenti kollha relatati mal-kwalità, kemm jekk riċevuti bil-fomm kif ukoll bil-miktub, jiġu rreġistrati u investigati bir-reqqa u li jiġu implimentati azzjonijiet xierqa, inkluż is-sejħa lura ta’ prodotti mediċinali veterinarji meta xieraq.
2. Il-persunal responsabbli għall-ġestjoni tal-ilmenti relatati mal-kwalità u l-investigazzjonijiet dwar difetti fil-kwalità għandhom ikunu indipendenti mid-dipartimenti tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-bejgħ sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor. Jekk il-persuna kwalifikata involuta fiċ-ċertifikazzjoni tal-lottijiet ikkonċernati ma tipparteċipax fl-investigazzjoni, din għandha tiġi infurmata f’waqtu.
3. Għandhom jiġu żviluppati proċeduri operattivi li jiddeskrivu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mal-wasla ta’ lment relatat mal-kwalità. Dawk il-proċeduri operattivi għandhom jindirizzaw mill-inqas dan li ġej:
|
(a) |
id-determinazzjoni tal-firxa tad-difett fil-kwalità; |
|
(b) |
il-valutazzjoni tar-riskji maħluqa mid-difett fil-kwalità; |
|
(c) |
l-identifikazzjoni tal-kawżi ewlenin potenzjali tad-difett fil-kwalità jew, fejn tali kawża tar-rotta ma tkunx tista’ tiġi aċċertata, l-aktar raġuni probabbli; |
|
(d) |
il-ħtieġa għal miżuri xierqa ta’ minimizzazzjoni tar-riskju; |
|
(e) |
il-ħtieġa għal miżuri korrettivi jew preventivi; |
|
(f) |
il-valutazzjoni tal-impatt li kwalunkwe azzjoni ta’ sejħa lura jista’ jkollha fuq id-disponibbiltà tal-prodott mediċinali veterinarju; |
|
(g) |
il-komunikazzjonijiet interni u esterni li għandhom isiru. |
4. Jekk l-immaniġġjar tal-ilmenti relatati mal-kwalità u d-difetti suspettati fil-kwalità jiġu ġestiti ċentralment fi ħdan organizzazzjoni, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet relattivi tal-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu ddokumentati.
5. Jekk il-prodott mediċinali veterinarju jiġi mmanifatturat minn entità li ma tkunx id-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-manifattur, tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u ta’ kwalunkwe parti terza rilevanti oħra għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub.
6. Meta difett fil-kwalità jiġi skopert jew issuspettat f’lott, għandu jitqies jekk ikunx meħtieġ li jiġu vverifikati lottijiet oħra jew, kif xieraq, prodotti oħra biex jiġi ddeterminat jekk humiex affettwati wkoll. Il-lottijiet li jista’ jkun fihom porzjonijiet tal-lott jew tal-komponenti difettużi għandhom jiġu investigati.
7. L-investigazzjonijiet dwar difetti fil-kwalità għandhom jinkludu rieżami tar-rapporti preċedenti dwar id-difetti fil-kwalità jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tindika problemi speċifiċi jew rikorrenti.
8. Il-prijorità matul investigazzjoni għandha tkun li jiġi żgurat li jittieħdu miżuri xierqa ta’ minimizzazzjoni tar-riskju. Id-deċiżjonijiet u l-miżuri kollha adottati għandhom jirriflettu l-livell ta’ riskju u għandhom jiġu ddokumentati. L-effettività tal-miżuri korrettivi u preventivi implimentati għandha tiġi mmonitorjata.
9. Id-difetti fil-kwalità għandhom jiġu rrapportati f’waqtu lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati wkoll fil-każ ta’ difett fil-kwalità kkonfermat li jista’ jirriżulta fis-sejħa lura tal-prodott jew restrizzjoni anormali fil-provvista. Devjazzjonijiet mhux ippjanati kif deskritti fl-Artikolu 42 ma għandhomx għalfejn jiġu nnotifikati.
10. Il-miżuri biex jiġu indirizzati d-difetti fil-kwalità għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji u l-prijorità għandha tkun il-protezzjoni tal-annimali ttrattati u s-sikurezza tal-utent. Kull meta jkun possibbli, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għandhom jiġu diskussi minn qabel mal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
Artikolu 45
Sejħa lura ta’ prodotti
1. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għas-sejħa lura ta’ prodotti, li għandhom jinkludu kif għandha tinbeda sejħa lura, min għandu jiġi infurmat fil-każ ta’ sejħa lura (inklużi l-awtoritajiet rilevanti) u kif il-materjal imsejjaħ lura għandu jiġi ttrattat. Ir-rwol u l-kompiti rispettivi tal-manifattur u tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-bidu u l-organizzazzjoni tas-sejħiet lura għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar.
2. Għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta’ sejħa lura jkunu jistgħu jinbdew minnufih u fi kwalunkwe ħin. F’ċerti każijiet, u bil-ħsieb li tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi jew tal-annimali, jista’ jkun meħtieġ li l-prodotti jissejħu lura qabel ma tiġi stabbilita l-kawża ewlenija jew il-firxa sħiħa tad-difett fil-kwalità.
3. L-effettività tal-proċedura għas-sejħiet lura għandha tiġi evalwata perjodikament, inkluż matul il-ħinijiet tal-uffiċċju u l-ħinijiet ta’ barra mill-uffiċċju. Għandha tiġi meqjusa l-possibbiltà li jitwettqu azzjonijiet ta’ sejħa lura ta’ mudelli u l-eżitu ta’ din l-evalwazzjoni għandu jiġi ddokumentat.
4. Il-prodotti msejħa lura għandhom jiġu identifikati u maħżuna separatament f’żona sigura sakemm tittieħed deċiżjoni dwar id-destin tagħhom. Il-progress tas-sejħa lura għandu jiġi rreġistrat sakemm tingħalaq il-proċedura ta’ sejħa lura u jinħareġ rapport finali, inkluża rikonċiljazzjoni bejn il-kwantitajiet ikkonsenjati u rkuprati tal-prodotti jew tal-lottijiet ikkonċernati.
5. L-awtoritajiet kompetenti kollha kkonċernati għandhom jiġu infurmati qabel il-bidu ta’ sejħa lura sakemm ma tkunx meħtieġa azzjoni urġenti biex tiġi protetta s-saħħa tal-konsumaturi jew tal-annimali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati wkoll f’sitwazzjonijiet li fihom ma tkun qed tiġi proposta l-ebda azzjoni ta’ sejħa lura għal lott difettuż minħabba li l-lott ikun skada.
6. Minbarra s-sejħiet lura, hemm azzjonijiet oħra li jnaqqsu r-riskji li jistgħu jitqiesu biex jiġu ġestiti r-riskji ppreżentati minn difetti fil-kwalità, bħat-trażmissjoni ta’ informazzjoni xierqa lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa. Tali azzjoni għandha tiġi diskussa mal-awtoritajiet kompetenti u maqbula minnhom.
KAPITOLU XI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 46
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta’ Lulju 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/6/oj.
(2) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil 2001/82/KE tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/82/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj).
ANNESS I
PRODOTTI STERILI U MANIFATTURA ASETTIKA
TAQSIMA I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-manifattura ta’ prodotti sterili u prodotti meta hija meħtieġa manifattura asettika.
TAQSIMA II
PRINĊIPJI ĠENERALI
|
II.1. |
Il-manifattura ta’ prodotti sterili hija soġġetta għal rekwiżiti speċjali sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ kontaminazzjoni mikrobika, partikolata u mill-endotossini/piroġeni. L-aspetti li ġejjin għandhom jitqiesu b’mod speċifiku:
|
|
II.2. |
Il-proċessi, it-tagħmir, il-bini u l-attivitajiet tal-manifattura għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità sabiex jiġu identifikati, evalwati u kkontrollati b’mod proattiv ir-riskji potenzjali għall-kwalità. Il-monitoraġġ jew l-ittestjar waħdu ma jitqiesx suffiċjenti – waħdu – biex tiġi żgurata l-isterilità. |
|
II.3. |
Għandha tiġi żviluppata strateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni mill-manifattur u għandha tiġi implimentata fis-sit. L-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni għandu jkollha l-għan li tevita l-kontaminazzjoni billi tidentifika l-punti kritiċi kollha ta’ kontroll u tivvaluta l-effettività tal-kontrolli kollha (it-tfassil, il-proċeduri, tekniċi u organizzattivi) u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati għall-ġestjoni tar-riskji. L-effettività tal-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni għandha tiġi rieżaminata perjodikament u, meta xieraq, aġġornata u għandha wkoll tixpruna titjib kontinwu tal-metodi tal-manifattura u kontroll. |
|
II.4. |
Filwaqt li l-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni tinkludi serje ta’ miżuri interrelatati li tipikament jiġu vvalutati, ikkontrollati u mmonitorjati individwalment, l-effettività tal-miżuri implimentati għandha tiġi vvalutata għalkollox. |
|
II.5. |
L-iżvilupp tal-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni jeħtieġ għarfien tekniku u tal-proċess dettaljat. Sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni huma attribwibbli għal radam mikrobiku u ċellulari (eż. piroġeni, endotossini) kif ukoll partikolat (eż. ħġieġ u partikoli viżibbli u subviżibbli oħra). L-elementi li għandhom jitqiesu fi ħdan strateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
|
II.6. |
Il-bidliet fis-sistemi fis-seħħ għandhom jiġu vvalutati għal kwalunkwe impatt fuq l-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni qabel u wara l-implimentazzjoni. |
|
II.7 |
Il-manifattur għandu jieħu l-passi u l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiżgura l-isterilità tal-prodotti manifatturati fil-faċilitajiet tiegħu. Ma għandux ikun hemm dipendenza biss fuq kwalunkwe proċess terminali jew test tal-prodott lest. |
TAQSIMA III
BINI
III.1. Rekwiżiti ġenerali
|
III.1.1. |
Il-manifattura ta’ prodotti sterili għandha ssir fi kmamar nodfa xierqa, li d-dħul fihom għandu jkun minn kmamar tat-tibdil li jaġixxu bħala airlocks għall-persunal u airlocks għat-tagħmir u l-materjali. |
|
III.1.2. |
Il-kmamar nodfa u l-kmamar tat-tibdil għandhom jinżammu skont standard xieraq tal-indafa u jiġu fornuti bl-arja li tkun għaddiet minn filtri ta’ effiċjenza xierqa. Il-kontrolli u l-monitoraġġ għandhom ikunu ġġustifikati xjentifikament u għandhom jevalwaw b’mod effettiv l-istat tal-kundizzjonijiet ambjentali tal-kmamar nodfa, tal-airlocks u tal-bokkaporti passaġġ. |
|
III.1.3. |
L-operazzjonijiet varji tal-preparazzjoni tal-komponenti, il-preparazzjoni tal-prodott u l-mili għandhom jitwettqu b’miżuri ta’ separazzjoni tekniċi u operattivi xierqa fil-kamra nadifa jew fil-bini jiġi evitat it-taħwid u l-kontaminazzjoni. |
|
III.1.4. |
Is-Sistemi ta’ Barriera b’Aċċess Ristrett (RABS, Restricted Access Barrier Systems) (1) jew l-iżolaturi jistgħu jimminimizzaw il-kontaminazzjoni mikrobika assoċjata ma’ interventi diretti tal-bniedem fiż-żona kritika (2). L-użu tagħhom għandu għalhekk jitqies bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni; l-użu ta’ approċċi alternattivi għandu jiġi ġġustifikat. |
|
III.1.5. |
Għandhom jintużaw il-gradi li ġejjin ta’ kamra/żona nadifa:
|
|
III.1.6. |
Fi kmamar nodfa u żoni kritiċi, is-superfiċi esposti kollha għandhom ikunu lixxi, impermeabbli u mhux imkissra sabiex jimminimizzaw it-tixrid jew l-akkumulazzjoni ta’ partikoli jew mikroorganiżmi. |
|
III.1.7. |
Biex titnaqqas l-akkumulazzjoni tat-trab u biex jiġi ffaċilitat it-tindif ma għandu jkun hemm l-ebda daħliet li huma diffiċli biex jitnaddfu b’mod effettiv. Għalhekk, il-ligat, l-ixkafef, l-armarji u t-tagħmir li jisporġu għandhom jinżammu għall-minimu. Il-bibien għandhom ikunu mfassla biex jevitaw daħliet li ma jistgħux jitnaddfu. Il-bibien li jiżżerżqu ġeneralment mhumiex mixtieqa għal din ir-raġuni. |
|
III.1.8. |
Il-materjali użati fil-kmamar nodfa, kemm fil-kostruzzjoni tal-kamra kif ukoll għall-oġġetti użati fil-kamra, għandhom jintgħażlu biex jimminimizzaw il-ġenerazzjoni ta’ partikoli u biex jippermettu l-applikazzjoni ripetuta ta’ aġenti tat-tindif, diżinfettanti u sporiċidali kif xieraq. |
|
III.1.9. |
Is-soqfa għandhom ikunu mfassla u ssiġillati biex ma jħallux li jkun hemm kontaminazzjoni mill-ispazju fuqhom. |
|
III.1.10. |
Is-sinkijiet u d-drejns mhumiex permessi fiż-żoni tal-grad A u tal-grad B. Fi gradi oħra, għandhom jitwaħħlu air breaks bejn il-magna jew is-sink u d-drejns. Id-drejns tal-art fi kmamar nodfa ta’ grad aktar baxx għandhom ikunu mgħammra b’nases jew siġilli tal-ilma mfassla biex jipprevjenu l-fluss tar-reżistenza u għandhom jitnaddfu, jiġu diżinfettati u jinżammu b’mod regolari. |
|
III.1.11. |
Il-kmamar nodfa għandhom jiġu fornuti bi provvista tal-arja ffiltrata li żżomm pressjoni pożittiva u/jew fluss tal-arja relattiv għall-ambjent fl-isfond ta’ grad aktar baxx fil-kundizzjonijiet operattivi kollha u għandhom jifflaxxjaw ż-żona b’mod effettiv. Kmamar biswit xulxin ta’ gradi differenti għandu jkollhom differenza fil-pressjoni tal-arja ta’ minimu ta’ 10 Pascals (valur ta’ gwida). Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-protezzjoni taż-żona kritika. |
|
III.1.12. |
Ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq dwar il-provvisti tal-arja u l-pressjonijiet jistgħu jiġu modifikati meta meħtieġ biex ikun fihom ċerti materjali (eż. prodotti patoġeniċi, tossiċi ħafna jew radjuattivi jew materjali virali jew batteriċi ħajjin). Il-modifika tista’ tinkludi airlocks taħt pressjoni pożittiva jew negattiva li jipprevjenu l-materjal perikoluż milli jikkontamina ż-żoni tal-madwar. Meta għal raġunijiet ta’ konteniment, ikun meħtieġ li l-arja tgħaddi f’żona kritika, is-sors tal-arja għandu jkun minn żona tal-istess grad jew ogħla. |
|
III.1.13. |
Id-dekontaminazzjoni tal-faċilitajiet (eż. il-kmamar nodfa u s-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (HVAC, heating, ventilation, and air-conditioning) u t-trattament tal-arja li toħroġ minn żona nadifa, jistgħu jkunu meħtieġa għal xi operazzjonijiet abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju (eż. fil-kuntest tal-produzzjoni li tinvolvi materjali patoġeniċi, tossiċi ħafna jew radjuattivi jew materjali virali jew batteriċi ħajjin, meta jkun hemm riskju ta’ tixrid fl-ambjent, jew meta tkun ġiet identifikata l-kontaminazzjoni). |
|
III.1.14. |
Il-mudelli tal-fluss tal-arja fil-kmamar nodfa u fiż-żoni għandhom jiġu viżwalizzati u għandu jintwera li ma hemm l-ebda dħul minn żoni ta’ grad aktar baxx għal żoni ta’ grad ogħla u li l-arja ma tivvjaġġax minn żoni inqas nodfa (bħall-art), l-operaturi jew it-tagħmir sabiex il-kontaminazzjoni tkun tista’ tiġi ttrasferita lejn iż-żoni ta’ grad ogħla. B’mod partikolari, japplika dan li ġej:
|
|
III.1.15. |
L-indikaturi tad-differenzi fil-pressjoni tal-arja għandhom jiġu installati bejn il-kmamar nodfa u/jew bejn l-iżolaturi u l-isfond tagħhom. Il-punti stabbiliti u l-kritikalità tad-differenzi fil-pressjoni tal-arja għandhom jiġu indirizzati bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. Id-differenzi fil-pressjoni tal-arja identifikati bħala kritiċi għandhom jiġu mmonitorjati u rreġistrati kontinwament. Għandu jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ twissija biex tindika u twissi minnufih lill-operaturi dwar kwalunkwe falliment fil-provvista tal-arja jew tnaqqis fid-differenzi fil-pressjoni tal-arja (taħt il-limiti stabbiliti għal dawk identifikati bħala kritiċi). Is-sinjal ta’ twissija ma għandux jinqabeż mingħajr valutazzjoni u għandha tkun disponibbli proċedura biex tiddeskrivi l-passi li għandhom jittieħdu meta jingħata sinjal ta’ twissija. Meta jiġi stabbilit dewmien fl-allarm, dawn għandhom jiġu vvalutati u ġġustifikati. Differenzi oħra fil-pressjoni tal-arja għandhom jiġu mmonitorjati u rreġistrati f’intervalli regolari. |
|
III.1.16. |
Il-faċilitajiet għandhom ikunu mfassla biex jippermettu l-osservazzjoni tal-attivitajiet tal-produzzjoni minn barra ż-żoni tal-gradi A u B (eż. permezz tal-provvista ta’ twieqi jew kameras remoti b’viżjoni sħiħa taż-żona u l-proċessi li jippermettu l-osservazzjoni u s-superviżjoni mingħajr dħul). Dan ir-rekwiżit għandu jiġi implimentat meta jitfasslu faċilitajiet ġodda jew matul ir-rinnovazzjoni tal-faċilitajiet eżistenti. |
III.2. Trasferiment ta’ tagħmir u materjali u moviment tal-persunal
|
III.2.1. |
It-trasferiment ta’ tagħmir u materjali fil-kmamar nodfa u ż-żoni kritiċi u ’l barra minnhom huwa wieħed mill-akbar sorsi potenzjali ta’ kontaminazzjoni u għalhekk għandhom jiġu implimentati kontrolli xierqa. B’mod partikolari, it-trasferiment ta’ materjali, tagħmir u komponenti fiż-żoni tal-grad A jew B għandu jsir permezz ta’ proċess unidirezzjonali. Meta possibbli, l-oġġetti għandhom jiġu sterilizzati u mgħoddija f’dawn iż-żoni permezz ta’ sterilizzaturi b’żewġt itruf (eż. permezz ta’ awtoklava b’żewġ bibien jew forn/mina ta’ depiroġenazzjoni) issiġillati fil-ħajt. Meta l-isterilizzazzjoni mat-trasferiment tal-oġġetti ma tkunx possibbli, għandha tiġi implimentata proċedura vvalidata li tilħaq l-istess objettiv li ma tiġix introdotta kontaminazzjoni (eż. bl-użu ta’ proċess effettiv ta’ diżinfezzjoni ta’ trasferiment, sistemi ta’ trasferiment rapidu għal iżolaturi jew, għal materjali gassużi jew likwidi, filtru li jżomm il-batterji). It-tneħħija ta’ oġġetti miż-żoni tal-grad A u B (eż. materjali, skart, kampjuni ambjentali) għandha titwettaq permezz ta’ proċess unidirezzjonali separat. Jekk dan ma jkunx possibbli, għandha titqies separazzjoni abbażi tal-ħin tal-moviment (materjal li jidħol/joħroġ) u għandhom jiġu applikati kontrolli adegwati biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni potenzjali. |
|
III.2.2. |
Huma biss il-materjali u t-tagħmir li ġew inklużi f’lista approvata, li hija żviluppata abbażi ta’ valutazzjoni matul il-validazzjoni tal-proċess ta’ trasferiment, li għandhom jiġu ttrasferiti fiż-żoni tal-grad A jew tal-grad B permezz ta’ airlock jew bokkaporti passaġġ. Kwalunkwe oġġett mhux approvat li jeħtieġ trasferiment għandu jiġi approvat minn qabel bħala eċċezzjoni. |
|
III.2.3. |
Il-moviment ta’ materjal jew tagħmir minn żona ta’ grad aktar baxx jew żona mhux klassifikata għal żona nadifa ta’ grad ogħla għandu jkun soġġett għal tindif u diżinfezzjoni proporzjonati mar-riskji. It-tagħmir u l-materjali (maħsuba għall-użu fiż-żona tal-grad A) għandhom ikunu protetti meta jgħaddu miż-żona tal-grad B. Għandhom jiġu applikati u rreġistrati miżuri xierqa ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni, inkluż programm speċifiku ta’ diżinfezzjoni u monitoraġġ approvat mid-dipartiment responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità. |
|
III.2.4. |
L-airlocks għandhom jitfasslu u jintużaw biex jipprovdu separazzjoni fiżika u biex jimminimizzaw il-kontaminazzjoni mikrobika u partikolata taż-żoni differenti u għandhom jintużaw għall-materjal u l-persunal li jiċċaqalqu bejn gradi differenti. Kull meta jkun possibbli, l-airlocks użati għall-moviment tal-persunal għandhom jiġu separati minn dawk użati għall-moviment tal-materjal. Meta dan ma jkunx possibbli, għandha titqies s-separazzjoni abbażi tal-ħin tal-moviment (persunal/materjal). L-airlocks għandhom jiġu flaxxjati b’mod effettiv b’arja ffiltrata biex jiġi żgurat li jinżamm il-grad tal-kamra nadifa. L-istadju finali tal-airlock għandu, fl-istat “wieqaf”, ikun tal-istess grad ta’ ndafa (partikola vijabbli u totali) bħall-kamra nadifa li fiha twassal. L-użu ta’ kmamar tat-tibdil separati għad-dħul u l-ħruġ miż-żona tal-grad B huwa mixtieq. Meta dan ma jkunx possibbli, għandha titqies s-separazzjoni tal-attivitajiet ibbażata fuq il-ħin (dħul/ħruġ). Meta r-riskju ta’ kontaminazzjoni jkun għoli, għandhom jintużaw kmamar tat-tibdil separati għad-dħul u l-ħruġ miż-żoni tal-produzzjoni. |
|
III.2.5. |
L-aspetti li ġejjin għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-airlocks:
Għall-bokkaporti passaġġ u l-airlocks (għall-materjal u l-persunal), il-bibien tad-dħul u tal-ħruġ ma għandhomx jinfetħu fl-istess ħin. Għall-airlocks li jwasslu għaż-żoni tal-grad A u tal-grad B, għandha tintuża sistema ta’ lokkjatura. Għall-airlocks li jwasslu għaż-żoni tal-gradi C u D, mill-inqas għandha tiġi implimentata sistema ta’ twissija viżiva u/jew akustika. Meta meħtieġ biex tinżamm is-segregazzjoni taż-żona, għandu jiġi implimentat dewmien ta’ ħin bejn l-għeluq u l-ftuħ tal-bibien interlokkjati. |
III.3. Teknoloġiji ta’ Barriera
|
III.3.1. |
L-iżolaturi u r-RABS u l-proċessi assoċjati għandhom jitfasslu biex jipprovdu protezzjoni permezz tas-separazzjoni tal-ambjent tal-grad A mill-ambjent tal-kamra tal-madwar. Il-perikli introdotti mid-dħul jew mit-tneħħija ta’ oġġetti matul l-ipproċessar għandhom jiġu minimizzati bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji xierqa jew sistemi vvalidati. |
|
III.3.2. |
It-tfassil tat-teknoloġija u l-proċessi użati għandu jiżgura li jinżammu kundizzjonijiet xierqa fiż-żona kritika biex jiġi protett il-prodott espost matul l-operazzjonijiet.
|
|
III.3.3. |
L-ambjent fl-isfond għall-iżolaturi jew ir-RABS għandu jiżgura li r-riskju tat-trasferiment tal-kontaminazzjoni jiġi minimizzat.
|
|
III.3.4. |
Il-materjali użati għas-sistemi tal-ingwanti (kemm għall-iżolaturi kif ukoll għar-RABS) għandu jkollhom reżistenza mekkanika u kimika xierqa. Il-frekwenza tas-sostituzzjoni tal-ingwanti għandha tiġi definita bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni.
|
|
III.3.5. |
Il-metodi ta’ dekontaminazzjoni (tindif u bijodekontaminazzjoni, u – meta applikabbli – inattivazzjoni għal materjali bijoloġiċi) għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq. Il-proċess tat-tindif qabel l-istadju tal-bijodekontaminazzjoni huwa essenzjali peress li kwalunkwe residwu li jibqa’ jista’ jimpedixxi l-effettività tal-proċess ta’ dekontaminazzjoni. Għandu jintwera li l-aġenti tat-tindif u tal-bijodekontaminazzjoni użati ma għandhomx impatt negattiv fuq il-prodott, prodott fi ħdan ir-RABS jew l-iżolatur.
|
III.4. Kwalifikazzjoni ta’ kamra nadifa u tagħmir tal-arja nadifa
|
III.4.1. |
Il-kmamar nodfa u t-tagħmir tal-arja nadifa bħall-unitajiet unidirezzjonali tal-fluss tal-arja (8), ir-RABS u l-iżolaturi, użati għall-manifattura ta’ prodotti sterili/manifattura asettika, għandhom ikunu kkwalifikati skont il-karatteristiċi meħtieġa tal-ambjent. Kull operazzjoni tal-manifattura teħtieġ livell xieraq ta’ ndafa ambjentali fl-istat operattiv sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-prodott jew tal-materjali li jkunu qed jiġu mmaniġġjati. Għandhom jinżammu wkoll livelli xierqa ta’ ndafa fl-istati “wieqaf” u “waqt it-tħaddim”. |
|
III.4.2. |
Il-kmamar nodfa u t-tagħmir tal-arja nadifa għandhom ikunu kkwalifikati f’konformità mal-Anness V. Permezz tal-kwalifikazzjoni ta’ kmamar nodfa u tagħmir tal-arja nadifa, il-livell ta’ konformità ta’ kamra nadifa jew tagħmir tal-arja nadifa kklassifikati mar-rekwiżiti rilevanti wara li jitqies l-użu maħsub jiġi vvalutat (9). Dan li ġej huwa parti mir-rekwiżiti ta’ kwalifika (meta rilevanti għat-tfassil/it-tħaddim tal-installazzjoni):
|
|
III.4.3. |
Il-klassifikazzjoni tal-kamra nadifa hija parti mill-kwalifika tal-kamra nadifa. Permezz tal-klassifikazzjoni tal-kamra nadifa, il-livell tal-indafa tal-arja jiġi vvalutat billi titkejjel il-konċentrazzjoni totali tal-partikoli. L-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu skedati u mwettqa sabiex jiġi evitat kwalunkwe impatt fuq il-kwalità tal-proċess jew tal-prodott. Pereżempju, il-klassifikazzjoni inizjali għandha ssir matul operazzjonijiet simulati u l-klassifikazzjoni mill-ġdid imwettqa matul operazzjonijiet simulati jew matul simulazzjoni ta’ proċess asettiku. |
|
III.4.4. |
Għall-klassifikazzjoni tal-kmamar nodfa, għandu jitkejjel l-ammont totali ta’ partikoli daqs jew akbar minn 0,5 u 5 μm. Dan il-kejl għandu jsir kemm waqt il-waqfien kif ukoll f’operazzjonijiet simulati f’konformità mal-limiti speċifikati fit-Tabella 1.
Tabella 1 Konċentrazzjoni massima totali permessa ta’ partikoli għall-klassifikazzjoni
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
III.4.5. |
Għall-klassifikazzjoni tal-kamra nadifa, għandu jiġi segwit l-għadd minimu ta’ postijiet ta’ kampjunar u l-pożizzjonament tagħhom kif stabbilit fil-Parti 14644 tal-ISO 1. Għaż-żona tal-ipproċessar asettiku u għall-ambjent fl-isfond (iż-żoni tal-grad A u tal-grad B, rispettivament), għandhom jitqiesu bħala xierqa postijiet addizzjonali tal-kampjun wara li jitqiesu r-riskji, u għandhom jiġu evalwati ż-żoni kritiċi kollha tal-ipproċessar bħall-punt tal-mili u l-iskutelli alimentatriċi tas-sistemi tal-għeluq tal-kontenituri. Il-postijiet kritiċi tal-ipproċessar għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju dokumentata u għarfien tal-proċess u l-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu fiż-żona. |
|
III.4.6. |
Il-veloċità tal-arja fornuta minn sistemi unidirezzjonali tal-fluss tal-arja għandha tkun iġġustifikata b’mod ċar fil-protokoll ta’ kwalifika inkluż il-post għall-kejl tal-veloċità tal-arja. Il-veloċità tal-arja għandha tiġi mfassla, imkejla u miżmuma b’tali mod li jiġi żgurat li l-moviment unidirezzjonali xieraq tal-arja jipprovdi protezzjoni għall-prodott u l-komponenti miftuħa fil-pożizzjoni tax-xogħol (eż. meta jseħħu operazzjonijiet ta’ riskju għoli u meta l-prodott u/jew il-komponenti jkunu esposti). Is-sistemi unidirezzjonali tal-fluss tal-arja għandhom jipprovdu veloċità tal-arja omoġenja f’medda ta’ 0,36 – 0,54 m/s (valur ta’ gwida) fil-pożizzjoni tax-xogħol, sakemm ma jkunx xjentifikament ġustifikat mod ieħor fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. L-istudji ta’ viżwalizzazzjoni tal-flussi tal-arja għandhom jikkorrelataw mal-kejl tal-veloċità tal-arja. |
|
III.4.7. |
Il-livell ta’ kontaminazzjoni mikrobika tal-kmamar nodfa għandu jiġi ddeterminat bħala parti mill-kwalifika tal-kamra nadifa. L-għadd ta’ postijiet tal-kampjunar għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju dokumentata u r-riżultati miksuba mill-klassifikazzjoni tal-kamra, mill-istudji ta’ viżwalizzazzjoni tal-arja u mill-għarfien tal-proċess u tal-operazzjonijiet li għandhom jitwettqu fiż-żona. Il-limiti massimi għall-kontaminazzjoni mikrobika waqt il-kwalifikazzjoni għal kull grad huma mogħtija fit-Tabella 2. Il-kwalifika għandha tinkludi kemm stati “wieqaf” kif ukoll “waqt it-tħaddim”.
Tabella 2 Il-livell massimu permess ta’ kontaminazzjoni mikrobika matul il-kwalifika
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
III.4.8. |
Il-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-kmamar nodfa u tat-tagħmir tal-arja nadifa għandha titwettaq perjodikament skont proċeduri definiti. Il-kwalifikazzjoni mill-ġdid għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
|
|
III.4.9. |
L-intervall ta’ żmien massimu għall-kwalifikazzjoni mill-ġdid taż-żoni tal-grad A u B huwa ta’ 6 xhur, filwaqt li għaż-żoni tal-grad C u D l-intervall ta’ żmien massimu għall-kwalifikazzjoni huwa ta’ 12-il xahar.
Barra minn hekk, il-kwalifikazzjoni mill-ġdid xierqa li tikkonsisti mill-inqas fit-testijiet ta’ hawn fuq għandha titwettaq ukoll wara t-tlestija ta’ azzjoni ta’ rimedju implimentata biex tirrettifika nuqqas ta’ konformità fit-tagħmir jew fil-bini jew, kif xieraq, wara bidliet fit-tagħmir, fil-bini jew fil-proċessi. Eżempji ta’ bidliet li jeħtieġu kwalifikazzjoni mill-ġdid jinkludu l-interruzzjoni tal-moviment tal-arja li taffettwa t-tħaddim tal-installazzjoni, bidla fit-tfassil tal-kamra nadifa jew tal-parametri tal-issettjar operazzjonali tas-sistema tal-HVAC, jew l-attivitajiet ta’ manutenzjoni li jaffettwaw it-tħaddim tal-installazzjoni (eż. bidla fil-filtri finali). |
III.5. Diżinfezzjoni
|
III.5.1. |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-diżinfezzjoni tal-kmamar nodfa. B’mod speċifiku, il-kmamar nodfa għandhom jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew f’konformità ma’ programm bil-miktub. Għandu jintuża aktar minn tip wieħed ta’ aġent diżinfettanti biex jiġi żgurat li, meta jkollhom modi differenti ta’ azzjoni, l-użu kkombinat tagħhom ikun effettiv kontra l-batterji u l-fungi. Id-diżinfezzjoni għandha tinkludi l-użu perjodiku ta’ aġent sporiċidali. Il-monitoraġġ biex tiġi vvalutata l-effettività tal-programm ta’ diżinfezzjoni u biex jiġu identifikati bidliet fit-tipi ta’ flora mikrobika (eż. organiżmi reżistenti għar-reġim ta’ diżinfezzjoni li qed jintuża bħalissa) għandu jsir regolarment.
Biex id-diżinfezzjoni tkun effettiva, jeħtieġ li qabel isir tindif biex titneħħa l-kontaminazzjoni tas-superfiċe. Barra minn hekk, f’xi każijiet, għandu jiġi implimentat proċess ta’ tindif biex jitneħħew b’mod effettiv ir-residwi diżinfettanti. |
|
III.5.2. |
Il-proċess ta’ diżinfezzjoni għandu jiġi vvalidat. L-istudji ta’ validazzjoni għandhom juru l-adegwatezza u l-effettività tad-diżinfettanti bil-mod speċifiku li bih jintużaw u fuq it-tip ta’ materjal tas-superfiċe, jew materjal rappreżentattiv jekk ikun iġġustifikat, u għandhom jappoġġaw il-perjodi ta’ skadenza waqt l-użu tas-soluzzjonijiet ippreparati. |
|
III.5.3. |
Id-diżinfettanti u d-deterġenti użati fiż-żoni tal-grad A u tal-grad B għandhom ikunu sterili qabel l-użu. Id-diżinfettanti użati fil-gradi C u D jistgħu wkoll ikollhom ikunu sterili meta dan jitqies xieraq fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. Meta d-diżinfettanti u d-deterġenti jiġu dilwiti/ippreparati mill-manifattur tal-prodott sterili, dan għandu jsir b’mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni u għandu jkun hemm monitoraġġ għall-kontaminazzjoni mikrobika. Id-dilwizzjonijiet għandhom jinżammu f’kontenituri mnaddfa minn qabel (u sterilizzati meta applikabbli) u għandhom jinħażnu biss għall-perjodu definit rilevanti. Jekk id-diżinfettanti u d-deterġenti jiġu fornuti “lesti”, ir-riżultati miċ-ċertifikati tal-analiżi jew tal-konformità jistgħu jiġu aċċettati soġġett għat-tlestija b’suċċess tal-kwalifika xierqa tal-bejjiegħ. |
|
III.5.4. |
Meta jintużaw il-fumigazzjoni jew id-diżinfezzjoni bil-fwar (eż. Perossidu tal-Idroġenu fil-fażi tal-fwar) tal-kmamar nodfa u tas-superfiċi assoċjati, l-effettività tal-aġent tal-fumigazzjoni u tas-sistema tad-dispersjoni użata għandha tinftiehem u tiġi vvalidata. |
TAQSIMA IV
TAGĦMIR
|
IV.1. |
Għandha tkun disponibbli deskrizzjoni dettaljata u bil-miktub tat-tagħmir (inklużi dijagrammi tal-proċess u tal-istrumentazzjoni kif xieraq). Dan għandu jifforma parti mill-pakkett tal-kwalifika inizjali u għandu jinżamm aġġornat. |
|
IV.2 |
Ir-rekwiżiti tal-monitoraġġ tat-tagħmir għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-kwalifika. L-avvenimenti ta’ allarm tal-proċessi u tat-tagħmir għandhom jiġu rikonoxxuti u evalwati għax-xejriet. Il-frekwenza li biha jiġu vvalutati l-allarmi għandha tkun ibbażata fuq il-kritikalità tagħhom (l-allarmi kritiċi għandhom jiġu rieżaminati minnufih). |
|
IV.3. |
Sa fejn ikun possibbli, it-tagħmir, il-fittings u s-servizzi għandhom ikunu mfassla u installati b’tali mod li l-operazzjonijiet, il-manutenzjoni u t-tiswijiet ikunu jistgħu jitwettqu barra mill-kamra nadifa. Jekk il-manutenzjoni trid titwettaq fil-kamra nadifa u l-istandards meħtieġa tal-indafa u/jew tal-asepsis ma jkunux jistgħu jinżammu, għandhom jitqiesu prekawzjonijiet bħar-restrizzjoni tal-aċċess għaż-żona tax-xogħol għal persunal speċifikat jew il-ġenerazzjoni ta’ protokolli tax-xogħol u proċeduri ta’ manutenzjoni definiti b’mod ċar. Għandhom jitqiesu wkoll it-tindif, id-diżinfezzjoni u l-monitoraġġ ambjentali addizzjonali. Jekk tkun meħtieġa sterilizzazzjoni tat-tagħmir, din għandha titwettaq, kull meta jkun possibbli, wara l-assemblaġġ sħiħ mill-ġdid. |
|
IV.4. |
Il-proċess tat-tindif għandu jiġi vvalidat bħala li jkun kapaċi jneħħi kwalunkwe residwu jew radam li jkollu impatt detrimentali fuq l-effettività tal-aġent diżinfettanti użat, u li jimminimizza l-kontaminazzjoni kimika, mikrobika u partikolata tal-prodott matul il-proċess u qabel id-diżinfezzjoni. |
|
IV.5. |
Għall-proċessi asettiċi, il-partijiet ta’ kuntatt dirett u indirett tal-prodott għandhom jiġu sterilizzati. Għall-fini ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit, “partijiet li jiġu f’kuntatt dirett mal-prodott” huma dawk il-partijiet tat-tagħmir li l-prodott jgħaddi minnhom, bħal labar tal-mili jew pompa, filwaqt li “partijiet indiretti li jiġu f’kuntatt mal-prodott” huma dawk il-partijiet tat-tagħmir li mhumiex f’kuntatt mal-prodott iżda li jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ superfiċi sterilizzati oħra li huma kritiċi għall-isterilità ġenerali tal-prodott (eż. oġġetti sterilizzati bħal skutelli u gwidi tat-tappijiet, u komponenti sterilizzati). |
|
IV.6. |
It-tagħmir kollu bħal sterilizzaturi, sistemi ta’ mmaniġġjar tal-arja (inkluża l-filtrazzjoni tal-arja) u sistemi tal-ilma għandhom ikunu soġġetti għal kwalifika, monitoraġġ u manutenzjoni ppjanata. Mat-tlestija tal-manutenzjoni, ir-ritorn tagħhom għall-użu għandu jiġi approvat. |
|
IV.7. |
Meta għandha titwettaq manutenzjoni mhux ippjanata ta’ tagħmir kritiku għall-isterilità tal-prodott, għandha titwettaq u tiġi rreġistrata valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq l-isterilità tal-prodott. |
|
IV.8. |
Ċinturin trasportatur ma għandux jgħaddi minn diviżjoni bejn żona ta’ grad A jew B u żona ta’ pproċessar ta’ inqas indafa tal-arja, sakemm iċ-ċinturin innifsu ma jiġix sterilizzat kontinwament (eż. f’mina ta’ sterilizzazzjoni). |
|
IV.9. |
Il-kontaturi tal-partikoli, inkluż it-tubi tal-kampjunar, għandhom ikunu kkwalifikati. L-ispeċifikazzjonijiet rakkomandati mill-manifattur għandhom jitqiesu għad-dijametru tat-tubu u r-raġġi tal-liwja. It-tul tat-tubu tipikament ma għandux ikun itwal minn 1m sakemm ma jkunx ġustifikat u l-għadd ta’ liwjiet għandu jiġi minimizzat. Għal finijiet ta’ klassifikazzjoni għandhom jintużaw kontaturi tal-partikoli portabbli b’tul qasir ta’ tubi tal-kampjuni. L-irjus tal-kampjunar isokinetiċi (14) għandhom jintużaw f’sistemi tal-fluss tal-arja unidirezzjonali. Għandhom ikunu orjentati b’mod xieraq u ppożizzjonati qrib kemm jista’ jkun tal-post kritiku biex jiġi żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi. |
TAQSIMA V
UTILITAJIET
V.1. Rekwiżiti ġenerali
|
V.1.1. |
In-natura u l-firxa tal-kontrolli applikati għas-sistemi ta’ utilità għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju għall-kwalità tal-prodott assoċjat mal-utilità. L-impatt tal-utilità fuq il-kwalità tal-prodott għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju u dokumentat bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni.
L-utilitajiet li ġejjin ġeneralment jistgħu jitqiesu assoċjati ma’ riskju ogħla:
|
|
V.1.2. |
L-utilitajiet għandhom ikunu mfassla, installati, kwalifikati, imħaddma, miżmuma u mmonitorjati b’mod li jiżgura li s-sistema ta’ utilità tiffunzjona kif mistenni. |
|
V.1.3. |
Ir-riżultati għall-parametri kritiċi u l-attributi kritiċi tal-kwalità tal-utilitajiet ta’ riskju għoli għandhom ikunu soġġetti għal analiżi regolari tax-xejriet biex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet tas-sistema jibqgħu xierqa. |
|
V.1.4. |
Ir-rekords tal-installazzjoni tas-sistema ta’ utilità għandhom jinżammu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema ta’ utilità, inklużi tpinġijiet u dijagrammi skematiċi, materjali tal-kostruzzjoni u speċifikazzjonijiet tas-sistema. Informazzjoni importanti li għandha tinżamm tinkludi:
|
|
V.1.5. |
Il-pajpijiet, il-kanali u utilitajiet oħra ma għandhomx ikunu preżenti fil-kmamar nodfa. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu evitati, għandhom jiġu installati b’tali mod li ma joħolqux daħliet, fetħiet mhux issiġillati jew superfiċi li huma diffiċli biex jitnaddfu. Barra minn hekk, l-installazzjoni għandha tippermetti t-tindif u d-diżinfezzjoni tas-superfiċe ta’ barra tal-pajpijiet. |
V.2. Sistemi tal-ilma (15)
|
V.2.1. |
L-impjanti tat-trattament tal-ilma u s-sistemi tad-distribuzzjoni għandhom jiġu mfassla, mibnija, installati, ikkummissjonati, ikkwalifikati, immonitorjati u miżmuma b’tali mod li jipprevjenu l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u jiżguraw sors affidabbli ta’ ilma ta’ kwalità xierqa. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ preżenza ta’ partikolati, kontaminazzjoni/proliferazzjoni mikrobika u ta’ endotossini/piroġeni (eż. inklinazzjoni tal-pajpijiet biex jiġi pprovdut skular komplet u l-evitar ta’ fergħat mejta (16)). Meta l-filtri jkunu inklużi fis-sistema, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-monitoraġġ u l-manutenzjoni tagħhom. |
|
V.2.2. |
Is-sistemi tal-ilma għandhom jiġu kkwalifikati u vvalidati biex iżommu l-livelli xierqa ta’ kontroll fiżiku, kimiku u mikrobiku, filwaqt li jitqies l-effett tal-varjazzjonijiet staġjonali. |
|
V.2.3. |
Il-fluss tal-ilma għandu jibqa’ turbulenti mill-pajpijiet fis-sistemi tad-distribuzzjoni tal-ilma biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ adeżjoni mikrobika, u l-formazzjoni sussegwenti tal-bijoriti. Ir-rata tal-fluss għandha tiġi stabbilita matul il-kwalifika u tiġi mmonitorjata regolarment. |
|
V.2.4. |
L-ilma għall-injezzjonijiet għandu jiġi prodott minn ilma li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet definiti matul il-proċess ta’ kwalifika u għandu jinħażen u jitqassam b’mod li jimminimizza r-riskju ta’ tkabbir mikrobiku (eż. permezz ta’ ċirkolazzjoni kostanti f’temperatura ogħla minn 70 °C). Barra minn hekk, l-ilma għall-injezzjonijiet għandu jiġi prodott bid-distillazzjoni jew bi proċess ta’ purifikazzjoni li huwa ekwivalenti għad-distillazzjoni, bħall-osmosi inversa flimkien ma’ tekniki xierqa oħra bħall-elettrodejonizzazzjoni (EDI, electrodeionisation), l-ultrafiltrazzjoni jew in-nanofiltrazzjoni. |
|
V.2.5. |
Meta l-ilma għat-tankijiet tal-ħżin tal-injezzjonijiet ikun mgħammar b’filtri b’vent idrofobiku għar-retenzjoni batterjali, il-filtri ma għandhomx ikunu sors ta’ kontaminazzjoni u l-integrità tal-filtru għandha tiġi ttestjata qabel l-installazzjoni u wara l-użu. Għandhom jiġu stabbiliti kontrolli biex tiġi evitata l-formazzjoni ta’ kondensazzjoni fuq il-filtru (eż. permezz tat-tisħin). |
|
V.2.6. |
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju tal-formazzjoni tal-bijoriti, l-isterilizzazzjoni, id-diżinfezzjoni jew ir-riġenerazzjoni tas-sistemi tal-ilma għandhom jitwettqu skont skeda predeterminata kif ukoll bħala azzjoni ta’ rimedju wara riżultati barra mil-limitu jew mill-ispeċifikazzjoni. Meta jintużaw sustanzi kimiċi biex tiġi diżinfettata sistema tal-ilma, sussegwentement għandha titwettaq proċedura vvalidata ta’ tlaħliħ/flaxxjar. Barra minn hekk, l-ilma għandu jiġi ttestjat wara d-diżinfezzjoni/ir-riġenerazzjoni. Ir-riżultati tal-ittestjar kimiku għandhom jiġu kkontrollati qabel ma s-sistema tal-ilma terġa’ tintuża u għandu jiġi vverifikat li r-riżultati mikrobijoloġiċi/tal-endotossini jkunu fi ħdan l-ispeċifikazzjoni qabel ma l-lottijiet manifatturati bl-użu tal-ilma mis-sistema jitqiesu għaċ-ċertifikazzjoni/għar-rilaxx. |
|
V.2.7. |
Għandu jsir monitoraġġ kimiku u mikrobiku regolari kontinwu tas-sistemi tal-ilma biex jiġi żgurat li l-ilma jkompli jissodisfa r-rekwiżiti kompendjarji. Il-livelli ta’ allert għandhom jiġu stabbiliti abbażi tad-data dwar il-kwalifiki inizjali u minn hemm ’il quddiem jiġu vvalutati mill-ġdid perjodikament abbażi tad-data miksuba matul il-kwalifiki mill-ġdid, il-monitoraġġ ta’ rutina u l-investigazzjonijiet sussegwenti. Għandu jsir rieżami tad-data ta’ monitoraġġ kontinwu biex tiġi identifikata kwalunkwe xejra avversa fil-prestazzjoni tas-sistema. Il-programmi ta’ kampjunar għandhom ikunu bbażati fuq id-data dwar il-kwalifikazzjoni u għandhom iqisu l-postijiet ta’ kampjunar tal-agħar każ potenzjali filwaqt li jiżguraw li kuljum jiġi inkluż mill-inqas kampjun rappreżentattiv wieħed tal-ilma li jintuża għall-proċessi tal-manifattura kif ukoll kwalunkwe rekwiżit addizzjonali ieħor li jista’ jkun meħtieġ f’konformità mal-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li jinkisbu kampjuni tal-ilma rappreżentattivi għall-analiżi fuq bażi regolari, il-programmi ta’ kampjunar għandhom jindirizzaw l-iżbokki u l-punti ta’ użu kollha f’intervall speċifikat. |
|
V.2.8. |
Id-devjazzjonijiet fil-livell ta’ allert għandhom jiġu ddokumentati u rieżaminati u jinkludu investigazzjoni biex jiġi ddeterminat jekk id-devjazzjoni hijiex avveniment uniku (iżolat) jew jekk ir-riżultati humiex indikattivi ta’ xejra avversa jew tad-deterjorament tas-sistema. Kull devjazzjoni mil-limitu ta’ azzjoni għandha tiġi investigata biex tiġi ddeterminata l-kawża/i ewlenija/ewlenin probabbli u kwalunkwe impatt potenzjali fuq il-kwalità tal-prodott u l-proċessi tal-manifattura. |
|
V.2.9. |
Is-sistemi tal-ilma għall-injezzjoni għandhom jinkludu sistemi ta’ monitoraġġ kontinwu bħall-Karbonju Organiku Totali (TOC) u l-konduttività, peress li dawn jistgħu jagħtu indikazzjoni aħjar tal-prestazzjoni ġenerali tas-sistema minn kampjunar diskret. Il-postijiet tas-sensuri għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju. |
|
V.2.10. |
L-ilma użat fil-produzzjoni għandu jikkonforma mal-monografija attwali tal-Farmakopea rilevanti. |
V.3. Fwar użat bħala aġent dirett ta’ sterilizzazzjoni
|
V.3.1. |
L-ilma ta’ alimentazzjoni għal ġeneratur ta’ fwar pur (fwar nadif) għandu jiġi ppurifikat kif xieraq. Il-ġeneraturi ta’ fwar pur għandhom ikunu mfassla, kwalifikati u mħaddma b’tali mod li jiżguraw li l-kwalità tal-fwar prodott tissodisfa l-livelli definiti kimiċi u tal-endotossini. |
|
V.3.2. |
Il-fwar użat bħala aġent dirett ta’ sterilizzazzjoni għandu jkun ta’ kwalità xierqa u ma għandux ikun fih addittivi f’livell li jista’ jikkawża kontaminazzjoni lill-prodott jew lit-tagħmir. Fil-każ ta’ ġeneraturi li jfornu fwar pur għall-isterilizzazzjoni diretta tal-materjali jew tas-superfiċi li jiġu f’kuntatt mal-prodott (eż. tagħbijiet tal-awtoklava porużi u ibsin), il-kondensat tal-fwar għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-monografija attwali għall-ilma għall-injezzjonijiet tal-Farmakopea rilevanti (l-ittestjar mikrobiku mhuwiex obbligatorju għall-kondensat tal-fwar). Għandha tkun fis-seħħ ukoll skeda xierqa ta’ kampjunar biex jiġi żgurat li jinkiseb fwar pur rappreżentattiv għall-analiżi fuq bażi regolari. Aspetti oħra tal-kwalità tal-fwar pur użat għall-isterilizzazzjoni għandhom jiġu vvalutati perjodikament skont parametri vvalidati, inkluż – sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor – gassijiet mhux kondensabbli, valur ta’ nixfa (frazzjoni ta’ nixfa) u superheat. |
V.4. Gassijiet u sistemi ta’ vakwu
|
V.4.1. |
Il-gassijiet li jiġu f’kuntatt dirett mal-prodott jew mas-superfiċi tal-kontenitur primarju għandhom ikunu ta’ kwalità kimika, partikolata u mikrobika xierqa. Il-parametri rilevanti kollha, inkluż il-kontenut taż-żejt u tal-ilma, għandhom jiġu speċifikati filwaqt li jitqiesu l-użu u t-tip tal-gass, it-tfassil tas-sistema tal-ġenerazzjoni tal-gass u, meta applikabbli, jikkonformaw mal-monografija attwali tal-Farmakopea rilevanti jew ir-rekwiżit tal-kwalità tal-prodott. |
|
V.4.2. |
Il-gassijiet użati fi proċessi asettiċi għandhom jiġu ffiltrati minn filtru ta’ grad ta’ sterilizzazzjoni (17) (b’daqs nominali tal-pori ta’ massimu ta’ 0,22 μm) fil-punt tal-użu. Meta l-filtru jintuża fuq bażi ta’ lott (eż. għall-filtrazzjoni tal-gass użat għall-kisi ta’ prodotti mimlija b’mod asettiku) jew bħala filtru tal-fetħa tar-reċipjent tal-prodott, ir-riżultati tat-test tal-integrità għandhom jiġu rieżaminati bħala parti mill-proċess ta’ ċertifikazzjoni/rilaxx tal-lott. Kwalunkwe pajp jew tubu ta’ trasferiment li jinsab wara l-filtru finali tal-grad ta’ sterilizzazzjoni għandu jiġi sterilizzat. Meta jintużaw gassijiet fil-proċess, il-monitoraġġ mikrobiku tal-gass għandu jsir perjodikament fil-punt tal-użu. |
|
V.4.3. |
Meta l-fluss lura minn sistemi ta’ vakwu jew ta’ pressjoni joħloq riskju potenzjali għall-prodott, għandu/għandhom jiġi/u stabbilit(i) mekkaniżmu/i biex jiġi evitat il-fluss lura meta jingħalaq il-vakwu jew is-sistema tal-pressjoni. |
V.5. Sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ u sistemi idrawliċi
|
V.5.1. |
L-oġġetti ewlenin tat-tagħmir assoċjati mas-sistemi idrawliċi, tat-tisħin u tat-tkessiħ għandhom, meta possibbli, ikunu jinsabu barra l-kamra tal-mili. Għandhom jiġu implimentati kontrolli xierqa biex ikun hemm kwalunkwe tixrid jew kontaminazzjoni kroċjata assoċjata mal-fluwidi tas-sistema. |
|
V.5.2. |
Għandhom jiġu stabbiliti sistemi xierqa biex jiġi żgurat li kwalunkwe tnixxija minn dawn is-sistemi li tista’ tippreżenta riskju għall-prodott tiġi individwata (eż. sistema ta’ indikazzjoni għat-tnixxija). |
TAQSIMA VI
PERSUNAL
|
VI.1. |
Il-manifattur għandu jiżgura li jkun hemm persunal suffiċjenti, ikkwalifikat kif xieraq, imħarreġ u b’esperjenza fil-manifattura u l-ittestjar ta’ prodotti sterili u kwalunkwe teknoloġija tal-manifattura speċifika użata fl-operazzjonijiet tal-manifattura tas-sit. |
|
VI.2. |
L-għadd minimu ta’ persunal meħtieġ biss għandu jkun preżenti fil-kmamar nodfa. L-għadd massimu ta’ operaturi fil-kmamar nodfa għandu jiġi ddeterminat u ddokumentat. Matul attivitajiet bħall-kwalifika inizjali u s-simulazzjoni tal-proċess asettiku, l-għadd massimu ta’ operaturi li jistgħu jkunu preżenti fil-kamra nadifa għandu jitqies kif xieraq sabiex ma tiġix kompromessa l-assigurazzjoni tal-isterilità. |
|
VI.3. |
Il-persunal kollu inkluż dak li jwettaq it-tindif, il-manutenzjoni, il-monitoraġġ u dak li jaċċessa l-kmamar nodfa għandhom jirċievu taħriġ regolari dwar aspetti rilevanti għall-manifattura ta’ prodotti sterili/manifattura asettika, inkluż dwar l-ilbies tal-ġagagi, l-elementi bażiċi tal-mikrobijoloġija u l-iġjene, b’enfasi speċifika fuq il-prassi tal-kamra nadifa, il-kontroll tal-kontaminazzjoni, it-tekniki asettiċi u l-protezzjoni ta’ prodotti sterili (għal dawk l-operaturi li jidħlu fil-kmamar nodfa tal-grad B u/jew li jintervjenu fil-grad A) u l-konsegwenzi potenzjali għall-annimali ttrattati jekk il-prodott ma jkunx sterili/jonqos milli jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità meħtieġa. Il-livell ta’ taħriġ għandu jkun ibbażat fuq il-kritikalità tal-funzjoni u ż-żona fejn ikun qed jaħdem il-persunal. |
|
VI.4. |
Il-persunal li jaċċessa ż-żoni tal-grad A u B għandu jiġi mħarreġ għall-ilbies asettiku tal-ġagagi u l-imġiba asettika. Il-konformità ma’ proċeduri tal-ilbies asettiku tal-ġagagi għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ valutazzjoni qabel ma jibdew il-funzjonijiet tagħhom u għandha tiġi vvalutata mill-ġdid perjodikament (mill-inqas darba fis-sena). Il-proċess ta’ valutazzjoni għandu jinvolvi kemm valutazzjoni viżiva kif ukoll mikrobika (bl-użu ta’ postijiet ta’ monitoraġġ bħas-swaba’ l-ingwanti, id-dirgħajn, is-sider u l-kappa (maskra tal-wiċċ/moħħ). |
|
VI.5. |
L-aċċess mhux sorveljat għaż-żoni tal-grad A u tal-grad B fejn jitwettqu jew ikunu se jitwettqu operazzjonijiet asettiċi għandu jkun ristrett għal persunal ikkwalifikat kif xieraq, li jkun għadda mill-valutazzjoni tal-ilbies tal-ġagagi u jkun ipparteċipa f’simulazzjoni ta’ proċess asettiku b’suċċess.
Il-persunal mhux kwalifikat ma għandux jidħol fil-kmamar nodfa tal-grad B jew fil-grad A waqt it-tħaddim. Jekk ikun meħtieġ f’każijiet eċċezzjonali, il-manifatturi għandhom jistabbilixxu proċeduri bil-miktub li jiddeskrivu l-proċess li bih persunal mhux kwalifikat jista’ jiddaħħal fiż-żoni tal-grad B u A. Persuna awtorizzata mill-manifattur għandha tissorvelja l-persunal mhux kwalifikat matul l-attivitajiet tagħha u tivvaluta l-impatt ta’ dawn l-attivitajiet fuq l-indafa taż-żona. L-aċċess minn dawn il-persuni għandu jiġi vvalutat u rreġistrat. |
|
VI.6. |
Għandu jiġi stabbilit proċess għall-iskwalifika tal-persunal ibbażat fuq aspetti ta’ valutazzjoni kontinwa u/jew identifikazzjoni ta’ xejra avversa mill-programm ta’ monitoraġġ tal-persunal u/jew wara li jkun ġie implikat f’simulazzjoni ta’ proċess asettiku li ma rnexxiex. Ladarba jiġu skwalifikati, it-taħriġ mill-ġdid u l-kwalifikazzjoni mill-ġdid għandhom jitlestew qabel ma l-operatur ikun jista’ jkollu aktar involviment fi prattiki asettiċi. Għall-operaturi li jidħlu fil-kmamar nodfa tal-grad B jew li jwettqu intervent fil-grad A, huwa rrakkomandat li l-kwalifikazzjoni mill-ġdid tinkludi l-parteċipazzjoni f’simulazzjoni ta’ proċess asettiku ta’ suċċess. |
|
VI.7. |
Standards għoljin ta’ iġjene personali u tindif huma essenzjali. Meta l-persunal rilevanti jiddikjara kundizzjoni tas-saħħa li tista’ tintroduċi periklu mikrobiku żejjed jew inkella jsir evidenti, l-aċċess għall-kamra nadifa għandu jiġi pprojbit. Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-persunal li jistgħu jintroduċu periklu mikrobiku żejjed għandhom jiġu ddokumentati fi proċeduri rilevanti. |
|
VI.8. |
Il-persunal involut fl-immaniġġjar/l-ipproċessar ta’ materjali li joriġinaw mill-bniedem/mill-annimali jew ta’ kulturi ta’ mikroorganiżmi, minbarra dawk użati fil-proċess tal-manifattura attwali, jew f’attivitajiet oħra li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-kwalità (eż. kontaminazzjoni mikrobika), ma għandux jidħol fiż-żoni nodfa sakemm ma jkunux ġew segwiti u dokumentati proċeduri ta’ dekontaminazzjoni u ta’ dħul definiti b’mod ċar u effettivi. |
|
VI.9. |
Arloġġi tal-idejn, make-up, ġojjellerija, oġġetti personali oħra bħal mowbajls u kwalunkwe oġġett ieħor mhux essenzjali ma għandhomx ikunu permessi fiż-żoni nodfa. L-apparati elettroniċi użati fil-kmamar nodfa, eż. mowbajls u tablets, li jiġu fornuti mill-manifattur biss għall-użu fil-kmamar nodfa, jistgħu jkunu aċċettabbli jekk ikunu mfassla b’mod xieraq biex jippermettu tindif u diżinfezzjoni proporzjonati mal-grad li fih jintużaw. L-użu u d-diżinfezzjoni ta’ tali tagħmir għandhom jiġu inklużi fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VI.10. |
L-ilbies tal-ġagagi u l-ħasil tal-idejn għall-kamra nadifa għandhom isiru f’konformità mal-proċeduri bil-miktub imfassla biex jimminimizzaw il-kontaminazzjoni tal-ħwejjeġ tal-kamra nadifa u/jew it-trasferiment tal-kontaminanti lejn iż-żoni nodfa. |
|
VI.11. |
Il-ħwejjeġ u l-kwalità tagħhom għandhom ikunu xierqa għall-proċess u l-grad taż-żona tax-xogħol. Għandu jintlibes b’tali mod li jipproteġi l-prodott mill-kontaminazzjoni. Meta t-tip ta’ ħwejjeġ meħtieġa jeħtieġ li jipproteġi lill-operatur mill-prodott, għandu jiġi żgurat ukoll li l-protezzjoni tal-prodott mill-kontaminazzjoni ma tiġix kompromessa.
L-ilbies għandhom jiġu kkontrollati viżwalment għall-indafa u l-integrità immedjatament qabel u wara l-ilbies tal-ġagagi. L-integrità tal-ġagaga għandha tiġi kkontrollata wkoll mal-ħruġ. Qabel ma jintużaw ilbies sterilizzat u għata tal-għajnejn, għandu jiġi kkontrollat li dawn ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta’ sterilizzazzjoni, li huma fil-ħin taż-żamma speċifikat tagħhom u li l-imballaġġ ma ġiex imbagħbas. L-ilbies li jista jerġa jintuża (inkluż l-għata tal-għajnejn) għandu jiġi sostitwit jekk tiġi identifikata ħsara, jew bi frekwenza stabbilita li tiġi ddeterminata matul l-istudji ta’ kwalifika. Il-kwalifikazzjoni tal-ilbies għandha tqis kwalunkwe rekwiżit meħtieġ għall-ittestjar tal-ħwejjeġ, inkluż ħsara lill-ilbies li ma tistax tiġi identifikata bi spezzjoni viżiva biss. |
|
VI.12. |
Hawn taħt qed tingħata deskrizzjoni tal-ħwejjeġ tipikament meħtieġa għal kull grad ta’ ndafa:
|
|
VI.13. |
L-ilbies tal-ġagagi għall-kamra nadifa għandu jsir fi kmamar tat-tibdil bi grad xieraq ta’ ndafa biex jiġi żgurat li tinżamm l-indafa tal-ġagaga. Il-ħwejjeġ ta’ barra inklużi kalzetti (għajr ħwejjeġ ta’ taħt personali) ma għandhomx jiddaħħlu fi kmamar tat-tibdil li jwasslu direttament għaż-żoni tal-gradi B u C. Barra minn hekk, libsa tal-faċilità b’qalziet f’biċċa waħda jew tnejn, li tkopri t-tul kollu tad-dirgħajn u tar-riġlejn, u kalzetti tal-faċilità li jgħattu s-saqajn, għandhom jintlibsu qabel id-dħul fil-kmamar tat-tibdil għall-gradi B u C. L-ilbies u l-kalzetti tal-faċilità ma għandhomx jippreżentaw riskju ta’ kontaminazzjoni għaż-żona jew il-proċessi tal-ilbies tal-ġagagi. |
|
VI.14. |
Kull operatur li jidħol fiż-żoni tal-grad B jew A għandu jidħol f’ilbies protettiv nadif u sterilizzat (inklużi l-għata tal-għajnejn u l-maskri) ta’ daqs xieraq f’kull daħla. Il-perjodu massimu li fih il-ġagaga sterilizzata tista’ tintlibes qabel ma tinbidel waqt xift għandu jiġi definit bħala parti mill-kwalifikazzjoni tal-ilbies. |
|
VI.15. |
L-ingwanti għandhom jiġu diżinfettati regolarment matul l-operazzjonijiet. L-ilbies u l-ingwanti għandhom jinbidlu minnufih jekk issirilhom ħsara u jippreżentaw kwalunkwe riskju ta’ kontaminazzjoni tal-prodott. |
|
VI.16. |
Il-ħwejjeġ taż-żona nadifa li jista’ jerġgħu jintużaw għandhom jitnaddfu f’faċilità tal-ħasil tal-ħwejjeġ segregata b’mod adegwat mill-operazzjonijiet tal-produzzjoni, bl-użu ta’ proċess kwalifikat li jiżgura li l-ħwejjeġ ma jiġux danneġġjati jew ikkontaminati minn fibri jew partikoli matul il-proċess ripetut tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Il-faċilitajiet tal-ħasil tal-ħwejjeġ użati ma għandhomx jintroduċu riskju ta’ kontaminazzjoni jew kontaminazzjoni kroċjata. Wara l-ħasil u qabel l-imballaġġ, l-ilbies għandu jiġi spezzjonat viżwalment għal ħsara u indafa viżiva. Il-proċessi tal-ġestjoni tal-ilbies għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-programm ta’ kwalifika tal-ilbies u għandhom jinkludu għadd massimu ta’ ċikli tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-isterilizzazzjoni. |
|
VI.17. |
L-attivitajiet fiż-żoni nodfa li mhumiex kritiċi għall-proċessi tal-produzzjoni għandhom jinżammu f’livell minimu, speċjalment meta jkunu għaddejjin operazzjonijiet asettiċi. Bl-għan li jiġi evitat tixrid eċċessiv ta’ partikoli u organiżmi, il-moviment tal-persunal għandu jkun bil-mod, ikkontrollat u metodiku. L-operaturi li jwettqu operazzjonijiet asettiċi għandhom jaderixxu ma’ teknika asettika il-ħin kollu biex jipprevjenu bidliet fil-kurrenti tal-arja li jistgħu jintroduċu arja ta’ kwalità aktar baxxa fiż-żona kritika. Barra minn hekk, il-moviment maġenb iż-żona kritika għandu jkun ristrett u l-imblukkar tal-passaġġ tal-fluss tal-arja unidirezzjonali (l-ewwel arja) għandu jiġi evitat. |
TAQSIMA VII
PRODUZZJONI U TEKNOLOĠIJI SPEĊIFIĊI
VII.1. Prodotti sterilizzati terminalment (18)
|
VII.1.1. |
Il-preparazzjoni tal-komponenti u tal-materjali għandha ssir mill-inqas f’kamra nadifa tal-grad D sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobika, mill-endotossini/piroġeni u partikolata, sabiex il-prodott ikun adattat għall-isterilizzazzjoni. Madankollu, meta l-prodott ikun f’riskju għoli jew mhux tas-soltu ta’ kontaminazzjoni mikrobika (eż. il-prodott jappoġġa b’mod attiv it-tkabbir mikrobiku, il-prodott irid jinżamm għal perjodi twal qabel ma jimtela jew il-prodott ma jiġix ipproċessat l-aktar f’reċipjenti magħluqa), il-preparazzjoni għandha titwettaq mill-inqas f’ambjent ta’ grad C. Il-preparazzjoni ta’ ingwenti, kremi, sospensjonijiet u emulsjonijiet għandha ssir ukoll f’mill-inqas ambjent ta’ grad C qabel l-isterilizzazzjoni terminali.
B’deroga mill-ambjent tal-grad C kif previst hawn fuq, f’każijiet eċċezzjonali, eż. meta l-proċess tal-manifattura jinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ għabra/trab li ma jistax jiġi evitat b’mezzi raġonevoli, il-preparazzjoni ta’ prodotti li għandhom jiġu sterilizzati terminalment tista’ ssir f’ambjent ta’ grad D. Għall-implimentazzjoni tal-grad D f’dan il-każ eċċezzjonali, il-manifattur għandu jkun meħtieġ iwettaq valutazzjoni tar-riskju u japplika miżuri xierqa biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv fuq il-kwalità tal-prodott. Dan għandu jiġi ddokumentat bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.1.2. |
Il-kontenituri u l-komponenti tal-imballaġġ primarji għandhom jitnaddfu permezz ta’ proċessi vvalidati biex jiġi żgurat li l-kontaminazzjoni partikolata, mill-endotossini/piroġeni u mikrobika tkun ikkontrollata kif xieraq. |
|
VII.1.3. |
Il-mili tal-prodotti għall-isterilizzazzjoni fit-terminal għandu jsir mill-inqas f’ambjent ta’ grad C. Madankollu, jekk il-prodott ikun f’riskju mhux tas-soltu ta’ kontaminazzjoni mill-ambjent (pereżempju, l-operazzjoni tal-mili tkun bil-mod, il-kontenituri jkollhom għonq wiesa’ jew neċessarjament ikunu esposti għal aktar minn ftit sekondi qabel l-għeluq), il-prodott għandu jimtela fil-grad A b’mill-inqas sfond tal-grad C, sakemm ma jiġux implimentati miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm impatt negattiv fuq il-kwalità tal-prodott, f’liema każ l-operazzjoni tal-mili għandha ssir – bħala minimu – f’ambjent tal-grad D. |
|
VII.1.4. |
Sabiex jitnaqqas il-livell tal-livell mikrobiku u tal-partikoli qabel il-mili fil-kontenitur tal-prodott finali, l-ipproċessar tas-soluzzjoni bl-ingrossa għandu jinkludi, fejn possibbli, pass ta’ filtrazzjoni b’filtru li jżomm il-mikroorganiżmi u għandu jiġi stabbilit ħin massimu bejn il-preparazzjoni u l-mili. |
|
VII.1.5. |
Eżempji ta’ operazzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-gradi varji huma mogħtija fit-Tabella 3.
Tabella 3 Eżempji ta’ operazzjonijiet u gradi għal preparazzjoni sterilizzata terminalment u operazzjonijiet ta’ pproċessar
|
VII.2. Preparazzjoni u pproċessar asettiċi
|
VII.2.1. |
Il-proċess asettiku għandu jiġi ddokumentat bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. B’mod speċifiku, ir-riskji assoċjati mal-proċess asettiku, u kwalunkwe rekwiżit assoċjat, għandhom jiġu identifikati, ivvalutati u għandhom jiġu identifikati kontrolli xierqa inklużi l-kriterji ta’ aċċettazzjoni għal dawn il-kontrolli, ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rieżami tal-effettività tagħhom. Il-metodi u l-proċeduri għall-kontroll ta’ dawk ir-riskji għandhom jiġu deskritti u implimentati b’mod ċar. Ir-riskji residwi aċċettati għandhom jiġu ddokumentati formalment. |
|
VII.2.2. |
Il-prekawzjonijiet biex tiġi minimizzata l-kontaminazzjoni mikrobika, mill-endotossini/piroġeni u partikolata fis-sit għandhom jiġu deskritti fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni u għandhom jiġu implimentati matul il-preparazzjoni tal-ambjent asettiku, matul l-istadji kollha tal-ipproċessar (inklużi l-istadji qabel u wara l-isterilizzazzjoni tal-prodott bl-ingrossa), u sakemm il-prodott jiġi ssiġillat fil-kontenitur finali tiegħu. Il-preżenza ta’ materjali li jistgħu jiġġeneraw partikoli u fibri għandha tiġi minimizzata fi kmamar nodfa. |
|
VII.2.3. |
Meta possibbli, l-użu ta’ tagħmir bħal RABS, iżolaturi jew sistemi oħra għandu jintuża sabiex titnaqqas il-ħtieġa għal interventi kritiċi (19) fi grad A u biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni. Ir-robotika u l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi jistgħu jitqiesu wkoll li jeliminaw interventi kritiċi diretti tal-bniedem (eż. mina tas-sħana niexfa, tagħbija awtomatizzata tal-lijofilizzatur, sterilizzazzjoni fis-seħħ). |
|
VII.2.4. |
Eżempji ta’ operazzjonijiet li għandhom jitwettqu fil-gradi ambjentali varji huma mogħtija fit-Tabella 4.
Tabella 4 Eżempji ta’ operazzjonijiet u gradi għal preparazzjoni asettika u operazzjonijiet ta’ pproċessar
|
|
VII.2.5. |
Għall-prodotti fejn il-formulazzjoni finali ma tistax tiġi ffiltrata, il-miżuri li ġejjin għandhom jitqiesu bħala xierqa:
|
|
VII.2.6. |
It-tneħħija tat-tgeżwir, l-assemblaġġ u l-preparazzjoni ta’ tagħmir, komponenti u oġġetti anċillari sterilizzati b’kuntatt dirett jew indirett tal-prodott għandhom jiġu ttrattati bħala proċess asettiku u mwettqa fil-grad A bi sfond tal-grad B. Il-konfigurazzjoni tal-linja tal-mili u l-mili tal-prodott għandhom jiġu ttrattati bħala proċess asettiku u jitwettqu fil-grad A bi sfond tal-grad B. Meta jintuża iżolatur, l-isfond għandu jkun f’konformità mat-Taqsima III.3.3 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.2.7. |
Il-preparazzjoni u l-mili ta’ prodotti bħal ingwenti, kremi, sospensjonijiet u emulsjonijiet għandhom isiru fil-grad A bi sfond ta’ grad B meta l-prodott u l-komponenti jkunu esposti għall-ambjent u l-prodott ma jiġix sussegwentement iffiltrat (permezz ta’ filtru ta’ grad ta’ sterilizzazzjoni) jew jiġi sterilizzat terminalment. Meta jintuża iżolatur jew RABS, l-isfond għandu jkun f’konformità mat-Taqsima III.3.3 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.2.8. |
Il-konnessjonijiet asettiċi għandhom jitwettqu fil-grad A bi sfond ta’ grad B sakemm sussegwentement ma jiġux sterilizzati fil-post jew jitwettqu b’apparati ta’ konnessjoni sterili intrinsiċi li jimminimizzaw kwalunkwe kontaminazzjoni potenzjali mill-ambjent immedjat. L-apparati ta’ konnessjoni sterili intrinsiċi għandhom ikunu mfassla biex itaffu r-riskju ta’ kontaminazzjoni. Meta jintuża iżolatur, l-isfond għandu jkun f’konformità mat-Taqsima III.3.3 ta’ dan l-Anness.
Il-konnessjonijiet asettiċi għandhom jiġu vvalutati b’mod xieraq u l-effettività tagħhom għandha tiġi vverifikata. |
|
VII.2.9. |
Il-manipulazzjonijiet asettiċi (inklużi apparati ta’ konnessjoni sterili mhux intrinsiċi) għandhom jiġu minimizzati permezz tal-użu ta’ soluzzjonijiet tat-tfassil tal-inġinerija bħal tagħmir immuntat minn qabel u sterilizzat. Kull meta jkun fattibbli, il-pajpijiet u t-tagħmir ta’ kuntatt tal-prodott għandhom jiġu mmuntati minn qabel u sterilizzati fil-post. |
|
VII.2.10. |
Għandha tiġi stabbilita lista ta’ interventi permessi u kwalifikati, kemm inerenti (21) kif ukoll korrettivi, li jistgħu jseħħu matul il-produzzjoni. It-tip ta’ interventi inerenti u korrettivi, u kif għandhom jitwettqu, għandhom l-ewwel jiġu evalwati f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità u l-eżitu tas-simulazzjoni tal-proċess asettiku u jinżammu aġġornati.
L-interventi għandhom jitfasslu bir-reqqa biex jiżguraw li r-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ambjent, tal-proċess u tal-prodott jiġi minimizzat b’mod effettiv, inkluża l-kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe impatt fuq il-flussi tal-arja u s-superfiċi (22) u l-prodotti kritiċi. Is-soluzzjonijiet tal-inġinerija għandhom jintużaw kull meta jkun possibbli biex tiġi minimizzata l-inkursjoni mill-operaturi matul l-intervent. Teknika asettika għandha tiġi osservata f’kull ħin, inkluż l-użu ta’ għodod sterili għall-manipulazzjonijiet. Interventi mhux awtorizzati/mhux kwalifikati għandhom jitwettqu biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, b’kunsiderazzjoni xierqa tar-riskji assoċjati mal-intervent u mal-awtorizzazzjoni tal-unità tal-kwalità. Barra minn hekk, id-dettalji tal-intervent imwettaq għandhom jiġu rreġistrati, jiġu vvalutati bir-reqqa mid-dipartiment tal-kwalità u jitqiesu kif xieraq matul ir-rilaxx tal-lott. |
|
VII.2.11. |
L-interventi u l-waqfiet għandhom jiġu rreġistrati fir-reġistru tal-lott. Kull waqfien fil-linja jew intervent għandu jkun dokumentat biżżejjed fir-rekords tal-lottijiet bil-ħin assoċjat, id-durata tal-avveniment, u l-operaturi involuti. |
|
VII.2.12. |
Id-durata ta’ kull aspett tal-preparazzjoni u l-ipproċessar asettiku għandu jiġi minimizzat kemm jista’ jkun u għandhom jiġu stabbiliti ħinijiet massimi vvalidati li jinkludu:
|
|
VII.2.13. |
L-operazzjonijiet asettiċi (inkluża s-simulazzjoni tal-proċess asettiku) għandhom jiġu mmonitorjati fuq bażi regolari minn persunal b’għarfien espert speċifiku fl-ipproċessar asettiku biex tiġi vverifikata l-prestazzjoni korretta tal-operazzjonijiet, inkluża l-imġiba tal-operatur fil-kamra nadifa, u biex jiġu indirizzati prassi mhux xierqa, jekk jiġu identifikati. |
VII.3. Attivitajiet ta’ tlestija
|
VII.3.1. |
Il-kontenituri tal-imballaġġ primarji miftuħa għandhom jinżammu fil-kundizzjonijiet tal-grad A bl-isfond xieraq għat-teknoloġija kif deskritta fit-Taqsima III.3.3. Għall-kunjetti li huma siringi parzjalment magħluqa jew mimlija minn qabel, japplikaw ukoll il-kunsiderazzjonijiet addizzjonali kif stabbiliti fit-Taqsima VII.7.6. |
|
VII.3.2. |
Il-kontenituri finali għandhom jingħalqu b’metodi vvalidati kif xieraq. |
|
VII.3.3. |
Meta l-kontenituri finali jingħalqu permezz tal-fużjoni, eż. Infiħ-Mili-Siġillar, Iffurmar-Mili-Siġillar, boroż parenterali żgħar u ta’ volum kbir, ampolli tal-ħġieġ jew tal-plastik, il-parametri kritiċi u l-varjabbli li jaffettwaw l-integrità tas-siġill għandhom jiġu ssettjati u kkontrollati u mmonitorjati b’mod effettiv matul l-operazzjonijiet.
Ampolli tal-ħġieġ, unitajiet tal-Infiħ-Mili-Siġillar u kontenituri ta’ volum żgħir (≤ 100 ml) magħluqa bil-fużjoni għandhom ikunu soġġetti għal ittestjar tal-integrità ta’ 100 % bl-użu ta’ metodi vvalidati. Għal kontenituri ta’ volum kbir (> 100 ml) magħluqa bil-fużjoni, kampjunar imnaqqas jista’ jkun aċċettabbli meta xjentifikament ġustifikat u bbażat fuq data li turi l-konsistenza tal-proċess eżistenti u livell għoli ta’ kontroll tal-proċess. L-ispezzjoni viżwali mhijiex metodu tal-ittestjar tal-integrità aċċettabbli. |
|
VII.3.4. |
Kampjuni ta’ prodotti li jużaw sistemi oħra għajr il-fużjoni għandhom jittieħdu u jiġu kkontrollati għall-integrità bl-użu ta’ metodi vvalidati. Il-frekwenza tal-ittestjar għandha tkun ibbażata fuq l-għarfien u l-esperjenza tal-kontenitur u tas-sistemi tal-għeluq li jkunu qed jintużaw. Il-pjan ta’ kampjunar għandu jkun xjentifikament ġustifikat u jkun ibbażat fuq informazzjoni bħall-ġestjoni tal-fornitur, l-ispeċifikazzjonijiet tal-komponent tal-imballaġġ u l-għarfien tal-proċess. |
|
VII.3.5. |
Il-kontenituri ssiġillati taħt vakwu għandhom jiġu ttestjati għall-manutenzjoni tal-vakwu wara perjodu xieraq predeterminat qabel iċ-ċertifikazzjoni/ir-rilaxx u matul il-ħajja fuq l-ixkaffa. |
|
VII.3.6. |
Il-validazzjoni tal-integrità tas-sistemi tal-għeluq tal-kontenitur għandha tqis kwalunkwe rekwiżit tat-trasport jew tat-trasport bil-baħar li jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-integrità tal-kontenitur (eż. permezz ta’ dekompressjoni jew temperaturi estremi). |
|
VII.3.7. |
Meta t-tagħmir użat biex jiġu kkrimpjati t-tappijiet tal-kunjetti jista’ jiġġenera kwantitajiet kbar ta’ partikoli mhux vijabbli, għandhom jittieħdu miżuri biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-partikoli, bħall-lokalizzazzjoni tat-tagħmir fi stazzjon fiżikament separat mgħammar b’estrazzjoni adegwata tal-arja. |
|
VII.3.8. |
L-għeluq tat-tappijiet tal-kunjetti ta’ prodotti mimlija b’mod asettiku jista’ jsir bħala proċess asettiku bl-użu ta’ tappijiet sterilizzati jew bħala proċess nadif barra miż-żona tal-ipproċessar asettiku. Meta jiġi adottat dan l-approċċ tal-aħħar, il-kunjetti għandhom jiġu protetti bil-kundizzjonijiet tal-grad A sal-punt li jħallu ż-żona tal-ipproċessar asettiku, u wara dan il-kunjetti magħluqa għandhom jiġu protetti bi provvista tal-arja (23) ta’ grad A sakemm it-tapp ikun ġie krimpjat. L-ambjent fl-isfond ta’ appoġġ tal-provvista tal-arja tal-grad A għandu jissodisfa mill-inqas ir-rekwiżiti tal-grad D.
Meta l-għeluq tat-tappijiet ikun proċess manwali, dan għandu jsir f’kundizzjonijiet tal-grad A jew f’iżolatur imfassal kif xieraq jew fil-grad A bi sfond tal-grad B. |
|
VII.3.9. |
Meta l-għeluq tat-tappijiet ta’ prodott mimli b’mod asettiku jitwettaq bħala proċess nadif bi protezzjoni tal-provvista tal-arja ta’ grad A, il-kunjetti b’tappijiet neqsin jew spostati għandhom jiġu rrifjutati qabel ma jingħalqu t-tappijiet. Għandhom ikunu fis-seħħ metodi awtomatizzati kkwalifikati kif xieraq għad-detezzjoni tal-għoli tat-tapp. |
|
VII.3.10. |
Meta jkun meħtieġ intervent tal-bniedem fl-istazzjon tal-għeluq tat-tappijiet, għandhom jintużaw miżuri teknoloġiċi u organizzattivi xierqa biex jiġi evitat kuntatt dirett mal-kunjetti u biex tiġi minimizzata l-kontaminazzjoni. Ir-RABS u l-iżolaturi jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fl-iżgurar tal-kundizzjonijiet meħtieġa. |
|
VII.3.11. |
Il-kontenituri mimlija kollha ta’ prodotti parenterali għandhom jiġu spezzjonati individwalment għal kontaminazzjoni estranja jew difetti oħra. Klassifikazzjoni tad-difetti inkluża l-kritikalità tagħha għandha tiġi stabbilita matul il-kwalifika u bbażata fuq ir-riskju u l-għarfien storiku. Il-fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-impatt potenzjali tad-difett fuq l-annimal ittrattat u r-rotta ta’ amministrazzjoni. Librerija ta’ difetti li tiġbor it-tipi kollha magħrufa ta’ difetti għandha tiġi stabbilita u użata għat-taħriġ tal-persunal tal-produzzjoni u tal-assigurazzjoni tal-kwalità.
Id-difetti kritiċi għandhom jiġu identifikati minn qabel u mhux matul il-kampjunar u l-ispezzjoni sussegwenti tal-kontenituri aċċettabbli. Kwalunkwe difett kritiku identifikat sussegwentement għandu jiskatta investigazzjoni peress li jindika falliment possibbli tal-proċess ta’ spezzjoni oriġinali. Għandhom jiġu investigati lottijiet b’livelli mhux tas-soltu ta’ difetti, meta mqabbla mal-għadd ta’ difetti ta’ rutina għall-proċess (abbażi ta’ data ta’ rutina u ta’ xejra). |
|
VII.3.12. |
Meta l-ispezzjonijiet isiru manwalment, għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet xierqa u kkontrollati ta’ illuminazzjoni u sfond. Ir-rati ta’ spezzjoni għandhom ikunu kkontrollati u kkwalifikati kif xieraq. L-operaturi li jwettqu l-ispezzjoni għandhom jgħaddu minn kwalifika ta’ spezzjoni viżwali (waqt li jkunu qed jilbsu lentijiet korrettivi, jekk dawn normalment jintlibsu) mill-inqas darba fis-sena. Il-kwalifika għandha ssir bl-użu ta’ kampjuni xierqa mis-settijiet tal-librerija tad-difetti tal-manifattur u billi jitqiesu l-agħar xenarji possibbli (eż. il-ħin tal-ispezzjoni, il-veloċità tal-linja meta l-prodott jiġi ttrasferit lill-operatur permezz ta’ sistema ta’ trasportatur, id-daqs tal-kontenitur jew l-għeja) u għandha tinkludi wkoll verifiki tal-vista. Il-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom ikunu adegwati biex inaqqsu l-elementi tad-distrazzjoni u, sabiex tiġi minimizzata l-għeja tal-operatur, għandhom jittieħdu pawżi frekwenti ta’ durata xierqa. |
|
VII.3.13. |
Meta jintużaw metodi awtomatizzati ta’ spezzjoni, il-proċess għandu jiġi vvalidat biex jinstabu difetti magħrufa (li jista’ jkollhom impatt fuq il-kwalità jew is-sikurezza tal-prodott). Il-prestazzjoni tal-metodi awtomatizzati għandha tkun ugwali għal, jew aħjar minn, metodi ta’ spezzjoni manwali. Il-prestazzjoni tat-tagħmir għandha tiġi sfidata bl-użu ta’ difetti rappreżentattivi qabel il-bidu u f’intervalli regolari matul il-lott kollu. |
|
VII.3.14. |
Ir-riżultati tal-ispezzjoni għandhom jiġu rreġistrati u t-tipi ta’ difetti u n-numri għandhom jiġu terminati. Il-livelli ta’ rifjut għad-diversi tipi ta’ difetti għandhom ukoll jiġu tterminati abbażi ta’ prinċipji statistiċi. Meta jiġu osservati xejriet negattivi, għandu jiġi vvalutat l-impatt fuq il-lottijiet fis-suq. |
VII.4. Sterilizzazzjoni
VII.4.1. Rekwiżiti ġenerali
|
VII.4.1.1. |
Meta possibbli, il-prodotti lesti għandhom jiġu sterilizzati terminalment, bl-użu ta’ proċess ta’ sterilizzazzjoni vvalidat u kkontrollat, peress li dan jipprovdi assigurazzjoni akbar ta’ sterilità minn proċess ta’ filtrazzjoni sterili vvalidat u kkontrollat u/jew ipproċessar asettiku. Meta ma jkunx possibbli li prodott jgħaddi minn sterilizzazzjoni terminali, għandha tingħata konsiderazzjoni għall-użu ta’ trattament termiku terminali ta’ pproċessar postasettiku (24), flimkien ma’ proċess asettiku biex tingħata assigurazzjoni ta’ sterilità mtejba. |
|
VII.4.1.2. |
L-għażla, it-tfassil u l-post tat-tagħmir u ċ-ċiklu/il-programm użati għall-isterilizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji u data xjentifiċi li juru r-ripetibbiltà u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni. Il-parametri kollha għandhom jiġu definiti u l-parametri kritiċi għandhom jiġu kkontrollati, immonitorjati u rreġistrati. |
|
VII.4.1.3. |
Il-proċessi kollha ta’ sterilizzazzjoni għandhom jiġu vvalidati. L-istudji ta’ validazzjoni għandhom iqisu l-kompożizzjoni tal-prodott, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u ż-żmien massimu bejn il-bidu tal-preparazzjoni ta’ prodott jew materjal li għandu jiġi sterilizzat u l-isterilizzazzjoni tiegħu. Qabel ma jiġi implimentat kwalunkwe proċess ta’ sterilizzazzjoni, l-adegwatezza tiegħu għall-prodott u t-tagħmir, u l-effikaċja tiegħu fil-kisba konsistenti tal-kundizzjonijiet ta’ sterilizzazzjoni mixtieqa fil-partijiet kollha ta’ kull tip ta’ tagħbija li għandha tiġi pproċessata għandhom jiġu vvalidati permezz ta’ kejl fiżiku u, meta xieraq, permezz ta’ indikaturi bijoloġiċi (25). Għal sterilizzazzjoni effettiva, il-proċess għandu jkun imfassal biex jiżgura li l-prodott kollu, kif ukoll is-superfiċi tat-tagħmir u l-komponenti jkunu soġġetti għat-trattament meħtieġ. |
|
VII.4.1.4. |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari meta l-metodu ta’ sterilizzazzjoni tal-prodott adottat ma jkunx deskritt fl-edizzjoni attwali tal-Farmakopea, jew meta jintuża għal prodott li ma jkunx soluzzjoni milwiema sempliċi. Meta possibbli, l-isterilizzazzjoni bis-sħana għandha tkun il-metodu tal-għażla. |
|
VII.4.1.5. |
Għandhom jiġu stabbiliti mudelli ta’ tagħbija vvalidati għall-proċessi kollha ta’ sterilizzazzjoni u l-mudelli tat-tagħbija għandhom ikunu soġġetti għal validazzjoni mill-ġdid perjodika. It-tagħbijiet massimi u minimi għandhom jiġu indirizzati wkoll bħala parti mill-istrateġija ta’ validazzjoni tat-tagħbija globali. |
|
VII.4.1.6. |
Il-validità tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni għandha tiġi rieżaminata f’intervalli skedati abbażi tar-riskju. Iċ-ċikli ta’ sterilizzazzjoni bis-sħana għandhom jiġu vvalidati mill-ġdid mill-inqas darba fis-sena għal mudelli ta’ tagħbija li jitqiesu bħala l-agħar każ. Xejriet oħra tat-tagħbija għandhom jiġu vvalidati bi frekwenza xierqa li għandha tiġi ġġustifikata bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.4.1.7. |
Il-parametri operattivi ta’ rutina għandhom jiġu stabbiliti u osservati għall-proċessi kollha ta’ sterilizzazzjoni, eż. il-parametri fiżiċi u l-mudelli tat-tagħbija. |
|
VII.4.1.8. |
Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi għad-detezzjoni ta’ ċiklu ta’ sterilizzazzjoni li ma jikkonformax mal-parametri vvalidati. Għandha tiġi investigata kwalunkwe sterilizzazzjoni li ma rnexxietx jew kwalunkwe sterilizzazzjoni li ddevjat mill-proċess ivvalidat (eż. għandhom fażijiet itwal jew iqsar bħaċ-ċikli tat-tisħin). |
|
VII.4.1.9. |
Indikaturi bijoloġiċi xierqa mqiegħda f’postijiet xierqa għandhom jitqiesu bħala metodu addizzjonali biex jappoġġaw il-validazzjoni tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni. L-indikaturi bijoloġiċi għandhom jinħażnu u jintużaw skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Meta jintużaw indikaturi bijoloġiċi biex jappoġġaw il-validazzjoni u/jew biex jimmonitorjaw proċess ta’ sterilizzazzjoni (eż. bl-ossidu tal-etilen), għandhom jiġu ttestjati kontrolli pożittivi għal kull ċiklu ta’ sterilizzazzjoni. Barra minn hekk, jekk jintużaw indikaturi bijoloġiċi, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet stretti biex jiġi evitat it-trasferiment tal-kontaminazzjoni mikrobika għall-manifattura jew proċessi oħra ta’ ttestjar. Ir-riżultati tal-indikaturi bijoloġiċi f’iżolament ma jistgħux jintużaw biex jegħlbu parametri kritiċi oħra u elementi tat-tfassil tal-proċess. |
|
VII.4.1.10. |
L-affidabbiltà tal-indikaturi bijoloġiċi hija importanti. Għalhekk, il-fornituri għandhom ikunu kkwalifikati u l-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-ħżin għandhom jiġu kkontrollati biex jiġi żgurat li l-kwalità tagħhom ma tiġix kompromessa. Qabel l-użu ta’ oġġetti fi gruppi/lott ġdid ta’ indikaturi bijoloġiċi, il-popolazzjoni, il-purità u l-identità tal-organiżmu indikatur tal-lott/lott għandhom jiġu vverifikati. Għal parametri kritiċi oħra, eż. valur D (26), valur Z (27), normalment jista’ jintuża ċ-ċertifikat tal-lott ipprovdut mill-fornitur kwalifikat. |
|
VII.4.1.11. |
Il-prodotti, it-tagħmir u l-komponenti li ma kinux soġġetti għall-proċess ta’ sterilizzazzjoni għandhom jingħarfu b’mod ċar minn dawk li għandhom mezzi xierqa. Tagħmir bħal qfief jew trejs użati biex iġorru prodotti, oġġetti oħra ta’ tagħmir u/jew komponenti għandhom ikunu ttikkettati b’mod ċar (jew traċċati elettronikament) bl-isem tal-prodott u n-numru tal-lott u indikazzjoni ta’ jekk ġiex sterilizzat jew le. Indikaturi bħal tejp tal-awtoklava jew indikaturi tal-irradjazzjoni jistgħu jintużaw, meta xieraq, biex jindikaw jekk lott (jew materjal sublott, komponent, tagħmir) għaddiex minn proċess ta’ sterilizzazzjoni jew le. Ta’ min jinnota li dawn l-indikaturi juru biss li l-proċess ta’ sterilizzazzjoni seħħ iżda mhumiex indikattivi tal-isterilità tal-prodott jew tal-kisba tal-livell meħtieġ ta’ assigurazzjoni tal-isterilità. |
|
VII.4.1.12. |
Ir-rekords tal-isterilizzazzjoni għandhom ikunu disponibbli għal kull sessjoni ta’ sterilizzazzjoni. Kull ċiklu għandu jkollu identifikatur uniku. Dawn ir-rekords għandhom jiġu rieżaminati u meqjusa bħala parti mill-proċedura ta’ ċertifikazzjoni/rilaxx tal-lott. |
|
VII.4.1.13. |
Meta meħtieġ, il-materjali, it-tagħmir u l-komponenti għandhom jiġu sterilizzati b’metodi vvalidati xierqa għall-materjal speċifiku. Għandha tiġi pprovduta protezzjoni xierqa wara l-isterilizzazzjoni sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid.
Jekk l-oġġetti sterilizzati ma jintużawx immedjatament wara l-isterilizzazzjoni, dawn għandhom jinħażnu bl-użu ta’ imballaġġ issiġillat kif xieraq u għandu jiġi stabbilit ħin massimu taż-żamma. Meta jkun iġġustifikat, il-komponenti li jkunu ġew imballati b’diversi saffi sterili tal-imballaġġ ma għandhomx għalfejn jinħażnu f’kamra nadifa jekk l-integrità u l-konfigurazzjoni tal-pakkett sterili jippermettu li l-oġġetti jiġu diżinfettati faċilment matul it-trasferiment mill-operaturi fil-grad A (eż. bl-użu ta’ ħafna kisi sterili li jista’ jitneħħa f’kull trasferiment minn grad aktar baxx għal grad ogħla). Meta l-protezzjoni tinkiseb permezz tal-konteniment f’imballaġġ issiġillat, dak il-proċess tal-imballaġġ għandu jsir qabel l-isterilizzazzjoni. |
|
VII.4.1.14. |
It-trasferiment fil-grad A ta’ materjali, tagħmir, komponenti u oġġetti anċillari sterilizzati f’imballaġġ issiġillat għandu jsir bl-użu ta’ metodi vvalidati xierqa (pereżempju, airlocks jew bokkaporti passaġġ) bid-diżinfezzjoni ta’ barra tal-imballaġġ issiġillat. L-użu ta’ teknoloġija ta’ port ta’ trasferiment rapidu (28) jista’ jitqies ukoll. Il-metodi użati għandhom jintwerew biex jikkontrollaw b’mod effettiv ir-riskju potenzjali ta’ kontaminazzjoni taż-żoni tal-grad A u tal-grad B u, bl-istess mod, il-proċedura ta’ diżinfezzjoni għandha tintwera li hija effettiva fit-tnaqqis ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni fuq l-imballaġġ għal livelli aċċettabbli għad-dħul tal-oġġett fiż-żoni tal-grad B u tal-grad A. |
|
VII.4.1.15. |
Meta l-materjali, it-tagħmir, il-komponenti u l-oġġetti anċillari jiġu sterilizzati f’imballaġġ issiġillat jew f’kontenituri ssiġillati, l-imballaġġ għandu jiġi kkwalifikat biex jimminimizza r-riskju ta’ kontaminazzjoni partikolata, mikrobika, mill-endotossini/piroġeni jew kimika, u għall-kompatibbiltà mal-metodu ta’ sterilizzazzjoni magħżul. Il-proċess tal-issiġillar tal-imballaġġ għandu jiġi vvalidat. Il-validazzjoni għandha tqis l-integrità tas-sistema ta’ protezzjoni sterili, il-ħin massimu taż-żamma qabel l-isterilizzazzjoni u l-ħajja massima fuq l-ixkaffa assenjata lill-oġġetti sterilizzati. L-integrità tas-sistema ta’ protezzjoni sterili għal kull wieħed mill-elementi sterilizzati għandha tiġi kkontrollata qabel l-użu. |
|
VII.4.1.16. |
Għal materjali, tagħmir, komponenti u oġġetti anċillari li mhumiex parti ta’ kuntatt dirett jew indirett tal-prodott u li huma meħtieġa għall-ipproċessar asettiku iżda li ma jistgħux jiġu sterilizzati, għandu jiġi stabbilit proċess effettiv u vvalidat ta’ diżinfezzjoni u trasferiment. Dawn l-oġġetti, ladarba jiġu diżinfettati, għandhom jiġu protetti biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni mill-ġdid. Dawn l-oġġetti, kif ukoll oġġetti oħra li huma rotot potenzjali ta’ kontaminazzjoni, għandhom jiġu inklużi fil-programm ta’ monitoraġġ ambjentali. |
VII.4.2. Sterilizzazzjoni bis-sħana
|
VII.4.2.1. |
Kull ċiklu ta’ sterilizzazzjoni bis-sħana għandu jiġi rreġistrat jew elettronikament jew permezz ta’ kopja stampata, bl-użu ta’ tagħmir b’akkuratezza u preċiżjoni xierqa. Is-sistema użata għandu jkollha salvagwardji u/jew ridondanza fl-istrumentazzjoni ta’ kontroll u monitoraġġ tagħha biex tidentifika ċiklu li ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-parametri taċ-ċiklu vvalidati u biex twaqqaf jew tfalli tali ċiklu (eż. bl-użu ta’ sondi duplex/doppji konnessi ma’ sistemi indipendenti ta’ kontroll u monitoraġġ). |
|
VII.4.2.2. |
Il-pożizzjoni tas-sondi tat-temperatura użati għall-kontroll u/jew għar-reġistrazzjoni għandha tiġi ddeterminata matul il-validazzjoni wara li jitqies it-tfassil tas-sistema u bil-ħsieb li jiġu rreġistrati u rrappreżentati b’mod korrett il-kundizzjonijiet taċ-ċiklu ta’ rutina. L-istudji ta’ validazzjoni għandhom juru l-adegwatezza tal-postijiet tas-sonda ta’ kontroll u ta’ reġistrazzjoni tas-sistema, u għandhom jinkludu l-verifika tal-funzjoni u l-post ta’ dawn is-sondi bl-użu ta’ sonda ta’ monitoraġġ indipendenti li tinsab fl-istess pożizzjoni matul il-validazzjoni. |
|
VII.4.2.3. |
It-tagħbija kollha għandha tilħaq it-temperatura meħtieġa qabel ma jibda l-kejl tal-perjodu ta’ ħin ta’ sterilizzazzjoni. Għaċ-ċikli ta’ sterilizzazzjoni kkontrollati bl-użu ta’ sonda ta’ referenza fit-tagħbija, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika biex jiġi żgurat li t-temperatura tas-sonda tat-tagħbija tiġi kkontrollata f’medda ta’ temperatura definita qabel il-bidu taċ-ċiklu. |
|
VII.4.2.4. |
Wara t-tlestija tal-fażi ta’ temperatura għolja ta’ ċiklu ta’ sterilizzazzjoni tas-sħana, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet kontra l-kontaminazzjoni ta’ tagħbija sterilizzata waqt it-tkessiħ. Kwalunkwe likwidu jew gass tat-tkessiħ li jiġi f’kuntatt mal-prodott jew mal-materjal sterilizzat għandu jiġi sterilizzat. Rekwiżiti addizzjonali applikabbli meta r-rilaxx parametriku jkun ġie awtorizzat huma stabbiliti fl-Anness IX. |
VII.4.3. Sterilizzazzjoni bis-sħana niedja
|
VII.4.3.1. |
L-isterilizzazzjoni tas-sħana niedja tista’ tinkiseb bl-użu ta’ fwar (kuntatt dirett jew indirett) jew ma’ sistemi oħra bħal sistemi tal-ilma superimsaħħna (ċikli kaskata jew ta’ immersjoni) li jistgħu jintużaw għal kontenituri li jistgħu ssirilhom ħsara minn tfassil ieħor ta’ ċikli (eż. kontenituri tal-Infiħ-Mili-Siġillar, boroż tal-plastik). |
|
VII.4.3.2. |
L-oġġetti li għandhom jiġu sterilizzati, għajr il-prodotti f’kontenituri ssiġillati, għandhom ikunu xotti u ppakkjati f’sistema protettiva li tippermetti t-tneħħija tal-arja u l-penetrazzjoni tal-fwar u tipprevjeni l-kontaminazzjoni mill-ġdid wara l-isterilizzazzjoni. L-oġġetti kollha mgħobbija għandhom jitnixxfu malli jitneħħew mill-isterilizzatur. In-nixfa tat-tagħbija għandha tiġi kkonfermata permezz ta’ spezzjoni viżwali bħala parti mill-aċċettazzjoni tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni. |
|
VII.4.3.3. |
Għaċ-ċikli porużi (oġġetti iebsa), għandhom jintużaw il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni għall-monitoraġġ tal-proċess u għandhom jiġu rreġistrati. Kull oġġett sterilizzat għandu jiġi spezzjonat għall-ħsara, l-integrità tal-materjal tal-imballaġġ u l-indewwa malli jitneħħa mill-awtoklava. Kwalunkwe oġġett li jinstab li ma jkunx adattat għall-iskop tiegħu għandu jitneħħa miż-żona tal-manifattura u għandha ssir investigazzjoni. |
|
VII.4.3.4. |
Għall-awtoklavi li kapaċi jwettqu ċikli ta’ sterilizzazzjoni prevakwu, it-temperatura għandha tiġi rreġistrata fil-kamra ta’ spezzjoni matul il-perjodu ta’ sterilizzazzjoni. Is-sondi tat-tagħbija jistgħu jintużaw ukoll meta xieraq, iżda s-sistema ta’ kontroll għandha tibqa’ relatata mal-validazzjoni tat-tagħbija. Għas-sistemi ta’ fwar fil-post, it-temperatura għandha tiġi rreġistrata f’postijiet xierqa ta’ skular tal-kondensat matul il-perjodu ta’ sterilizzazzjoni. Il-validazzjoni taċ-ċikli porużi għandha tinkludi kalkolu tal-ħin tal-ekwilibrazzjoni, (29) il-ħin tal-esponiment, il-korrelazzjoni tal-pressjoni u tat-temperatura u l-firxa minima/massima tat-temperatura matul l-esponiment. Il-validazzjoni taċ-ċikli tal-fluwidu għandha tinkludi t-temperatura, il-ħin u/jew il-valur F0 (30). Il-parametri kritiċi tal-ipproċessar għandhom ikunu soġġetti għal limiti definiti (inklużi tolleranzi xierqa) u jiġu kkonfermati bħala parti mill-validazzjoni tal-isterilizzazzjoni u tal-kriterji ta’ aċċettazzjoni taċ-ċiklu ta’ rutina. |
|
VII.4.3.5. |
It-testijiet tat-tnixxija fuq l-isterilizzatur għandhom jitwettqu perjodikament (normalment kull ġimgħa) meta fażi tal-vakwu tkun parti miċ-ċiklu, u meta s-sistema tiġi titreġġa’ lura – wara l-isterilizzazzjoni – għal pressjoni aktar baxxa mill-ambjent madwar l-isterilizzatur. |
|
VII.4.3.6. |
Meta l-proċess ta’ sterilizzazzjoni jinkludi t-tbattil totali tal-arja (eż. tagħbijiet porużi tal-awtoklavi, kmamar tal-lijofilizzatur), għandu jkun hemm assigurazzjoni adegwata tat-tneħħija tal-arja qabel l-isterilizzazzjoni u matulha. Għall-awtoklavi, dan għandu jinkludi ċiklu tat-test għat-tneħħija tal-arja (normalment imwettaq kuljum) jew l-użu ta’ sistema tad-detettur tal-arja. It-tagħbijiet li għandhom jiġu sterilizzati għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jappoġġaw it-tneħħija effettiva tal-arja u jkunu tat-tip li jiskulaw liberament biex jipprevjenu l-akkumulazzjoni ta’ kondensat. |
|
VII.4.3.7. |
Id-distorsjoni u l-ħsara ta’ kontenituri mhux riġidi li jiġu sterilizzati terminalment, bħal kontenituri prodotti minn teknoloġiji ta’ Infiħ-Mili-Siġillar jew ta’ Iffurmar-Mili-Siġillar, għandhom jiġu evitati permezz ta’ tfassil u kontroll xierqa taċ-ċiklu (pereżempju l-istabbiliment ta’ pressjoni korretta, rati ta’ tisħin u tkessiħ u mudelli ta’ tagħbija). |
|
VII.4.3.8. |
Meta jintużaw sistemi ta’ fwar fil-post għall-isterilizzazzjoni (eż. għal pajpijiet fissi, reċipjenti u kmamar tal-lijofilizzatur), is-sistema għandha tkun imfassla u vvalidata kif xieraq biex tiżgura li l-partijiet kollha tas-sistema jkunu soġġetti għat-trattament meħtieġ. Is-sistema għandha tiġi mmonitorjata għat-temperatura, għall-pressjoni u għall-ħin f’postijiet xierqa matul l-użu ta’ rutina sabiex jiġi żgurat li ż-żoni kollha jiġu sterilizzati b’mod effettiv u riproduċibbli. Dawn il-postijiet għandhom jintwerew li huma rappreżentattivi tal-postijiet l-aktar baxxi għas-sħana, u korrelatati magħhom, matul il-validazzjoni inizjali u ta’ rutina. Ladarba sistema tkun ġiet sterilizzata bil-fwar fil-post, din għandha tibqa’ integrali u, meta meħtieġ mill-operazzjonijiet rilevanti, tinżamm taħt pressjoni pożittiva jew inkella tkun mgħammra b’filtru tal-arja sterilizzanti qabel l-użu. |
|
VII.4.3.9. |
F’ċikli tat-tagħbija tal-fluwidi meta l-ilma superimsaħħan jintuża bħala l-medium għat-trasferiment tas-sħana, l-ilma msaħħan għandu jilħaq b’mod konsistenti l-punti ta’ kuntatt kollha meħtieġa. L-istudji ta’ kwalifika inizjali għandhom jinkludu l-immappjar tat-temperatura tat-tagħbija kollha. Għandu jkun hemm verifiki ta’ rutina fuq it-tagħmir biex jiġi żgurat li ż-żennuni (meta jiġi introdott l-ilma) ma jiġux imblukkati u d-drejns jibqgħu ħielsa mir-radam. |
|
VII.4.3.10. |
Il-validazzjoni tal-isterilizzazzjoni tat-tagħbijiet tal-fluwidi f’awtoklava tal-ilma superimsaħħan għandha tinkludi mmappjar tat-temperatura tal-istudji kollha dwar il-penetrazzjoni u r-riproduċibbiltà tat-tagħbija u tas-sħana. Il-partijiet kollha tat-tagħbija għandhom jissaħħnu b’mod uniformi u jiksbu t-temperatura mixtieqa għall-ħin speċifikat. Is-sondi ta’ monitoraġġ tat-temperatura ta’ rutina għandhom ikunu korrelatati mal-pożizzjonijiet tal-agħar każijiet possibbli identifikati matul il-proċess ta’ kwalifika. |
VII.4.4. Sterilizzazzjoni bis-sħana xotta
|
VII.4.4.1. |
L-isterilizzazzjoni bis-sħana xotta tuża temperaturi għoljin ta’ arja jew gass biex tisterilizza prodott jew oġġett. L-isterilizzazzjoni hija partikolarment ta’ użu partikolari għat-tneħħija termali ta’ kontaminanti termalment robusti li diffiċli biex jiġu eliminati bħall-endotossini/piroġeni. Il-kombinazzjoni ta’ ħin u temperatura li għaliha l-prodott, il-komponenti jew it-tagħmir huma esposti għandha tipproduċi livell adegwat u riproduċibbli ta’ letalità u/jew inattivazzjoni/tneħħija tal-endotossini/piroġeni meta jitħaddmu b’mod regolari fil-limiti stabbiliti. Il-proċess jista’ jitħaddem f’forn jew fi proċess kontinwu ta’ mina, eż. għall-isterilizzazzjoni u għad-depiroġenazzjoni ta’ kontenituri tal-ħġieġ. |
|
VII.4.4.2. |
Il-mini ta’ sterilizzazzjoni/depiroġenazzjoni bis-sħana xotta għandhom jiġu kkonfigurati biex jiżguraw li l-fluss tal-arja jipproteġi l-integrità u l-prestazzjoni taż-żona ta’ sterilizzazzjoni tal-grad A billi jinżammu differenzjali xierqa tal-pressjoni u fluss tal-arja mill-mina. Għandhom jiġu vvalutati l-profili tad-differenza fil-pressjoni tal-arja. L-impatt ta’ kwalunkwe bidla fil-fluss tal-arja għandu jiġi vvalutat biex jiġi żgurat li l-profil tat-tisħin jinżamm. L-arja kollha fornuta lill-mina għandha tgħaddi minn tal-inqas filtru HEPA u għandhom jitwettqu testijiet perjodiċi (mill-inqas darbtejn fis-sena) biex tintwera l-integrità tal-filtru tal-arja. Barra minn hekk, kwalunkwe parti tal-mina li tiġi f’kuntatt ma’ komponenti sterilizzati għandha tiġi sterilizzata jew diżinfettata kif xieraq.
Il-parametri kritiċi tal-proċess li għandhom jiġu indirizzati matul il-validazzjoni u/jew l-ipproċessar ta’ rutina jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.4.4.3. |
Meta proċess termali jintuża bħala parti mill-proċess ta’ depiroġenazzjoni għal kwalunkwe komponent jew tagħmir/materjal ta’ kuntatt ma’ prodott, għandhom isiru studji ta’ validazzjoni biex jintwera li l-proċess jipprovdi valur Fh (31) xieraq u jirriżulta fi tnaqqis minimu ta’ 3 log10 fil-konċentrazzjoni tal-endotossini. Meta dan jintlaħaq, ma hemm l-ebda rekwiżit addizzjonali biex tintwera l-isterilizzazzjoni. |
|
VII.4.4.4. |
Matul il-validazzjoni, għandhom jintużaw kontenituri miżjuda bl-endotossini u għandha ssir rikonċiljazzjoni sħiħa. Il-kontenituri għandhom ikunu rappreżentattivi tal-materjali normalment ipproċessati (fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-materjali tal-imballaġġ, il-porożità, id-dimensjonijiet, il-volum nominali). Il-kwantifikazzjoni tal-endotossini u l-effiċjenza tal-irkupru għandhom jintwerew ukoll. |
|
VII.4.4.5. |
Il-fran tas-sħana niexfa tipikament jintużaw għall-isterilizzazzjoni jew għad-depiroġenazzjoni tal-komponenti primarji tal-imballaġġ, tal-materjali tal-bidu jew tas-sustanzi attivi iżda jistgħu jintużaw għal proċessi oħra. Għandhom jinżammu fi pressjoni pożittiva relattiva għal żoni nodfa ta’ grad aktar baxx matul il-proċess taż-żamma tal-isterilizzazzjoni u ta’ wara l-isterilizzazzjoni sakemm ma tinżammx l-integrità tal-imballaġġ. L-arja kollha li tidħol fil-forn għandha tgħaddi minn filtru HEPA. Il-parametri kritiċi tal-proċess li għandhom jitqiesu fil-kwalifikazzjoni u/jew fl-ipproċessar ta’ rutina jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
VII.4.5. Sterilizzazzjoni bir-radjazzjoni
|
VII.4.5.1. |
L-isterilizzazzjoni bir-radjazzjoni tintuża prinċipalment għall-isterilizzazzjoni ta’ materjali u prodotti sensittivi għas-sħana. L-irradjazzjoni ultravjola mhijiex metodu aċċettabbli ta’ sterilizzazzjoni. Rekwiżiti speċifiċi relatati mal-użu tal-isterilizzazzjoni tar-radjazzjoni jonizzanti huma stabbiliti fl-Anness VII. |
|
VII.4.5.2. |
Il-proċeduri ta’ validazzjoni għandhom jiżguraw li jitqiesu l-effetti tal-varjazzjoni fid-densità tal-prodott u tal-pakketti. |
VII.4.6. Sterilizzazzjoni bl-ossidu tal-etilen
|
VII.4.6.1. |
Dan il-metodu għandu jintuża biss meta ma jkun prattikabbli l-ebda metodu ieħor. Matul il-validazzjoni tal-proċess, għandu jintwera li ma hemm l-ebda effett dannuż fuq il-prodott u li l-kundizzjonijiet u l-ħin permessi għat-tneħħija tal-gass huma adattati biex jinkiseb tnaqqis ta’ kwalunkwe gass residwu tal-ossidu tal-etilen u prodotti ta’ reazzjoni għal limiti aċċettabbli definiti għall-prodott jew għall-materjal partikolari. |
|
VII.4.6.2. |
Kuntatt dirett bejn il-gass u ċ-ċelloli mikrobiċi huwa essenzjali. Għalhekk, għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi evitata l-preżenza ta’ organiżmi li x’aktarx ikunu magħluqa f’materjal bħal kristalli jew proteina mnixxfa. In-natura, il-porożità u l-kwantità tal-materjali tal-imballaġġ jistgħu jaffettwaw il-proċess b’mod sinifikanti wkoll. |
|
VII.4.6.3. |
Qabel l-esponiment għall-gass, il-materjali għandhom jinġiebu f’ekwilibriju mal-umdità u t-temperatura meħtieġa mill-proċess. Meta jintuża fwar biex tiġi kkundizzjonata t-tagħbija għall-isterilizzazzjoni, dan għandu jkun ta’ kwalità xierqa. Il-ħin meħtieġ għal din l-operazzjoni għandu jkun ibbilanċjat mal-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin qabel l-isterilizzazzjoni. |
|
VII.4.6.4. |
Kull ċiklu ta’ sterilizzazzjoni għandu jiġi mmonitorjat b’indikaturi bijoloġiċi xierqa, bl-użu tal-għadd xieraq ta’ unitajiet tat-test imqassma tul it-tagħbija f’postijiet definiti li jkunu wrew li huma postijiet tal-agħar każ matul il-validazzjoni. |
|
VII.4.6.5. |
Il-parametri kritiċi tal-proċess li għandhom jitqiesu bħala parti mill-validazzjoni tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni u l-monitoraġġ ta’ rutina jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.4.6.6. |
Wara l-isterilizzazzjoni, it-tagħbija għandha tiġi aerata biex il-gass tal-ossidu tal-etilen u/jew il-prodotti ta’ reazzjoni tiegħu jkunu jistgħu jiddisorbu mill-prodott ippakkjat għal livelli predeterminati. L-arjazzjoni tista’ sseħħ f’kamra tal-isterilizzatur u/jew f’kamra tal-arjazzjoni jew kamra tal-arjazzjoni separata. Il-fażi ta’ arjazzjoni għandha tiġi vvalidata bħala parti mill-validazzjoni ġenerali tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni tal-ossidu tal-etilen. |
VII.4.7. Sterilizzazzjoni bil-filtru ta’ prodotti li ma jistgħux jiġu sterilizzati fil-kontenitur finali tagħhom
|
VII.4.7.1 |
Soluzzjonijiet jew likwidi li ma jistgħux jiġu sterilizzati fil-kontenitur finali tagħhom għandhom jiġu sterilizzati permezz ta’ filtrazzjoni permezz ta’ filtru sterili tal-grad ta’ sterilizzazzjoni (b’daqs nominali tal-pori ta’ massimu ta’ 0,22 μm li jkun ġie vvalidat kif xieraq biex jinkiseb filtrat sterili) u sussegwentement mimlijin asettikament f’kontenitur sterilizzat minn qabel. L-għażla tal-filtru użat għandha tiżgura li jkun kompatibbli mal-prodott u f’konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
VII.4.7.2. |
Prefiltri xierqa ta’ riduzzjoni b’livell mikrobiku u/jew filtri xierqa ta’ grad ta’ sterilizzazzjoni jistgħu jintużaw f’diversi punti matul il-proċess tal-manifattura biex jiġi żgurat livell mikrobiku baxx u kkontrollat tal-likwidu qabel il-filtru finali ta’ sterilizzazzjoni. Minħabba r-riskji addizzjonali potenzjali ta’ proċess ta’ filtrazzjoni sterili, meta mqabbel ma’ proċessi oħra ta’ sterilizzazzjoni, filtrazzjoni addizzjonali permezz ta’ filtru sterili tal-grad ta’ sterilizzazzjoni, kemm jista’ jkun qrib il-punt tal-mili, għandha titqies bħala parti minn strateġija ġenerali għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.4.7.3. |
L-għażla tal-komponenti għas-sistema ta’ filtrazzjoni u l-interkonnessjoni u l-arranġament tagħhom fis-sistema ta’ filtrazzjoni, inklużi l-prefiltri, għandha tkun ibbażata fuq l-attributi kritiċi tal-kwalità tal-prodott, ġustifikati u dokumentati. Is-sistema ta’ filtrazzjoni għandha timminimizza l-ġenerazzjoni ta’ fibri u partikoli, ma tikkawżax jew tikkontribwixxi għal livelli inaċċettabbli ta’ impuritajiet, jew ikollha karatteristiċi li altrimenti jbiddlu l-kwalità jew l-effikaċja tal-prodott. Bl-istess mod, il-karatteristiċi tal-filtru għandhom ikunu kompatibbli mal-fluwidu u ma jiġux affettwati b’mod avvers mill-prodott li għandu jiġi ffiltrat. L-adsorbiment tal-komponenti tal-prodott u l-estrazzjoni/il-lissija tal-komponenti tal-filtru għandhom jiġu evalwati. |
|
VII.4.7.4. |
Is-sistema ta’ filtrazzjoni għandha tkun imfassla biex:
|
|
VII.4.7.5. |
Il-filtrazzjoni sterili tal-likwidi għandha tiġi vvalidata f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Farmakopea. Il-validazzjoni tista’ tiġi raggruppata skont il-qawwiet jew il-varjazzjonijiet differenti ta’ prodott iżda għandha ssir fl-agħar kundizzjonijiet possibbli. Ir-raġunament għar-raggruppament għandu jiġi ġġustifikat u ddokumentat. |
|
VII.4.7.6. |
Kull meta jkun possibbli matul il-validazzjoni tal-filtru, il-prodott li għandu jiġi ffiltrat għandu jintuża għall-ittestjar taż-żamma tal-batterji tal-filtru (32) tal-grad ta’ sterilizzazzjoni. Meta l-prodott li għandu jiġi ffiltrat ma jkunx adattat għall-użu fl-ittestjar taż-żamma tal-batterji, prodott surrogat xieraq għandu jiġi ġġustifikat għall-użu fit-test. L-organiżmu ta’ sfida użat fit-test taż-żamma tal-batterji għandu jiġi ġġustifikat ukoll. |
|
VII.4.7.7. |
Il-parametri ta’ filtrazzjoni li għandhom jitqiesu u stabbiliti matul il-validazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.4.7.8. |
Il-kontrolli tal-proċess ta’ rutina għandhom jiġu implimentati biex tiġi żgurata l-aderenza mal-parametri ta’ filtrazzjoni vvalidati. Ir-riżultati tal-parametri kritiċi tal-proċess għandhom jiġu inklużi fir-rekord tal-lott, inkluż – iżda mhux limitat għal – il-ħin minimu meħud biex jiġi ffiltrat volum magħruf ta’ soluzzjoni tal-massa u d-differenza fil-pressjoni fil-filtru. Kwalunkwe differenza sinifikanti mill-parametri kritiċi matul il-manifattura għandha tiġi ddokumentata u investigata. |
|
VII.4.7.9. |
L-integrità tal-assemblaġġ tal-filtru sterilizzat għandha tiġi vverifikata permezz ta’ ttestjar tal-integrità qabel l-użu (test tal-integrità wara l-isterilizzazzjoni ta’ qabel l-użu jew PUPSIT (pre-use post sterilisation integrity test)), biex jiġi vverifikat jekk ikunx hemm ħsara u telf tal-integrità kkawżati mill-preparazzjoni tal-filtru qabel l-użu. Madankollu, huwa rikonoxxut li l-PUPSIT mhux dejjem jista’ jkun possibbli wara l-isterilizzazzjoni minħabba restrizzjonijiet tal-proċess (eż. il-filtrazzjoni ta’ volumi żgħar ħafna ta’ soluzzjoni). F’dawn il-każijiet, jista’ jittieħed approċċ alternattiv li jipprevedi li tkun twettqet valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa u li l-konformità tinkiseb bl-implimentazzjoni ta’ kontrolli xierqa biex jittaffa kwalunkwe riskju ta’ sistema ta’ filtrazzjoni mhux integrali.
Il-punti li għandhom jitqiesu f’tali valutazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
Barra minn hekk, filtru ta’ grad ta’ sterilizzazzjoni li jintuża għall-isterilizzazzjoni ta’ fluwidu għandu jkun soġġett għal test ta’ integrità mhux distruttiv wara l-użu qabel it-tneħħija tal-filtru mill-kisi tiegħu. Il-proċess tat-test tal-integrità għandu jiġi vvalidat u r-riżultati tat-test għandhom jikkorrelataw mal-kapaċità ta’ żamma mikrobika tal-filtru stabbilita matul il-validazzjoni. Eżempji ta’ testijiet li jintużaw jinkludu l-punt tal-bżieżaq, il-fluss tad-diffużjoni, l-intrużjoni tal-ilma jew it-test taż-żamma tal-pressjoni. |
|
VII.4.7.10. |
L-integrità tal-filtri kritiċi sterili tal-gass u tal-arja (li huma marbuta direttament mal-isterilità tal-prodott) għandha tiġi vverifikata permezz ta’ ttestjar wara l-użu, bil-filtru jibqa’ fl-assemblaġġ jew fil-kisi tal-filtru. |
|
VII.4.7.11. |
L-integrità tal-filtri mhux kritiċi tal-arja jew tal-vent tal-gass għandha tiġi kkonfermata u rreġistrata f’intervalli xierqa. Meta l-filtri tal-gass ikunu fis-seħħ għal perjodi estiżi, l-ittestjar tal-integrità għandu jitwettaq fl-installazzjoni u qabel is-sostituzzjoni. Id-durata massima tal-użu għandha tiġi speċifikata u mmonitorjata abbażi tar-riskju (eż. meta jitqies l-għadd massimu ta’ użi u ċ-ċikli ta’ trattament bis-sħana/sterilizzazzjoni permessi kif applikabbli). |
|
VII.4.7.12. |
Għall-filtrazzjoni tal-gass, l-umidifikazzjoni jew it-tixrib mhux intenzjonat tat-tagħmir tal-filtru jew tal-filtru għandu jiġi evitat. |
|
VII.4.7.13. |
Jekk il-proċess ta’ filtrazzjoni sterilizzanti jkun ġie vvalidat bħala sistema li tikkonsisti f’diversi filtri biex tinkiseb l-isterilità għal fluwidu partikolari, is-sistema ta’ filtrazzjoni titqies bħala unità sterilizzanti waħda u l-filtri kollha fis-sistema għandhom jgħaddu b’mod sodisfaċenti mill-ittestjar tal-integrità wara l-użu. |
|
VII.4.7.14. |
F’sistema ta’ filtrazzjoni żejda (fejn ikun preżenti t-tieni filtru żejjed tal-grad ta’ sterilizzazzjoni bħala backup iżda l-proċess ta’ sterilizzazzjoni jiġi vvalidat bħala li jeħtieġ filtru wieħed biss), għandu jitwettaq test tal-integrità ta’ wara l-użu tal-filtru primarju tal-grad ta’ sterilizzazzjoni u, jekk jintwera li huwa integrali, ma jkunx meħtieġ test tal-integrità ta’ wara l-użu tal-filtru żejjed (backup). Madankollu, fil-każ ta’ ħsara fit-test tal-integrità ta’ wara l-użu fuq il-filtru primarju, għandu jitwettaq test tal-integrità ta’ wara l-użu fuq il-filtru sekondarju (żejjed), flimkien ma’ investigazzjoni u valutazzjoni tar-riskju biex tiġi ddeterminata r-raġuni għall-falliment tat-test tal-filtru primarju. |
|
VII.4.7.15. |
Il-kampjuni b’livell mikrobiku għandhom jittieħdu mill-prodott bl-ingrossa u immedjatament qabel il-filtrazzjoni sterili finali. F’każ li tintuża konfigurazzjoni ta’ filtrazzjoni żejda, il-kampjuni għandhom jittieħdu qabel l-ewwel filtru. Il-proċeduri għat-teħid tal-kampjuni għandhom jitfasslu b’tali mod li ma jintroduċux kontaminazzjoni. |
|
VII.4.7.16. |
Il-filtri likwidi tal-grad ta’ sterilizzazzjoni għandhom jintremew wara l-ipproċessar ta’ lott wieħed u l-istess filtru ma għandux jintuża kontinwament għal aktar minn jum wieħed tax-xogħol, sakemm dan l-użu ma jkunx ġie vvalidat. |
|
VII.4.7.17. |
Meta l-manifattura ta’ kampanja ta’ prodott tkun ġiet iġġustifikata kif xieraq fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni u vvalidata, il-manifattur għandu:
|
VII.5. Iffurmar-Mili-Siġillar (33)
|
VII.5.1. |
Il-magni tal-Iffurmar-Mili-Siġillar użati għal prodotti sterilizzati terminalment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali stabbiliti fit-Taqsima VII.1.3 ta’ dan l-Anness, filwaqt li l-magni tal-Iffurmar-Mili-Siġillar użati fil-manifattura asettika għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali stabbiliti fit-tabella 4 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.5.2. |
Il-kontaminazzjoni tar-riti tal-imballaġġ użati matul il-proċess tal-Iffurmar-Mili-Siġillar għandha tiġi minimizzata bl-implimentazzjoni ta’ kontrolli xierqa fir-rigward tal-komponenti, il-provvista u l-immaniġġjar. Minħabba l-kritikalità tar-riti tal-imballaġġ, għandhom jiġu implimentati proċeduri biex jiġi żgurat li r-riti pprovduti jissodisfaw speċifikazzjonijiet definiti u jkunu ta’ kwalità xierqa, inklużi l-ħxuna u s-saħħa tal-materjal, il-kontaminazzjoni mikrobika u partikolata, l-integrità tal-informazzjoni stampata u t-tfassil tal-imballaġġ, kif rilevanti. Il-frekwenza tal-kampjunar, il-livell mikrobiku u, meta applikabbli, tal-endotossini/piroġeni tar-riti tal-imballaġġ u tal-komponenti assoċjati għandhom jiġu indirizzati bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.5.3. |
It-tħaddim tat-tagħmir, inklużi l-proċessi tal-konfigurazzjoni, tal-mili, tal-issiġillar u tat-tqattigħ għandu jiġi vvalutat sabiex il-parametri kritiċi tal-proċess ikunu jistgħu jiġu identifikati, ivvalidati, ikkontrollati u mmonitorjati kif xieraq. |
|
VII.5.4. |
Kwalunkwe gass li jiġu f’kuntatt mal-prodott (eż. dawk użati biex jintefħu l-kontenitur jew użati bħala kisi tal-prodott) għandhom jiġu ffiltrati kif xieraq, kemm jista’ jkun qrib il-punt tal-użu. Il-kwalità tal-gassijiet użati u l-effettività tas-sistemi ta’ filtrazzjoni tal-gass għandhom jiġu vverifikati wkoll perjodikament f’konformità mat-Taqsima V.4 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.5.5. |
Il-kontrolli li għandhom jiġu identifikati matul il-kwalifika tal-proċessi tal-Iffurmar-Mili-Siġillar, li għandhom ikunu parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni, jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.5.6. |
Il-parametri kritiċi tal-proċess għall-Iffurmar-Mili-Siġillar għandhom jiġu stabbiliti matul il-kwalifika tat-tagħmir u għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.5.7. |
Matul il-produzzjoni għandhom jiġu implimentati proċeduri xierqa għall-verifika, il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-parametri tal-proċess kritiku tal-Iffurmar-Mili-Siġillar u t-tħaddim tat-tagħmir. |
|
VII.5.8. |
Il-proċeduri operazzjonali għandhom jiddeskrivu kif il-kwistjonijiet tal-iffurmar u tal-issiġillar jiġu identifikati u rettifikati. Unitajiet rifjutati jew kwistjonijiet ta’ siġillar għandhom jiġu rreġistrati u investigati. |
|
VII.5.9. |
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ manutenzjoni bbażati fuq ir-riskji, u għandhom jinkludu pjanijiet ta’ manutenzjoni u spezzjoni għal għodod kritiċi għall-effettività tal-issiġillar tal-unità. Kwalunkwe kwistjoni identifikata li tindika tħassib potenzjali dwar il-kwalità tal-prodott għandha tiġi ddokumentata u investigata. |
VII.6. Infiħ-Mili-Siġillar (34)
|
VII.6.1. |
It-tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar użat għall-manifattura ta’ prodotti li huma sterilizzati terminalment għandu jiġi installat f’ambjent ta’ mill-inqas grad D. Il-kundizzjonijiet fil-punt tal-mili għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali stabbiliti fit-Taqsima VII.1.3 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.6.2. |
Meta jintuża tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar għall-ipproċessar asettiku, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
VII.6.3. |
Minħabba l-ġenerazzjoni ta’ partikoli mill-estrużjoni u t-tqattigħ ta’ polimeri waqt it-tħaddim u d-daqs restrittiv taż-żoni kritiċi tal-mili tat-tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar, il-monitoraġġ operattiv tal-partikoli totali għat-tagħmir mhuwiex meħtieġ. Madankollu, id-data għandha tkun disponibbli biex turi li t-tfassil tat-tagħmir jiżgura li ż-żoni kritiċi tal-ambjent tal-proċess tal-mili jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-grad A waqt it-tħaddim. |
|
VII.6.4. |
Il-monitoraġġ ambjentali vijabbli tal-proċessi tal-Infiħ-Mili-Siġillar għandu jkun ibbażat fuq ir-riskju u f’konformità mat-Taqsima VIII ta’ dan l-Anness. Waqt it-tħaddim, għandu jitwettaq monitoraġġ vijabbli għad-durata kollha tal-ipproċessar kritiku, inkluż matul l-assemblaġġ tat-tagħmir, bl-eċċezzjoni ta’ tagħmir tat-tip rotattiv meta l-monitoraġġ taż-żona kritika tal-mili ma jkunx possibbli. |
|
VII.6.5. |
Il-programm ta’ kontroll u monitoraġġ ambjentali għandu jqis il-partijiet li jiċċaqilqu u l-mogħdijiet kumplessi tal-fluss tal-arja ġġenerati mill-proċess tal-Infiħ-Mili-Siġillar u l-effett tal-outputs għoljin tas-sħana tal-proċess, (eż. permezz tal-użu ta’ studji ta’ viżwalizzazzjoni tal-flussi tal-arja u/jew studji ekwivalenti oħra). Il-programmi ta’ monitoraġġ ambjentali għandhom iqisu wkoll fatturi bħall-konfigurazzjoni tal-filtru tal-arja, l-integrità tal-filtru tal-arja, l-integrità tas-sistemi tat-tkessiħ, it-tfassil u l-kwalifika tat-tagħmir. |
|
VII.6.6. |
L-arja jew gassijiet oħra f’kuntatt ma’ superfiċi kritiċi tal-kontenitur matul l-estrużjoni, il-formazzjoni jew l-issiġillar tal-kontenitur iffurmat għandhom jgħaddu minn filtrazzjoni xierqa. Il-kwalità tal-gass użat u l-effettività tas-sistemi ta’ filtrazzjoni tal-gass għandhom jiġu vverifikati perjodikament f’konformità mat-Taqsima V.4 ta’ dan l-Anness. |
|
VII.6.7. |
Il-kontaminazzjoni partikolata u mikrobika tal-granulat tal-polimeru għandha tiġi evitata permezz ta’ tfassil, kontroll u manutenzjoni xierqa tas-sistemi tal-ħżin, tal-kampjunar u tad-distribuzzjoni tal-granulat tal-polimeru. |
|
VII.6.8. |
Il-kapaċità tas-sistema ta’ estrużjoni li tipprovdi assigurazzjoni xierqa ta’ sterilità għall-kontenitur iffurmat għandha tiġi vvalidata. Il-frekwenza tal-kampjunar, il-livell mikrobiku u, meta applikabbli, tal-endotossini/piroġeni tal-polimeru mhux ipproċessat għandhom jiġu ddefiniti u kkontrollati. |
|
VII.6.9. |
L-interventi li jeħtieġu waqfien tal-mili u/jew tal-estrużjoni, tal-iffurmar u tal-issiġillar u, meta meħtieġ, l-isterilizzazzjoni mill-ġdid tal-magna tal-mili għandhom jiġu definiti u deskritti b’mod ċar fil-proċedura tal-mili, u inklużi fis-simulazzjoni tal-proċess asettiku kif rilevanti. |
|
VII.6.10. |
Il-kontrolli identifikati waqt il-kwalifikazzjoni tat-tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar għandhom ikunu f’allinjament mal-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni tas-sit. L-aspetti li għandhom jitqiesu jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.6.11. |
Il-parametri kritiċi tal-proċess għat-tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar għandhom jiġu ddeterminati matul il-kwalifika tat-tagħmir u għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VII.6.12. |
Matul il-produzzjoni għandhom jiġu implimentati proċeduri xierqa għall-verifika, il-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni tal-parametri kritiċi tal-proċess u t-tħaddim tat-tagħmir tal-Infiħ-Mili-Siġillar. |
|
VII.6.13. |
Il-proċeduri operazzjonali għandhom jiddeskrivu kif il-kwistjonijiet tal-infiħ, tal-iffurmar u tal-issiġillar jiġu identifikati u rettifikati. Unitajiet rifjutati jew kwistjonijiet ta’ siġillar għandhom jiġu rreġistrati u investigati. |
|
VII.6.14. |
Meta l-proċess tal-Infiħ-Mili-Siġillar jinkludi ż-żieda ta’ komponenti ma’ kontenituri ffurmati (eż. żieda ta’ tappijiet ma’ fliexken parenterali ta’ volum kbir), dawn il-komponenti għandhom jiġu dekontaminati kif xieraq u miżjuda mal-proċess bl-użu ta’ proċess nadif u kkontrollat. Għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
|
|
VII.6.15. |
Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ manutenzjoni bbażati fuq ir-riskju, inklużi pjanijiet ta’ manutenzjoni u spezzjoni għal oġġetti kritiċi għall-issiġillar, l-integrità u l-isterilità tal-unità. |
|
VII.6.16. |
Il-forom użati biex jiġu ffurmati l-kontenituri jitqiesu bħala tagħmir kritiku. Għalhekk, kwalunkwe bidla jew modifika fil-forom teħtieġ valutazzjoni tal-integrità tal-kontenitur tal-prodott lest, u meta xieraq wara li jitqies l-eżitu tal-valutazzjoni, għandha tkun appoġġata minn validazzjoni. Kwalunkwe kwistjoni identifikata li tindika tħassib potenzjali dwar il-kwalità tal-prodott għandha tiġi ddokumentata u investigata. |
VII.7. Lijofilizzazzjoni (36)
|
VII.7.1. |
Il-lijofilizzazzjoni hija pass kritiku tal-proċess u l-attivitajiet kollha li jistgħu jaffettwaw l-isterilità tal-prodott jew tal-materjal għandhom jitqiesu bħala estensjonijiet tal-ipproċessar asettiku. B’mod partikolari, it-tagħmir tal-lijofilizzazzjoni u l-proċessi tagħha għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-isterilità tal-prodott jew tal-materjal tinżamm matul il-lijofilizzazzjoni billi tiġi evitata l-kontaminazzjoni mikrobika u partikolata bejn il-mili tal-prodotti għal-lijofilizzazzjoni u t-tlestija tal-proċess tal-lijofilizzazzjoni. Il-miżuri ta’ kontroll għandhom jiffurmaw parti mill-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.7.2. |
L-isterilizzazzjoni tal-lijofilizzatur u kwalunkwe tagħmir assoċjat (eż. trejs, ħoloq ta’ appoġġ tal-kunjetti) għandha tiġi vvalidata u l-ħin taż-żamma bejn iċ-ċiklu ta’ sterilizzazzjoni u l-użu għandu jiġi kkontestat kif xieraq matul is-simulazzjoni tal-proċess asettiku. Il-lijofilizzatur għandu jiġi sterilizzat regolarment, abbażi tat-tfassil tas-sistema. Barra minn hekk, l-isterilizzazzjoni mill-ġdid għandha titwettaq wara l-manutenzjoni jew it-tindif. Il-lijofilizzaturi sterilizzati u kwalunkwe tagħmir assoċjat għandhom jiġu protetti mill-kontaminazzjoni wara l-isterilizzazzjoni. |
|
VII.7.3. |
Lijofilizzaturi u kwalunkwe żona assoċjata ta’ trasferiment ta’ prodotti u ta’ tagħbija/ħatt għandhom ikunu mfassla biex jimminimizzaw kemm jista’ jkun l-intervent tal-operatur. Il-frekwenza tal-isterilizzazzjoni tal-lijofilizzatur għandha tiġi ddeterminata abbażi tat-tfassil u tar-riskji relatati mal-kontaminazzjoni tas-sistema waqt l-użu. Lijofilizzaturi li jitgħabbew manwalment jew jinħattu mingħajr separazzjoni tat-teknoloġija tal-barriera għandhom jiġu sterilizzati qabel kull tagħbija. Għal-lijofilizzaturi mgħobbija u mhux mgħobbija b’sistemi awtomatizzati jew protetti minn sistemi ta’ barrieri magħluqa, il-frekwenza tal-isterilizzazzjoni għandha tiġi ġġustifikata u dokumentata bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VII.7.4. |
L-integrità tal-lijofilizzatur għandha tinżamm wara l-isterilizzazzjoni u matul il-lijofilizzazzjoni. Il-filtru użat biex tinżamm l-integrità tal-lijofilizzatur għandu jiġi sterilizzat qabel kull użu tas-sistema u r-riżultati tal-ittestjar tal-integrità għandhom ikunu parti miċ-ċertifikazzjoni/mir-rilaxx tal-lott. Barra minn hekk, il-frekwenza tal-ittestjar tal-integrità tal-vakwu/tat-tnixxija tal-kamra għandha tiġi ddokumentata u t-tnixxija massima permessa tal-arja fil-lijofilizzatur għandha tiġi speċifikata u kkontrollata fil-bidu ta’ kull ċiklu. |
|
VII.7.5. |
It-trejs tal-lijofilizzazzjoni għandhom jiġu kkontrollati regolarment biex jiġi żgurat li ma jkunux sfurmati jew danneġġjati. |
|
VII.7.6. |
Il-punti li għandhom jitqiesu għat-tfassil tat-tagħbija (u l-ħatt, fejn il-materjal lijofilizzat għadu mhux issiġillat u espost), jinkludu iżda mhumiex limitati għal:
|
VII.8. Sistemi magħluqa
|
VII.8.1. |
L-użu ta’ sistemi magħluqa jista’ jnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobika, partikolata u kimika mill-ambjent tal-madwar. Is-sistemi magħluqa għandhom ikunu mfassla biex inaqqsu l-ħtieġa għal manipulazzjonijiet manwali u r-riskji assoċjati. |
|
VII.8.2. |
Huwa kruċjali li tiġi żgurata l-isterilità tas-superfiċi kollha ta’ kuntatt tal-prodott tas-sistemi magħluqa użati għall-ipproċessar asettiku. Għalhekk, it-tfassil u l-għażla ta’ kwalunkwe sistema magħluqa użata għall-ipproċessar asettiku għandhom jiżguraw il-manutenzjoni tal-isterilità. Il-konnessjoni ta’ tagħmir sterili (eż. tubi/pajpijiet) użat wara l-filtru finali tal-grad ta’ sterilizzazzjoni għandu jiġi konness b’mod asettiku (eż. permezz ta’ apparati ta’ konnessjoni sterili intrinsiċi). |
|
VII.8.3. |
Għandhom jiġu stabbiliti miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-integrità tal-komponenti użati f’konnessjonijiet asettiċi. Il-mezzi li bihom dan jinkiseb għandhom jiġu ddeterminati u indirizzati fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. B’mod partikolari, għandhom jitqiesu testijiet xierqa tal-integrità tas-sistema meta jkun hemm riskju li tiġi kompromessa l-isterilità tal-prodott. Il-valutazzjoni tal-fornitur għandha tinkludi l-ġbir ta’ data fir-rigward ta’ modalitajiet potenzjali ta’ ħsara li jistgħu jwasslu għal telf ta’ sterilità tas-sistema. |
|
VII.8.4. |
L-ambjent tal-isfond li fih jinsabu s-sistemi magħluqa għandu jiġi ddeterminat wara li jitqiesu t-tfassil tas-sistema u l-proċessi mwettqa. Għall-ipproċessar asettiku u meta jkun hemm riskju li l-integrità tas-sistema tista’ tiġi kompromessa, is-sistema għandha titqiegħed fil-grad A. Jekk ikun jista’ jintwera li s-sistema tibqa’ integrali f’kull użu (eż. permezz ta’ ttestjar u/jew monitoraġġ tal-pressjoni), tista’ tintuża żona klassifikata aktar baxxa. Kwalunkwe trasferiment bejn żoni klassifikati għandu jiġi vvalutat bir-reqqa f’konformità mat-Taqsima III.2 ta’ dan l-Anness. Meta s-sistema magħluqa tinfetaħ (eż. għall-manutenzjoni ta’ linja tal-manifattura bl-ingrossa), din għandha ssir f’żona klassifikata xierqa għall-materjali (eż. grad C għal proċessi ta’ sterilizzazzjoni terminali, jew grad A għall-ipproċessar asettiku) jew tkun soġġetta għal aktar tindif u diżinfezzjoni (u sterilizzazzjoni fil-każ ta’ proċessi asettiċi). |
VII.9. Sistemi b’użu uniku (37)
|
VII.9.1. |
Is-sistemi b’użu uniku jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti sterili bħala alternattiva għal tagħmir li jista’ jerġa’ jintuża. Is-sistemi b’użu uniku jistgħu jkunu komponenti individwali jew ikunu magħmula minn diversi komponenti bħal boroż, filtri, tubi, konnetturi, valvi, fliexken tal-ħżin u sensuri. Is-sistemi b’użu uniku għandhom jitfasslu biex inaqqsu l-ħtieġa għall-manipulazzjonijiet u l-kumplessità tal-interventi manwali. |
|
VII.9.2. |
Hemm xi riskji speċifiċi assoċjati mas-sistemi b’użu uniku li għandhom jiġu vvalutati bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni, inkluż iżda mhux limitat għal:
|
|
VII.9.3. |
Il-proċessi ta’ sterilizzazzjoni għal sistemi b’użu uniku għandhom jiġu vvalidati u murija li ma għandhom l-ebda impatt negattiv fuq il-prestazzjoni tas-sistema. |
|
VII.9.4. |
Il-valutazzjoni tal-fornituri ta’ sistemi mhux riutilizzabbli inkluża l-isterilizzazzjoni hija kritika għall-għażla u l-użu ta’ dawn is-sistemi. Għalhekk, għal sistemi sterili b’użu uniku, il-verifika tal-assigurazzjoni tal-isterilità għandha titwettaq bħala parti mill-kwalifika tal-fornitur u l-evidenza tal-isterilizzazzjoni ta’ kull unità għandha tiġi kkontrollata mal-wasla. |
|
VII.9.5. |
L-adsorbiment u r-reattività tal-prodott b’superfiċi li jiġu f’kuntatt mal-prodott għandhom jiġu evalwati f’kundizzjonijiet ta’ proċess. |
|
VII.9.6. |
Għandhom jiġu evalwati l-profili tas-sustanzi estrattabbli u li jistgħu jlissu tas-sistemi b’użu uniku u kwalunkwe impatt fuq il-kwalità tal-prodott – speċjalment meta s-sistema tkun magħmula minn materjali bbażati fuq il-polimeri. Għandha titwettaq valutazzjoni għal kull komponent biex tiġi evalwata d-data tal-profil tas-sustanzi estrattabbli. Għall-komponenti meqjusa li huma f’riskju għoli minn sustanzi li jlissu, inklużi dawk li jistgħu jassorbu materjali pproċessati jew dawk bi żminijiet estiżi ta’ kuntatt mal-materjal, għandha titqies valutazzjoni tal-istudji dwar il-profili tas-sustanzi li jistgħu jlissu, inkluż tħassib dwar is-sikurezza. Meta jiġu applikati kundizzjonijiet ta’ pproċessar simulati, dawn għandhom jirriflettu b’mod preċiż il-kundizzjonijiet reali tal-ipproċessar u jkunu bbażati fuq raġunament xjentifiku. |
|
VII.9.7. |
Is-sistemi b’użu uniku għandhom ikunu mfassla b’tali mod li jżommu l-integrità matul l-ipproċessar fil-kundizzjonijiet operattivi maħsuba. Trid tingħata attenzjoni għall-integrità strutturali tal-komponenti b’użu uniku biss meta dawn jistgħu jkunu esposti għal kundizzjonijiet estremi (eż. proċessi ta’ ffriżar u ta’ taħlil) matul l-ipproċessar jew it-trasport ta’ rutina, inkluża l-verifika li l-apparati ta’ konnessjoni sterili intrinsiċi (kemm issiġillati bis-sħana kif ukoll issiġillati mekkanikament) jibqgħu integrali f’dawn il-kundizzjonijiet. |
|
VII.9.8. |
Għandhom jiġu stabbiliti u implimentati kriterji ta’ aċċettazzjoni għal sistemi b’użu uniku li jikkorrispondu għar-riskji jew il-kritikalità tal-prodotti u l-proċessi tagħhom. Mal-wasla, kull biċċa ta’ sistemi b’użu uniku għandha tiġi kkontrollata biex jiġi żgurat li dawn ikunu ġew manifatturati, fornuti u kkonsenjati f’konformità mal-ispeċifikazzjoni approvata. Spezzjoni viżwali tal-imballaġġ ta’ barra (eż. id-dehra tal-kartuna ta’ barra, il-boroż tal-prodotti), l-istampar fuq it-tikketta, u r-rieżami tad-dokumenti mehmuża (eż. ċertifikat ta’ konformità u prova ta’ sterilizzazzjoni) għandhom jitwettqu u jiġu ddokumentati qabel l-użu. |
|
VII.9.9. |
L-operazzjonijiet kritiċi ta’ mmaniġġjar manwali ta’ sistemi b’użu uniku bħall-assemblaġġ u l-konnessjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli xierqa u vverifikati matul is-simulazzjoni tal-proċess asettiku. |
TAQSIMA VIII
MONITORAĠĠ AMBJENTALI U TAL-PROĊESS
VIII.1. Rekwiżiti ġenerali
|
VIII.1.1. |
Kull sit għandu jkollu programm ta’ monitoraġġ ambjentali u tal-proċess biex jimmonitorja l-kontrolli mfassla biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mikrobika u partikolata. Il-programm, li għandu jifforma parti mill-istrateġija ġenerali għall-kontroll tal-kontaminazzjoni, għandu tipikament jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
|
|
VIII.1.2. |
L-affidabbiltà ta’ kull wieħed mill-elementi tas-sistema ta’ monitoraġġ meta tittieħed waħedha hija limitata. Għalhekk, l-eżitu minn kull wieħed mill-elementi deskritti hawn fuq ma jistax jitqies – waħdu – bħala indikatur ta’ asepsis. Madankollu, ir-riżultati mill-elementi kollha tal-programm jgħinu biex jikkonfermaw l-affidabbiltà tat-tfassil, il-validazzjoni u t-tħaddim tas-sistema mmonitorjata. |
|
VIII.1.3. |
L-informazzjoni mill-programm għandha tintuża għaċ-ċertifikazzjoni/għar-rilaxx tal-lott ta’ rutina u għall-valutazzjoni perjodika matul ir-rieżami jew l-investigazzjoni tal-proċess. Filwaqt li dan japplika kemm għall-isterilizzazzjoni terminali kif ukoll għall-proċessi asettiċi, huwa rikonoxxut li l-kritikalità tal-impatt tista’ tvarja skont it-tip tal-prodott u tal-proċess. |
VIII.2. Monitoraġġ ambjentali u tal-proċess
|
VIII.2.1. |
L-għan tal-programm ta’ monitoraġġ ambjentali huwa doppju:
Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jitwettqu sabiex jiġi stabbilit programm komprensiv ta’ monitoraġġ ambjentali, inklużi l-postijiet tal-kampjunar, il-frekwenza tal-monitoraġġ, il-metodi ta’ monitoraġġ u l-kundizzjonijiet tal-inkubazzjoni (eż. il-ħin, it-temperatura/i, il-kundizzjonijiet aerobiċi u/jew anaerobiċi). B’mod partikolari, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi d-determinazzjoni ta’ postijiet kritiċi ta’ monitoraġġ, dawk il-postijiet fejn l-preżenza ta’ mikroorganiżmi matul l-ipproċessar jista’ jkollha impatt fuq il-kwalità tal-prodott (eż. grad A, żoni ta’ pproċessar asettiku u ż-żoni tal-grad B li jinteraġixxu direttament maż-żona tal-grad A). Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jitwettqu abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi tal-inputs tal-proċess u tal-prodott finali, il-faċilità, it-tagħmir, il-kritikalità tal-proċessi u l-passi speċifiċi, l-operazzjonijiet involuti, id-data tal-monitoraġġ ta’ rutina, id-data tal-monitoraġġ miksuba matul il-kwalifika u l-għarfien tal-flora mikrobika tipika iżolata mill-ambjent. Għarfien dettaljat ta’ dawk l-aspetti huwa għalhekk meħtieġ għall-istabbiliment tal-programm ta’ monitoraġġ ambjentali. Għandha titqies wkoll informazzjoni rilevanti oħra bħal studji ta’ viżwalizzazzjoni tal-arja. Il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu rieżaminati regolarment biex tiġi kkonfermata l-effettività tal-programm ta’ monitoraġġ ambjentali tas-sit. |
|
VIII.2.2. |
Il-monitoraġġ ta’ rutina tal-kmamar nodfa, tat-tagħmir tal-arja nadifa u tal-persunal għandu jitwettaq waqt it-tħaddim matul l-istadji kritiċi kollha tal-ipproċessar, inkluż il-konfigurazzjoni tat-tagħmir. |
|
VIII.2.3. |
Karatteristiċi oħra, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, għandhom jiġu kkontrollati f’firxiet li jallinjaw mar-rekwiżiti tal-prodott/tal-ipproċessar/tal-persunal u li jappoġġaw iż-żamma tal-istandards definiti tal-indafa (eż. grad A jew B). |
|
VIII.2.4. |
Il-monitoraġġ tal-grad A għandu juri ż-żamma tal-kundizzjonijiet tal-ipproċessar asettiku matul l-operazzjonijiet kritiċi. Il-monitoraġġ għandu jsir f’postijiet li jippreżentaw l-ogħla riskju ta’ kontaminazzjoni għas-superfiċi tat-tagħmir sterili, għall-kontenituri, għas-sistemi tal-għeluq u għall-prodott. L-għażla tal-postijiet ta’ monitoraġġ u l-orjentazzjoni u l-pożizzjonament tal-apparati tal-kampjunar għandhom ikunu xierqa biex tinkiseb data affidabbli miż-żoni kritiċi. |
|
VIII.2.5. |
Il-metodi tal-kampjunar ma għandhomx joħolqu riskju ta’ kontaminazzjoni għall-operazzjonijiet tal-manifattura. |
|
VIII.2.6. |
Għandhom jiġu stabbiliti livelli ta’ allert u limiti ta’ azzjoni xierqa għar-riżultati tal-monitoraġġ vijabbli u totali tal-partikoli. Il-limiti massimi totali ta’ azzjoni tal-partikoli huma deskritti fit-Tabella 5 u l-limiti massimi vijabbli ta’ azzjoni ta’ partikoli huma deskritti fit-Tabella 6. Madankollu, jistgħu jkunu meħtieġa limiti ta’ azzjoni aktar stretti abbażi tax-xejriet tad-data, in-natura tal-proċess jew kif determinat fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. Kemm il-livelli vijabbli kif ukoll il-livelli ta’ allert tal-partikoli totali għandhom jiġu stabbiliti abbażi tar-riżultati tat-testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-kmamar nodfa u għandhom jiġu rieżaminati perjodikament abbażi ta’ data kontinwa dwar ix-xejriet. |
|
VIII.2.7. |
Il-livelli ta’ allert għall-grad A (il-partikoli totali biss) tal-grad B, tal-grad C u tal-grad D għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li jiġu identifikati u indirizzati xejriet avversi (eż. għadd ta’ avvenimenti jew avvenimenti individwali li jindikaw deterjorament tal-kontroll ambjentali). |
|
VIII.2.8. |
Il-proċeduri ta’ monitoraġġ għandhom jiddefinixxu l-approċċ għax-xejra. Ix-xejriet għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
|
VIII.2.9. |
Il-monitoraġġ tal-kmamar nodfa tal-gradi C u D waqt it-tħaddim għandu jsir abbażi tad-data miġbura matul il-kwalifiki u d-data ta’ rutina biex tkun tista’ ssir analiżi effettiva tax-xejriet. Ir-rekwiżiti tal-livelli ta’ allert u l-limiti ta’ azzjoni se jiddependu fuq in-natura tal-operazzjonijiet imwettqa. Il-limiti ta’ azzjoni jistgħu jkunu aktar stretti minn dawk elenkati fit-Tabella 5 u fit-Tabella 6. |
|
VIII.2.10. |
Jekk jinqabżu l-limiti ta’ azzjoni, għandha tkun meħtieġa investigazzjoni tal-kawżi ewlenin, valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq il-prodott (inklużi lottijiet prodotti bejn il-monitoraġġ u r-rapportar) u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi u preventivi (kif xieraq).
Jekk jinqabżu l-livelli ta’ allert, valutazzjoni u segwitu huma obbligatorji, inkluża l-konsiderazzjoni ta’ investigazzjoni u/jew azzjonijiet korrettivi biex jiġi evitat kwalunkwe deterjorament ulterjuri tal-ambjent. Dan ta’ hawn fuq għandu jiġi rifless fil-proċeduri operattivi. |
VIII.3. Monitoraġġ ambjentali – partikoli totali
|
VIII.3.1. |
Għandu jiġi stabbilit programm totali ta’ monitoraġġ tal-partikoli biex tinkiseb data għall-valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kontaminazzjoni u biex tiġi żgurata l-manutenzjoni tal-ambjent għal operazzjonijiet sterili/asettiċi fi stat kwalifikat. |
|
VIII.3.2. |
Il-limiti għall-monitoraġġ ambjentali tal-konċentrazzjoni tal-partikoli fl-arja għal kull żona gradata huma mogħtija fit-Tabella 5.
Tabella 5 Konċentrazzjoni massima totali permessa ta’ partikoli għall-monitoraġġ.
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
VIII.3.3. |
Għall-grad A, il-monitoraġġ tal-partikoli għandu jsir għad-durata kollha tal-ipproċessar kritiku, inkluż l-assemblaġġ tat-tagħmir. |
|
VIII.3.4. |
Iż-żona tal-grad A għandha tiġi mmonitorjata kontinwament (għall-partikoli ≥ 0,5 u ≥ 5 μm) u b’rata tal-fluss tal-kampjun xierqa (mill-inqas 28 litru (1ft3) fil-minuta) sabiex jinqabdu l-interventi kollha, l-avvenimenti tranżitorji u kwalunkwe deterjorament tas-sistema. Is-sistema għandha ta’ spiss tikkorrelata kull riżultat ta’ kampjun individwali ma’ livelli ta’ allert u limiti ta’ azzjoni b’tali frekwenza li kwalunkwe devjazzjoni potenzjali tkun tista’ tiġi identifikata u mwieġba f’waqtu. L-allarmi għandhom jiġu skattati jekk jinqabżu l-livelli ta’ allert. Il-proċeduri għandhom jiddefinixxu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’reazzjoni għall-allarmi inkluża l-konsiderazzjoni ta’ monitoraġġ mikrobiku addizzjonali. |
|
VIII.3.5. |
Huwa rrakkomandat li tintuża sistema simili għaż-żona tal-grad B għalkemm il-frekwenza tal-kampjun tista’ titnaqqas. Iż-żona tal-grad B għandha tiġi mmonitorjata b’tali frekwenza u b’daqs xieraq tal-kampjun biex jiġi żgurat li l-programm jaqbad kwalunkwe żieda fil-livelli ta’ kontaminazzjoni u deterjorament tas-sistema. Jekk jinqabżu l-livelli ta’ allert, għandhom jiġu skattati l-allarmi. |
|
VIII.3.6. |
L-għażla tas-sistema ta’ monitoraġġ għandha tqis kwalunkwe riskju ppreżentat mill-materjali użati fl-operazzjoni tal-manifattura (eż. Dawk li jinvolvu organiżmi ħajjin, prodotti f’forma ta’ trab jew radjofarmaċewtiċi) li jista’ jwassal għal perikli bijoloġiċi, kimiċi jew tar-radjazzjoni. |
|
VIII.3.7. |
F’każ meta l-kontaminanti jkunu preżenti minħabba l-proċessi involuti u jistgħu potenzjalment jagħmlu ħsara lill-apparat għall-għadd tal-partikoli jew jippreżentaw periklu (eż. Organiżmi ħajjin, prodotti f’forma ta’ trab u perikli tar-radjazzjoni), il-frekwenza u l-istrateġija użati għandhom ikunu adegwati biex jiġi żgurat il-klassifikazzjoni ambjentali, kemm qabel kif ukoll wara l-esponiment għar-riskju. Għandha titqies żieda fil-monitoraġġ tal-partikoli vijabbli biex jiġi żgurat monitoraġġ komprensiv tal-proċess meta xieraq. Barra minn hekk, il-monitoraġġ għandu jitwettaq matul operazzjonijiet simulati f’intervalli xierqa. L-approċċ definit huwa parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VIII.3.8. |
Id-daqs tal-kampjuni ta’ monitoraġġ meħuda bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati normalment jiddependi fuq ir-rata ta’ kampjunar tas-sistema użata. Mhuwiex meħtieġ li l-volum tal-kampjun ikun l-istess bħal dak użat għall-klassifikazzjoni formali tal-kmamar nodfa u tat-tagħmir tal-arja nadifa. Il-volumi tal-kampjun tal-monitoraġġ għandhom jiġu ġġustifikati. |
VIII.4. Monitoraġġ ambjentali u tal-persunal – partikoli vijabbli
|
VIII.4.1. |
Monitoraġġ mikrobiku frekwenti bl-użu ta’ taħlita ta’ metodi bħal pjanċi ta’ sedimentazzjoni, kampjunar volumetriku tal-arja, kampjunar tal-ingwanti, tal-ġagagi u tas-superfiċe (eż. Swabs u pjanċi ta’ kuntatt) għandu jkun meħtieġ meta jitwettqu operazzjonijiet asettiċi. B’mod speċifiku:
Il-metodu ta’ kampjunar użat għandu jiġi ġġustifikat bħala parti mill-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni u jintwera li ma għandux impatt detrimentali fuq il-mudelli tal-fluss tal-arja tal-gradi A u B. Is-superfiċi tal-kamra nadifa u tat-tagħmir għandhom jiġu mmonitorjati fi tmiem operazzjoni. |
|
VIII.4.2. |
Il-monitoraġġ tal-persunal għandu jitwettaq abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, li għandha tevalwa l-postijiet, it-tip u l-frekwenza tal-monitoraġġ abbażi tal-attivitajiet imwettqa u l-prossimità għaż-żoni kritiċi. Il-monitoraġġ mikrobiku tal-persunal fiż-żoni tal-grad A u tal-grad B huwa essenzjali. Meta l-operazzjonijiet ikunu ta’ natura manwali (eż. Taħlit jew mili asettiku), għandha ssir enfasi akbar fuq il-monitoraġġ mikrobiku tal-ġagagi u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati għandhom jiġu ġġustifikati fl-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
VIII.4.3. |
Il-monitoraġġ għandu jinkludi l-kampjunar tal-persunal f’intervalli perjodiċi matul il-proċess. Il-kampjunar tal-persunal għandu jsir b’tali mod li ma jikkompromettix il-proċess. Għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-monitoraġġ tal-persunal wara l-involviment f’interventi kritiċi (bħala minimu l-ingwanti, iżda jista’ jkun meħtieġ ukoll li partijiet oħra tal-ġagaga jiġu mmonitorjati kif applikabbli għall-proċess) u fuq kull ħruġ mill-kamra nadifa tal-grad B (ingwanti u ġagaga). |
|
VIII.4.4. |
Meta l-monitoraġġ tal-ingwanti jitwettaq wara interventi kritiċi, l-ingwanti ta’ barra għandhom jiġu sostitwiti qabel il-kontinwazzjoni tal-attività. Meta l-monitoraġġ tal-ġagagi jkun meħtieġ wara interventi kritiċi, il-ġagaga għandha tiġi sostitwita qabel attività ulterjuri fil-kamra nadifa. |
|
VIII.4.5. |
Sorveljanza regolari mill-unità tal-kwalità hija meħtieġa jekk il-monitoraġġ isir regolarment mill-persunal tal-manifattura. |
|
VIII.4.6. |
L-adozzjoni ta’ sistemi ta’ monitoraġġ alternattivi xierqa bħal metodi rapidi tista’ titqies mill-manifatturi sabiex titħaffef id-detezzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ kontaminazzjoni mikrobijoloġika u biex jitnaqqsu r-riskji għall-prodott. Dawn il-metodi ta’ monitoraġġ mikrobiku rapidi u awtomatizzati jistgħu jiġu adottati wara li l-validazzjoni tkun uriet l-ekwivalenza jew is-superjorità tagħhom għall-metodi stabbiliti. |
|
VIII.4.7. |
Għandhom ikunu fis-seħħ proċeduri għall-valutazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ azzjonijiet xierqa (meta meħtieġ) fid-dawl tar-riżultati miksuba mill-kampjunar. Għandha tkun disponibbli data ta’ sostenn għall-effiċjenza tal-irkupru tal-metodi ta’ kampjunar magħżula. Il-limiti ta’ azzjoni għall-kontaminazzjoni partikolata vijabbli huma murija fit-Tabella 6.
Tabella 6 Limiti massimi ta’ azzjoni għall-kontaminazzjoni partikolata vijabbli
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
VIII.4.8. |
Il-mikroorganiżmi misjuba fiż-żoni tal-grad A u tal-grad B għandhom jiġu identifikati sal-livell tal-ispeċi u l-impatt potenzjali ta’ dawn il-mikroorganiżmi fuq il-kwalità tal-prodott (għal kull lott implikat) u l-istat ġenerali tal-kontroll għandu jiġi evalwat. L-identifikazzjoni tal-mikroorganiżmi misjuba fiż-żoni tal-grad C u D għandha titqies, kif xieraq, bħala parti mill-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni (pereżempju meta jinqabżu l-limiti ta’ azzjoni jew il-livelli ta’ allert) jew wara l-iżolament ta’ organiżmi li jistgħu jindikaw telf ta’ kontroll jew deterjorament fl-indafa, jew l-iżolament ta’ organiżmi li jista’ jkun diffiċli li jiġu kkontrollati bħal mikroorganiżmi u forom li jifformaw l-ispori u bi frekwenza suffiċjenti biex jinżamm fehim attwali tal-flora tipika ta’ dawn iż-żoni. |
VIII.5. Simulazzjoni tal-proċess asettiku (magħrufa wkoll bħala mili tal-media) (44)
|
VIII.5.1. |
Il-verifika perjodika tal-effettività tal-kontrolli fis-seħħ għall-ipproċessar asettiku għandha tinkludi simulazzjoni tal-proċess asettiku bl-użu ta’ media sterili tan-nutrijenti u/jew surrogat minflok il-prodott. L-għażla tal-media tan-nutrijenti u/jew tas-surrogat għandha ssir abbażi tal-kapaċità tal-media u/jew tas-surrogat li jimitaw il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott li joħolqu riskju għall-isterilità tal-prodott matul il-proċess asettiku. Meta l-istadji tal-ipproċessar jista’ jkollhom impatt indirett fuq il-vijabbiltà ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni mikrobika introdotta, (eż. semisolidi prodotti asettikament, trabijiet, materjali solidi, mikrosferi, liposomi u formulazzjonijiet oħra fejn il-prodott jitkessaħ, jissaħħan jew jiġi lijofilizzat), għandhom jiġu żviluppati proċeduri alternattivi li jirrappreżentaw l-operazzjonijiet kemm jista’ jkun mill-qrib. Meta materjali surrogati, bħal buffers, jintużaw f’partijiet tas-simulazzjoni tal-proċess asettiku, il-materjal surrogat ma għandux jimpedixxi t-tkabbir ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni potenzjali.
Is-simulazzjoni tal-proċess asettiku mhijiex il-mezz primarju biex jiġi vvalidat il-proċess asettiku jew l-aspetti tal-proċess asettiku. L-effettività tal-proċess asettiku għandha tiġi ddeterminata permezz tat-tfassil tal-proċess u l-kontrolli tal-proċess, it-taħriġ, u l-evalwazzjoni tad-data ta’ monitoraġġ. |
|
VIII.5.2. |
Is-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandha timita kemm jista’ jkun il-proċess tal-manifattura asettika ta’ rutina u tinkludi l-passi kritiċi kollha tal-manifattura, speċifikament:
|
|
VIII.5.3. |
Is-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandha tqis il-manipulazzjonijiet u l-interventi asettiċi magħrufa li jseħħu matul il-produzzjoni normali kif ukoll l-agħar sitwazzjonijiet possibbli, kif ukoll dawn li ġejjin:
|
|
VIII.5.4. |
Is-simulazzjoni tal-proċess asettiku ma għandhiex tintuża biex tiġġustifika prattiki li joħolqu riskji ta’ kontaminazzjoni bla bżonn. |
|
VIII.5.5. |
L-elementi li ġejjin huma rilevanti għall-iżvilupp tal-pjan ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku:
|
|
VIII.5.6. |
Għal sustanzi attivi sterili, id-daqs tal-lott għandu jkun kbir biżżejjed biex jirrappreżenta l-operazzjoni ta’ rutina, jissimula l-operazzjoni fl-agħar każ, u jkopri s-superfiċi kollha li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-prodott sterili. Barra minn hekk, il-materjali simulati kollha (surrogati jew medium ta’ tkabbir) għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni mikrobika. Il-materjali ta’ simulazzjoni għandhom ikunu suffiċjenti biex jiżguraw ir-robustezza tal-evalwazzjoni tal-proċess li jkun qed jiġi simulat u ma għandhomx jikkompromettu l-irkupru tal-mikroorganiżmi. |
|
VIII.5.7. |
Is-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandha titwettaq bħala parti mill-validazzjoni inizjali, b’mill-inqas tliet testijiet ta’ simulazzjoni sodisfaċenti konsekuttivi li jkopru x-xiftijiet tax-xogħol kollha li l-proċess asettiku jista’ jseħħ fihom. Barra minn hekk, simulazzjoni ta’ proċess asettiku hija obbligatorja wkoll wara kwalunkwe modifika sinifikanti fil-prassi operazzjonali, fil-faċilitajiet, fis-servizzi jew fit-tagħmir li jista’ jkollha impatt fuq l-assigurazzjoni tal-isterilità tal-prodott (eż. modifika fis-sistema tal-HVAC, it-tagħmir, il-bidliet fil-proċess, l-għadd ta’ xiftijiet jew l-għadd ta’ persunal, jew wara li tingħalaq faċilità kbira). Barra minn hekk, simulazzjoni ta’ proċess asettiku (validazzjoni mill-ġdid perjodika) normalment għandha tiġi ripetuta darbtejn fis-sena (bejn wieħed u ieħor kull 6 xhur) għal kull proċess asettiku, għal kull linja tal-mili u għal kull xift. Kull operatur għandu jipparteċipa f’mill-inqas simulazzjoni waħda ta’ proċess asettiku ta’ suċċess kull sena. Għandu jitqies it-twettiq ta’ simulazzjoni ta’ proċess asettiku wara l-aħħar lott qabel l-għeluq, qabel perjodi twal ta’ inattività jew qabel id-dekummissjonar (jiġifieri t-tneħħija definittiva mill-proċess tal-manifattura) jew ir-rilokazzjoni ta’ linja. |
|
VIII.5.8. |
Meta sseħħ operazzjoni manwali (eż. taħlit jew mili asettiku), kull tip ta’ kontenitur, sistema tal-għeluq tal-kontenitur u linja tat-tagħmir għandhom inizjalment jiġu vvalidati b’kull operatur li jipparteċipa f’mill-inqas 3 simulazzjoni ta’ proċess asettiku konsekuttiv ta’ suċċess u vvalidat mill-ġdid b’simulazzjoni waħda ta’ proċess asettiku bejn wieħed u ieħor kull 6 xhur għal kull operatur. Id-daqs tal-lott ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku għandu jimita dak użat fil-proċess tal-manifattura asettika ta’ rutina. |
|
VIII.5.9. |
L-għadd ta’ unitajiet ipproċessati (mimlijin) għas-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandu jkun suffiċjenti biex jissimula b’mod effettiv l-attivitajiet kollha li huma rappreżentattivi tal-proċess tal-manifattura asettika. Il-ġustifikazzjoni għall-għadd ta’ unitajiet li għandhom jimtlew għandha tiġi indirizzata bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. Tipikament, għandhom jimtlew minimu ta’ 5 000 sa 10 000 unità. Għal lottijiet żgħar (eż. dawk taħt l-5 000 unità), l-għadd ta’ kontenituri għas-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandu jkun mill-inqas daqs id-daqs tal-lott tal-produzzjoni. |
|
VIII.5.10. |
L-unitajiet ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku mimlijin għandhom jitheżżu, jiddawru jew jinqalbu qabel l-inkubazzjoni biex jiġi żgurat il-kuntatt tal-media mas-superfiċi interni kollha fil-kontenitur. L-unitajiet integrali kollha mis-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandhom jiġu inkubati u evalwati, inklużi unitajiet b’difetti mingħajr impatt kritiku fuq l-integrità tal-kontenitur (eż. dawk b’difetti kożmetiċi) jew dawk li għaddew minn verifiki tal-kontrolli mhux distruttivi waqt il-proċess.
Jekk l-unitajiet jintremew matul is-simulazzjoni tal-proċess u ma jiġux inkubati, dawk għandhom ikunu komparabbli mal-unitajiet mormija matul mili ta’ rutina, u biss jekk il-proċeduri operattivi standard applikabbli għall-produzzjoni jispeċifikaw li l-unitajiet iridu jitneħħew taħt l-istess ċirkostanzi (jiġifieri t-tip ta’ intervent, il-post tal-linja, l-għadd speċifiku ta’ unitajiet imneħħija). Taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jitneħħew aktar unitajiet matul intervent ta’ mili tal-media milli waqt ċiklu ta’ produzzjoni. Eżempji jistgħu jinkludu dawk li għandhom jintremew matul il-produzzjoni ta’ rutina wara l-proċess tal-konfigurazzjoni jew wara tip speċifiku ta’ intervent. |
|
VIII.5.11. |
Meta l-proċess tal-manifattura jinkludi materjali li huma f’kuntatt mas-superfiċi tal-prodott iżda li mbagħad jintremew (eż. l-ifflaxxjar tal-prodott), il-materjal mormi għandu jiġi simulat b’media tan-nutrijenti u jiġi inkubat bħala parti mis-simulazzjoni tal-proċess asettiku, sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod ċar li dan il-proċess ta’ skart ma għandux impatt fuq l-isterilità tal-prodott. |
|
VIII.5.12. |
L-unitajiet ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku mimlijin għandhom jiġu inkubati f’kontenitur ċar biex tiġi żgurata detezzjoni viżwali tat-tkabbir mikrobiku. Meta l-kontenitur tal-prodott ma jkunx ċar (eż. ħġieġ kulur l-ambra, plastik opak), kontenituri ċari ta’ konfigurazzjoni identika jistgħu jiġu sostitwiti biex jgħinu fid-detezzjoni tal-kontaminazzjoni. Meta kontenitur ċar ta’ konfigurazzjoni identika ma jkunx jista’ jiġi sostitwit, għandu jiġi żviluppat u vvalidat metodu xieraq għad-detezzjoni tat-tkabbir mikrobiku. Il-mikroorganiżmi iżolati minn unitajiet ikkontaminati għandhom jiġu identifikati sal-livell tal-ispeċi meta possibbli, biex jgħinu fid-determinazzjoni tas-sors probabbli tal-kontaminant. |
|
VIII.5.13. |
L-unitajiet ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku mimlijin għandhom jiġu inkubati mingħajr dewmien bla bżonn biex jinkiseb l-aħjar irkupru possibbli tal-kontaminazzjoni potenzjali. L-għażla tal-kundizzjonijiet ta’ inkubazzjoni u d-durata għandhom ikunu ġġustifikati xjentifikament u vvalidati biex jipprovdu livell xieraq ta’ sensittività għad-detezzjoni tal-kontaminazzjoni mikrobika. |
|
VIII.5.14. |
Mat-tlestija tal-inkubazzjoni, l-unitajiet ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku mimlijin għandhom jiġu spezzjonati minn persunal li jkun ġie mħarreġ u kkwalifikat kif xieraq għad-detezzjoni tal-kontaminazzjoni mikrobijoloġika. Tali spezzjoni għandha titwettaq f’kundizzjonijiet li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni mikrobika. Barra minn hekk, il-kampjuni tal-unitajiet mimlija għandhom jgħaddu minn kontroll pożittiv permezz ta’ inokulazzjoni b’firxa xierqa ta’ organiżmi ta’ referenza u iżolati lokali rappreżentattivi b’mod xieraq. |
|
VIII.5.15. |
Il-mira hija li ma jkun hemm l-ebda tkabbir. Kwalunkwe unità kkontaminata għandha titqies bħala simulazzjoni ta’ proċess asettiku li ma rnexxiex u għandhom jittieħdu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
|
VIII.5.16. |
Is-sessjonijiet kollha ta’ simulazzjoni tal-proċess asettiku għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ u jinkludu rikonċiljazzjoni tal-unitajiet ipproċessati (eż. unitajiet mimlija, inkubati u mhux inkubati). Ġustifikazzjoni għall-unitajiet mimlija u mhux inkubati għandha tiġi inkluża fid-dokumentazzjoni. L-interventi kollha mwettqa matul is-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandhom jiġu rreġistrati, inkluż il-ħin tal-bidu u tat-tmiem ta’ kull intervent u l-persuna/i involuta/i. Id-data kollha tal-monitoraġġ mikrobiku kif ukoll data oħra tal-ittestjar għandhom jiġu rreġistrati fir-rekord tal-lott tas-simulazzjoni tal-proċess asettiku. |
|
VIII.5.17. |
Prova ta’ simulazzjoni ta’ proċess asettiku għandha titwaqqaf biss f’ċirkostanzi li fihom il-proċeduri bil-miktub jirrikjedu li l-lottijiet kummerċjali jiġu mmaniġġjati bl-istess mod. Għandha ssir investigazzjoni u tiġi ddokumentata f’tali każijiet. |
|
VIII.5.18. |
Il-validazzjoni tal-proċess asettiku għandha tiġi ripetuta meta l-proċess asettiku speċifiku ma jkunx ilu jitħaddem għal perjodu ta’ żmien estiż jew meta jkun hemm bidla fil-proċess, fit-tagħmir, fil-proċeduri jew fl-ambjent li għandha l-potenzjal li taffettwa l-proċess asettiku, jew meta jiżdiedu kontenituri ġodda tal-prodott jew kombinazzjonijiet ġodda ta’ sistemi tal-għeluq tal-kontenitur. |
TAQSIMA IX
KONTROLL TAL-KWALITÀ
|
IX.1. |
Għandu jkun hemm persunal disponibbli b’taħriġ u esperjenza xierqa fil-mikrobijoloġija, l-assigurazzjoni tal-isterilità u l-għarfien tal-proċessi biex jappoġġa t-tfassil tal-attivitajiet tal-manifattura, ir-reġim ta’ monitoraġġ ambjentali u kwalunkwe investigazzjoni li tivvaluta l-impatt ta’ avvenimenti mikrobijoloġikament marbuta mas-sikurezza tal-prodott sterili. |
|
IX.2. |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-materja prima, għall-komponenti u għall-prodotti għandhom jinkludu rekwiżiti għal-limiti tal-mikrobi, tal-partikolati u tal-endotossini/piroġeni meta jitqiesu meħtieġa filwaqt li titqies id-data tal-monitoraġġ u l-istrateġija ġenerali għall-kontroll tal-kontaminazzjoni. |
|
IX.3. |
L-assaġġ tal-livell mikrobiku għandu jsir fuq kull lott kemm għall-prodott mimli b’mod asettiku kif ukoll għall-prodotti sterilizzati terminalment u r-riżultati għandhom jitqiesu bħala parti mir-rieżami finali tal-lott. Il-limiti għall-livell mikrobiku immedjatament qabel il-filtru finali tal-grad ta’ sterilizzazzjoni jew il-proċess terminali ta’ sterilizzazzjoni għandhom jiġu stabbiliti wara li titqies l-effiċjenza tal-metodu li għandu jintuża. Il-kampjuni għandhom jittieħdu bħala rappreżentattivi tal-agħar xenarju possibbli (eż. fi tmiem il-ħin taż-żamma). Meta l-parametri ta’ sterilizzazzjoni overkill (46) jiġu stabbiliti għal prodotti sterilizzati terminalment, il-livell mikrobiku għandu jiġi mmonitorjat f’intervalli skedati xierqa. |
|
IX.4. |
Għall-prodotti awtorizzati għar-rilaxx parametriku, għandu jiġi żviluppat programm ta’ monitoraġġ tal-livell mikrobiku ta’ sostenn qabel l-isterilizzazzjoni għall-prodott mimli qabel ma jibda ċ-ċiklu ta’ sterilizzazzjoni u għandu jitwettaq l-assaġġ tal-livell mikrobiku għal kull lott. Il-postijiet tal-kampjunar tal-unitajiet mimlija qabel l-isterilizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-agħar xenarju possibbli u jkunu rappreżentattivi tal-lott. Kwalunkwe organiżmu li jinstab matul l-ittestjar tal-livell mikrobiku għandu jiġi identifikat u l-impatt tiegħu fuq l-effettività tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni għandu jiġi ddeterminat. Meta xieraq, il-livell tal-endotossini/piroġeni għandu jiġi mmonitorjat ukoll. |
|
IX.5. |
It-test tal-isterilità applikat għall-prodott lest għandu jiġi vvalidat għall-prodott ikkonċernat. Dan it-test huwa biss l-aħħar wieħed f’serje ta’ miżuri kritiċi ta’ kontroll li permezz tagħhom tiġi żgurata l-isterilità u ma jistax jintuża biex tiġi żgurata l-isterilità ta’ prodott li ma jissodisfax il-parametri rilevanti tat-tfassil, proċedurali jew ta’ validazzjoni. |
|
IX.6. |
It-test tal-isterilità għandu jsir f’kundizzjonijiet asettiċi. Barra minn hekk, il-kampjuni meħuda għall-ittestjar tal-isterilità għandhom ikunu rappreżentattivi tal-lott kollu iżda għandhom b’mod partikolari jinkludu kampjuni meħuda minn partijiet tal-lott meqjusa li huma l-aktar f’riskju ta’ kontaminazzjoni, pereżempju:
|
|
IX.7. |
Meta ma jkunx possibbli li jkun hemm ir-riżultat tat-test tal-isterilità qabel ir-rilaxx minħabba li l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa tkun qasira wisq, il-kontrolli tal-proċess addizzjonali u l-monitoraġġ u/jew metodi tal-ittestjar alternattivi implimentati biex jittaffew ir-riskji identifikati għandhom jiġu ġġustifikati u dokumentati xjentifikament. |
|
IX.8. |
Kwalunkwe proċess (eż. perossidu tal-idroġenu vaporizzat, ultra vjola) użat biex jiddekontamina s-superfiċi esterni tal-kampjuni ta’ sterilità qabel l-ittestjar ma għandux ikollu impatt negattiv fuq is-sensittività tal-metodu tal-ittestjar jew l-affidabbiltà tal-kampjun. |
|
IX.9. |
Il-media użati għall-ittestjar tal-prodotti għandhom jiġu ttestjati għall-kontroll tal-kwalità skont il-Farmakopea qabel l-użu. Il-media użati għall-monitoraġġ ambjentali u s-simulazzjoni tal-proċess asettiku għandhom jiġu ttestjati għall-promozzjoni tat-tkabbir qabel l-użu, bl-użu ta’ grupp xjentifikament ġustifikat u deżinjat ta’ mikroorganiżmi ta’ referenza u inklużi iżolati lokali rappreżentattivi b’mod xieraq. L-ittestjar tal-kontroll tal-kwalità tal-media normalment għandu jsir mill-utent finali. Id-dipendenza fuq l-ittestjar esternalizzat jew l-ittestjar tal-fornitur tal-media għandha tkun ġustifikata u l-kundizzjonijiet tat-trasport u tat-trasport bil-baħar għandhom jitqiesu kif xieraq. |
|
IX.10. |
Id-data dwar il-monitoraġġ ambjentali u d-data dwar ix-xejriet iġġenerati għaż-żoni kklassifikati għandhom jiġu rieżaminati bħala parti miċ-ċertifikazzjoni/mir-rilaxx tal-lott tal-prodott. Għandha tkun disponibbli proċedura bil-miktub li tiddeskrivi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu meta d-data mill-monitoraġġ ambjentali tinstab li tiddevja mix-xejra jew taqbeż il-limiti stabbiliti. Għal prodotti b’ħajja qasira fuq l-ixkaffa, meta d-data ambjentali għaż-żmien tal-manifattura ma tkunx disponibbli, huwa meħtieġ rieżami tal-aktar data reċenti disponibbli. Barra minn hekk, jista’ jitqies l-użu ta’ metodi rapidi/alternattivi. |
|
IX.11. |
Meta jintużaw metodi mikrobiċi rapidi u awtomatizzati fil-manifattura, dawk il-metodi għandhom jiġu vvalidati għall-prodott(i) jew il-proċessi kkonċernati. |
(1) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sistema ta’ barriera b’aċċess ristrett” tfisser sistema li tipprovdi ambjent magħluq, iżda mhux kompletament issiġillat, li jissodisfa kundizzjonijiet definiti tal-kwalità tal-arja, u li juża kompartiment b’ħajt riġidu u ingwanti integrati biex jissepara l-intern tiegħu mill-ambjent tal-kamra nadifa tal-madwar. Is-superfiċi interni tar-RABS huma diżinfettati u dekontaminati b’aġent sporiċida. L-operaturi jużaw ingwanti, ilbies parzjali, sistema/portijiet ta’ trasferiment rapidu u portijiet ta’ trasferiment integrati oħra biex iwettqu manipulazzjonijiet jew iwasslu materjali lejn l-intern tar-RABS. Skont it-tfassil, il-bibien rarament jinfetħu, u f’kundizzjonijiet strettament definiti minn qabel biss.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “żona kritika” tfisser spazju fiż-żona tal-ipproċessar asettiku li fih il-prodott u s-superfiċi kritiċi jkunu esposti għall-ambjent.
(3) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “l-ewwel arja” tfisser arja ffiltrata li ma tkunx ġiet interrotta qabel ma tiġi f’kuntatt mal-prodott espost u mas-superfiċi li jiġu f’kuntatt mal-prodott.
(4) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “fluss tal-arja unidirezzjonali” tfisser fluss tal-arja li jimxi f’direzzjoni waħda, b’mod robust u uniformi, u b’veloċità suffiċjenti, biex jitneħħew il-partikoli b’mod riproduċibbli lil hinn miż-żona kritika tal-ipproċessar jew tal-ittestjar.
(5) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “airlock tal-persunal” tfisser żona fejn tiżdied l-indafa użata għad-dħul tal-persunal (eż. miż-żona tal-grad D għaż-żona tal-grad C, jew miż-żona C għaż-żona tal-grad B).
(6) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “airlock materjali” tfisser żona użata għat-trasferiment ta’ materjali u tagħmir.
(7) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “fluss tal-arja turbulenti” tfisser arja li mhijiex unidirezzjonali. L-arja turbulenti fil-kmamar nodfa għandha tifflaxxja l-kamra nadifa permezz ta’ distribuzzjoni mħallta tal-fluss u tiżgura l-manutenzjoni ta’ kwalità tal-arja aċċettabbli.
(8) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “unità tal-fluss tal-arja unidirezzjonali” tfisser kabinett fornut bi fluss tal-arja unidirezzjonali ffiltrat. Il-kunċett huwa interkambjabbli ma’ “unità tal-fluss tal-arja laminari”.
(9) Ta’ min jinnota li l-kwalifika tal-kmamar nodfa hija proċess differenti mill-monitoraġġ ambjentali.
(10) Klassifikazzjoni li tinkludi partikoli ta’ 5 μm tista’ titqies meta rilevanti f’konformità mal-istrateġija ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni jew ix-xejriet storiċi.
(11) Għall-grad D, il-limiti ta’ waqt it-tħaddim mhumiex definiti minn qabel. Il-manifattur għandu jistabbilixxi limiti rilevanti ta’ waqt it-tħaddim ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u data ta’ rutina meta applikabbli.
(12) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “unità li tifforma kolonja” jew “CFU” tfisser kolonja waħda li tista’ tiġi osservata li toriġina minn mikroorganiżmu wieħed jew aktar. L-unitajiet li jiffurmaw il-kolonji huma tipikament espressi bħala CFU għal kull ml għal kampjuni likwidi, CFU għal kull m3 għall-kampjun tal-arja u CFU għal kull kampjun għal kampjuni maqbuda fuq medium solidu bħal pjanċi ta’ sedimentazzjoni jew ta’ kuntatt.
(13) Il-pjanċi ta’ sedimentazzjoni għandhom jiġu esposti għad-durata tal-operazzjonijiet u għandhom jinbidlu kif meħtieġ wara massimu ta’ 4 sigħat. Il-ħin tal-esponiment għandu jkun ibbażat fuq studji ta’ rkupru u ma għandux jippermetti t-tnixxif tal-media użati.
(14) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “ras ta’ kampjunar isokinetiku” tfisser ras ta’ kampjunar imfassla biex tiddisturba l-arja mill-inqas possibbli sabiex l-istess partikoli jidħlu fiż-żennuna li kieku kienu jgħaddu miż-żona li kieku ż-żennuna ma kinitx hemm (jiġifieri l-kundizzjoni tal-kampjunar li fiha l-veloċità medja tal-arja li tidħol fil-bokka tas-sonda tal-kampjun tkun kważi l-istess (± 20 fil-mija) bħall-veloċità medja tal-fluss tal-arja f’dak il-post).
(15) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sistema tal-ilma” tfisser sistema għall-produzzjoni, għall-ħżin u għad-distribuzzjoni tal-ilma, normalment konformi ma’ grad speċifiku ta’ farmakopea (eż. ilma purifikat u ilma għall-injezzjoni).
(16) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “fergħa mejta” tfisser tul ta’ pajp li ma jiċċirkolax (fejn il-fluwidu jista’ jibqa’ statiku) li jkun akbar minn 3 dijametri interni tal-pajpijiet..
(17) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “filtru ta’ grad ta’ sterilizzazzjoni” tfisser filtru li, meta vvalidat kif xieraq, ikun kapaċi jneħħi sfida mikrobika definita minn fluwidu jew gass li jipproduċi effluwent sterili. Normalment, dawn il-filtri jkollhom id-daqs tal-pori daqs jew inqas minn 0,22 μm.
(18) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sterilizzazzjoni terminali” tfisser l-applikazzjoni ta’ aġent sterilizzanti letali jew kundizzjonijiet għal prodott fil-kontenitur finali tiegħu biex jinkiseb livell ta’ assigurazzjoni ta’ sterilità predeterminat ta’ 10–6 jew inqas (eż. il-probabbiltà teoretika li jkun hemm mikroorganiżmu vijabbli wieħed preżenti fuq jew f’unità sterilizzata hija daqs jew inqas minn 1 × 10-6).
(19) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness “intervent kritiku” tfisser intervent fiż-żona kritika.
(20) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “apparat ta’ konnessjoni sterili intrinsiku” tfisser apparat li jnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni matul il-proċess ta’ konnessjoni; jista’ jkun issiġillat b’mod mekkaniku jew bil-fużjoni.
(21) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “interventi inerenti” tfisser interventi li huma parti integrali mill-proċess asettiku u meħtieġa għall-konfigurazzjoni, għat-tħaddim jew għall-monitoraġġ tar-rutina (eż. assemblaġġ asettiku, riforniment tal-kontenituri, kampjunar ambjentali) u li huma previsti fil-proċeduri operattivi/fl-istruzzjonijiet tax-xogħol standard rilevanti.
(22) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “superfiċe kritika” tfisser superfiċe li tista’ tiġi f’kuntatt dirett ma’ prodott jew il-kontenituri jew is-sistemi tal-għeluq tiegħu jew inkella taffettwa direttament l-isterilità/in-nuqqas ta’ kontaminazzjoni tiegħu.
(23) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “provvista tal-arja ta’ grad A” tfisser arja li tkun għaddiet minn filtru kwalifikat bħala kapaċi li jipproduċi arja ta’ kwalità ta’ partikoli totali ta’ grad A, iżda fejn ma jkun hemm l-ebda rekwiżit li jitwettaq monitoraġġ totali kontinwu tal-partikoli jew li jintlaħqu limiti ta’ monitoraġġ vijabbli tal-grad A.
(24) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “trattament tas-sħana terminali tal-ipproċessar postasettiku” tfisser proċess terminali tas-sħana niedja użat wara l-ipproċessar asettiku li jkun intwera li jipprovdi livell ta’ assigurazzjoni tal-isterilità ≤ 10-6 iżda meta r-rekwiżiti tal-isterilizzazzjoni bil-fwar (pereżempju, minimu ta’ F0 ≥8 min) ma jiġux issodisfati. Dan jista’ jkun ta’ benefiċċju wkoll fil-qerda ta’ viruses li ma jistgħux jitneħħew permezz ta’ filtrazzjoni.
(25) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “indikaturi bijoloġiċi” tfisser popolazzjoni ta’ mikroorganiżmi mlaqqma fuq medium xieraq (eż. soluzzjoni, kontenitur jew sistema tal-għeluq) u mqiegħda fi sterilizzatur jew f’postijiet ta’ tagħbija jew kamra biex tiġi ddeterminata l-effikaċja taċ-ċiklu tal-isterilizzazzjoni jew tad-diżinfezzjoni ta’ proċess fiżiku jew kimiku. Il-mikroorganiżmu ta’ sfida għandu jintgħażel u jiġi vvalidat abbażi tar-reżistenza tiegħu għall-proċess partikolari. Il-valur D tal-lott li jkun dieħel, l-għadd mikrobijoloġiku u l-purità jiddefinixxu l-kwalità tal-indikatur bijoloġiku.
(26) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “valur D” tfisser il-valur ta’ parametru ta’ sterilizzazzjoni (durata jew doża assorbita) meħtieġ biex jitnaqqas l-għadd ta’ organiżmi vijabbli għal 10 fil-mija tan-numru oriġinali.
(27) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “valur Z” tfisser id-differenza fit-temperatura li twassal għal bidla ta’ 10 darbiet fil-valur D tal-indikaturi bijoloġiċi.
(28) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sistema/port ta’ trasferiment rapidu” tfisser sistema użata għat-trasferiment ta’ oġġetti f’RABS jew iżolaturi li timminimizza r-riskju għaż-żona kritika. Eżempju ta’ dan ikun kontenitur ta’ trasferiment rapidu b’port alfa/beta.
(29) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “ħin ta’ ekwilibrazzjoni” tfisser il-ħin li jgħaddi bejn il-kisba tat-temperatura ta’ sterilizzazzjoni fil-punt ta’ kejl ta’ referenza u l-kisba tat-temperatura ta’ sterilizzazzjoni fil-punti kollha fit-tagħbija.
(30) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “valur F0 ” tfisser il-letalità espressa f’termini tal-ħin ekwivalenti f’minuti fit-temperatura ta’ referenza mogħtija mill-proċess għat-tagħbija ta’ sterilizzazzjoni, b’referenza għall-mikroorganiżmi li għandhom il-valur z teoretiku rilevanti.
(31) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “valur Fh ” tfisser il-letalità espressa f’termini tal-ħin ekwivalenti f’minuti fit-temperatura ta’ referenza mogħtija mill-proċess għat-tagħbija ta’ sterilizzazzjoni, b’referenza għall-mikroorganiżmi li għandhom il-valur z teoretiku rilevanti”.
(32) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “ittestjar għaż-żamma tal-batterji” tfisser test imwettaq biex jiġi vvalidat li filtru jista’ jneħħi batterji minn gass jew likwidu. It-test normalment isir bl-użu ta’ organiżmu standard, bħal Brevundimonas diminuta f’konċentrazzjoni minima ta’ 107 Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji/cm2.
(33) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “Iffurmar-Mili-Siġillar” tfisser proċess ta’ mili awtomatizzat, tipikament użat għal prodotti sterilizzati terminalment, li jibni l-kontenitur primarju minn romblu ċatt kontinwu ta’ rita tal-imballaġġ filwaqt li jimla l-kontenitur iffurmat flimkien mal-prodott u jissiġilla l-kontenituri mimlija fi proċess kontinwu. Il-proċessi tal-Iffurmar-Mili-Siġillar jistgħu jużaw sistema b’xibka waħda (fejn romblu ċatt wieħed ta’ rita jitgeżwer madwar innifsu biex jifforma kavità), jew sistema b’xibka doppja (meta żewġ rombli ċatti ta’ rita jinġabru flimkien biex jiffurmaw kavità), spiss bl-għajnuna ta’ forom vakwu jew gassijiet taħt pressjoni. Il-kavità ffurmata timtela, tiġi ssiġillata u tinqata’ f’sezzjonijiet. Ir-riti tipikament jikkonsistu minn materjal polimeriku, fojl miksi bil-polimeriku jew materjal xieraq ieħor.
(34) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “Infiħ-Mili-Siġillar” tfisser teknoloġija li fiha l-kontenituri jiġu ffurmati minn granulat termoplastiku, mimlija bil-prodott, u mbagħad issiġillati f’operazzjoni kontinwa, integrata u awtomatika. L-aktar żewġ tipi komuni ta’ magni tal-Infiħ-Mili-Siġillar huma t-tip Shuttle (bil-qtugħ tal-Parison) u t-tip Rotattiv (Parison Magħluq).
(35) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “parison” tfisser it-tubu ta’ polimeru estruż mill-magna tal-Infiħ-Mili-Siġillar li minnu jiġu ffurmati l-kontenituri.
(36) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “lijofilizzazzjoni” tfisser proċess ta’ tnixxif fiżikokimiku mfassal biex ineħħi solventi, permezz ta’ sublimazzjoni, kemm minn sistemi milwiema kif ukoll dawk mhux milwiema, primarjament biex tinkiseb l-istabbiltà tal-prodott jew tal-materjal. It-terminu lijofilizzazzjoni huwa sinonimu għat-terminu tnixxif bil-friża.
(37) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sistemi b’użu uniku” tfisser sistemi li fihom il-komponenti ta’ kuntatt tal-prodott jintużaw darba biss biex jissostitwixxu tagħmir li jista’ jerġa’ jintuża bħal linji ta’ trasferiment tal-azzar inossidabbli jew kontenituri ta’ kwantitajiet kbar.
(38) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sustanzi li jlissu” tfisser entitajiet kimiċi li, f’kundizzjonijiet normali ta’ użu jew ħżin, jemigraw mis-superfiċe ta’ kuntatt tal-prodott tat-tagħmir jew tal-kontenituri tal-proċess għall-prodott jew għall-materjal li jkun qed jiġi pproċessat.
(39) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sustanzi estrattabbli” tfisser entitajiet kimiċi li jemigraw mis-superfiċe tat-tagħmir tal-proċess, meta esposti għal solvent xieraq f’kundizzjonijiet estremi, lejn il-prodott jew il-materjal li jkun qed jiġi pproċessat.
(40) Għall-grad D, il-limiti ta’ waqt it-tħaddim mhumiex predeterminati. Il-manifattur għandu jistabbilixxi limiti ta’ waqt it-tħaddim ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju u fuq data ta’ rutina, meta applikabbli.
|
— |
Il-pjanċi ta’ sedimentazzjoni għandhom jiġu esposti fiż-żoni tal-grad A u B għad-durata tal-operazzjonijiet (inkluż il-konfigurazzjoni tat-tagħmir) u jinbidlu kif meħtieġ wara massimu ta’ 4 sigħat (il-ħin tal-esponiment għandu jkun ibbażat fuq il-validazzjoni inklużi l-istudji ta’ rkupru u ma għandu jkollu l-ebda effett negattiv fuq l-adegwatezza tal-media użati). |
|
— |
Għaż-żoni tal-grad C u D, il-ħin tal-esponiment (b’massimu ta’ 4 sigħat) u l-frekwenza għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. |
|
— |
Il-pjanċi individwali ta’ sedimentazzjoni jistgħu jiġu esposti għal inqas minn 4 sigħat. |
(42) Il-limiti tal-pjanċi ta’ kuntatt japplikaw għas-superfiċi tat-tagħmir, tal-kmamar u tal-ġagagi fiż-żoni tal-grad A u tal-grad B. Il-monitoraġġ ta’ rutina tal-ġagagi normalment ma jkunx meħtieġ għaż-żoni tal-gradi C u D, skont il-funzjoni tagħhom.
(43) Għall-grad A, kull tkabbir għandu jiskatta investigazzjoni.
(44) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “simulazzjoni tal-proċess asettiku” tfisser is-simulazzjoni tal-proċess tal-manifattura asettiku kollu biex jiġi vverifikat jekk il-proċess huwiex adegwat biex jiżgura l-isterilità/jipprevjeni l-kontaminazzjoni matul il-produzzjoni. Dan jinkludi l-operazzjonijiet kollha assoċjati mal-manifattura ta’ rutina, bħall-assemblaġġ tat-tagħmir, il-formulazzjoni, il-mili, il-lijofilizzazzjoni u l-proċess tal-issiġillar kif meħtieġ.
(45) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “iżolati lokali” tfisser mikroorganiżmi rappreżentattivi b’mod xieraq tas-sit li spiss jiġu rkuprati permezz ta’ monitoraġġ ambjentali fiż-żona/żoni kklassifikati speċjalment iż-żoni tal-grad A u B, il-monitoraġġ tal-persunal jew ir-riżultati pożittivi tat-testijiet tal-isterilità.
(46) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “sterilizzazzjoni overkill” tfisser proċess li huwa suffiċjenti biex jipprovdi mill-inqas tnaqqis ta’ 12 log10 ta’ mikroorganiżmi li għandhom valur D minimu ta’ minuta.
ANNESS II
PRODOTTI BIJOLOĠIĊI U IMMUNOLOĠIĊI
I. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
|
I.1. |
Ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-manifattura, il-kontroll u l-ittestjar ta’ prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi u immunoloġiċi, bl-eċċezzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi inattivati li huma manifatturati minn patoġeni u antiġeni miksuba minn annimal jew annimali f’unità epidemjoloġika u użati għat-trattament ta’ dak l-annimal jew dawk l-annimali fl-istess unità epidemjoloġika jew għat-trattament ta’ annimal jew annimali f’unità li jkollha rabta epidemjoloġika kkonfermata.
Fl-Anness kollu, ir-referenza għal “prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi” jew “prodotti bijoloġiċi” għandha tinftiehem bħala li tinkludi wkoll il-prodotti immunoloġiċi. |
|
I.2. |
L-antibijotiċi ġeneralment ma jitqisux bħala prodotti bijologiċi. Madankollu, il-manifatturi jingħataw il-parir li jsegwu r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness fir-rigward tal-proċeduri tal-manifattura deskritti f’dan id-dokument, li jintużaw fil-manifattura ta’ tali prodotti mediċinali veterinarji. |
|
I.3. |
It-Tabella 1 turi l-attivitajiet ta’ manifattura li ġeneralment jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Anness.
Tabella 1
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
I.4. |
F’każijiet fejn ikun hemm proċess kontinwu mill-akkwist/l-iżolament tas-sustanza attiva minn sors bijoloġiku sal-manifattura tal-prodott lest (eż. prodotti mediċinali veterinarji li jikkonsistu f’ċelloli, vaċċini abbażi ta’ vettur virali, fagi), ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-proċess kollu tal-manifattura. |
II. PERSUNAL
|
II.1. |
Il-persunal (inkluż dak ikkonċernat mit-tindif u l-manutenzjoni) impjegat f’żoni fejn il-prodotti bijoloġiċi jiġu manifatturati u ttestjati, għandu jirċievi taħriġ mill-ġdid inizjali u perjodiku speċifiku għall-prodotti manifatturati u l-kompiti rispettivi tagħhom, li jinkludi miżuri għall-protezzjoni tal-prodott, tal-persunal u tal-ambjent, kif ukoll – fejn xieraq – taħriġ dwar il-mikrobijoloġija. |
|
II.2. |
Il-persunal għandu jkun protett kontra kwalunkwe infezzjoni possibbli bl-aġenti bijoloġiċi użati fil-manifattura. Fil-każ tal-aġenti bijoloġiċi li huma magħrufa li jikkawżaw mard fil-bnedmin, għandhom jittieħdu miżuri adegwati biex jipprevjenu l-infezzjoni tal-persunal li jaħdem bl-aġent jew bl-annimali sperimentali. Fejn xieraq, it-tilqim rilevanti u l-monitoraġġ tas-saħħa għandhom jiġu offruti b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott manifatturat (eż. il-vaċċin BCG (6), ir-rabja, il-brucella, il-leptospira, il-prodotti tat-tuberkulin) u l-kompiti tal-persunal. |
|
II.3. |
Meta l-persunal rilevanti jiddikjara kundizzjoni ta’ saħħa li jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kwalità tal-prodott jew inkella jsir evidenti, l-aċċess għaż-żona ta’ produzzjoni jew ta’ kontroll għandu jiġi pprojbit. |
|
II.4. |
Fejn meħtieġ, sabiex tiġi minimizzata l-opportunità għal kontaminazzjoni kroċjata, għandhom jiġu applikati restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-persunal kollu (inkluż il-persunal tal-kontroll tal-kwalità, tal-manutenzjoni u tat-tindif) abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità (7). B’mod ġenerali, il-persunal ma għandux jgħaddi minn żoni fejn esponiment għal mikroorganiżmi ħajjin, organiżmi ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata, tossini jew annimali iseħħ għal żoni fejn jiġu mmaniġġjati prodotti oħra, jew organiżmi differenti. Jekk ma jistax jiġi evitat li jgħaddu minn dawn iż-żoni, għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa ta’ kontroll tal-kontaminazzjoni proporzjonati għar-riskji. |
|
II.5. |
Għandhom jiġu implimentati miżuri adegwati biex jiġi evitat li l-aġenti bijoloġiċi jittieħdu barra mill-impjant tal-manifattura minn persunal li jaġixxi bħala trasportatur. Skont it-tip ta’ aġent bijoloġiku, tali miżuri jistgħu jinkludu bidla sħiħa tal-ħwejjeġ u doċċa obbligatorja qabel ma jitilqu miż-żona tal-produzzjoni. |
III. BINI U TAGĦMIR
III.1. Bini
|
III.1.1. |
Il-bini għandu jkun imfassal b’tali mod li jikkontrolla r-riskji għall-prodott u r-riskji għall-ambjent. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ żoni kontenuti, nodfa jew ikkontrollati. B’mod speċjali:
|
|
III.1.2. |
Bħala parti mill-istrateġija għall-kontroll tal-kontaminazzjoni, il-grad ta’ kontroll ambjentali tal-kontaminazzjoni partikolata u mikrobika tal-bini tal-produzzjoni għandu jiġi adattat għas-sustanza attiva, għall-prodott intermedju jew lest u għall-pass tal-produzzjoni, filwaqt li jitqies il-livell potenzjali ta’ kontaminazzjoni tal-materjali tal-bidu u r-riskji għall-prodott. Fejn rilevanti f’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità, il-programm ta’ monitoraġġ ambjentali għandu jiġi ssupplimentat bl-inklużjoni ta’ metodi biex tiġi individwata l-preżenza ta’ mikroorganiżmi speċifiċi (jiġifieri, l-organiżmu ospitanti, il-ħmira, il-moffa, l-anaerobi, eċċ.). |
|
III.1.3. |
Il-faċilitajiet tal-manifattura u tal-ħżin, il-proċessi u l-klassifikazzjonijiet ambjentali għandhom ikunu mfassla biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni estranja tal-prodotti. Meta l-proċessi ma jkunux magħluqa u għalhekk ikun hemm esponiment tal-prodott għall-ambjent immedjat tal-kamra (eż. matul iż-żidiet ta’ supplimenti, media, buffers, gassijiet), għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta’ kontroll adegwati, inkluż kontrolli tal-inġinerija u ambjentali. Għandhom jiġu applikati aspetti rilevanti indirizzati fl-Anness I, inklużi aspetti relatati mal-gradi ambjentali meħtieġa u l-kontrolli assoċjati. |
|
III.1.4. |
L-unitajiet li jimmaniġġjaw l-arja għandhom ikunu mfassla, mibnija u miżmuma b’tali mod li jimminimizzaw ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata bejn żoni differenti ta’ manifattura, biex jipprovdu konteniment rilevanti fejn applikabbli, u jista’ jkun meħtieġ li jkunu speċifiċi għal żona. Għandha tingħata kunsiderazzjoni, ibbażata fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità, għall-użu ta’ sistemi tal-arja b’passaġġ wieħed. |
|
III.1.5. |
Iż-żoni ta’ pressjoni pożittiva għandhom jintużaw biex jipproċessaw prodotti sterili, iżda pressjoni negattiva f’żoni speċifiċi fil-punt ta’ espożizzjoni ta’ patoġeni hija aċċettabbli għal raġunijiet ta’ konteniment. Fejn żoni ta’ pressjoni negattiva jew kabinetti ta’ sikurezza jintużaw għall-ipproċessar asettiku ta’ materjali b’riskji partikolari (eż. patoġeni), dawn għandhom ikunu mdawra b’żona ta’ pressjoni pożittiva nadifa ta’ grad xieraq. Dawn il-kaskati ta’ pressjoni għandhom ikunu definiti b’mod ċar u mmonitorjati kontinwament b’konfigurazzjonijiet xierqa tal-allarm. |
|
III.1.6. |
Il-filtri tal-arja għandhom ikunu idrofobiċi u vvalidati għat-tul tal-ħajja skedat tagħhom b’ittestjar tal-integrità f’intervalli xierqa bbażati fuq prinċipji xierqa tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. |
|
III.1.7. |
Fejn meħtieġ u biex jiġu indirizzati r-riskji ta’ kontaminazzjoni, il-passaġġi tat-tagħmir u l-kmamar tat-tibdil għandu jkollhom mekkaniżmu ta’ interlock jew sistema oħra xierqa biex jipprevjenu l-ftuħ ta’ aktar minn bieba waħda kull darba. Il-kmamar tat-tibdil għandhom jiġu fornuti bl-arja ffiltrata bl-istess standard bħal dak taż-żona tax-xogħol u mgħammra b’faċilitajiet tal-estrazzjoni tal-arja biex jipproduċu ċirkolazzjoni tal-arja adegwata indipendentement minn dik taż-żona tax-xogħol. Il-passaġġi tat-tagħmir normalment għandhom ikunu ventilati bl-istess mod, iżda passaġġi mhux ventilati, jew dawk mgħammra b’arja ta’ provvista biss, jistgħu jkunu aċċettabbli. |
|
III.1.8. |
Is-sistemi tal-iskular għandhom ikunu mfassla b’tali mod li l-effluwenti jkunu jistgħu jiġu newtralizzati jew dekontaminati b’mod effettiv sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata. Għandha tiġi segwita regolamentazzjoni lokali biex jitnaqqas kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-ambjent estern skont ir-riskju assoċjat man-natura bijoperikoluża tal-materjali tal-iskart. |
Konteniment
|
III.1.9. |
Il-bini tal-konteniment għandu jkun imfassal b’tali mod li jiżgura diżinfettazzjoni faċli u għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
III.1.10. |
Il-miżuri u l-proċeduri implimentati għall-konteniment biex tiġi indirizzata s-sikurezza tal-operaturi u s-sikurezza ambjentali ma għandhomx ikunu f’kunflitt ma’ dawk meħtieġa biex tiġi żgurata l-kwalità tal-prodott. |
Faċilità ta’ diversi prodotti
|
III.1.11. |
Il-manifattura ta’ materjali bijoloġiċi f’faċilità ta’ diversi prodotti hija aċċettabbli fejn jiġu implimentati miżuri xierqa biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, bħal:
Meta l-produzzjoni tinvolvi l-manifattura ta’ diversi lottijiet żgħar minn materjali tal-bidu differenti, fatturi bħall-istatus tas-saħħa tad-donaturi u r-riskju ta’ telf totali tal-prodott għandhom jitqiesu meta tiġi kkunsidrata l-aċċettazzjoni ta’ xogħol konkorrenti. |
|
III.1.12. |
Għall-operazzjonijiet ta’ tlestija (formulazzjoni, mili u imballaġġ), il-valutazzjoni dwar jekk humiex meħtieġa faċilitajiet iddedikati għandha tqis ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott bijoloġiku kkonċernat u l-karatteristiċi ta’ prodotti oħra, inkluż kwalunkwe prodott mhux bijoloġiku, immaniġġjati fl-istess faċilità.
Miżuri oħra ta’ kontroll għall-operazzjonijiet ta’ tlestija jistgħu jinkludu l-ħtieġa għal sekwenzi speċifiċi ta’ żieda, veloċitajiet tat-taħlit, kontrolli tal-ħin u tat-temperatura, limiti fuq l-esponiment għad-dawl, kif ukoll proċeduri ta’ konteniment u tindif fil-każ ta’ tixrid. |
III.2. Tagħmir
|
III.2.1. |
It-tagħmir użat waqt l-immaniġġar ta’ organiżmi u ċelloli ħajjin, inkluż it-tagħmir użat għat-teħid ta’ kampjuni, għandu jkun adattat biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni waqt l-ipproċessar, jiffaċilita d-dekontaminazzjoni u l-isterilizzazzjoni (fejn applikabbli), u biex jiġi evitat kwalunkwe taħwid bejn organiżmi jew prodotti differenti.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-miżuri ta’ kontroll biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata minn partijiet ta’ tagħmir li mhumiex fissi, bħal pajpijiet, valvi u filtri (eż. l-identifikazzjoni xierqa fir-rigward tal-funzjoni tagħhom). |
|
III.2.2. |
It-tagħmir użat għall-ħażna ta’ aġenti jew prodotti bijoloġiċi għandu jkun adattat u użat b’tali mod li jipprevjeni kwalunkwe taħwid possibbli. L-oġġetti kollha maħżuna għandhom ikunu ttikkettati b’mod ċar u mhux ambigwu u f’kontenituri li ma jnixxux. |
|
III.2.3. |
Fejn rilevanti, it-tagħmir għandu jkun mgħammar b’sistemi ta’ reġistrazzjoni u/jew ta’ allarm (eż. tagħmir li jeħtieġ kontroll tat-temperatura). Sabiex jiġu evitati ħsarat, għandha tiġi implimentata sistema ta’ manutenzjoni preventiva, flimkien ma’ analiżi tax-xejriet tad-data rreġistrata. |
|
III.2.4. |
It-tagħmir mill-qrib użat għall-konteniment primarju għandu jkun imfassal u ttestjat perjodikament biex tiġi żgurata l-prevenzjoni tal-evakwazzjoni ta’ aġenti bijoloġiċi fl-ambjent tax-xogħol immedjat. Id-daħliet u l-iżbokki għall-gassijiet għandhom jiġu protetti sabiex jinkiseb konteniment adegwat, eż. bl-użu ta’ filtri idrofobiċi sterilizzati. L-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ materjal għandha ssir bl-użu ta’ sistema magħluqa sterilizzabbli, jew inkella fi fluss ta’ arja laminari xieraq. |
|
III.2.5. |
Fejn meħtieġ, it-tagħmir għandu jiġi sterilizzat kif suppost u b’metodu vvalidat. It-tagħmir użat għall-purifikazzjoni, is-separazzjoni jew il-konċentrazzjoni għandu jiġi sterilizzat jew diżinfettat mill-inqas bejn kull użu għal prodotti differenti. L-effett tal-metodi ta’ sterilizzazzjoni fuq l-effettività u l-validità tat-tagħmir għandu jiġi studjat sabiex jiġi ddeterminat it-tul tal-ħajja tat-tagħmir. |
|
III.2.6. |
Għandhom jintużaw is-sistemi ta’ “tindif fil-post” (9) u “applikazzjoni ta’ fwar fil-post” (10) (“sterilizzazzjoni fil-post”) fejn xieraq. Il-valvi fuq ir-reċipjenti tal-fermentazzjoni għandhom ikunu sterilizzabbli kompletament bil-fwar. |
|
III.2.7. |
It-tagħbija ta’ magni tat-tnixxif tal-friża teħtieġ żona nadifa/kontenuta xierqa. Il-ħatt ta’ apparat li jnixxef bl-iffriżar jikkontamina l-ambjent immedjat. Għalhekk, għal apparat li jnixxef bl-iffriżar b’tarf wieħed, il-kamra nadifa għandha tiġi dekontaminata qabel ma jiddaħħal lott ieħor ta’ manifattura fiż-żona, sakemm dak il-lott ma jinvolvix l-istess organiżmu/i. Apparat li jnixxef bl-iffriżar b’bieba doppja għandhom jiġu sterilizzati wara kull ċiklu, sakemm ma jinfetħux f’żona nadifa. L-isterilizzazzjoni tal-apparat li jnixxef bl-iffriżar għandha ssir skont l-Anness I. F’każ ta’ ħidma kampanja, għandhom mill-inqas jiġu sterilizzati wara kull kampanja. |
IV. ANNIMALI
L-użu ta’ annimali jew materjali tal-annimali fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji huwa soġġett għal rekwiżiti addizzjonali speċifiċi:
|
(a) |
Is-sustanzi u l-prodotti bijoloġiċi għandhom jikkonformaw mal-aħħar verżjoni tan-Nota għal gwida dwar il-minimizzazzjoni tar-riskju tat-trażmissjoni ta’ aġenti tal-enċefalopatija sponġiformi tal-annimali permezz ta’ prodotti mediċinali umani u veterinarji. |
|
(b) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-materjali li joriġinaw mill-annimali għandhom iqisu aspetti bħall-età, il-piż u l-istat tas-saħħa tal-annimali, kif xieraq, u f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(c) |
Fejn applikabbli, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-farmakopea, inkluża l-ħtieġa għal testijiet speċifiċi fi stadji definiti. |
|
(d) |
Għandu jiġi stabbilit programm tas-saħħa biex jimmonitorja aġenti aċċidentali li huma ta’ tħassib (mard żoonotiku, mard tal-annimali tas-sors). Għandu jinkiseb parir speċjalizzat għall-istabbiliment ta’ tali programm. B’mod partikolari, għandhom jiġu kkunsidrati rapporti minn sorsi affidabbli dwar il-prevalenza tal-mard nazzjonali meta titwettaq il-valutazzjoni tal-fatturi ta’ riskju u ta’ mitigazzjoni. Sorsi bħal dawn jinkludu l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health), (11) kif ukoll l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tas-saħħa u l-programm(i) ta’ kontroll fil-livell nazzjonali u lokali. |
|
(e) |
Il-każijiet ta’ problemi ta’ saħħa li jseħħu fl-annimali tas-sors/donaturi għandhom jiġu investigati fir-rigward tal-adegwatezza tagħhom u l-adegwatezza tal-annimali f’kuntatt biex ikomplu jintużaw (fil-manifattura, bħala sorsi ta’ materja prima u materjali tal-bidu, fil-kontroll tal-kwalità u l-ittestjar tas-sikurezza). Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu dokumentati. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċedura retroattiva biex tinforma l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza kontinwa tas-sustanza attiva bijoloġika jew tal-prodott mediċinali li fih intużat jew ġiet inkorporata l-materja prima jew il-materjali tal-bidu tal-annimali. Dan il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jista’ jinkludi l-ittestjar mill-ġdid tal-kampjuni miżmuma minn kollezzjonijiet preċedenti mill-istess annimal donatur (fejn applikabbli) biex tiġi stabbilita l-aħħar donazzjoni negattiva. Il-perjodu tal-irtirar tal-aġenti terapewtiċi użati għat-trattament tal-annimali tas-sors/donaturi għandu jiġi ddokumentat u użat biex tiġi ddeterminata t-tneħħija ta’ dawk l-annimali mill-programm għal perjodi definiti. |
|
(f) |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni u l-monitoraġġ ta’ infezzjonijiet fl-annimali tas-sors/donaturi, inkluż l-indirizzar ta’ aspetti rigward l-akkwist, il-faċilitajiet, it-trobbija, il-proċeduri ta’ bijosigurtà, ir-reġimi tal-ittestjar jew il-kontroll tal-marqad u l-materjali tal-għalf. Dan huwa ta’ rilevanza speċjali għal annimali speċifikati ħielsa mill-patoġeni (12), fejn għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti monografiċi tal-PhEur. L-alloġġ u l-monitoraġġ tas-saħħa għandhom jiġu definiti għal kategoriji oħra ta’ annimali (eż. qatgħat jew merħliet b’saħħithom). |
|
(g) |
Għall-prodotti manifatturati minn annimali li ġew modifikati ġenetikament jew li l-ġenoma tagħhom ġiet editjata, it-traċċabbiltà għandha tinżamm fil-ħolqien ta’ tali annimali mill-annimali tas-sors. |
|
(h) |
L-alloġġ għall-annimali użati fil-produzzjoni u l-kontroll ta’ sustanzi attivi bijoloġiċi u prodotti mediċinali għandha tkun separata miż-żoni ta’ produzzjoni u ta’ kontroll. Tali alloġġ għandu jiġi pprovdut bil-miżuri xierqa ta’ konteniment u/jew ta’ żona nadifa u għandu jkun separat minn alloġġ ieħor tal-annimali. Huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-alloġġi tal-annimali fejn jiġu akkomodati l-annimali użati għall-kontroll tal-kwalità li jinvolvi l-użu ta’ aġenti bijoloġiċi patoġeniċi jkunu kontenuti b’mod adegwat. |
|
(i) |
Fis-sit tal-produzzjoni, l-annimali, l-aġenti bijoloġiċi u t-testijiet imwettqa fuqhom għandhom jiġu identifikati kif xieraq biex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ konfużjoni u biex jiġu kkontrollati l-perikli identifikati kollha. |
|
(j) |
Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa biex jiġu żgurati l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-materjali li joriġinaw mill-annimali miksuba mill-biċċeriji. B’mod partikolari, il-kuntratt/ftehim ta’ provvista mal-biċċerija għandu jindirizza l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-materjali miksuba, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ iġjene adegwata u miżuri ta’ kontroll meħtieġa oħra fil-biċċerija. |
|
(k) |
Għandhom jiġu applikati kontrolli adegwati (ibbażati fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità) tul il-katina tal-provvista u matul it-trasport tal-annimali jew tal-materjali tal-annimali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, inkluż dokumentazzjoni dettaljata biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà. Għandha tiġi żgurata t-traċċabbiltà, inkluż il-moviment tal-materjal bejn is-siti tal-ġbir inizjali, il-purifikazzjoni(jiet) parzjali u finali, is-siti tal-ħżin, iċ-ċentri, il-konsolidaturi u s-sensara. Id-dettalji ta’ tali arranġamenti għandhom jiġu rreġistrati u kwalunkwe ksur irid jiġi rreġistrat, investigat u għandha tittieħed azzjoni fuqu. |
V. MATERJALI TAL-BIDU U MATERJA PRIMA
|
V.1. |
Is-sors, l-oriġini u l-adegwatezza tal-materjali tal-bidu u tal-materja prima bijoloġiċi (eż. il-krijoprotetturi, iċ-ċelloli alimentaturi, ir-reaġenti, il-media tat-tkabbir, il-buffers, is-seri, l-enzimi, iċ-ċitokini, il-fatturi ta’ tkabbir) għandhom jiġu definiti b’mod ċar fl-ispeċifikazzjonijiet bil-miktub. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu rekwiżiti ta’ kwalità meħtieġa biex jiżguraw l-adegwatezza tal-materjali għall-użu maħsub u biex jimminimizzaw il-varjabbiltà (li jkopru aspetti rilevanti tal-produzzjoni u l-kontroll). Il-kontrolli mikrobijoloġiċi huma partikolarment importanti. L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għandhom ikunu konformi mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-materjali tal-bidu u l-materja prima għandhom jiġu identifikati b’mod xieraq matul l-istadji varji tal-produzzjoni. |
|
V.2. |
Meta r-riżultati mit-test(ijiet) meħtieġ(a) għar-rilaxx tal-materjali tal-bidu jieħdu żmien twil (eż. test tal-isterilità), jista’ jkun permissibbli li jiġu pproċessati l-materjali tal-bidu qabel ma jkunu disponibbli r-riżultati tat-testijiet, dment li r-riskju li jintuża materjal potenzjalment fallut u l-impatt potenzjali tiegħu fuq lottijiet oħra jinftiehem u jiġi vvalutat skont il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. F’każijiet bħal dawn, ir-rilaxx ta’ prodott lest għandu jkun kondizzjonali fuq ir-riżultati sodisfaċenti ta’ dawn it-testijiet. |
|
V.3. |
Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-materjali tal-bidu u tal-materja prima matul il-passaġġ tagħhom tul il-katina tal-provvista għandu jiġi vvalutat, b’enfasi partikolari fuq it-TSE. Għandhom jitqiesu wkoll l-materjali li jiġu f’kuntatt dirett mat-tagħmir tal-manifattura jew mal-prodott (bħall-media użati fl-esperimenti tal-mili tal-media u l-lubrikanti li jistgħu jiġu f’kuntatt mal-prodott). |
|
V.4. |
Għandha tiġi implimentata strateġija ta’ kontroll għall-protezzjoni tal-prodott u t-tħejjija ta’ soluzzjonijiet, buffers u żidiet oħra bbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness I. Il-kontrolli meħtieġa għall-kwalità tal-materjali tal-bidu u tal-materja prima u fuq il-proċess tal-manifattura asettika huma partikolarment importanti għall-prodotti li fir-rigward tagħhom l-isterilizzazzjoni finali mhijiex possibbli. |
|
V.5. |
Fejn tkun meħtieġa sterilizzazzjoni tal-materjali tal-bidu u tal-materja prima, din għandha titwettaq – fejn possibbli – permezz tas-sħana. Fejn meħtieġ, metodi xierqa oħra jistgħu jintużaw ukoll għall-inattivazzjoni ta’ materjali bijoloġiċi (eż. l-irradjazzjoni u l-filtrazzjoni). |
|
V.6. |
L-użu ta’ antibijotiċi fl-istadji bikrija tal-manifattura biex jitnaqqas il-livell mikrobiku (eż. il-livell mikrobiku assoċjat mal-ksib ta’ tessuti u ċelloli ħajjin) għandu ġeneralment jiġi evitat. L-użu tagħhom għandu jkun debitament ġustifikat. F’każijiet bħal dawn, il-preżenza tal-antibijotiċi għandha titneħħa mill-proċess tal-manifattura fl-istadju speċifikat fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
V.7. |
Għandhom jiġu implimentati miżuri adegwati tul il-katina tal-provvista kollha biex tiġi żgurata t-traċċabilità tas-sustanzi ta’ oriġini mill-annimali u mill-bniedem li jintużaw fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
L-informazzjoni dwar is-saħħa tad-donaturi (bniedem jew annimali) li jkollha impatt fuq il-kwalità tal-prodott mediċinali veterinarju li ssir disponibbli wara l-ksib għandha titqies fil-proċeduri ta’ sejħa lura. |
VI. SISTEMA TAL-LOTT TA’ ŻRIERAGĦ U TAL-BANK TA’ ĊELLOLI
|
VI.1. |
Sabiex tiġi evitata d-deriva mhux mixtieqa ta’ proprjetajiet li jistgħu jirriżultaw minn subkulturi ripetuti jew minn ġenerazzjonijiet multipli, il-produzzjoni ta’ sustanzi u prodotti bijoloġiċi miksuba mill-koltura mikrobika, il-koltura taċ-ċelloli jew il-propagazzjoni fl-embrijuni u fl-annimali għandha tkun ibbażata fuq sistema ta’ lottijiet ta’ żrieragħ (13) u/jew banek ta’ ċelloli (14) ewlenin u operattivi. |
|
VI.2. |
L-għadd ta’ ġenerazzjonijiet (l-irduppjar, il-passaġġi) bejn il-lott ta’ żrieragħ jew il-bank ta’ ċelloli, is-sustanza bijoloġika attiva u l-prodott lest għandu jkun konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
VI.3. |
Bħala parti mill-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, l-istabbiliment tal-lottijiet ta’ żrieragħ u tal-banek ta’ ċelloli, inkluż il-ġenerazzjonijiet ewlenin u dawk operattivi, għandu jitwettaq f’ċirkostanzi li juru li huma xierqa, inkluż ambjent ikkontrollat li jkun adegwat biex jipproteġi l-lott ta’ żrieragħ u l-bank ta’ ċelloli u l-persunal li jimmaniġġjah. Barra minn hekk, matul l-istabbiliment tal-lott ta’ żrieragħ u l-bank ta’ ċelloli, l-ebda materjal ħaj jew infettiv ieħor (eż. viruses, linji ta’ ċelloli jew razez ċellulari) ma għandu jiġi mmaniġġjat fl-istess ħin, fl-istess żona, jew mill-istess persuni. |
|
VI.4. |
Għall-istadji ta’ qabel il-ġenerazzjoni taż-żerriegħa ewlenija jew tal-bank ta’ ċelloli, meta jistgħu jiġu applikati biss il-prinċipji tal-PTM, id-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli biex tappoġġa t-traċċabbiltà, inkluż fir-rigward tal-komponenti użati matul l-iżvilupp b’impatt potenzjali fuq is-sikurezza tal-prodott (eż. ir-reaġenti ta’ oriġini bijoloġika), mill-provenjenza inizjali u l-iżvilupp ġenetiku jekk applikabbli. Għall-vaċċini, hija meħtieġa l-konformità mar-rekwiżiti fil-monografu tal-Farmakopea Ewropea dwar il-Vaċċini għall-użu veterinarju 01/2023:0062. |
|
VI.5. |
Wara l-istabbiliment tal-banek ta’ ċelloli ewlenin u operattivi u tal-lottijiet ta’ żrieragħ ewlenin u operattivi, għandhom jiġu segwiti proċeduri ta’ kwarantina u rilaxx, inklużi karatterizzazzjoni u ttestjar adegwati għall-kontaminanti. L-adegwatezza kontinwa tagħhom għall-użu għandha tintwera ulterjorment permezz tal-konsistenza tal-karatteristiċi u l-kwalità tal-lottijiet suċċessivi tal-prodott. L-evidenza tal-istabbiltà u tal-irkupru taż-żrieragħ u tal-banek għandha tiġi dokumentata, u r-rekords għandhom jinżammu b’mod li jippermetti l-evalwazzjoni tax-xejriet. |
|
VI.6. |
Il-lottijiet ta’ żrieragħ u l-banek ta’ ċelloli għandhom jinħażnu u jintużaw b’tali mod li jiġu mminimizzati r-riskji ta’ kontaminazzjoni (eż. maħżuna fil-fażi tal-fwar tan-nitroġenu likwidu f’kontenituri ssiġillati) jew alterazzjoni. Il-miżuri ta’ kontroll għall-ħżin ta’ żrieragħ u/jew ċelloli differenti fl-istess żona jew tagħmir, għandhom jipprevjenu t-taħwid u jqisu n-natura infettiva tal-materjali biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata. |
|
VI.7. |
Il-kontenituri tal-ħżin għandhom ikunu ssiġillati, ittikkettati b’mod ċar u miżmuma f’temperatura xierqa. Għandu jinżamm inventarju tal-istokk. It-temperatura tal-ħżin għandha tiġi rreġistrata kontinwament u, meta jintuża, il-livell tan-nitroġenu likwidu għandu jiġi mmonitorjat ukoll. Għandha tiġi rreġistrata d-devjazzjoni mil-limiti stabbiliti u l-azzjoni korrettiva u preventiva meħuda. |
|
VI.8. |
Huwa mixtieq li l-istokkijiet jinqasmu u li l-istokkijiet maqsuma jinħażnu f’postijiet differenti sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ telf totali. Il-kontrolli f’tali postijiet għandhom jipprovdu l-assigurazzjonijiet deskritti fil-paragrafi preċedenti. |
|
VI.9. |
Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-immaniġġar għall-istokkijiet għandhom jiġu ġestiti skont l-istess proċeduri u parametri. Ladarba l-kontenituri jitneħħew mis-sistema ta’ ġestjoni tal-lott ta’ żrieragħ/bank ta’ ċelloli, il-kontenituri ma għandhomx jiġu ritornati għall-istokk. |
VII. PRODUZZJONI
|
VII.1. |
Il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità għandhom jiġu implimentati fl-istadji kollha tal-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi biex tiġi minimizzata l-varjabbiltà tal-proċess u biex tittejjeb ir-riproduċibbiltà. L-effettività tal-miżuri implimentati għandha tiġi vvalutata mill-ġdid matul ir-rieżamijiet tal-kwalità tal-prodott. |
|
VII.2. |
Il-parametri operazzjonali (tal-proċess) kritiċi u parametri oħra tal-input li jaffettwaw il-kwalità tal-prodott għandhom jiġu identifikati, ivvalidati, iddokumentati u jintwerew li jinżammu fil-parametri meħtieġa. |
|
VII.3. |
Il-bidliet introdotti fil-proċess tal-manifattura għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(3). Barra minn hekk, l-effetti kumulattivi tal-bidliet introdotti fil-proċess tal-manifattura fuq il-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott lest għandhom jiġu evalwati fuq bażi perjodika. |
|
VII.4. |
Meta jintużaw materjali tal-bidu minn donaturi differenti, għandhom jiġu implimentati kontrolli adegwati biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata jew ta’ taħwid. |
|
VII.5. |
Għal materjali bijoloġiċi li ma jistgħux jiġu sterilizzati (eż. permezz ta’ filtrazzjoni), l-ipproċessar għandu jsir b’mod asettiku biex tiġi minimizzata l-introduzzjoni ta’ kontaminanti. Ir-rekwiżiti dwar il-manifattura asettika stabbiliti fl-Anness I għandhom jiġu implimentati. |
|
VII.6. |
It-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jew – kif xieraq – il-monografi tal-Farmakopea, għandhom jiddeterminaw jekk, u sa liema stadju, is-sustanzi u l-materjali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji bijoloġiċi jista’ jkollhom livell definit ta’ livell mikrobiku jew jeħtieġu li jkunu sterili. Għandhom jiġu implimentati kontrolli xierqa biex jiġi żgurat li l-limiti speċifikati qed jiġu rispettati. |
|
VII.7. |
Għandhom jiġu implimentati miżuri xierqa matul l-istadji u l-kontrolli kollha tal-produzzjoni biex tiġi evitata jew minimizzata l-okkorrenza ta’ metaboliti u endotossini bijoloġiċi mhux mixtieqa u assoċjati. |
|
VII.8. |
Għandha tiġi implimentata strateġija ta’ kontroll għad-dħul ta’ oġġetti u materjali fiż-żoni ta’ produzzjoni abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. Dawn li ġejjin għandhom jiġu implimentati fejn applikabbli:
|
|
VII.9. |
Il-proprjetajiet li jippromwovu t-tkabbir tal-media tat-tkabbir għandhom jintwerew li huma adattati għall-użu maħsub tagħhom. Jekk possibbli, il-media għandhom jiġu sterilizzati in situ. |
|
VII.10. |
Iż-żieda ta’ materjali jew kolturi mal-fermentaturi u reċipjenti oħra u kampjunar għandhom jitwettqu f’kundizzjonijiet ikkontrollati bir-reqqa biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni u, fil-każ ta’ mikroorganiżmu ħaj, il-ħruġ. Għandu jiġi vverifikat li r-reċipjenti huma konnessi b’mod korrett meta jsiru iż-żieda jew il-kampjunar. Il-gassijiet, il-media, l-aċidu jew l-alkalis, l-aġenti kontra r-ragħwa u materjali oħra introdotti f’bijoġeneraturi sterili għandhom ikunu sterili fejn xieraq. |
|
VII.11. |
Jista’ jkun meħtieġ monitoraġġ kontinwu ta’ xi proċessi tal-produzzjoni, bħall-fermentazzjoni, (eż. il-monitoraġġ kontinwu ta’ parametri bħat-temperatura, il-pH, il-pO2, is-CO2 u r-rata ta’ alimentazzjoni jew is-sors tal-karbonju fir-rigward tat-tkabbir taċ-ċelloli) u tali data għandha tifforma parti mir-rekord tal-lott. Għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-kontrolli tal-kwalità meħtieġa meta tintuża koltura kontinwa. |
|
VII.12. |
Il-formazzjoni tal-qtar u l-produzzjoni tar-ragħwa għandhom jiġu evitati jew minimizzati kemm jista’ jkun matul il-manifattura. Iċ-ċentrifugazzjoni u t-taħlit tal-prodotti jistgħu jwasslu għall-formazzjoni ta’ aerosol. Għalhekk, tali attivitajiet għandhom jiġu kontenuti b’mod adegwat bil-ħsieb li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata jew, fejn rilevanti, ir-riskji għall-operaturi jew għall-ambjent. |
|
VII.13. |
It-tixrid aċċidentali, speċjalment ta’ organiżmi ħajjin, għandu jiġi ttrattat malajr u b’mod sikur. Għandhom ikunu disponibbli miżuri ta’ dekontaminazzjoni vvalidati għal kull organiżmu jew grupp ta’ organiżmi relatati. Meta jkunu involuti razez differenti ta’ speċijiet ta’ batterji singoli jew viruses simili ħafna, il-proċess ta’ dekontaminazzjoni jista’ jiġi vvalidat b’razza rappreżentattiva waħda, sakemm ma jkunx hemm raġuni għaliex dawn jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti fir-reżistenza tagħhom għall-aġent(i) involut(i). |
|
VII.14. |
Il-materjali ta’ produzzjoni u kontroll, inkluż id-dokumenti, li huma ovvjament ikkontaminati, bħal minn tixrid jew aerosols, jew jekk ikun involut xi organiżmu potenzjalment perikoluż, għandhom jiġu dekontaminati b’mod adegwat, inkella tiġi ttrasferita l-informazzjoni b’mezzi oħra. |
|
VII.15. |
Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġu evitati l-kontaminazzjoni jew il-konfużjoni matul l-inkubazzjoni. Għandhom jintużaw inkubaturi separati għal kontenituri infettati u għal dawk mhux infettati u anke b’mod ġenerali għal organiżmi jew ċelloli differenti. Inkubaturi li fihom aktar minn tip wieħed ta’ organiżmu jew ċellola huma aċċettabbli biss jekk jittieħdu passi adegwati biex jiġu ssiġillati u segregati l-kontenituri, kif ukoll tiġi dekontaminata s-superfiċe tagħhom. Ir-reċipjenti tal-koltura u kwalunkwe kontenitur ieħor għandhom ikunu ttikkettati bir-reqqa u b’mod ċar. Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri speċifiċi ta’ tindif/dekontaminazzjoni għall-inkubaturi. |
|
VII.16. |
F’każijiet fejn issir inattivazzjoni tal-virus jew proċess ta’ tneħħija matul il-manifattura, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti ttrattati minn prodotti mhux ittrattati. Reċipjenti li jkun fihom prodotti inattivati ma għandhomx jinfetħu jew jittieħdu kampjuni minnhom f’żoni li jkun fihom aġenti bijoloġiċi ħajjin. Għall-prodotti sterili u għall-manifattura asettika, l-immaniġġar għandu jsir f’konformità l-Anness I. |
|
VII.17. |
Il-proċess ta’ inattivazzjoni għall-organiżmi ħajjin għandu jiġi vvalidat. Għall-prodotti li jiġu inattivati biż-żieda ta’ reaġent (eż. il-mikroorganiżmi matul il-manifattura tal-vaċċin), il-proċess tagħhom għandu jiżgura l-inattivazzjoni sħiħa tal-organiżmu ħaj u jipprevjeni kwalunkwe kontaminazzjoni sussegwenti minn kwalunkwe superfiċe tat-tagħmir. |
|
VII.18. |
Meta t-tagħmir tal-kromatografija jintuża fil-manifattura ta’ kampanji u f’ambjenti b’diversi prodotti, għandha tiġi implimentata strateġija ta’ kontroll xierqa (ibbażata fuq il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju) għall-matriċijiet, l-alloġġi u t-tagħmir assoċjat. L-użu mill-ġdid tal-istess matriċi fi stadji differenti tal-ipproċessar huwa skoraġġut. Meta jseħħ dan, tali użu mill-ġdid għandu jkun appoġġat minn data ta’ validazzjoni xierqa. Għandhom jiġu definiti l-kriterji ta’ aċċettazzjoni, il-kundizzjonijiet operattivi, il-metodi ta’ riġenerazzjoni, it-tul tal-ħajja, u l-metodi ta’ sanitizzazzjoni jew sterilizzazzjoni tal-kolonni tal-kromatografija. |
|
VII.19. |
Ir-rekwiżiti applikabbli għal meta jintużaw tagħmir u materjali rradjati, huma stabbiliti fl-Anness VII. |
|
VII.20. |
Il-mili għandu jsir kemm jista’ jkun malajr wara l-produzzjoni. Il-kontenituri ta’ prodott fi kwantitajiet kbar qabel il-mili għandhom jiġu ssiġillati, ittikkettati kif xieraq u maħżuna f’kundizzjonijiet speċifikati ta’ temperatura. |
|
VII.21. |
Meta jkun hemm dewmien bejn il-mili tal-kontenituri finali u t-tikkettar u l-imballaġġ tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri għall-ħżin ta’ kontenituri mhux ittikkettati sabiex tiġi evitata l-konfużjoni u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ ħżin sodisfaċenti. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-ħżin ta’ prodotti fotosensittivi jew soġġetti għas-sħana. Għandhom jiġu speċifikati t-temperaturi tal-ħżin. |
|
VII.22. |
Għandha tiġi implimentata sistema li tiżgura l-integrità u l-għeluq tal-kontenituri wara l-mili meta l-prodotti finali jew is-sustanzi intermedji joħolqu riskji speċifiċi u għandhom jiġu stabbiliti proċeduri biex jittrattaw kwalunkwe tnixxija jew tixrid. Għandu jkun hemm ukoll proċeduri fis-seħħ fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-mili u tal-imballaġġ sabiex il-prodott jinżamm fil-limiti speċifikati rilevanti, eż. il-ħin u/jew it-temperatura. |
|
VII.23. |
L-immaniġġar ta’ kunjetti (inkluż il-limitu massimu tagħhom) li jkun fihom l-aġenti bijoloġiċi ħajjin għandu jsir sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni ta’ prodotti oħra jew il-ħruġ tal-aġenti ħajjin fl-ambjent tax-xogħol jew fl-ambjent estern. Il-vijabbiltà ta’ dawn l-organiżmi u l-klassifikazzjoni bijoloġika tagħhom għandhom jitqiesu bħala parti mill-ġestjoni ta’ dawn ir-riskji. |
|
VII.24. |
Għandha tiġi żgurata l-adegwatezza tal-materjali primarji tal-imballaġġ filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-prodott u l-kundizzjonijiet tal-ħżin (eż. prodotti li għandhom jinħażnu f’temperatura baxxa ħafna). Il-kompatibbiltà tat-tikketti ma’ temperaturi tal-ħżin baxxi ħafna, meta jintużaw temperaturi bħal dawn, għandha tiġi vverifikata. |
VIII. KONTROLL TAL-KWALITÀ
|
VIII.1. |
Peress li l-kontrolli għall-prodotti bijoloġiċi normalment jinvolvu tekniki analitiċi bijoloġiċi, li tipikament ikollhom varjabbiltà akbar mid-determinazzjonijiet fiżikokimiċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontrolli ta’ waqt il-proċess. L-ittestjar tal-kontroll ta’ waqt il-proċess għandu jsir fi stadji xierqa tal-produzzjoni biex jiġu kkontrollati dawk il-kundizzjonijiet li huma importanti għall-kwalità tal-prodott lest. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontrolli tal-kwalità meta tintuża koltura kontinwa. |
|
VIII.2. |
Jista’ jkun meħtieġ monitoraġġ kontinwu tad-data matul il-proċess tal-produzzjoni, pereżempju l-monitoraġġ tal-parametri fiżiċi matul il-fermentazzjoni. |
|
VIII.3. |
Jista’ jkun meħtieġ li jinżammu kampjuni ta’ prodotti intermedji f’ammont suffiċjenti u taħt kundizzjonijiet xierqa ta’ ħażna, biex jippermettu ripetizzjoni jew konferma ta’ kontroll tal-lott. |
|
VIII.4. |
Fejn is-sustanzi intermedji jistgħu jinħażnu għal perjodi ta’ żmien estiżi (jiem, ġimgħat jew perjodi itwal), għandha titqies l-inklużjoni ta’ lottijiet ta’ prodotti lesti magħmula minn materjali miżmuma għall-perjodi massimi tagħhom ta’ waqt il-proċess fil-programm ta’ stabbiltà li jkun għaddej. |
|
VIII.5. |
Il-monitoraġġ kontinwu tal-istabbiltà jista’ jeħtieġ ittestjar fuq l-annimali. F’każijiet bħal dawn, fejn ma jkun disponibbli l-ebda metodu ta’ ttestjar alternattiv u bl-għan li jitnaqqas l-użu tal-annimali għal skopijiet ta’ ttestjar, il-frekwenza tal-ittestjar tista’ tiġi adattata skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju. L-approċċi tal-bracketing u tal-matrixing jistgħu jiġu applikati wkoll jekk ikunu ġġustifikati xjentifikament fil-protokoll tal-istabbiltà. |
|
VIII.6. |
Għall-prodotti ċellolari, it-testijiet tal-isterilità għandhom jitwettqu fuq kolturi ta’ ċelloli jew banek ta’ ċelloli ħielsa mill-antibijotiċi biex jipprovdu evidenza għan-nuqqas ta’ kontaminazzjoni batterika u fungali u biex ikunu jistgħu jiġu individwati organiżmi fastidjużi fejn xieraq. |
|
VIII.7. |
Għal prodotti mediċinali bijoloġiċi b’ħajja qasira fuq l-ixkaffa (jiġifieri, perjodu ta’ 14-il jum jew inqas) li jeħtieġu ċertifikazzjoni tal-lott qabel it-tlestija tat-testijiet kollha tal-kontroll tal-kwalità tal-prodott finali (eż. testijiet tal-isterilità), għandha tiddaħħal fis-seħħ strateġija ta’ kontroll xierqa li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott u l-proċess tal-manifattura u li tqis il-kontrolli u l-attributi tal-materjali tal-bidu u tal-materja prima. Hija meħtieġa deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura tar-rilaxx, inkluż ir-responsabbiltajiet tal-persunal differenti involut fil-valutazzjoni tal-produzzjoni u d-data analitika. Għandu jkun hemm fis-seħħ valutazzjoni kontinwa tal-effettività tas-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, inkluż ir-rekords miżmuma b’tali mod li jippermetti l-evalwazzjoni tax-xejriet.
Meta t-testijiet tal-prodott finali ma jkunux disponibbli minħabba l-ħajja qasira tagħhom fuq l-ixkaffa, jistgħu jiġu kkunsidrati metodi alternattivi biex tinkiseb data ekwivalenti li tippermetti ċ-ċertifikazzjoni inizjali tal-lott (eż. metodi mikrobijoloġiċi rapidi). Il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni u r-rilaxx tal-lott tista’ titwettaq f’żewġ stadji jew aktar:
|
IX. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAT-TIPI TA’ PRODOTTI MAGĦŻULA
IX.1. Prodotti allerġeniċi
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti allerġeniċi:
|
(a) |
Il-materjali tas-sors għandhom jiġu deskritti f’dettall suffiċjenti biex tiġi żgurata l-konsistenza fil-provvista tagħhom, eż. l-isem komuni u xjentifiku, l-oriġini, in-natura, il-limiti tal-kontaminanti, il-metodu tal-ġbir. Il-materjali derivati mill-annimali għandhom ikunu minn sorsi b’saħħithom. Għandu jkun hemm fis-seħħ kontrolli xierqa tal-bijosigurtà għall-kolonji (eż. akari, annimali) użati għall-estrazzjoni tal-allerġeni. Il-prodotti allerġeniċi għandhom jinħażnu f’kundizzjonijiet definiti biex jiġi minimizzat id-deterjorament. |
|
(b) |
L-istadji tal-proċess tal-produzzjoni, fosthom il-passi ta’ qabel it-trattament, l-estrazzjoni, il-filtrazzjoni, id-dijaliżi, il-konċentrazzjoni jew it-tnixxif bil-friża, għandhom jiġu deskritti fid-dettall u vvalidati. |
|
(c) |
Għandhom jiġu deskritti l-proċessi ta’ modifika għall-manifattura tal-estratti tal-allerġeni modifikati (eż. l-allergoids (16), il-konjugati). Is-sustanzi intermedji fil-proċess tal-manifattura għandhom jiġu identifikati u kkontrollati wkoll. |
|
(d) |
It-taħlitiet tal-estratti tal-allerġeni għandhom jitħejjew minn estratti individwali u minn materjali ta’ sors wieħed. Kull estratt individwali għandu jitqies bħala sustanza attiva waħda. |
Għall-allerġeni rikombinanti, japplikaw ukoll ir-rekwiżiti addizzjonali fit-Taqsima IV.4.
IX.2. Prodotti tal-immunosera tal-annimali
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti tal-immunosera tal-annimali:
|
(a) |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-kontroll tal-antiġeni ta’ oriġini bijoloġika biex jiġu żgurati l-kwalità, il-konsistenza u n-nuqqas ta’ kontaminazzjoni tagħhom minn aġenti aċċidentali. Il-preparazzjoni ta’ materjali użati għall-immunizzazzjoni tal-annimali tas-sors (eż. l-antiġeni, l-apteni (17), l-aġġuvanti, l-aġenti stabbilizzanti) kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ħżin għal tali materjal immedjatament qabel l-immunizzazzjoni għandhom ikunu f’konformità mal-proċeduri dokumentati. |
|
(b) |
L-iskedi tal-immunizzazzjoni, tat-test tad-demm u tad-demm tal-ħsad għandhom ikunu f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(c) |
Il-kundizzjonijiet tal-manifattura għall-preparazzjoni ta’ subframmenti tal-antikorpi (eż. Fab jew F(ab’)2) u kwalunkwe modifika ulterjuri, għandhom ikunu f’konformità mal-parametri vvalidati. Meta dawn l-enzimi jkunu magħmula minn diversi komponenti, il-konsistenza tagħhom għandha tiġi żgurata. |
IX.3. Vaċċini
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-vaċċini:
|
(a) |
Meta jintuża l-bajd, għandu jiġi żgurat l-istatus tas-saħħa tal-qatgħat kollha minn sorsi użati fil-produzzjoni tal-bajd (kemm jekk ikunu merħliet speċifikati ħielsa minn patoġeni, kif ukoll jekk ikunu f’saħħithom). |
|
(b) |
L-integrità tal-kontenituri użati għall-ħżin tal-prodotti intermedji u l-ħinijiet taż-żamma għandha tiġi vvalidata. |
|
(c) |
Is-sekwenza taż-żieda ta’ ingredjenti attivi, aġġuvanti u eċċipjenti matul il-formulazzjoni ta’ prodott intermedju jew finali, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet. |
|
(d) |
Meta l-manifattura jew l-ittestjar jinvolvu l-immaniġġar ta’ organiżmi b’livell ogħla ta’ sikurezza bijoloġika (eż. razzi għal vaċċin antipanżootiku), għandhom ikunu fis-seħħ arranġamenti xierqa ta’ konteniment f’konformità mar-rekwiżiti nazzjonali rilevanti. L-approvazzjonijiet rilevanti għandhom ikunu disponibbli għall-verifika. |
IX.4. Prodotti rikombinanti
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti rikombinanti:
|
(a) |
Il-kundizzjonijiet tal-proċess matul it-tkabbir taċ-ċelloli, l-espressjoni tal-proteini u l-purifikazzjoni, għandhom jinżammu fil-parametri vvalidati sabiex tiġi żgurata produzzjoni konsistenti ma’ firxa definita ta’ impuritajiet. Skont it-tip ta’ ċellola użata fil-produzzjoni, jistgħu jkunu meħtieġa miżuri addizzjonali biex tiġi żgurata s-sikurezza virali. Meta l-proċess ta’ manifattura jinvolvi ħsad multiplu, il-perjodu ta’ kultivazzjoni kontinwa għandu jkun fil-limiti speċifikati. |
|
(b) |
Il-proċessi ta’ purifikazzjoni biex jitneħħew il-proteini taċ-ċelloli ospitanti mhux mixtieqa, l-aċidi nuklejċi, il-karboidrati, il-viruses u impuritajiet oħra, għandhom ikunu fil-limiti vvalidati definiti. |
IX.5. Prodotti tal-antikorpi monoklonali
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti tal-antikorpi monoklonali:
|
(a) |
L-antikorpi monoklonali jistgħu jiġu manifatturati mill-ibridomi jew mit-teknoloġija tad-DNA rikombinanti. Għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri ta’ kontroll xierqa għaċ-ċelloli tas-sorsi differenti (inkluż iċ-ċelloli alimentaturi, jekk jintużaw) u l-materjali użati biex tiġi stabbilita l-linja tal-ibridomi/taċ-ċelloli biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-kwalità tal-prodott. Għandu jiġi vverifikat li dawn ikunu fil-limiti approvati. Is-sikurezza virali hija partikolarment importanti. Id-data li toriġina minn prodotti ġġenerati mill-istess pjattaforma tat-teknoloġija tal-manifattura tista’ tkun aċċettabbli biex tintwera l-adegwatezza. |
|
(b) |
Il-parametri tal-produzzjoni u tal-prodott fi tmiem iċ-ċiklu tal-produzzjoni (eż. it-temperatura, il-pH, id-densità, l-ossiġenu, il-vijabbiltà taċ-ċelloli, eċċ.) u għat-terminazzjoni bikrija taċ-ċikli tal-produzzjoni, għandhom jiġu ddefiniti u mmonitorjati. |
|
(c) |
Il-kundizzjonijiet tal-manifattura għall-preparazzjoni tas-subframmenti tal-antikorpi (eż. Fab, F(ab’)2, scFv) u kwalunkwe modifika ulterjuri (eż. ir-radjotikkettar, il-konjugazzjoni, l-irbit kimiku), għandhom ikunu f’konformità mal-parametri vvalidati. |
IX.6. Prodotti mediċinali veterinarji derivati minn annimali ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti mediċinali veterinarji derivati minn annimali ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata:
|
(a) |
L-annimali użati għall-produzzjoni għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u uniku u għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ riżerva fil-każ ta’ telf tal-markatur primarju. |
|
(b) |
Il-ġenealoġija tal-annimali fundaturi sal-annimali tal-produzzjoni għandha tiġi ddokumentata. Peress li l-linja ġenetikament modifikata/bil-ġenoma editjata tkun derivata minn annimal fundatur ġenetiku wieħed, il-materjali minn linji ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata differenti ma għandhomx jitħalltu. |
|
(c) |
Il-kundizzjonijiet li taħthom jinħasad il-prodott għandhom ikunu f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. L-iskeda tal-ħsad u l-kundizzjonijiet li taħthom l-annimali jistgħu jitneħħew mill-produzzjoni għandhom jitwettqu skont il-proċeduri approvati u l-limiti ta’ aċċettazzjoni. |
|
(d) |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dimostrazzjoni tal-konsistenza minn lott għal lott. |
IX.7. Prodotti mediċinali veterinarji derivati minn pjanti ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata
Ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin huma applikabbli għall-prodotti mediċinali veterinarji derivati minn pjanti ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata:
|
(a) |
Jistgħu jkunu meħtieġa miżuri speċifiċi addizzjonali biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-banek ewlenin u operattivi ġenetikament modifikati/bil-ġenoma editjata minn materjali tal-pjanti estranji u aġenti aċċidentali rilevanti. Għandha tiġi mmonitorjata l-istabbiltà tal-ġene fin-numri ta’ ġenerazzjoni definiti. |
|
(b) |
Il-pjanti għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u uniku, il-preżenza ta’ karatteristiċi ewlenin tal-pjanti, inkluż l-istatus tas-saħħa, fl-għalla kollha għandha tiġi vverifikata f’intervalli definiti matul il-perjodu ta’ kultivazzjoni biex tiġi żgurata l-konsistenza tar-rendiment bejn l-għelejjel. |
|
(c) |
Għandhom jiġu definiti arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-għelejjel, kull fejn ikun possibbli, biex jiġi minimizzat l-esponiment għall-kontaminazzjoni minn aġenti mikrobijoloġiċi u l-kontaminazzjoni kroċjata ma’ pjanti mhux relatati. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri biex jipprevjenu materjali bħall-pestiċidi u l-fertilizzanti milli jikkontaminaw il-prodott. Għandu jiġi stabbilit programm ta’ monitoraġġ u r-riżultati kollha għandhom jiġu ddokumentati. Kwalunkwe inċident għandu jiġi investigat u l-impatt tiegħu fuq il-kontinwazzjoni tal-għalla fil-programm ta’ produzzjoni għandu jiġi ddeterminat. |
|
(d) |
Għandhom jiġu definiti l-kundizzjonijiet li taħthom il-pjanti jistgħu jitneħħew mill-produzzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti limiti ta’ aċċettazzjoni għall-materjali (eż. il-proteini ospitanti) li jistgħu jinterferixxu mal-proċess ta’ purifikazzjoni. Għandu jiġi vverifikat li r-riżultati jkunu fil-limiti approvati. |
|
(e) |
Għandhom jiġu dokumentati l-kundizzjonijiet ambjentali (it-temperatura, ix-xita) li jistgħu jaffettwaw l-attributi tal-kwalità u r-rendiment tal-proteina rikombinanti mill-ħin tat-tħawwil u l-kultivazzjoni sal-ħsad u l-ħżin interim tal-materjali maħsuda. Il-prinċipji f’dokumenti bħal “Guideline on Good Agricultural and Collection Practice for Starting Materials of Herbal Origin” (18) għandhom jitqiesu meta jitfasslu tali kundizzjonijiet. |
|
(f) |
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dimostrazzjoni tal-konsistenza minn lott għal lott. |
(1) Il-prinċipji tal-PTM għandhom jiġu osservati.
(2) Ara t-Taqsima IV biex tkun taf sa liema punt japplikaw il-prinċipji tal-PTM
(3) Ara t-Taqsima VI biex tkun taf sa liema punt japplikaw il-PTM.
(4) Ara t-Taqsima VI biex tkun taf sa liema punt japplikaw il-PTM. Il-manutenzjoni tal-bank ta’ ċelloli operattivi hija mistennija li ssir f’ambjent ta’ PTM.
(5) Huma applikabbli l-istandards ta’ prattika agrikola u ta’ ġbir tajba għall-materjali tal-bidu ta’ oriġini erbali (GACP).
(6) Il-vaċċin Bacillus Calmette-Guérin (BCG).
(7) Il-persunal li jidħol f’żona kontenuta fejn l-organiżmi ma ġewx immaniġġjati f’operazzjonijiet b’ċirkwit miftuħ fit-12-il siegħa ta’ qabel ma jitqiesx bħala f’riskju ta’ kontaminazzjoni, sakemm l-organiżmu involut ma jkunx aġent bijoloġiku fejn il-marda korrispondenti ma teżistix fil-pajjiż jew fiż-żona ġeografika rilevanti, jew fejn il-marda korrispondenti tkun soġġetta għal miżuri profilattiċi jew għal programm ta’ eradikazzjoni mwettaq fil-pajjiż jew fiż-żona ġeografika rilevanti.
(8) Għall-fini ta’ dan l-Anness, “organiżmu eżotiku” tfisser aġent bijoloġiku fejn il-marda korrispondenti ma teżistix f’pajjiż jew żona ġeografika rilevanti, jew fejn il-marda hija s-suġġett ta’ miżuri profilattiċi jew programm ta’ eradikazzjoni mwettaq fil-pajjiż jew fiż-żona ġeografika rilevanti.
(9) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “tindif fil-post” tfisser metodu, normalment awtomatizzat, użat għat-tindif tas-superfiċi interni tat-tagħmir, tal-pajpijiet, tar-reċipjenti, u tal-fittings assoċjati mingħajr ma jiżżarmaw.
(10) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “applikazzjoni ta’ fwar fil-post” tfisser metodu, normalment awtomatizzat, ta’ sterilizzazzjoni tas-superfiċi interni tat-tagħmir, tal-pajpijiet, tar-reċipjenti, u tal-fittings assoċjati bl-użu tal-fwar, mingħajr ma jiżżarma t-tagħmir.
(11) https://www.woah.org/en/home.
(12) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “ħieles minn patoġeni speċifikati” tfisser annimali ħielsa minn patoġeni speċifikati. Dawn il-qatgħat jew merħliet jaqsmu ambjent komuni u għandhom persuni apposta differenti biex jieħdu ħsiebhom, li ma għandhom l-ebda kuntatt ma’ gruppi ħielsa minn patoġeni mhux speċifikati.
(13) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “lott ta’ żrieragħ ewlenin” tfisser koltura ta’ mikroorganiżmu distribwit minn kwantità kbira waħda f’kontenituri u pproċessat flimkien f’operazzjoni waħda b’tali mod li jiżgura l-uniformità u l-istabbiltà u jipprevjeni l-kontaminazzjoni.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “lott ta’ żrieragħ operattivi” tfisser koltura ta’ mikroorganiżmu derivata mil-lott ta’ żrieragħ ewlenin u maħsuba għall-użu fil-produzzjoni.
(14) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “bank ta’ ċelloli ewlenin” tfisser koltura ta’ ċelloli distribwiti f’kontenituri f’operazzjoni waħda, ipproċessati flimkien u maħżuna b’tali mod li jkunu żgurati l-uniformità u l-istabbiltà u li tiġi evitata l-kontaminazzjoni.
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “bank ta’ ċelloli operattivi” tfisser koltura ta’ ċelloli derivata mill-bank ta’ ċelloli ewlenin u maħsuba għall-użu fil-preparazzjoni tal-kolturi taċ-ċelloli tal-produzzjoni. Bank operattiv ġenetikament modifikat/bil-ġenoma editjata jintuża bl-istess tifsira iżda għal pjanti jew annimali li jkunu ġew modifikati ġenetikament jew li l-ġenoma tagħhom tkun ġiet editjata.
(15) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “żona nadifa/kontenuta” tfisser żona mibnija u operata b’tali mod li tilħaq l-għanijiet kemm ta’ żona nadifa kif ukoll ta’ żona kontenuta fl-istess ħin.
(16) Allerġeni li huma modifikati kimikament biex titnaqqas ir-reattività tal-IgE.
(17) Molekula ta’ piż molekulari baxx li fiha nnifisha mhijiex antiġenika, sakemm ma tkunx konjugata ma’ molekula “trasportatriċi”.
(18) EMEA/HMPC/246816/2005.
ANNESS III
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦAL ĊERTI PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI
Dan l-Anness jipprevedi rekwiżiti addizzjonali u adattamenti speċifiċi għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament li għandhom japplikaw għal ċerti tipi ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, ir-rekwiżiti li jinsabu f’dan l-Anness għandhom japplikaw flimkien mar-rekwiżiti previsti fir-Regolament. F’każ ta’ kunflitt, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dan l-Anness.
I. PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI ERBALI
|
I.1. |
Filwaqt li titqies il-varjabbiltà tal-materjali erbali, il-kontroll tal-materjali erbali (is-sustanzi erbali u l-preparati erbali) użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji huwa partikolarment importanti. |
|
I.2. |
Il-materjali erbali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom ikunu ta’ kwalità xierqa. L-għażla taż-żrieragħ, il-kundizzjonijiet tal-kultivazzjoni u tal-ħsad huma aspetti importanti tal-kwalità tas-sustanza erbali li jistgħu jinfluwenzaw il-konsistenza tal-prodott lest. |
|
I.3. |
It-Tabella 1 turi l-applikazzjoni ta’ prattiki tajbin b’rabta mal-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji.
Tabella 1
|
|
I.4. |
Il-materjali erbali użati fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom jikkonformaw ma’ dan li ġej:
|
|
I.5. |
Għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet li ġejjin fir-rigward taż-żoni tal-ħżin għall-materjali erbali użati fil-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji:
|
|
I.6. |
L-identità u l-kwalità tal-materjali erbali u tal-prodotti mediċinali erbali għandhom jiġu determinati f’konformità mal-gwida Ewropea attwali rilevanti dwar il-kwalità u l-ispeċifikazzjonijiet għall-prodotti mediċinali erbali u l-prodotti mediċinali erbali tradizzjonali jew, fejn rilevanti, mar-rekwiżiti tal-monografiji rilevanti speċifiċi tal-Farmakopea Ewropea. |
|
I.7. |
L-istruzzjonijiet tal-ipproċessar għandhom jiddeskrivu l-operazzjonijiet differenti li għandhom jitwettqu fuq is-sustanza erbali bħat-tindif, it-tnixxif, it-tifrik u t-tgħarbil, inkluż il-ħin u t-temperaturi tat-tnixxif, u l-metodi użati għall-kontroll tad-daqs tal-qtugħ jew id-daqs tal-partikoli. Għandhom jiġu żviluppati struzzjonijiet bil-miktub u għandhom jinżammu rekords biex jiġi żgurat li kull kontenitur ta’ sustanza erbali jiġi eżaminat bir-reqqa biex tiġi individwata kwalunkwe adulterazzjoni/sostituzzjoni jew preżenza ta’ materja barranija, bħal biċċiet tal-metall jew tal-ħġieġ, partijiet tal-annimali jew eskrement, ġebel, ramel, jew taħsir u sinjali ta’ diżintegrazzjoni.
L-istruzzjonijiet tal-ipproċessar għandhom jiddeskrivu wkoll it-tgħarbil tas-sigurtà jew metodi oħra ta’ tneħħija ta’ materjali barranin u proċeduri xierqa għat-tindif/għall-għażla tal-materjal tal-pjanti qabel il-ħżin tas-sustanza erbali approvata jew qabel il-bidu tal-manifattura. Għall-produzzjoni ta’ preparat erbali, l-istruzzjonijiet għandhom jinkludu d-dettalji tas-solvent, il-ħin u t-temperatura tal-estrazzjoni, id-dettalji ta’ kwalunkwe stadju ta’ konċentrazzjoni u l-metodi użati. |
|
I.8. |
Jekk it-trab jiġi ġġenerat matul l-ipproċessar (inkluż it-teħid tal-kampjuni), l-użu tal-estrazzjoni tat-trab, bini apposta jew mezzi oħra għandhom jitqiesu biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata u jiġi ffaċilitat it-tindif. |
|
I.9. |
It-tagħmir u l-materjali ta’ filtrazzjoni użati fil-proċess tal-manifattura għandhom ikunu kompatibbli mas-solvent tal-estrazzjoni, sabiex jiġi evitat kwalunkwe rilaxx jew assorbiment mhux mixtieq tas-sustanza li jista’ jaffettwa l-prodott. |
|
I.10. |
Minħabba l-fatt li l-pjanti mediċinali/is-sustanzi erbali huma eteroġenji fin-natura tagħhom, għandhom jiġu implimentati l-miżuri li ġejjin fir-rigward tal-kampjunar:
|
|
I.11. |
Il-persunal tal-kontroll tal-kwalità għandu jkollu kompetenza u esperjenza partikolari f’sustanzi erbali, preparati erbali u/jew prodotti mediċinali erbali sabiex ikun jista’ jwettaq testijiet ta’ identifikazzjoni u jirrikonoxxi l-adulterazzjoni, il-preżenza ta’ tkabbir tal-fungi, l-infestazzjonijiet, in-nuqqas ta’ uniformità fi ħdan kunsinna ta’ materjal mhux ipproċessat, eċċ. |
II. PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI MAĦSUBA GĦALL-INKORPORAZZJONI F’GĦALF MEDIKAT
|
II.1. |
Minħabba li l-manifattura ta’ taħlitiet medikati lesti minn qabel teħtieġ l-użu ta’ kwantitajiet kbar ta’ materjal veġetali li x’aktarx jattira insetti u rodituri, huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li l-bini jkun imfassal, mgħammar u operat b’mod li jimminimizza r-riskju tal-intrużjoni tagħhom fis-sit. Għandhom jiġu stabbiliti sistemi mtejba għall-kontroll tal-pesti biex jiġi mmonitorjat u minimizzat id-dħul tal-pesti u biex, fejn xieraq, tittieħed azzjoni. |
|
II.2. |
Minħabba l-volum kbir ta’ trab iġġenerat matul il-produzzjoni ta’ materjal fi kwantitajiet kbar għat-taħlitiet lesti minn qabel, għandha tingħata attenzjoni speċifika għall-ħtieġa li tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata u li jiġi ffaċilitat it-tindif, pereżempju permezz tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ trasport issiġillati u l-estrazzjoni tat-trab, kull meta jkun possibbli. L-installazzjoni ta’ sistemi bħal dawn, madankollu, ma tneħħix il-ħtieġa għal tindif regolari taż-żoni ta’ produzzjoni. |
|
II.3. |
Partijiet mill-proċess li x’aktarx ikollhom influwenza avversa sinifikanti fuq l-istabbiltà tal-ingredjent(i) attiv(i) (eż. l-użu tal-fwar fil-manifattura tal-pellets), għandhom jitwettqu b’mod uniformi minn lott għal lott. |
|
II.4. |
Kull meta jkun possibbli, il-manifattura ta’ taħlitiet lesti minn qabel għandha ssir f’żoni ddedikati li, jekk possibbli, ma jiffurmawx parti mill-impjant ewlieni tal-manifattura. Alternattivament, tali żoni ddedikati għandhom ikunu mdawra b’żona ta’ lqugħ sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ żoni oħra ta’ manifattura. |
III. PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI EKTOPARASSITIĊI
Il-prodotti mediċinali veterinarji ektoparassitiċi għall-applikazzjoni esterna fuq l-annimali jistgħu jiġu prodotti u mimlija fuq manifattura ta’ kampanja f’żoni speċifiċi għall-pestiċidi. Madankollu, kategoriji oħra ta’ prodotti mediċinali veterinarji ma għandhomx jiġu prodotti f’tali żoni.
IV. LIKWIDI, KREMI U INGWENTI
Peress li l-likwidi, il-kremi u l-ingwenti jistgħu jkunu partikolarment suxxettibbli għal kontaminazzjoni mikrobika u kontaminazzjoni oħra matul il-manifattura, għandhom jiġu kkunsidrati l-miżuri li ġejjin:
|
(a) |
l-użu ta’ sistemi magħluqa għall-ipproċessar u t-trasferiment huwa rakkomandat. F’każijiet fejn il-prodotti jew il-kontenituri nodfa miftuħa jkunu esposti għall-ambjent, għandu jkun hemm ventilazzjoni effettiva b’arja ffiltrata; |
|
(b) |
it-tankijiet, il-kontenituri, il-pajpijiet u l-pompi għandhom ikunu mfassla u installati biex jiffaċilitaw it-tindif. B’mod partikolari, it-tagħmir għandu jinkludi minimu ta’ fergħat mejta jew siti fejn ir-residwi jistgħu jakkumulaw u jippromwovu l-proliferazzjoni mikrobika; |
|
(c) |
l-użu tal-apparat tal-ħġieġ għandu jiġi evitat kull meta jkun possibbli. Ħafna drabi, l-azzar inossidabbli ta’ kwalità għolja jkun il-materjal tal-għażla għall-partijiet li jiġu f’kuntatt mal-prodott; |
|
(d) |
il-kwalità kimika u mikrobijoloġika tal-ilma użat fil-produzzjoni għandha tiġi speċifikata u mmonitorjata. Għandha tingħata attenzjoni fil-manutenzjoni tas-sistemi tal-ilma sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ proliferazzjoni mikrobika. Wara kwalunkwe sanitizzazzjoni kimika tas-sistemi tal-ilma, għandha tiġi applikata proċedura ta’ iflaxxjar ivvalidata biex jiġi żgurat li l-aġent sanitizzanti jkun tneħħa b’mod effettiv; |
|
(e) |
il-materjali li x’aktarx iwaqqgħu l-fibri jew kontaminanti oħra, bħall-kartun jew il-pallets tal-injam, ma għandhomx jidħlu fiż-żoni fejn ikunu esposti l-prodotti jew il-kontenituri nodfa; |
|
(f) |
l-omoġeneità tat-taħlitiet jew tas-sospensjonijiet għandha tinżamm matul il-mili. Għandha tingħata attenzjoni speċjali fil-bidu ta’ proċess ta’ mili, wara waqfien u fit-tmiem tal-proċess biex jiġi żgurat li tinżamm l-omoġeneità; |
|
(g) |
meta l-prodott lest ma jiġix imballat minnufih, il-perjodu massimu tal-ħżin u l-kundizzjonijiet tal-ħżin għandhom jiġu speċifikati u rrispettati. |
V. GASSIJIET MEDIĊINALI
V.1. Kamp ta’ applikazzjoni
Din it-Taqsima tipprevedi rekwiżiti addizzjonali li huma applikabbli għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji li fihom gassijiet mediċinali. Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, it-terminu “gass” ikopri kwalunkwe sustanza li hija kompletament gassuża f’1,013 bar u +20 °C jew li għandha pressjoni ta’ fwar ta’ aktar minn 3 bar f’temperatura ta’ +50 C.
Fil-każ eċċezzjonali ta’ manifattura kontinwa, fejn l-ebda ħażna intermedja tal-gass bejn il-manifattura tas-sustanza attiva u l-manifattura tal-prodott mediċinali ma tkun possibbli, il-proċess kollu (mill-materjali tal-bidu tas-sustanza attiva sal-prodott mediċinali lest) jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
V.2. Persunal
Il-persunal għandu jkun imħarreġ speċifikament dwar il-perikli speċifiċi minn dawn il-prodotti; il-programmi ta’ taħriġ għandhom jinkludu sewwieqa tat-trakkijiet bit-tankers u persunal subkuntrattat li jista’ jinfluwenza l-kwalità tal-gassijiet mediċinali (bħal persunal inkarigat mill-manutenzjoni taċ-ċilindri (3) jew tal-valvi).
V.3. Bini
|
V.3.1. |
Iċ-ċilindri u r-reċipjenti krijoġeniċi mobbli (4) għandhom jiġu ċċekkjati, ippreparati, mimlija u maħżuna f’żoni separati minn gassijiet mhux mediċinali, u ma għandu jkun hemm l-ebda skambju ta’ ċilindri/reċipjenti krijoġeniċi mobbli bejn dawn iż-żoni. Madankollu, huwa aċċettabbli li jiġu vverifikati, ippreparati, mimlija u maħżuna gassijiet oħra fl-istess żoni, dment li tali operazzjonijiet jitwettqu skont prassi tajba ta’ manifattura. |
|
V.3.2. |
Il-bini għandu jkun imfassal biex jipprovdi żoni mmarkati separati għal gassijiet differenti u identifikazzjoni ċara kif ukoll segregazzjoni taċ-ċilindri/tar-reċipjenti krijoġeniċi mobbli fi stadji varji tal-ipproċessar (eż. “stennija għall-iċċekkjar”“stennija għall-mili”, “kwarantina”, “iċċertifikat”, “irrifjutat”, “kunsinni ppreparati”). Il-metodu użat biex jinkisbu dawn il-livelli varji ta’ segregazzjoni se jiddependi fuq in-natura, il-firxa u l-kumplessità tal-operazzjoni ġenerali. Jistgħu jintużaw żoni tal-art demarkati, diviżjonijiet, barrieri, sinjali, tikketti jew mezzi xierqa oħra. |
|
V.3.3. |
Iċ-ċilindri/ir-reċipjenti krijoġeniċi tad-dar (5) (kemm jekk vojta wara l-għażla jew il-manutenzjoni u kemm jekk mimlijin) għandhom jinħażnu taħt għata u jiġu protetti minn kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Iċ-ċilindri mimlija/ir-reċipjenti krijoġeniċi mobbli għandhom jinħażnu b’mod li jiżgura li jiġu kkunsinnati fi stat nadif, kompatibbli mal-ambjent li fih se jintużaw. |
|
V.3.4. |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin meħtieġa mill-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni (eż. għat-taħlitiet tal-gass fejn isseħħ is-separazzjoni tal-fażi mal-iffriżar) għandhom jiġu rispettati. |
V.4. Tagħmir
|
V.4.1. |
It-tagħmir għandu jkun imfassal biex jiżgura li l-gass it-tajjeb jimtela fil-kontenitur it-tajjeb (6). Normalment, ma għandu jkun hemm l-ebda konnessjoni inkroċjata bejn pipelines li jġorru gassijiet differenti. Jekk ikunu meħtieġa konnessjonijiet inkroċjati (eż. tagħmir għall-mili ta’ taħlitiet) bħala parti mill-proċess ta’ kwalifika, għandu jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata bejn il-gassijiet differenti. Barra minn hekk, il-manifolds (7) għandhom ikunu mgħammra b’konnessjonijiet speċifiċi. L-użu ta’ konnessjonijiet li jissodisfaw standards differenti fl-istess sit tal-mili għandu jiġi kkontrollat bir-reqqa, kif ukoll l-użu ta’ adapters li jistgħu jkunu meħtieġa biex jiġu evitati s-sistemi speċifiċi ta’ konnessjonijiet tal-mili. |
|
V.4.2. |
It-tankijiet (8) u t-tankers (9) għandhom ikunu ddedikati għal kwalità tal-gass waħda u definita. Madankollu, il-gassijiet mediċinali jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati fl-istess tankijiet/kontenituri għall-ħażna intermedja/tankers bħall-istess gass mhux mediċinali, dment li l-kwalità ta’ dan tal-aħħar tkun mill-inqas ugwali għall-kwalità tal-gass mediċinali, li jinżammu l-istandards ta’ prassi tajba ta’ manifattura u li l-approċċ ikun iġġustifikat skont il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. |
|
V.4.3. |
Sistema komuni li tforni l-gass lil manifolds tal-gass mediċinali u mhux mediċinali hija aċċettabbli biss jekk ikun hemm metodu vvalidat biex jiġi evitat fluss lura mil-linja tal-gass mhux mediċinali għal-linja tal-gass mediċinali. |
|
V.4.4. |
Il-manifolds tal-mili għandhom ikunu dedikati għal gass mediċinali wieħed jew għal taħlita partikolari ta’ gassijiet mediċinali. F’każijiet eċċezzjonali, il-mili tal-gassijiet użati għal skopijiet mhux mediċinali fuq manifolds użati għall-gassijiet mediċinali jista’ jkun aċċettabbli jekk ikun debitament ġustifikat u mwettaq taħt kontroll. F’dawn il-każijiet, il-kwalità tal-gass mhux mediċinali għandha tkun mill-inqas ugwali għall-kwalità meħtieġa tal-gass mediċinali u għandhom jinżammu l-istandards ta’ prassi tajba ta’ manifattura. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, il-mili għandu jsir fuq manifattura ta’ kampanja. |
|
V.4.5. |
L-operazzjonijiet ta’ tiswija u manutenzjoni (inkluż it-tindif u t-tbattil totali (10)) tat-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw ħażin il-kwalità tal-gassijiet mediċinali. B’mod partikolari, il-proċeduri għandhom jiddeskrivu l-miżuri li għandhom jittieħdu wara operazzjonijiet ta’ tiswija u manutenzjoni li jinvolvu ksur tal-integrità tas-sistema. B’mod speċifiku, għandu jintwera li t-tagħmir huwa ħieles minn kwalunkwe kontaminazzjoni li tista’ taffettwa ħażin il-kwalità tal-prodott lest qabel ma jiġi rilaxxat għall-użu. Għandhom jinżammu rekords. |
|
V.4.6. |
Proċedura għandha tiddeskrivi l-miżuri li għandhom jittieħdu meta tanker jerġa’ jidħol fis-servizz tal-gass mediċinali (wara li jittrasporta gass mhux mediċinali skont il-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima V.4.2, jew wara operazzjoni ta’ manutenzjoni), li għandha tinkludi ttestjar analitiku xieraq. |
V.5. Dokumentazzjoni
|
V.5.1. |
Id-data inkluża fir-rekords għal kull lott ta’ gassijiet mediċinali għandha tiżgura li kull kontenitur mimli jkun traċċabbli għal aspetti sinifikanti tal-operazzjonijiet ta’ mili rilevanti. Kif xieraq, għandu jiddaħħal dan li ġej:
|
|
V.5.2. |
Għandhom jinżammu rekords għal kull lott ta’ gass maħsub biex jiġi kkunsinnat f’tankijiet f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa. Dawn ir-rekords għandhom, kif xieraq, jinkludu dan li ġej:
|
V.6. Produzzjoni
|
V.6.1. |
It-trasferimenti u l-kunsinni ta’ gass krijoġeniku u likwifikat (11) għandhom isiru f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
V.6.2. |
Il-mili u t-tikkettar taċ-ċilindri u tar-reċipjenti krijoġeniċi mobbli għandhom isiru skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
V.7. Kontroll tal-kwalità
|
V.7.1. |
Għaċ-ċilindri, il-pjan tal-kampjunar u l-analiżi li għandha titwettaq għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni:
Għandu jitwettaq l-ittestjar għall-kontenut tal-ilma sakemm ma jkunx iġġustifikat mod ieħor. |
|
V.7.2. |
L-ittestjar finali fuq reċipjenti krijoġeniċi mobbli għandu jinkludi test għall-assaġġ u għall-identità fuq kull reċipjent, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. L-ittestjar bil-lottijiet huwa aċċettabbli biss jekk ikun intwera li l-attributi kritiċi tal-gass li jifdal f’kull reċipjent qabel il-mili mill-ġdid ikunu nżammu. |
|
V.7.3. |
Ir-reċipjenti krijoġeniċi miżmuma mill-klijenti (tankijiet f’faċilitajiet tal-kura tas-saħħa jew reċipjenti krijoġeniċi tad-dar) li jimtlew mill-ġdid f’posthom minn tankers apposta ma għandhomx għalfejn jittiħdulhom kampjuni wara l-mili, dment li jkun hemm ċertifikat ta’ analiżi dwar il-kontenut tat-tanker li jakkumpanja l-kunsinna. Madankollu, għandu jintwera li l-ispeċifikazzjoni tal-gass fir-reċipjenti tkun inżammet matul il-mili mill-ġdid suċċessiv. |
|
V.7.4. |
Mhumiex meħtieġa kampjuni ta’ referenza u kampjuni miżmuma, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Studji kontinwi dwar l-istabbiltà mhumiex meħtieġa f’każ li l-istudji inizjali dwar l-istabbiltà jkunu ġew sostitwiti b’data biblijografika (16). |
VI. PREPARATI B’DOŻA MKEJLA F’AEROSOL TAĦT PRESSJONI GĦALL-INALAZZJONI
VI.1. Ġenerali
|
VI.1.1. |
Il-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji b’doża mkejla f’aerosol taħt pressjoni għall-inalazzjoni b’valvi tal-kejl għandha ssir f’kundizzjonijiet li jimminimizzaw il-kontaminazzjoni mikrobika u partikolata. |
|
VI.1.2. |
L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-komponenti tal-valv u, fil-każ ta’ sospensjonijiet, tal-uniformità, hija partikolarment importanti. |
VI.2. Bini u tagħmir
|
VI.2.1. |
Kull meta jkun possibbli, il-manifattura u l-mili għandhom isiru f’sistema magħluqa. |
|
VI.2.2. |
Meta jiġu esposti prodotti jew komponenti nodfa, iż-żona għandha tiġi alimentata b’arja ffiltrata, tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ mill-inqas ambjent ta’ Grad D u tiddaħħal permezz ta’ airlocks. |
VI.3. Produzzjoni u kontroll tal-kwalità
|
VI.3.1. |
L-ispeċifikazzjonijiet, il-kampjunar u l-ittestjar għall-valvi tal-kejl għandhom jindirizzaw b’mod adegwat il-kumplessità tagħhom. |
|
VI.3.2. |
Il-manifattur tal-valv għandu jiġi awditjat fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-kwalità. |
|
VI.3.3. |
Il-fluwidi kollha (eż. il-propellanti likwidi jew gassużi) għandhom jiġu ffiltrati sabiex jitneħħew partikoli akbar minn 0,2 mikron. Għandha tiġi kkunsidrata filtrazzjoni addizzjonali immedjatament qabel il-mili, fejn possibbli. |
|
VI.3.4. |
Il-kontenituri u l-valvi għandhom jitnaddfu bl-użu ta’ proċedura validata xierqa għall-użu tal-prodott biex jiġi żgurat in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontaminant, bħal għajnuniet għall-ipproċessar (eż. lubrikanti) jew kontaminanti mikrobijoloġiċi mhux dovuti. Wara t-tindif, il-valvi għandhom jinżammu f’kontenituri nodfa u magħluqa u għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex ma tiġix introdotta kontaminazzjoni matul l-immaniġġjar sussegwenti, eż. il-kampjunar. Il-kontenituri għandhom jiddaħħlu fil-linja tal-mili f’kundizzjoni nadifa jew jitnaddfu fuq il-linja immedjatament qabel ma jimtlew. |
|
VI.3.5. |
Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità tas-sospensjonijiet fil-punt tal-mili matul il-proċess tal-mili. |
|
VI.3.6. |
Meta jintuża proċess ta’ mili b’żewġ injezzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li ż-żewġ injezzjonijiet ikunu tal-piż korrett sabiex tinkiseb il-kompożizzjoni korretta. Għal dan l-għan, huwa rrakkomandat iċċekkjar tal-piż ta’ 100 % f’kull stadju. |
|
VI.3.7. |
Il-kontrolli wara l-mili għandhom jiżguraw in-nuqqas ta’ tnixxija bla bżonn. Kwalunkwe test tat-tnixxija għandu jsir b’mod li jevita l-kontaminazzjoni mikrobika jew l-indewwa residwa. |
(1) Il-manifatturi għandhom iwettqu dawn il-passi f’konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Għall-passi inizjali li jseħħu fil-qasam, kif iġġustifikat fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, għandhom japplikaw l-istandards ta’ prattika agrikola u ta’ ġbir tajba (GACP, good agricultural and collection practice) għall-materjali tal-bidu ta’ oriġini erbali. Għandha tapplika prassi tajba ta’ manifattura għal passi ulterjuri ta’ tqattigħ u tnixxif.
(2) Fir-rigward tal-espressjoni mill-pjanti u d-distillazzjoni, jekk ikun meħtieġ li dawn l-attivitajiet ikunu parti integrali mill-ħsad biex tinżamm il-kwalità tal-prodott fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet approvati, huwa aċċettabbli li dawn jitwettqu fl-għelieqi, dment li l-kultivazzjoni tkun konformi mal-GACP. Dan l-approċċ jista’ jiġi aċċettat biss f’każijiet eċċezzjonali u dment li jkun miftiehem fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni rilevanti. Għall-attivitajiet imwettqa fil-qasam, għandhom jiġu żgurati d-dokumentazzjoni, il-kontroll u l-validazzjoni xierqa skont il-prinċipji ta’ manifattura tajba.
(3) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “ċilindru” tfisser kontenitur, normalment ċilindriku, adattat għal gass kompressat, likwifikat jew maħlul, mgħammar b’apparat li jirregola l-ħruġ spontanju ta’ gass fi pressjoni atmosferika u f’temperatura ambjentali.
(4) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “reċipjent krijoġeniku mobbli” tfisser kontenitur mobbli iżolat termalment u mfassal biex iżomm il-kontenut fi stat likwidu. Dan it-terminu ma jinkludix it-tankers.
(5) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “reċipjent krijoġeniku tad-dar” tfisser reċipjent krijoġeniku mobbli mfassal biex iżomm l-ossiġenu likwidu u jiddispensa l-ossiġenu gassuż fid-dar tal-pazjenti.
(6) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “kontenitur” tfisser reċipjent krijoġeniku (tank, tanker jew tip ieħor ta’ reċipjent krijoġeniku mobbli) ċilindru, sett ta’ ċilindri jew kwalunkwe imballaġġ ieħor li jkun f’kuntatt dirett mal-gass.
(7) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “manifold” tfisser tagħmir jew apparat imfassal biex jippermetti li kontenitur tal-gass wieħed jew aktar jitbattal jew jimtela fl-istess ħin.
(8) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “tank” tfisser kontenitur statiku iżolat termalment imfassal għall-ħażna ta’ gass likwifikat jew krijoġeniku. Tank jista’ jissejjaħ ukoll “reċipjent krijoġeniku fiss”.
(9) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “tanker” tfisser kontenitur iżolat termalment u mwaħħal fuq vettura għat-trasport ta’ gass likwifikat jew krijoġeniku.
(10) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “tbattil totali” tfisser it-tneħħija ta’ gass residwu minn kontenitur/sistema, l-ewwel permezz ta’ pressurizzazzjoni u mbagħad permezz tal-ivventjar tal-gass użat għat-tbattil totali sa 1,013 bar.
(11) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “gass likwifikat” tfisser gass li, meta jkun imballat għat-trasport, ikun parzjalment likwidu (jew solidu) f’temperatura ogħla minn – 50 °C.
(12) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “valv unidirezzjonali” tfisser valv li jippermetti fluss f’direzzjoni waħda biss.
(13) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “valv għaż-żamma ta’ pressjoni minima” tfisser valv taċ-ċilindru, li jżomm pressjoni pożittiva ‘l fuq mill-pressjoni atmosferika f’ċilindru tal-gass wara l-użu, sabiex jipprevjeni l-kontaminazzjoni interna taċ-ċilindru.
(14) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “evakwazzjoni” tfisser it-tneħħija ta’ gass residwu minn kontenitur/sistema għal pressjoni ta’ inqas minn 1,013 bar, bl-użu ta’ sistema tal-vakwu.
(15) Għall-gassijiet kompressati, għandha tinkiseb impurità teoretika massima ta’ 500 ppm v/v għal pressjoni tal-mili ta’ 200 bar f’temperatura ta’ 15 °C (u ekwivalenti għal pressjonijiet oħra tal-mili).
(16) Nota għall-Gwida CPMP/QWP/1719/00.
ANNESS IV
SISTEMI KOMPJUTERIZZATI
I. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għal sistemi kompjuterizzati li jintużaw b’rabta mal-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji, sa fejn tali użu jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ prassi tajba ta’ manifattura. L-użu ta’ sistemi tal-kompjuter f’siti ta’ manifattura għal skopijiet mhux konnessi mas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika (eż. għal kwistjonijiet tal-persunal, kwistjonijiet kummerċjali, eċċ.), mhumiex ikkonċernati mir-rekwiżiti f’dan l-Anness.
II. REKWIŻITI ĠENERALI
|
II.1. |
L-infrastruttura tal-IT (1) użata fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandha tkun kwalifikata. Kwalunkwe applikazzjoni tas-software relatata għandha tiġi vvalidata wkoll. Il-firxa tal-validazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità tal-prodott u l-integrità tad-data. |
|
II.2. |
L-esternalizzazzjoni ta’ kompiti/operazzjonijiet relatati mal-installazzjoni, il-konfigurazzjoni, il-validazzjoni, il-manutenzjoni, il-modifika ta’ sistema kompjuterizzata jew kwalunkwe servizz relatat ieħor jew għall-ipproċessar tad-data għandha ssir permezz ta’ kuntratt bil-miktub li għandu jipprevedi delineazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet ta’ kull parti. |
|
II.3. |
L-adegwatezza tal-kuntrattur (inkluż permezz ta’ awditi fejn xieraq) għandha tiġi vvalutata bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
II.4. |
Id-dokumentazzjoni pprovduta ma’ prodotti kummerċjali kummerċjalment disponibbli għandha tiġi rieżaminata mill-manifattur biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-utent huma ssodisfati. |
|
II.5. |
Il-fornituri ta’ software speċifikament żviluppat/adattat għall-użu fil-proċess tal-manifattura għandhom ikunu kkwalifikati. Fejn meħtieġ u fuq talba tal-ispetturi, il-manifattur ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandu jkun jista’ jipproduċi informazzjoni mis-sistema ta’ kwalità tal-fornituri jew tal-iżviluppaturi ta’ tali software speċifiku. Il-ftehimiet kuntrattwali bejn il-fornituri tas-software u l-manifattur ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandu jkun fihom dispożizzjonijiet adegwati għal dan l-għan. |
III. FAŻI TA’ ŻVILUPP
|
III.1. |
Il-manifattur għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha biex jiżgura li s-sistema tkun xierqa biex tiżgura l-kwalità tal-prodott, il-konsistenza tal-proċess tal-manifattura u l-konformità mal-għanijiet tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. |
|
III.2. |
L-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-utent għandhom jiddeskrivu l-funzjonijiet meħtieġa tas-sistema kompjuterizzata u għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju. L-ispeċifikazzjonijiet tar-rekwiżiti tal-utent għandhom ikunu traċċabbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema kompjuterizzata. |
|
III.3. |
L-istandards, il-protokolli, il-kriterji ta’ aċċettazzjoni, il-proċeduri u r-rekords għandhom ikunu ġġustifikati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju. |
|
III.4. |
Id-dokumentazzjoni u r-rapporti ta’ validazzjoni għandhom ikopru l-passi rilevanti taċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Id-dokumentazzjoni ta’ validazzjoni għandha tinkludi rekords ta’ kontroll tat-tibdil (jekk applikabbli) u rapporti dwar kwalunkwe devjazzjoni osservata matul il-proċess ta’ validazzjoni. |
|
III.5. |
Għandu jkun hemm proċess fis-seħħ għall-validazzjoni ta’ sistemi kompjuterizzati apposta jew personalizzati li jiżgura l-valutazzjoni u r-rappurtar formali tal-parametri tal-kwalità u tal-prestazzjoni għall-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema. |
|
III.6. |
Għandha tintwera l-adegwatezza tal-proċeduri tal-ittestjar u tax-xenarji tat-test. Il-limiti tal-parametri (tal-proċess) tas-sistema, il-limiti tad-data u l-immaniġġjar tal-iżbalji għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq. Meta jintużaw għodod tal-ittestjar awtomatizzati, għandha tkun meħtieġa valutazzjoni tal-adegwatezza tagħhom, inkluż tal-ambjent fejn ikun qed jitwettaq it-test. |
|
III.7. |
Meta d-data tiġi ttrasferita għal format jew sistema oħra ta’ data, għandu jiġi vverifikat li l-proċess ta’ migrazzjoni ma jkunx biddel id-data (fil-valur jew fit-tifsira). |
IV. FAŻI OPERATTIVA
|
IV.1. |
Għandha tinżamm lista aġġornata tas-sistemi rilevanti kollha u tal-funzjonalità tagħhom (inventarju). Fil-każ ta’ sistemi kritiċi, id-deskrizzjoni tas-sistema għandha tagħti dettalji dwar l-arranġamenti fiżiċi u loġiċi, il-flussi tad-data u l-interfaċċi ma’ sistemi jew proċessi oħra, kwalunkwe prerekwiżit tal-hardware u tas-software u l-miżuri tas-sigurtà. |
|
IV.2. |
Is-sistemi kompjuterizzati li jiskambjaw id-data b’mod elettroniku ma’ sistemi oħra għandhom jinkludu verifiki integrati xierqa għad-dħul u l-ipproċessar korretti u siguri tad-data. |
|
IV.3. |
Għal data kritika mdaħħla manwalment, għandna ssir verifika addizzjonali dwar il-preċiżjoni tad-data. Din il-verifika tista’ ssir minn operatur ieħor jew b’mezzi elettroniċi vvalidati. Il-kritikalità u l-konsegwenzi potenzjali ta’ data żbaljata jew imdaħħla b’mod skorrett għandhom jiġu indirizzati skont il-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskju. |
|
IV.4. |
Id-data għandha tiġi żgurata kemm b’mezzi fiżiċi kif ukoll b’mezzi elettroniċi kontra l-ħsara. Għandhom jiġu żgurati l-leġġibbiltà u l-preċiżjoni tad-data maħżuna, kif ukoll l-aċċessibbiltà tagħha matul il-perjodu taż-żamma. |
|
IV.5. |
Għandhom isiru backups regolari tad-data rilevanti kollha. L-integrità u l-preċiżjoni tad-data backup u l-kapaċità li d-data tiġi restawrata għandhom jiġu vverifikati matul il-validazzjoni u jiġu mmonitorjati perjodikament. |
|
IV.6. |
Għandu jiġi żgurat li d-data maħżuna elettronikament tkun tista’ tiġi stampata. Għal rekords li jappoġġaw ir-rilaxx ta’ lottijiet għandu jkun possibbli li jiġu ġġenerati kopji stampati li jindikaw jekk xi data nbidlitx mill-entrata oriġinali. |
|
IV.7. |
Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, jista’ jkun xieraq li is-sistema tinkorpora l-ħolqien ta’ rekord tal-bidliet kollha li huma rilevanti biex tintwera l-konformità mal-prassi tajba ta’ manifattura u t-tħassir (“rekord tal-awditjar” iġġenerat mis-sistema). F’każ ta’ bidla jew tħassir ta’ data rilevanti, ir-raġuni għandha tiġi ddokumentata. Ir-rekords tal-awditjar għandhom ikunu disponibbli u konvertibbli f’forma ġeneralment intelliġibbli u jiġu rieżaminati regolarment. |
|
IV.8. |
Il-bidliet f’sistema kompjuterizzata, fosthom il-konfigurazzjonijiet tas-sistema, għandhom isiru biss b’mod ikkontrollat f’konformità ma’ proċedura definita. |
|
IV.9. |
Is-sistemi kompjuterizzati għandhom jiġu evalwati perjodikament biex jiġi kkonfermat li għadhom fi stat validu u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Tali evalwazzjonijiet għandhom jinkludu, fejn xieraq, il-firxa attwali ta’ funzjonalità, ir-rekords ta’ devjazzjoni, l-inċidenti, il-problemi, l-istorja tal-aġġornamenti, il-prestazzjoni, l-affidabbiltà, ir-rapporti dwar l-istatus tas-sigurtà u tal-validazzjoni. |
|
IV.10. |
Għandu jkun hemm kontrolli fiżiċi jew loġiċi fis-seħħ biex jirrestrinġu l-aċċess għas-sistemi kompjuterizzati u għaż-żona tal-ħżin tad-data għal persuni awtorizzati biss. Għandhom jiġu implimentati metodi xierqa għall-prevenzjoni ta’ dħul mhux awtorizzat fis-sistema, proporzjonati għall-kritikalità tas-sistema kompjuterizzata. |
|
IV.11. |
Il-ġenerazzjoni, il-bidla jew il-kanċellazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet għall-aċċess għandhom jiġu rreġistrati. |
|
IV.12. |
L-identità tal-operaturi li joħolqu, jibdlu, jikkonfermaw jew iħassru d-data għandha tiġi rreġistrata, inkluż id-data u l-ħin fejn iseħħu l-operazzjonijiet. |
|
IV.13. |
L-inċidenti kollha, mhux biss il-ħsarat fis-sistema u l-iżbalji fid-data, għandhom jiġu rrapportati u vvalutati. Għandha dejjem tiġi identifikata l-kawża ewlenija ta’ inċident kritiku u għandha tifforma l-bażi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet korrettivi u preventivi, kif xieraq. |
|
IV.14. |
Ir-rekords elettroniċi jistgħu jiġu ffirmati b’mod elettroniku. Il-firem elettroniċi għandhom ikunu marbuta b’mod permanenti mar-rekord rispettiv tagħhom u għandhom jinkludu l-ħin u d-data ta’ meta ġew iġġenerati. |
|
IV.15. |
Meta tintuża sistema kompjuterizzata għar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, is-sistema għandha tkun imfassla/ikkontrollata biex tiżgura li l-persuna kwalifikata biss tkun tista’ tiċċertifika l-lottijiet. |
|
IV.16. |
Il-kontinwità tal-operazzjonijiet imwettqa minn sistemi kompjuterizzati li jappoġġaw il-proċessi kritiċi għandha tiġi żgurata f’każ ta’ ħsara fis-sistema (eż. permezz ta’ sistema manwali jew sistema alternattiva oħra). Iż-żmien meħtieġ biex l-arranġamenti alternattivi jibdew jintużaw għandu jkun proporzjonat mar-riskji. L-arranġamenti implimentati għandhom jiġu ddokumentati u ttestjati. |
|
IV.17. |
Id-data tista’ tiġi arkivjata. Din id-data għandha tiġi ċċekkjata għall-aċċessibbiltà, għal-leġġibbiltà u għall-integrità. Jekk iridu jsiru bidliet rilevanti fis-sistema (eż. fit-tagħmir jew il-programmi tal-kompjuter), allura għandha tiġi żgurata u ttestjata l-kapaċità li tiġi rkuprata d-data. |
(1) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “infrastruttura tal-IT” tfisser il-hardware u s-software li huma meħtieġa biex is-sistema tiffunzjona (eż. is-software tan-networking u s-sistemi ta’ operazzjoni).
ANNESS V
KWALIFIKA U VALIDAZZJONI
I. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-kwalifika ta’ tagħmir, faċilitajiet, utilitajiet u sistemi użati għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji u għall-validazzjoni tal-proċess ta’ manifattura. Is-sistemi kompjuterizzati użati għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji għandhom jiġu vvalidati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV.
II. REKWIŻITI ĠENERALI
|
II.1. |
Id-deċiżjonijiet dwar l-ambitu u l-firxa tal-kwalifika/validazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju dokumentata. Il-kwalifika/validazzjoni retrospettiva mhijiex aċċettabbli. Id-data li tappoġġa studji ta’ kwalifika/validazzjoni li nkisbu minn sorsi barra mill-programmi tal-manifatturi stess tista’ tintuża dment li dan l-approċċ ikun ġustifikat u jkun hemm assigurazzjoni adegwata tal-affidabbiltà tiegħu biex jappoġġa l-kwalifika/validazzjoni maħsuba. |
|
II.2. |
L-attivitajiet ta’ kwalifika u validazzjoni għandhom iqisu ċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet, is-sistemi rilevanti u tal-prodott mediċinali veterinarju. |
|
II.3. |
Kwalunkwe bidla ppjanata fit-tagħmir, fil-faċilitajiet, fl-utilitajiet, fis-sistemi jew fil-proċess ta’ manifattura li tista’ taffettwa l-kwalità tal-prodott mediċinali veterinarju għandha tiġi ddokumentata formalment u l-impatt tagħha fuq l-istatus jew l-istrateġija ta’ kontroll ivvalidata għandu jiġi vvalutat. |
|
II.4. |
L-attivitajiet ta’ kwalifika u validazzjoni għandhom jitwettqu biss minn persunal imħarreġ kif xieraq li jsegwi proċeduri approvati, inkluż dwar ir-rapportar. Għandu jkun hemm sorveljanza xierqa fuq iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta’ validazzjoni. |
|
II.5. |
L-elementi ewlenin tal-programm ta’ kwalifika u validazzjoni tas-sit għandhom jiġu definiti u dokumentati b’mod ċar fi pjan ewlieni ta’ validazzjoni jew f’dokument ekwivalenti, li – bħala minimu – għandu jinkludi jew jirreferi għal dan li ġej:
|
|
II.6. |
Għandu jintuża approċċ ta’ ġestjoni tar-riskji għall-kwalità għall-attivitajiet ta’ kwalifika u ta’ validazzjoni. Fejn meħtieġ, fid-dawl ta’ għarfien akbar miksub matul iċ-ċiklu tal-ħajja, il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu ripetuti. Il-mod li bih il-valutazzjonijiet tar-riskju jintużaw biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ kwalifika u validazzjoni għandu jiġi ddokumentat. |
|
II.7. |
Għandhom jiġu inkorporati verifiki xierqa fil-ħidma ta’ kwalifika u validazzjoni biex tiġi żgurata l-integrità tad-data kollha miksuba. |
III. DOKUMENTAZZJONI
|
III.1. |
Id-dokumenti kollha ġġenerati matul il-kwalifika u l-validazzjoni għandhom jiġu approvati u awtorizzati minn persunal xieraq kif definit fis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika. |
|
III.2. |
L-interrelazzjoni bejn id-dokumenti fi proġetti kumplessi ta’ kwalifika/validazzjoni għandha tiġi definita b’mod ċar. |
|
III.3. |
Għandhom jitħejjew protokolli ta’ kwalifika/validazzjoni li jiddefinixxu s-sistemi, l-attributi u l-parametri kritiċi u l-kriterji ta’ aċċettazzjoni assoċjati. |
|
III.4. |
Id-dokumenti ta’ kwalifika jistgħu jiġu kkombinati flimkien, fejn xieraq, eż. il-kwalifika tal-installazzjoni u l-kwalifika operazzjonali. |
|
III.5. |
Meta l-protokolli ta’ kwalifika/validazzjoni u dokumentazzjoni oħra jiġu pprovduti minn parti terza li tipprovdi servizzi ta’ validazzjoni, il-persunal xieraq fis-sit tal-manifattura għandu jikkonferma l-adegwatezza u l-konformità tagħhom mal-proċeduri interni qabel l-approvazzjoni. Il-protokolli tal-bejjiegħa jistgħu jiġu supplimentati b’dokumentazzjoni/protokolli tat-test addizzjonali qabel l-użu. |
|
III.6. |
Kwalunkwe bidla sinifikanti fil-protokoll approvat matul l-eżekuzzjoni (eż. il-kriterji ta’ aċċettazzjoni, il-parametri operattivi eċċ.), għandha tiġi dokumentata bħala devjazzjoni u tkun ġustifikata xjentifikament. |
|
III.7. |
Ir-riżultati li jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji ta’ aċċettazzjoni predefiniti għandhom jiġu rreġistrati bħala devjazzjoni u jiġu investigati bis-sħiħ. L-implikazzjonijiet għall-istatus ta’ kwalifika/validazzjoni għandhom jiġu diskussi fir-rapport. |
|
III.8. |
Ir-rieżami u l-konklużjonijiet tal-kwalifika/validazzjoni għandhom jiġu rapportati u r-riżultati miksuba għandhom jinġabru fil-qosor skont il-kriterji ta’ aċċettazzjoni. Kwalunkwe bidla sussegwenti fil-kriterji ta’ aċċettazzjoni għandha tkun ġustifikata xjentifikament u għandha ssir rakkomandazzjoni finali dwar l-eżitu tal-kwalifika/validazzjoni. |
|
III.9. |
Rilaxx formali għall-istadju li jmiss fil-proċess ta’ kwalifika/validazzjoni għandu jiġi awtorizzat mill-persunal responsabbli rilevanti jew bħala parti mill-approvazzjoni tar-rapport ta’ kwalifika/validazzjoni jew bħala dokument sommarju separat. L-approvazzjoni kondizzjonali biex wieħed jipproċedi għall-istadju ta’ kwalifika/validazzjoni li jmiss tista’ tingħata meta ċerti kriterji ta’ aċċettazzjoni jew devjazzjonijiet ma jkunux ġew indirizzati bis-sħiħ, u jkun hemm valutazzjoni dokumentata li ssostni li ma hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq l-attività li jmiss. |
IV. STADJI TA’ KWALIFIKA GĦAT-TAGĦMIR, IL-FAĊILITAJIET, L-UTILITAJIET U S-SISTEMI
|
IV.1. |
L-attivitajiet ta’ kwalifika għandhom jikkunsidraw l-istadji kollha, mill-iżvilupp inizjali tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent sal-użu aħħari tat-tagħmir, il-faċilità, l-utilità jew is-sistema. Filwaqt li l-istadji/il-kriterji speċifiċi għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-proġett, l-istadji ewlenin u xi kriterji li jistgħu jiġu inklużi f’kull stadju huma indikati fit-Taqsimiet IV.2 sa IV.7 għal skopijiet ta’ orjentazzjoni. |
IV.2. Speċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent
L-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet jew is-sistemi għandhom jiġu definiti fl-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent jew f’dokument ta’ speċifikazzjoni funzjonali. L-elementi essenzjali tal-kwalità għandhom jinbnew f’dan l-istadju, u kwalunkwe riskju għandu jiġi mitigat għal livell aċċettabbli. L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżit tal-utent hija punt ta’ referenza matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-validazzjoni.
IV.3. Kwalifika tat-tfassil
Il-kwalifika tat-tfassil hija l-verifika dokumentata li t-tfassil propost tat-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet jew is-sistemi huwa adattat għall-iskop maħsub. Permezz tal-kwalifika tat-tfassil, il-konformità tat-tfassil ma’ prassi tajba ta’ manifattura għandha tintwera u tiġi dokumentata wkoll. Ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent għandhom jiġu vverifikati matul il-kwalifika tat-tfassil.
IV.4. Ittestjar tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika/Ittestjar tal-aċċettazzjoni fis-sit
Meta applikabbli, it-tagħmir jista’ jiġi evalwat fis-sit tal-bejjiegħ, qabel il-kunsinna. Dan jista’ jkun partikolarment rilevanti fil-każ ta’ teknoloġiji ġodda jew kumplessi.
Qabel l-installazzjoni, it-tagħmir għandu jiġi kkonfermat li jikkonforma mal-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-utent/l-ispeċifikazzjoni funzjonali fis-sit tal-bejjiegħ, jekk applikabbli.
Fejn xieraq u ġustifikat, jistgħu jitwettqu rieżami tad-dokumentazzjoni u xi testijiet bħala parti mill-ittestjar tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika jew stadji oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ ripetizzjoni tagħhom fuq il-post bħala parti mill-kwalifika tal-installazzjoni jew mill-kwalifika operazzjonali, dment li jintwera li l-funzjonalità mhijiex affettwata mit-trasport u mill-installazzjoni.
L-ittestjar tal-aċċettazzjoni fil-fabbrika jista’ jiġi ssupplimentat bl-eżekuzzjoni ta’ ttestjar tal-aċċettazzjoni tas-sit wara li jiġi riċevut it-tagħmir fis-sit tal-manifattura.
IV.5. Kwalifika tal-installazzjoni (IQ, installation qualification)
Il-kwalifika tal-installazzjoni hija l-verifika dokumentata li t-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet jew is-sistemi, kif installati jew modifikati, jikkonformaw mat-tfassil approvat u mar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.
Il-kwalifika tal-installazzjoni għandha tinkludi dawn li ġejjin, iżda mhijiex limitata għalihom:
|
(a) |
il-verifika tal-installazzjoni korretta tal-komponenti, l-istrumentazzjoni, it-tagħmir, il-pajpijiet u s-servizzi mad-disinji u l-ispeċifikazzjonijiet tal-inġinerija; |
|
(b) |
il-verifika tal-installazzjoni korretta skont il-kriterji definiti minn qabel; |
|
(c) |
il-ġbir u l-kollazzjoni tal-istruzzjonijiet operattivi u tax-xogħol tal-fornitur u r-rekwiżiti tal-manutenzjoni; |
|
(d) |
il-kalibrazzjoni tal-istrumenti; |
|
(e) |
il-verifika tal-materjali tal-kostruzzjoni. |
IV.6. Kwalifika operazzjonali (OQ, operational qualification)
Il-kwalifika operazzjonali hija l-verifika dokumentata li t-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet jew is-sistemi, kif installati jew modifikati, jaħdmu kif maħsub tul il-firxiet operattivi antiċipati. Filwaqt li l-kwalifika operattiva normalment issegwi l-kwalifika tal-installazzjoni, skont il-kumplessità tat-tagħmir, tista’ titwettaq kwalifika kombinata ta’ installazzjoni/operazzjoni.
Il-kwalifika operazzjonali għandha tinkludi dawn li ġejjin, iżda mhijiex limitata għalihom:
|
— |
it-testijiet li ġew żviluppati mill-għarfien tal-proċessi, is-sistemi u t-tagħmir biex jiġi żgurat li s-sistema qed taħdem kif kienet imfassla; |
|
— |
it-testijiet biex jiġu kkonfermati l-limiti operattivi superjuri u inferjuri, inkluż il-kundizzjonijiet ta’ l-agħar każ possibbli. |
IV.7. Kwalifika tal-prestazzjoni
Il-kwalifika tal-prestazzjoni hija l-verifika dokumentata li t-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet jew is-sistemi jistgħu jaħdmu b’mod effettiv u riproduċibbli abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet approvati u l-proċess tal-manifattura. Filwaqt li dan il-pass ġeneralment għandu jseħħ wara t-tlestija b’suċċess tal-installazzjoni u tal-kwalifika operazzjonali, f’xi każijiet, jista’ jkun xieraq li dan jitwettaq flimkien mal-kwalifika operazzjonali jew mal-validazzjoni tal-proċess.
Il-kwalifika tal-prestazzjoni għandha tinkludi testijiet, bl-użu ta’ materjali tal-produzzjoni, sostituti kwalifikati jew prodott simulat li jkun intwera li għandu mġiba ekwivalenti f’kundizzjonijiet operattivi normali bid-daqsijiet tal-lottijiet tal-agħar każ. Il-frekwenza tal-kampjunar użata biex jiġi kkonfermat il-kontroll tal-proċess għandha tiġi ġustifikata.
It-testijiet għandhom ikopru l-firxa operattiva tal-proċess maħsub, sakemm ma tkunx disponibbli evidenza dokumentata mill-fażijiet tal-iżvilupp li tikkonferma l-firxiet operazzjonali.
Rekwiżiti oħrajn
|
IV.8. |
Il-kwalità tal-fwar, tal-ilma, tal-arja u ta’ gassijiet oħra għandha tiġi kkonfermata wara l-installazzjoni f’konformità mal-approċċ imsemmi hawn fuq. Il-perjodu u l-firxa tal-kwalifika għandhom iqisu kif xieraq il-varjazzjonijiet staġjonali (fejn rilevanti) u l-użu maħsub tal-utilità. |
|
IV.9. |
Għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju f’każijiet fejn jista’ jkun hemm kuntatt dirett mal-prodott (eż. is-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (HVAC, heating, ventilation and air-conditioning)) jew kuntatt indirett (eż. permezz ta’ skambjaturi tas-sħana) biex jittaffa kwalunkwe riskju ta’ ħsara. |
|
IV.10. |
Il-kwalifika tat-tagħmir użat għall-imballaġġ primarju għandha titwettaq bil-firxiet operattivi minimi u massimi definiti għall-parametri kritiċi tal-proċess bħat-temperatura, il-veloċità tal-magna u l-pressjoni tal-issiġillar. |
V. RIKWALIFIKA
|
V.1. |
It-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet u s-sistemi għandhom jiġu evalwati mill-ġdid bi frekwenza xierqa biex jiġi kkonfermat li għadhom adattati għall-operazzjonijiet maħsuba. |
|
V.2. |
Il-ħtieġa għal rikwalifika (eż. wara bidliet fit-tagħmir/fis-sistemi) għandha tiġi evalwata abbażi tal-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. |
VI. VALIDAZZJONI TAL-PROĊESS
VI.1. Rekwiżiti ġenerali
|
VI.1.1. |
Il-validazzjoni tal-proċess hija l-evidenza dokumentata li l-proċess, operat fil-parametri stabbiliti, jista’ jaħdem b’mod effettiv u riproduċibbli biex jipproduċi prodott mediċinali veterinarju fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet u l-attributi tal-kwalità meħtieġa u, f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
VI.1.2. |
Permezz tal-validazzjoni tal-proċess għandu jintwera li l-attributi tal-kwalità u l-parametri tal-proċess kollha li huma importanti biex tiġi żgurata l-kwalità meħtieġa tal-prodott jistgħu jiġu ssodisfati b’mod konsistenti mill-proċess. Il-klassifikazzjoni tal-parametri tal-proċess u tal-attributi tal-kwalità bħala kritiċi jew mhux kritiċi għandha titwettaq wara li jitqies l-għarfien disponibbli dwar il-prodott u l-proċess (1) u abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju; dan għandu jiġi ddokumentat kif xieraq. |
|
VI.1.3. |
Il-proċessi tal-manifattura għandhom jintwerew li huma kapaċi jiżguraw produzzjoni konsistenti ta’ prodott tal-kwalità meħtieġa u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni qabel ma l-prodotti mediċinali veterinarji jiġu introdotti fis-suq. Il-validazzjoni retrospettiva mhijiex aċċettabbli. |
|
VI.1.4. |
Il-validazzjoni tal-proċess ta’ prodotti ġodda għandha tkopri l-qawwiet kummerċjali u s-siti tal-manifattura kollha maħsuba. L-approċċ tal-bracketing jista’ jiġi ġustifikat għal prodotti ġodda bbażati fuq għarfien estensiv tal-proċess mill-istadju tal-iżvilupp flimkien ma’ programm ta’ verifika kontinwu xieraq. |
|
VI.1.5. |
Għall-validazzjoni tal-proċess ta’ prodotti li jiġu ttrasferiti minn sit għal ieħor jew fi ħdan l-istess sit, l-għadd ta’ lottijiet ta’ validazzjoni jista’ jitnaqqas bl-użu ta’ approċċ tal-bracketing. Dan l-approċċ għandu jkun iġġustifikat xjentifikament abbażi tal-għarfien eżistenti dwar il-prodott. Il-qawwiet differenti, id-daqsijiet tal-lottijiet u d-daqsijiet tal-pakketti/it-tipi ta’ kontenituri jistgħu jużaw ukoll approċċ tal-bracketing, jekk dan ikun iġġustifikat. |
|
VI.1.6. |
Il-lottijiet użati għall-validazzjoni tal-proċess normalment għandhom ikunu tal-istess daqs tal-lottijiet fuq l-iskala kummerċjali li tkun ġiet maħsuba; l-użu ta’ kwalunkwe daqs ta’ lott ieħor għandu jkun debitament ġustifikat. |
|
VI.1.7. |
It-tagħmir, il-faċilitajiet, l-utilitajiet u s-sistemi użati għall-validazzjoni tal-proċess għandhom ikunu kkwalifikati. Barra minn hekk, il-metodi ta’ ttestjar użati għall-validazzjoni tal-proċess għandhom jiġu vvalidati għall-użu maħsub tagħhom. |
|
VI.1.8. |
Il-lottijiet ta’ validazzjoni jistgħu jiġu rilaxxati fis-suq biss jekk dan ikun definit minn qabel u dment li jikkonformaw ma’ prassi tajba ta’ manifattura (inkluż il-kriterji ta’ aċċettazzjoni ta’ validazzjoni jew il-kriterji ta’ verifika tal-proċess kontinwu) u mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
VI.2. Validazzjoni tal-proċess tradizzjonali
|
VI.2.1. |
Skont l-hekk imsejjaħ approċċ tradizzjonali, għadd ta’ lottijiet tal-prodott lest jiġu manifatturati f’kundizzjonijiet ta’ rutina biex tiġi konfermata r-riproduċibbiltà. |
|
VI.2.2. |
Filwaqt li ġeneralment jitqies aċċettabbli li minimu ta’ tliet lottijiet konsekuttivi manifatturati taħt kundizzjonijiet ta’ rutina jistgħu jikkostitwixxu validazzjoni tal-proċess, l-għadd ta’ lottijiet użati għall-validazzjoni tal-proċess għandu jiġi ġġustifikat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li tqis il-kumplessità tal-proċess u l-varjabbiltà tar-riżultati mill-proċess, kif ukoll fatturi rilevanti oħra.
Għadd alternattiv ta’ lottijiet jista’ jiġi ġġustifikat billi jitqies jekk jintużawx metodi standard ta’ manifattura u jekk prodotti jew proċessi simili humiex diġà manifatturati/użati fis-sit. Eżerċizzju ta’ validazzjoni inizjali bi tliet lottijiet jista’ jkollu bżonn jiġi ssupplimentat b’aktar data miksuba minn lottijiet sussegwenti bħala parti minn eżerċizzju ta’ verifika tal-proċess kontinwu. |
|
VI.2.3. |
Għandu jiġi żviluppat protokoll ta’ validazzjoni tal-proċess li għandu jiddefinixxi l-parametri kritiċi tal-proċess (jiġifieri l-parametri tal-proċess li l-varjabbiltà tagħhom għandha impatt fuq l-attributi tal-kwalità kritika, u li għalhekk għandhom jiġu monitorjati jew kontrollati biex tiġi żgurata l-kwalità mixtieqa tal-prodott), l-attributi tal-kwalità kritika (jiġifieri l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi li għandhom jiġu kkontrollati biex tiġi żgurata l-kwalità mixtieqa tal-prodott) u l-kriterji ta’ aċċettazzjoni assoċjati bbażati fuq data tal-iżvilupp jew għarfien tal-proċess. |
|
VI.2.4. |
Il-protokolli ta’ validazzjoni tal-proċess għandhom jinkludu dawn li ġejjin, iżda mhumiex limitati għalihom:
|
VI.3. Verifika kontinwa tal-proċess
|
VI.3.1. |
Il-verifika kontinwa tal-proċess tista’ tintuża bħala alternattiva għall-validazzjoni tradizzjonali tal-proċess għal prodotti żviluppati skont approċċ ta’ kwalità mid-disinn, fejn ikun ġie stabbilit xjentifikament matul il-fażi tal-iżvilupp li l-istrateġija ta’ kontroll stabbilita tipprovdi grad għoli ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-prodott. |
|
VI.3.2. |
Għandu jiġi definit il-metodu li bih jiġi vverifikat il-proċess. Għandu jkun hemm strateġija ta’ kontroll ibbażata fuq ix-xjenza għall-attributi meħtieġa għall-materjali li jidħlu, għall-attributi tal-kwalità kritika u għall-parametri kritiċi tal-proċess. L-istrateġija ta’ kontroll għandha tiġi evalwata regolarment. It-teknoloġija analitika tal-proċessi u l-kontroll tal-proċess statistiku multivarjat jistgħu jintużaw bħala għodod. |
|
VI.3.3. |
L-għadd ta’ lottijiet meħtieġa biex jintwera li l-proċess huwa kapaċi jwassal b’mod konsistenti prodott tal-kwalità mixtieqa u f’konformità mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għandu jiġi stabbilit każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-prodott u jiġu applikati l-prinċipji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità. |
VI.4. Approċċ ibridu
|
VI.4.1. |
Jista’ jintuża ibridu tal-approċċ tradizzjonali u l-verifika kontinwa tal-proċess fejn ikun hemm ammont sostanzjali ta’ għarfien dwar il-prodott u l-proċess miksub mill-esperjenza tal-manifattura u d-data storika tal-lottijiet. |
|
VI.4.2. |
Dan l-approċċ jista’ jintuża wkoll għal kwalunkwe attività ta’ validazzjoni wara bidliet jew matul verifika tal-proċess kontinwu anki jekk il-prodott kien inizjalment ivvalidat bl-użu ta’ approċċ tradizzjonali. |
VI.5. Verifika tal-proċess kontinwu matul iċ-ċiklu tal-ħajja
|
VI.5.1. |
Il-verifika tal-proċess kontinwu (magħrufa wkoll bħala verifika tal-proċess li għadu għaddej) hija l-evidenza dokumentata li l-proċess ta’ manifattura huwa kapaċi jiżgura produzzjoni konsistenti ta’ prodott tal-kwalità meħtieġa u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. Il-verifika tal-proċess kontinwu hija applikabbli irrispettivament mill-approċċ għall-validazzjoni tal-proċess implimentata (tradizzjonali, kontinwa jew ibrida). |
|
VI.5.2. |
Il-firxa u l-frekwenza tal-verifika tal-proċess li jkun għaddej għandhom jiġu rieżaminati perjodikament filwaqt li jitqies il-livell ta’ fehim tal-proċess u l-prestazzjoni tal-proċess. |
|
VI.5.3. |
Il-verifika tal-proċess kontinwu għandha titwettaq skont protokoll approvat jew dokumenti ekwivalenti u għandu jitħejja rapport biex jiddokumenta r-riżultati miksuba. Għandhom jintużaw għodod statistiċi, fejn xieraq, biex jappoġġaw kwalunkwe konklużjoni. |
|
VI.5.4. |
Il-verifika tal-proċess kontinwu għandha tintuża matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott biex tappoġġa l-istatus validat tal-prodott, filwaqt li jitqies l-eżitu tar-rieżami tal-kwalità tal-prodott. Għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-bidliet inkrementali maż-żmien u għandha tiġi vvalutata l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni addizzjonali, eż. kampjunar imtejjeb. |
VI.6. Validazzjoni konkorrenti
|
VI.6.1. |
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun hemm proporzjon qawwi bejn il-benefiċċji u r-riskji għall-annimal ittrattat, jista’ jkun aċċettabbli li ma jitlestiex programm ta’ validazzjoni qabel ma tibda l-produzzjoni ta’ rutina u tista’ tintuża validazzjoni konkorrenti. Madankollu, id-deċiżjoni li titwettaq validazzjoni konkorrenti trid tkun iġġustifikata, dokumentata u approvata minn persunal awtorizzat. |
|
VI.6.2. |
Meta jkun ġie adottat approċċ ta’ validazzjoni konkorrenti, għandu jkun hemm biżżejjed data li tappoġġa konklużjoni li kwalunkwe lott partikolari ta’ prodott huwa uniformi u jissodisfa l-kriterji ta’ aċċettazzjoni definiti. Ir-riżultati u l-konklużjonijiet għandhom ikunu dokumentati formalment u jkunu disponibbli għall-persuna kwalifikata qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-lott. |
VII. VALIDAZZJONI TAL-METODI TA’ TTESTJAR
|
VII.1. |
Il-metodi analitiċi li jintużaw għall-manifattura jew il-kontroll ta’ prodotti mediċinali veterinarji (inklużi dawk li jappoġġaw il-validazzjoni u l-kwalifika) għandhom jiġu vvalidati. Il-validazzjoni għandha turi l-adegwatezza tal-metodi analitiċi għall-iskop maħsub. |
|
VII.2. |
Il-proċeduri analitiċi, li jew huma deskritti fil-Farmakopea Ewropea, il-farmakopea ta’ Stat Membru, jew huma marbuta ma’ monografija speċifika għall-prodott, u jitwettqu skont il-monografija, ġeneralment jitqiesu bħala vvalidati. F’każijiet bħal dawn, għandha tiġi vverifikata l-adegwatezza tat-test ivvalidat għall-iskop maħsub. |
|
VII.3. |
Meta jitwettaq l-ittestjar mikrobjali tal-prodott, il-metodu għandu jiġi vvalidat biex jikkonferma li l-prodott ma jinfluwenzax l-irkupru tal-mikroorganiżmi. |
|
VII.4. |
Meta jsir ittestjar mikrobjali tas-superfiċi fi kmamar nodfa, il-metodu ta’ ttestjar għandu jiġi vvalidat biex jikkonferma li l-użu ta’ aġenti sanitizzanti ma jinfluwenzax l-irkupru ta’ mikroorganiżmi. |
VIII. VALIDAZZJONI TAT-TINDIF
|
VIII.1. |
Il-validazzjoni tat-tindif hija l-evidenza dokumentata li proċedura partikolari tat-tindif tneħħi b’mod riproduċibbli l-kontaminanti u r-residwi minn prodott preċedenti u l-aġenti tat-tindif taħt livell limitu predefinit. Il-validazzjoni tat-tindif hija meħtieġa biex tiġi konfermata l-effettività tal-proċeduri tat-tindif għat-tagħmir kollu ta’ kuntatt mal-prodott. |
|
VIII.2. |
Jistgħu jintużaw aġenti ta’ simulazzjoni (jiġifieri materjali li jixbhu ħafna l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott rilevanti) dment li dan ikun iġġustifikat xjentifikament. |
|
VIII.3. |
Il-validazzjoni tat-tindif għal tipi simili ta’ tagħmir tista’ tinġabar flimkien dment li din tkun debitament ġustifikata. |
|
VIII.4. |
Filwaqt li verifika viżwali għall-indafa hija parti mill-kriterji ta’ aċċettazzjoni għall-validazzjoni tat-tindif, dan il-kriterju waħdu ġeneralment mhuwiex biżżejjed. Barra minn hekk, it-tindif u l-ittestjar mill-ġdid ripetuti sakemm jinkisbu riżultati aċċettabbli tar-residwi, ma jitqisux bħala approċċ aċċettabbli. |
|
VIII.5. |
Huwa rikonoxxut li l-validazzjoni tat-tindif tista’ tieħu xi żmien biex titlesta u li, f’każijiet bħal dawn, tkun meħtieġa verifika (2) wara kull lott sakemm titlesta l-validazzjoni. Meta dan l-approċċ jiġi implimentat, għandu jkun hemm biżżejjed data mill-verifika biex tiġi appoġġata l-konklużjoni li t-tagħmir huwa nadif u disponibbli għal użu ulterjuri. |
|
VIII.6. |
Il-validazzjoni għandha tqis il-livell ta’ awtomatizzazzjoni fil-proċess tat-tindif. Meta jintuża proċess awtomatiku, il-firxa operattiva normali speċifikata tal-utilitajiet u t-tagħmir għandha tiġi vvalidata. |
|
VIII.7. |
Għandha ssir valutazzjoni biex jiġu ddeterminati l-fatturi varjabbli li jinfluwenzaw l-effettività u l-prestazzjoni tal-proċedura tat-tindif (eż. l-operaturi, il-livell ta’ dettall fi proċeduri bħal ħinijiet tat-tlaħliħ, eċċ.) Jekk ikunu ġew identifikati fatturi varjabbli, is-sitwazzjonijiet tal-agħar każ għandhom jintużaw bħala l-bażi għall-istudji tal-validazzjoni tat-tindif. |
|
VIII.8. |
Il-limiti għat-trasferiment tar-residwi tal-prodott għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni tossikoloġika (3). Il-ġustifikazzjoni għal-limiti magħżula għandha tiġi dokumentata f’valutazzjoni tar-riskju li tinkludi r-referenzi ta’ appoġġ kollha. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll limiti għat-tneħħija tal-aġenti tat-tindif użati. Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni għandhom jikkunsidraw l-effett kumulattiv potenzjali ta’ oġġetti multipli ta’ tagħmir użat. Madankollu, huma possibbli l-adattamenti li ġejjin:
|
|
VIII.9. |
Ir-riskju ppreżentat mill-kontaminazzjoni mikrobika u tal-endotossini għandu jiġi kkunsidrat matul l-iżvilupp ta’ protokolli ta’ validazzjoni tat-tindif. |
|
VIII.10. |
L-influwenza tal-ħin bejn il-manifattura u t-tindif, u l-ħin bejn it-tindif u l-użu għandhom jitqiesu biex jiġu definiti l-ħinijiet taż-żamma maħmuġin u nodfa għall-proċess tat-tindif. |
|
VIII.11. |
Meta ssir il-manifattura ta’ kampanja, għandu jitqies l-impatt fuq il-faċilità tat-tindif fi tmiem il-kampanja u t-tul massimu ta’ kampanja (fil-ħin u/jew fl-għadd ta’ lottijiet) għandu jkun il-bażi għall-eżerċizzji ta’ validazzjoni tat-tindif. |
|
VIII.12. |
Meta jintuża approċċ tal-prodott tal-agħar każ bħala mudell ta’ validazzjoni tat-tindif, għandu jiġi pprovdut raġunament xjentifiku għall-għażla tal-prodott tal-agħar każ u l-impatt ta’ prodotti ġodda valutati. Il-kriterji għad-determinazzjoni tal-agħar każ jistgħu jinkludu s-solubbiltà, il-kapaċità ta’ tindif, it-tossiċità u l-potenza. |
|
VIII.13. |
Il-protokolli ta’ validazzjoni tat-tindif għandhom jispeċifikaw jew jagħmlu referenza għall-postijiet li għandhom jittieħdu kampjuni minnhom u r-raġunament għall-għażla ta’ dawn il-postijiet u għandhom jiddefinixxu l-kriterji ta’ aċċettazzjoni. |
|
VIII.14. |
Il-kampjunar jista’ jsir permezz ta’ swabbing, tlaħliħ jew b’mezzi oħra skont it-tagħmir tal-produzzjoni. Il-materjali tal-kampjunar u l-metodu applikat ma għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultat. L-irkupru għandu jintwera li huwa possibbli mill-materjali kollha li jiġu f’kuntatt mal-prodott fil-kampjun fit-tagħmir bil-metodi ta’ kampjunar użati. |
|
VIII.15. |
Il-proċedura tat-tindif għandha titwettaq għadd xieraq ta’ drabi abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u tissodisfa l-kriterji ta’ aċċettazzjoni sabiex jiġi ppruvat li l-metodu tat-tindif huwa validat. |
|
VIII.16. |
Meta proċess ta’ tindif ma jkunx effettiv jew ma jkunx xieraq għal xi tagħmir, għandhom jiġu implimentati tagħmir dedikat jew miżuri xierqa oħra. |
|
VIII.17. |
Meta jsir tindif manwali tat-tagħmir, l-effettività tal-proċess manwali għandha tiġi kkonfermata bi frekwenza ġustifikata. |
(1) Għarfien adegwat tal-proċess huwa partikolarment rilevanti fejn jintuża l-kunċett ta’ spazju tat-tfassil kif ukoll għall-iżvilupp ta’ kwalunkwe mudell matematiku.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-“verifika tat-tindif” tfisser il-ġbir ta’ evidenza permezz ta’ analiżi kimika wara kull lott/kampanja biex jintwera li r-residwi tal-prodott preċedenti jew tal-aġenti tat-tindif tnaqqsu taħt il-limitu massimu stabbilit xjentifikament.
(3) Ara l-Linja Gwida tal-EMA dwar l-istabbiliment ta’ limiti ta’ esponiment ibbażati fuq is-saħħa għall-użu fl-identifikazzjoni tar-riskju fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali differenti f’faċilitajiet kondiviżi.
ANNESS VI
Mudell għall-master file tas-sit
|
Nota 1: |
Il-master file tas-sit huwa relatat mal-attivitajiet farmaċewtiċi mwettqa f’sit speċifiku. Jekk parti biss minn proċess ta’ manifattura titwettaq f’sit, il-master file tas-sit jeħtieġ li jkun relatat biss ma’ tali operazzjonijiet (eż. l-analiżi, l-imballaġġ). |
|
Nota 2: |
Il-master file tas-sit għandu jkun fih informazzjoni adegwata iżda, kemm jista’ jkun, ma għandux jaqbeż il-25-30 paġna, flimkien mal-appendiċijiet. Id-dokument għandu jkun jista’ jinqara meta jiġi stampat fuq folji tal-karti A4. |
|
Nota 3: |
Il-master file tas-sit għandu jinżamm aġġornat u jkun rappreżentattiv tal-attivitajiet attwali. Il-master file tas-sit għandu jkollu numru tal-edizzjoni, id-data meta jsir effettiv u d-data sa meta jrid jiġi rieżaminat. Kull Appendiċi jista’ jkollu data effettiva individwali u jkun soġġett għal data ta’ rieżami speċifika. |
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI DWAR IL-MANIFATTUR
1.1. Informazzjoni ta’ kuntatt dwar il-manifattur
|
— |
L-isem u l-indirizz uffiċjali tal-manifattur. |
|
— |
L-isem u l-indirizz tat-triq tas-sit, tal-bini u tal-unitajiet tal-produzzjoni li jinsabu fis-sit. |
|
— |
Informazzjoni ta’ kuntatt tal-manifattur, inkluż in-numru tat-telefon tal-persunal li għandu jiġi kkuntattjat f’każ ta’ difetti fil-prodott jew sejħa lura (dan in-numru għandu jkun dejjem operattiv, inkluż barra l-ħinijiet tax-xogħol). |
|
— |
In-numru ta’ identifikazzjoni tas-sit, bl-użu ta’ sistema ta’ ġeolokalizzazzjoni bħal Galileo jew GPS. Barra minn hekk, l-OMS (1) hija obbligatorja għas-sottomissjonijiet fiż-ŻEE. |
1.2. Attivitajiet ta’ manifattura farmaċewtika awtorizzati tas-sit
|
— |
Kopja ta’ awtorizzazzjoni tal-manifattura valida maħruġa mill-awtorità kompetenti rilevanti għandha tiġi pprovduta bħala l-Appendiċi 1. Alternattivament, tista’ tiġi pprovduta referenza għall-bażi tad-data tal-EudraGMDP (fejn applikabbli). F’każijiet fejn l-awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx ħarġet awtorizzazzjoni tal-manifattura, dan għandu jiġi spjegat. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-manifattura, il-kontroll, il-ħażna, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-trasport jew attivitajiet oħra awtorizzati mill-awtorità(jiet) kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet barranin, b’referenza għall-forom/attivitajiet farmaċewtiċi awtorizzati, rispettivament, fejn mhux koperti mill-awtorizzazzjoni tal-manifattura. |
|
— |
Lista bit-tip ta’ prodotti manifatturati bħalissa fuq il-post għandha tiġi pprovduta bħala l-Appendiċi 2, meta mhux koperti mill-Appendiċi 1 jew l-entrata EudraGMDP. |
|
— |
Lista ta’ spezzjonijiet tal-PTM tas-sit fl-aħħar 5 snin, inklużi d-dati u l-isem/il-pajjiż tal-Awtorità Kompetenti li tkun wettqet l-ispezzjoni. |
|
— |
Kopja taċ-ċertifikat attwali tal-PTM jew, alternattivament, referenza għall-bażi tad-data tal-EudraGMDP għandha tiġi pprovduta bħala l-Appendiċi 3. |
1.3. Kwalunkwe attività oħra ta’ manifattura mwettqa fuq is-sit
|
— |
Id-deskrizzjoni ta’ attivitajiet mhux farmaċewtiċi fuq il-post, jekk ikun hemm. |
2. SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAL-KWALITÀ TAL-MANIFATTUR
2.1. Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-manifattur
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità mmexxija mill-kumpanija u referenza għall-istandards użati. |
|
— |
Ir-responsabbiltajiet relatati mal-manutenzjoni tas-sistema tal-kwalità, inkluż għall-maniġment superjuri. |
|
— |
Informazzjoni dwar l-attivitajiet li għalihom is-sit huwa akkreditat u ċċertifikat, inkluż id-dati u l-kontenut tal-akkreditazzjonijiet u l-ismijiet tal-korpi tal-akkreditazzjoni. |
2.2. Proċedura ta’ rilaxx tal-prodotti lesti
|
— |
Deskrizzjoni dettaljata tar-rekwiżiti tal-kwalifiki (l-edukazzjoni u l-esperjenza tax-xogħol) tal-persuna/i awtorizzata/i/tal-persuna/i kwalifikata/i responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-lott u l-proċeduri tar-rilaxx. |
|
— |
Deskrizzjoni ġenerali taċ-ċertifikazzjoni tal-lott u l-proċedura tar-rilaxx. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-proċess tar-rilaxx tal-lott, inklużi l-kompiti speċifiċi tal-persuna awtorizzata/tal-persuna kwalifikata u l-arranġamenti għall-iżgurar tal-konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni (meta applikabbli). |
|
— |
L-arranġamenti bejn il-persuni awtorizzati/il-persuni kwalifikati meta jkunu involuti diversi persuni awtorizzati/persuni kwalifikati. |
|
— |
Dikjarazzjoni dwar jekk l-istrateġija ta’ kontroll tużax teknoloġija analitika tal-proċessi (PAT, process analytical technology) jew rilaxx f’ħin reali jew rilaxx parametriku. |
2.3. Ġestjoni tal-fornituri u l-kuntratturi
|
— |
Sommarju qasir tal-katina tal-provvista u l-programm tal-awditjar estern. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ kwalifika tal-kuntratturi, il-manifatturi ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi u fornituri oħra ta’ materjali kritiċi. |
|
— |
Il-miżuri biex jiġi żgurat li l-prodotti manifatturati jkunu konformi mal-linji gwida dwar it-TSE (enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli), fejn applikabbli. |
|
— |
Il-miżuri biex jiġu indirizzati każijiet meta prodotti kontrafatti/iffalsifikati, prodotti bl-ingrossa (jiġifieri, pilloli mhux ippakkjati), ingredjenti farmaċewtiċi attivi jew eċċipjenti jkunu suspettati jew identifikati. |
|
— |
L-użu ta’ assistenza xjentifika, analitika jew teknika oħra esterna b’rabta mal-attivitajiet ta’ manifattura jew kontroll. |
|
— |
Lista ta’ manifatturi u laboratorji b’kuntratt, inkluż l-indirizzi u informazzjoni ta’ kuntatt rilevanti, u flow charts ta’ ktajjen tal-provvista għal manifattura esternalizzata u attivitajiet ta’ kontroll tal-kwalità (eż. l-isterilizzazzjoni ta’ materjal tal-imballaġġ primarju għal proċessi asettiċi, l-ittestjar ta’ materja prima tal-bidu eċċ.), għandha tiġi pprovduta bħala l-Appendiċi 4. |
|
— |
Ħarsa ġenerali fil-qosor lejn l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn min jagħti l-kuntratt u min jaċċetta l-kuntratt fir-rigward tal-konformità mal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni (meta mhux inkluż taħt 2.2). |
2.4. Ġestjoni tar-Riskji għall-Kwalità
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità użati mill-manifattur. |
|
— |
L-ambitu u l-enfasi tal-ġestjoni tar-riskji għall-kwalità, inkluż id-deskrizzjoni qasira ta’ kwalunkwe attività li titwettaq fil-livell korporattiv u dik li titwettaq lokalment. Għandha tissemma kwalunkwe applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tar-riskji għall-kwalità biex jiġu evitati interruzzjonijiet fil-provvista marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ manifattura. |
2.5. Rieżamijiet tal-Kwalità tal-Prodotti
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-metodoloġiji użati. |
3. PERSUNAL
|
— |
Tabella tal-organizzazzjoni li turi l-arranġamenti għall-pożizzjonijiet/titoli tal-ġestjoni tal-kwalità, tal-produzzjoni u tal-kontroll tal-kwalità għandha tiġi pprovduta bħala l-Appendiċi 5, inkluż il-maniġment superjuri u l-persuna/i kwalifikata/i. |
|
— |
L-għadd ta’ impjegati involuti fil-ġestjoni tal-kwalità, fil-produzzjoni, fil-kontroll tal-kwalità u fil-ħżin rispettivament. |
4. BINI U TAGĦMIR
4.1. Bini
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-impjant, inkluż id-daqs tas-sit u l-lista tal-bini. Jekk il-produzzjoni għal pajjiżi differenti sseħħ f’bini differenti fuq is-sit, il-bini għandu jiġi elenkat bi swieq destinati identifikati (jekk mhux identifikati taħt 1.1). |
|
— |
Pjan jew deskrizzjoni sempliċi taż-żoni tal-manifattura b’indikazzjoni tal-iskala (mhumiex meħtieġa tpinġijiet arkitettoniċi jew tal-inġinerija). |
|
— |
It-tqassim u d-dijagrammi sekwenzjali taż-żoni tal-produzzjoni għandhom jiġu pprovduti bħala l-Appendiċi 6, li juru l-klassifikazzjoni tal-kamra u d-differenzi fil-pressjoni bejn iż-żoni kontigwi u jindikaw l-attivitajiet tal-produzzjoni (jiġifieri, it-taħlit, il-mili, il-ħżin, l-imballaġġ, eċċ.) fil-kmamar. |
|
— |
It-tqassim tal-imħażen u taż-żoni tal-ħżin għandu jiġi pprovdut bħala parti mill-Appendiċi 6, b’indikazzjoni taż-żoni speċjali għall-ħżin u l-immaniġġjar ta’ materjali tossiċi ħafna, perikolużi u sensitizzanti, jekk applikabbli. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin, jekk applikabbli, sakemm ma jkunux diġà indikati fuq it-tfassil. |
|
4.1.1. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata (HVAC, heating, ventilation and air conditioning):
|
|
4.1.2. |
Deskrizzjoni qasira tas-sistemi tal-ilma:
|
|
4.1.3. |
Deskrizzjoni qasira ta’ utilitajiet rilevanti oħra, bħal fwar, arja kkompressata, nitroġenu, eċċ. |
4.2. Tagħmir
|
4.2.1. |
L-elenkar ta’ tagħmir ewlieni tal-laboratorju ta’ produzzjoni u kontroll b’biċċiet kritiċi ta’ tagħmir identifikat għandu jiġi pprovdut bħala l-Appendiċi 8. |
|
4.2.2. |
Tindif u sanità:
|
|
4.2.3. |
Sistemi kompjuterizzati kritiċi tal-PTM:
|
5. DOKUMENTAZZJONI
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ dokumentazzjoni (jiġifieri, dik elettronika u dik manwali). |
|
— |
Fejn applikabbli, għandha tiġi pprovduta lista tat-tip ta’ dokumenti/rekords maħżuna jew arkivjati barra mis-sit (inkluż id-data dwar il-farmakoviġilanza, meta applikabbli), kif ukoll l-isem u l-indirizz tas-sit tal-ħżin u stima tal-ħin meħtieġ għall-irkupru tad-dokumenti mill-arkivju mhux fuq il-post. |
6. PRODUZZJONI
6.1. Tip ta’ prodotti (2) :
|
— |
It-tip ta’ prodotti manifatturati inkluż il-lista ta’ forom farmaċewtiċi. |
|
— |
Is-sustanzi tossiċi jew perikolużi mmaniġġjati (eż. b’attività farmakoloġika għolja u/jew bi proprjetajiet sensitizzanti). |
|
— |
It-tipi ta’ prodotti manifatturati f’faċilità ddedikata jew fuq manifattura ta’ kampanja, jekk applikabbli. |
|
— |
It-teknoloġija analitika tal-proċessi (PAT, process analytical technology) użata, jekk applikabbli: dikjarazzjoni ġenerali tat-teknoloġija rilevanti u s-sistemi kompjuterizzati assoċjati. |
6.2. Validazzjoni tal-proċess:
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-politika ġenerali għall-validazzjoni tal-proċess. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-politika għar-riproċessar jew għall-ħdim mill-ġdid. |
6.3. Ġestjoni tal-materjali u ż-żamma f’maħżen
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-arranġamenti għall-immaniġġjar tal-materjali użati fil-produzzjoni, inkluż il-materjali tal-imballaġġ, il-prodotti bl-ingrossa u dawk lesti. It-teħid ta’ kampjuni, il-kwarantina, ir-rilaxx u l-ħżin għandhom jiġu indirizzati wkoll. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-arranġamenti għall-immaniġġjar ta’ materjali u prodotti rrifjutati. |
7. KONTROLL TAL-KWALITÀ (QC, QUALITY CONTROL)
|
— |
Deskrizzjoni qasira tal-attivitajiet ta’ kontroll tal-kwalità mwettqa fuq is-sit f’termini ta’ ttestjar fiżiku, kimiku u mikrobijoloġiku u bijoloġiku. |
8. TRASPORT, ILMENTI, DIFETTI TAL-PRODOTT U SEJĦIET LURA
8.1. Arranġamenti tat-trasport (kif applikabbli għar-rwol tal-manifattur)
|
— |
It-tipi (id-detenturi ta’ liċenzja bl-ingrossa, id-detenturi ta’ liċenzja tal-manifattura, eċċ.) u l-postijiet (UE/ŻEE, l-Istati Uniti, eċċ.) tal-kumpaniji li lilhom jintbagħtu l-prodotti mis-sit. |
|
— |
Deskrizzjoni tas-sistema użata biex jiġi vverifikat li kull klijent/riċevitur huwa legalment intitolat li jirċievi l-prodotti mingħand il-manifattur. |
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ambjentali xierqa matul it-tranżitu, eż. il-monitoraġġ/kontroll tat-temperatura. |
|
— |
L-arranġamenti għad-distribuzzjoni tal-prodott u l-metodi li bihom tinżamm it-traċċabbiltà tal-prodott. |
|
— |
Miżuri meħuda biex jiġi evitat li l-prodotti tal-manifatturi jaqgħu fil-katina tal-provvista illegali. |
8.2. Ilmenti, difetti tal-prodott u sejħiet lura
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti, id-difetti tal-prodott u s-sejħiet lura. |
9. AWTOSPEZZJONIJIET
|
— |
Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ awtospezzjoni b’enfasi fuq il-kriterji użati għall-għażla tal-oqsma li għandhom jiġu koperti matul l-ispezzjonijiet ippjanati, l-arranġamenti prattiċi u l-attivitajiet ta’ segwitu. |
Appendiċijiet
|
— |
Appendiċi 1: Kopja tal-awtorizzazzjoni valida tal-manifattura. |
|
— |
Appendiċi 2: Lista ta’ forom farmaċewtiċi manifatturati, inkluż l-ismijiet INN jew l-isem komuni (kif disponibbli) tal-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (API, active pharmaceutical ingredients) użati. |
|
— |
Appendiċi 3: Kopja ta’ Ċertifikat tal-PTM validu. |
|
— |
Appendiċi 4: Lista ta’ manifatturi u laboratorji b’kuntratt, inkluż l-indirizzi u l-informazzjoni ta’ kuntatt, u d-dijagrammi sekwenzjali tal-ktajjen tal-provvista għal dawn l-attivitajiet esternalizzati. |
|
— |
Appendiċi 5: Organigrammi. |
|
— |
Appendiċi 6: It-tqassim taż-żoni ta’ produzzjoni, inkluż il-flussi materjali u tal-persunal u d-dijagrammi sekwenzjali ġenerali tal-proċessi ta’ manifattura ta’ kull tip ta’ prodott (forma farmaċewtika), u t-tqassim tal-imħażen u ż-żoni tal-ħżin. |
|
— |
Appendiċi 7: Tpinġijiet skematiċi tas-sistemi tal-ilma. |
|
— |
Appendiċi 8: Lista ta’ tagħmir ewlieni ta’ produzzjoni u tal-laboratorju. |
(1) https://www.ema.europa.eu/en/human-regulatory-overview/research-development/data-medicines-iso-idmp-standards-overview/substance-product-organisation-referential-spor-master-data/organisation-management-service-oms.
(2) Kontroreferenza għall-informazzjoni pprovduta fl-Appendiċi 1 jew 2 hija aċċettabbli.
ANNESS VII
UŻU TA’ RADJAZZJONI JONIZZANTI FIL-MANIFATTURA TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI VETERINARJI
I. ĠENERALI
Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-użu tar-radjazzjoni jonizzanti fil-manifattura ta’ prodotti mediċinali veterinarji. Ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw biss għall-proċess tar-radjazzjoni jonizzanti. Aspetti oħra tal-proċess tal-manifattura għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament kif xieraq.
Id-doża ta’ radjazzjoni meħtieġa li għandha tiġi applikata, inkluż il-limiti rilevanti, għandha tiġi prevista fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
II. BINI
Il-bini għandu jkun imfassal u operat biex jissegrega r-radjazzjoni minn kontenituri mhux irradjati biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata tagħhom. Meta l-materjali jiġu mmaniġġjati f’kontenituri tal-irradjazzjoni magħluqa, jista’ ma jkunx meħtieġ li jiġu segregati materjali maħsuba għall-użu fil-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali minn tipi oħra ta’ materjali, dment li ma jkun hemm l-ebda riskju li dawk tal-ewwel jiġu kkontaminati minn dawn tal-aħħar. Kwalunkwe possibbiltà ta’ kontaminazzjoni tal-prodotti bir-radjonuklidi mis-sors għandha tiġi eskluża.
III. TAGĦMIR
III.1. Dożimetri
|
III.1.1. |
Id-dożimetri użati għandhom jiġu kkalibrati skont l-istandards rilevanti. Il-perjodu ta’ validità tal-kalibrazzjoni għandu jiġi ddokumentat bil-miktub b’ġustifikazzjoni xierqa u għandu jiġi rispettat. |
|
III.1.2. |
L-istess strument għandu normalment jintuża biex jistabbilixxi l-kurva tal-kalibrazzjoni tad-dożimetri u biex ikejjel il-bidla fl-assorbiment tagħhom wara l-irradjazzjoni. Jekk jintuża strument differenti, l-assorbanza assoluta ta’ kull strument għandha tiġi stabbilita. |
|
III.1.3. |
Skont it-tip ta’ dożimetru użat, għandhom jitqiesu l-kawżi possibbli ta’ ineżattezza, inkluż il-bidla fil-kontenut tal-indewwa, il-bidla fit-temperatura, il-ħin li jgħaddi bejn l-irradjazzjoni u l-kejl jew ir-rata tad-doża. |
|
III.1.4. |
It-tul tal-mewġa tal-istrument użat biex titkejjel il-bidla fl-assorbiment tad-dożimetri u l-istrument użat biex titkejjel il-ħxuna tagħhom għandu jkun soġġett għal verifiki regolari tal-kalibrazzjoni f’intervalli stabbiliti b’kunsiderazzjoni tal-istabbiltà, l-iskop u l-użu. |
III.2. Irradjaturi
III.2.1. Kwalifika
|
III.2.1.1. |
Għandu jintwera, permezz ta’ dokumentazzjoni xierqa, li l-irradjaturi jistgħu jaħdmu b’mod konsistenti fil-limiti predeterminati meta jitħaddmu skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċess. F’dan il-kuntest, il-limiti predeterminati huma d-dożi massimi u minimi mfassla biex jiġu assorbiti mill-kontenitur tal-irradjazzjoni. Ma għandux ikun possibbli li jseħħu varjazzjonijiet fit-tħaddim tal-irradjatur li jagħtu doża lill-kontenitur barra dawk il-limiti mingħajr l-għarfien tal-operatur. |
|
III.2.1.2. |
Meta jkun hemm bidla fil-proċess jew fl-irradjatur li tista’ taffettwa d-distribuzzjoni tad-doża fil-kontenitur tal-irradjazzjoni (eż., bidla fis-source pencils), għandu jiġi vvalutat mill-ġdid jekk l-irradjatur għadux jaħdem b’mod konsistenti fi ħdan il-limiti predeterminati. Il-firxa tal-valutazzjoni meħtieġa tiddependi fuq il-firxa tal-bidla fl-irradjatur jew fit-tagħbija li tkun seħħet. |
III.2.2. Irradjaturi gamma
III.2.2.1.
L-irradjatur għandu jkun imfassal billi jitqies li d-doża assorbita riċevuta minn parti partikolari ta’ kontenitur tal-irradjazzjoni fi kwalunkwe punt speċifiku tal-irradjatur, tista’ tiġi affettwata mill-fatturi li ġejjin:
|
— |
l-attività u l-ġeometrija tas-sors; |
|
— |
id-distanza mis-sors għall-kontenitur; |
|
— |
it-tul tal-irradjazzjoni kkontrollata mill-issettjar tat-timer jew mill-veloċità tat-trasportatur; |
|
— |
il-kompożizzjoni u d-densità tal-materjal, inkluż prodotti oħra, bejn is-sors u l-parti speċifika tal-kontenitur; |
|
— |
il-mogħdija tal-kontenituri permezz ta’ irradjatur kontinwu jew id-disinn tat-tagħbija f’irradjatur bil-lott; |
|
— |
in-numru ta’ ċikli ta’ espożizzjoni. |
III.2.2.2.
Ir-riżultati tal-proċedura ta’ mmappjar tad-doża għandhom jagħtu dożi assorbiti minimi u massimi fil-prodott u fuq is-superfiċe tal-kontenitur għal sett partikolari ta’ parametri tal-irradjatur, id-densità tal-prodott u l-mudell tat-tagħbija.
Għall-proċedura ta’ mmappjar tad-doża, għandhom japplikaw l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
L-irradjatur għandu jimtela b’kontenituri tal-irradjazzjoni ppakkjati bi prodotti finti jew bi prodott rappreżentattiv ta’ densità uniformi. Id-dożimetri għandhom jitqiegħdu f’minimu ta’ tliet kontenituri tal-irradjazzjoni mgħobbija li jgħaddu mill-irradjatur, imdawrin b’kontenituri simili jew prodotti finti. Jekk il-prodott ma jkunx ippakkjat b’mod uniformi, id-dożimetri għandhom jitqiegħdu f’għadd akbar ta’ kontenituri. |
|
(b) |
Il-pożizzjoni tad-dożimetri għandha tiddependi mid-daqs tal-kontenitur tal-irradjazzjoni. Pereżempju, għal kontenituri sa 1 × 1 × 0,5 m, gradilja tridimensjonali ta’ 20 cm madwar il-kontenitur, inkluż is-superfiċe ta’ barra, tista’ tkun xierqa. Jekk il-pożizzjonijiet mistennija tad-doża minima u massima jkunu magħrufa minn karatterizzazzjoni preċedenti tal-prestazzjoni tal-irradjatur, xi dożimetri jistgħu jitneħħew minn reġjuni b’doża medja u jiġu sostitwiti biex jiffurmaw grilja ta’ 10 cm fir-reġjuni ta’ doża estrema. |
|
(c) |
Idealment, għandhom jintużaw dożimetri ta’ referenza minħabba l-preċiżjoni akbar tagħhom. Id-dożimetri ta’ rutina huma permissibbli iżda huwa rakkomandabbli li jitqiegħdu dożimetri ta’ referenza ħdejhom fil-pożizzjonijiet mistennija tad-doża minima u massima u fil-pożizzjoni ta’ monitoraġġ ta’ rutina f’kull wieħed mill-kontenituri tal-irradjazzjoni replikati. Il-valuri osservati tad-doża jkollhom inċertezza aleatorja assoċjata li tista’ tiġi stmata mill-varjazzjonijiet fil-kejl replikat. |
|
(d) |
Id-doża minima osservata, kif imkejla mid-dożimetri ta’ rutina, meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kontenituri tal-irradjazzjoni kollha jirċievu d-doża minima meħtieġa, għandha tiġi stabbilita wara li titqies il-varjabbiltà aleatorja tad-dożimetri ta’ rutina użati. |
|
(e) |
Il-parametri tal-irradjatur għandhom jinżammu kostanti, jiġu monitorjati u rreġistrati matul l-immappjar tad-doża. Ir-rekords, flimkien mar-riżultati tad-dożimetrija u r-rekords l-oħra kollha ġġenerati, għandhom jinżammu. |
III.2.3. Irradjaturi tal-elettroni
III.2.3.1.
L-irradjatur għandu jkun imfassal billi jitqies li d-doża assorbita riċevuta minn porzjon partikolari ta’ prodott irradjat fi kwalunkwe punt speċifiku tal-irradjatur tista’ tiġi affettwata mill-fatturi li ġejjin:
|
— |
il-karatteristiċi tar-raġġ, li huma: l-enerġija tal-elettroni, il-kurrent medju tar-raġġ, il-wisa’ tal-iskennjar u l-uniformità tal-iskennjar; |
|
— |
il-veloċità tat-trasportatur; |
|
— |
il-kompożizzjoni u d-densità tal-prodott; |
|
— |
il-kompożizzjoni, id-densità u l-ħxuna tal-materjal bejn it-tieqa tal-output u l-porzjon partikolari tal-prodott; |
|
— |
it-tieqa tal-output għad-distanza tal-kontenitur. |
III.2.3.2.
Ir-riżultati tal-proċedura ta’ mmappjar tad-doża għandhom jagħtu dożi assorbiti minimi u massimi fil-prodott u fuq is-superfiċe tal-kontenitur għal sett partikolari ta’ parametri tal-irradjatur, id-densità tal-prodott u l-mudell tat-tagħbija.
Għall-proċedura ta’ mmappjar tad-doża, id-dożimetri għandhom jitqiegħdu bejn saffi ta’ folji assorbenti omoġenji li jiffurmaw prodott finta, jew bejn saffi ta’ prodotti rappreżentattivi ta’ densità uniformi, b’tali mod li jkunu jistgħu jsiru mill-inqas għaxar kejl fi ħdan il-firxa massima tal-elettroni. Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) sa (d) tat-Taqsima III.2.2.2 għandhom japplikaw ukoll.
IV. DOKUMENTAZZJONI
|
IV.1. |
In-numri ta’ kontenituri riċevuti, irradjati u mibgħuta għandhom jiġu rikonċiljati ma’ xulxin u mad-dokumentazzjoni assoċjata. Kwalunkwe diskrepanza għandha tiġi rrapportata u solvuta. |
|
IV.2. |
L-operatur tal-irradjatur għandu jiċċertifika bil-miktub il-firxa ta’ dożi riċevuti minn kull kontenitur irradjat f’lott jew kunsinna. |
|
IV.3. |
Ir-rekords tal-proċess u tal-kontroll għal kull lott tal-irradjazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati u ffirmati minn persuna responsabbli nominata u miżmuma. |
|
IV.4. |
Id-dokumentazzjoni assoċjata mal-validazzjoni/kwalifika tal-irradjatur għandha tinżamm għal sena wara d-data ta’ skadenza jew mill-inqas 5 snin wara r-rilaxx tal-aħħar prodott ipproċessat mill-irradjatur, skont liema jkun l-itwal. |
V. IPPROĊESSAR
V.1. Ġenerali
|
V.1.1. |
Il-kontenituri tal-irradjazzjoni għandhom ikunu ppakkjati skont il-mudell(i) tat-tagħbija speċifikat(i) stabbilit(i) waqt il-validazzjoni. |
|
V.1.2. |
Matul il-proċess, id-doża tar-radjazzjoni għall-kontenituri tal-irradjazzjoni għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ proċeduri tad-dożimetrija vvalidati. Ir-relazzjoni bejn dik id-doża u d-doża assorbita mill-prodott ġewwa l-kontenitur trid tkun ġiet stabbilita matul il-validazzjoni tal-proċess u bħala parti mill-kwalifika tal-irradjatur. |
|
V.1.3. |
L-indikaturi tar-radjazzjoni għandhom jintużaw bħala għajnuna biex jiddifferenzjaw il-kontenituri rradjati minn dawk mhux irradjati. Madankollu, la għandhom jintużaw bħala l-uniku mezz ta’ differenzjazzjoni u lanqas ma għandhom jitqiesu bħala indikazzjoni ta’ pproċessar sodisfaċenti. |
|
V.1.4. |
L-ipproċessar ta’ tagħbijiet imħallta ta’ kontenituri fiċ-ċellola tal-irradjazzjoni għandu jsir biss meta jkun hemm evidenza li ssostni li d-doża ta’ radjazzjoni riċevuta minn kontenituri individwali tibqa’ fil-limiti speċifikati. |
|
V.1.5. |
Meta d-doża ta’ radjazzjoni meħtieġa tinkiseb mit-tfassil matul aktar minn esponiment jew passaġġ wieħed, dan għandu jiġi speċifikat bħala parti mill-kuntratt, inkluż id-dettalji rilevanti rigward il-perjodu ta’ żmien predeterminat. Interruzzjonijiet mhux ippjanati waqt l-irradjazzjoni li jestendu l-proċess tal-irradjazzjoni lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-kuntratt għandhom jiġu nnotifikati lil min jagħti l-kuntratt, li għandu jiġbed l-attenzjoni dwar din l-informazzjoni lill-persuna kwalifikata. |
|
V.1.6. |
Il-prodotti mhux irradjati għandhom jiġu segregati minn dawk il-prodotti rradjati f’kull ħin. Il-metodi biex jintlaħaq dan l-għan jinkludu l-użu ta’ indikaturi tar-radjazzjoni u t-tfassil xieraq tal-bini. |
V.2. Irradjaturi gamma
|
V.2.1. |
Għall-modalitajiet ta’ pproċessar kontinwu (1), għandu japplika dan li ġej:
|
|
V.2.2. |
Għall-modalitajiet tal-lott, (2) għandu japplika dan li ġej:
|
|
V.2.3. |
Għal doża mixtieqa partikolari, l-issettjar tat-timer jew il-veloċità tat-trasportatur għandhom jiġu aġġustati għad-diżintegrazzjoni tas-sors u għaż-żidiet tas-sors. Il-perjodu ta’ validità tal-issettjar jew tal-veloċità għandu jiġi reġistrat u rispettat. |
V.3. Irradjaturi b’raġġ ta’ elettroni
|
V.3.1. |
Għandu jitqiegħed dożimetru fuq kull kontenitur. |
|
V.3.2. |
Għandu jkun hemm reġistrazzjoni kontinwa tal-kurrent medju tar-raġġ, tal-enerġija tal-elettroni, tal-wisa’ tal-iskennjar u tal-veloċità tat-trasportatur. Dawn il-varjabbli, minbarra l-veloċità tal-trasportatur, għandhom jiġu kkontrollati fil-limiti definiti minn qabel stabbiliti skont it-Taqsima III.2.1. |
VI. VALIDAZZJONI TAL-PROĊESS
|
VI.1. |
Permezz tal-proċess ta’ validazzjoni, għandu jintwera li t-twassil tad-doża assorbita maħsuba lill-prodott se jikseb ir-riżultati mistennija. |
|
VI.2. |
Il-validazzjoni għandha tinkludi mmappjar tad-doża biex tiġi stabbilita d-distribuzzjoni tad-doża assorbita fil-kontenitur tal-irradjazzjoni meta ppakkjat bi prodott f’konfigurazzjoni definita. |
|
VI.3. |
L-ispeċifikazzjoni tal-proċess tal-irradjazzjoni għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
Meta l-irradjazzjoni tiġi esternalizzata lil parti terza, il-punti (d) u (e) għandhom jiffurmaw parti mill-kuntratt. |
VII. MONITORAĠĠ MIKROBIJOLOĠIKU
Il-monitoraġġ mikrobijoloġiku huwa r-responsabbiltà tal-manifattur tal-prodott mediċinali veterinarju. Il-monitoraġġ ambjentali u l-monitoraġġ tal-livell mikrobiku qabel l-irradjazzjoni jistgħu jkunu meħtieġa kif speċifikat fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni.
VIII. ESTERNALIZZAZZJONI
|
VIII.1. |
Meta t-trattament bl-irradjazzjoni jiġi subkuntrattat, is-subkuntrattur għandu jkollu l-awtorizzazzjoni xierqa għall-manifattura. |
|
VIII.2. |
Il-manifattur tal-prodott mediċinali veterinarju jġorr ir-responsabbiltà għall-kwalità tal-prodott, inkluż il-kisba tal-objettiv tal-irradjazzjoni. Għall-proċess tar-radjazzjoni, is-subkuntrattur għandu jiżgura li d-doża tar-radjazzjoni meħtieġa mill-manifattur titwassal fil-kontenitur tal-irradjazzjoni (jiġifieri, il-kontenitur ta’ barra nett li fih il-prodotti jiġu rradjati). |
(1) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “modalità ta’ pproċessar kontinwu” tfisser tip ta’ proċess ta’ irradjazzjoni fejn sistema awtomatika twassal il-prodotti fiċ-ċellola ta’ radjazzjoni, lil hinn mis-sors ta’ radjazzjoni esposta tul mogħdija definita u b’veloċità xierqa, u ’l barra miċ-ċellola.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, “modalità tal-lott” tfisser tip ta’ proċess ta’ irradjazzjoni fejn il-prodott ikun irranġat f’postijiet fissi madwar is-sors ta’ radjazzjoni u ma jkunx jista’ jitgħabba jew jinħatt waqt li s-sors ta’ radjazzjoni jkun espost.
ANNESS VIII
I. Mudell għall-konferma tal-manifattura parzjali
[LETTER HEAD TAL-MANIFATTUR LI WETTAQ L-ATTIVITÀ TA’ MANIFATTURA]
|
1. |
Isem tal-prodott u deskrizzjoni tal-istadju ta’ manifattura (eż. pilloli tal-paracetamol, imballaġġ primarju f’pakketti blister). |
|
2. |
Numru tal-lott. |
|
3. |
Isem u indirizz tas-sit li jwettaq il-manifattura parzjali. |
|
4. |
Referenza għall-ftehim bil-miktub li jagħti dettalji dwar ir-reponsabbiltajiet bejn iż-żewġ partijiet (f’konformità mal-Artikolu 43). |
|
5. |
Dikjarazzjoni ta’ konferma:
B’dan nikkonferma l-istadji tal-manifattura msemmija fil-ftehim bil-miktub imsemmi fit-Taqsima 4 twettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-prassi tajba ta’ manifattura applikabbli fl-UE u t-termini deskritti fil-ftehim kif previst minn [Minn jagħti l-Kuntratt/manifattur li jiċċertifika u jirrilaxxa l-lott]. |
|
6. |
Isem tal-persuna kwalifikata li tikkonferma l-manifattura parzjali. |
|
7. |
Firma tal-persuna kwalifikata li tikkonferma l-manifattura parzjali. |
|
8. |
Data tal-iffirmar. |
II. Mudell għaċ-ċertifikat tar-rilaxx tal-lott
[LETTER HEAD TAL-MANIFATTUR LI JIĊĊERTIFIKA U JIRRILAXXA L-LOTT]
|
1. |
Isem, saħħa/qawwa, forma tad-dożaġġ u daqs tal-pakkett (identiku għat-test fuq il-pakkett tal-prodott lest). |
|
2. |
Numru tal-lott tal-prodott lest. |
|
3. |
Isem tal-pajjiż(i) ta’ destinazzjoni tal-lott, mill-inqas meta jkun(u) fl-UE. |
|
4. |
Dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni:
B’dan niċċertifika li l-istadji kollha tal-manifattura ta’ dan il-lott ta’ prodott lest twettqu f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-prassi tajba ta’ manifattura applikabbli fl-UE u mar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni [għandha tiżdied biss meta l-lott jiġi esportat: tal-pajjiż(i) tad-destinazzjoni]. |
|
5. |
Isem tal-persuna kwalifikata li tiċċertifika l-lott. |
|
6. |
Firma tal-persuna kwalifikata li tiċċertifika l-lott. |
|
7. |
Data tal-iffirmar. |
ANNESS IX
ITTESTJAR TAR-RILAXX F’ĦIN REALI U R-RILAXX PARAMETRIKU
I. ITTESTJAR TAR-RILAXX F’ĦIN REALI
|
I.1. |
Skont approċċ tal-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali, kombinazzjoni ta’ monitoraġġ u kontrolli waqt il-proċess tista’ tissostitwixxi l-ittestjar tal-prodott finali fil-kuntest tar-rilaxx tal-lott. Dan l-approċċ jista’ jiġi implimentat biss jekk ikun awtorizzat fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. |
|
I.2. |
Meta titfassal l-istrateġija tal-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali, għandhom jiġu kkunsidrati l-kriterji minimi li ġejjin:
|
|
I.3. |
Strateġija tal-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali għandha tiġi integrata u kkontrollata bħala parti mis-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità farmaċewtika, b’mod partikolari fir-rigward:
|
|
I.4. |
Meta l-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali jkun ġie approvat fl-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, dan l-approċċ għandu jintuża b’mod regolari għar-rilaxx tal-lott u ma jistax jiġi sostitwit mill-ittestjar tal-prodott finali (sakemm ma jiġux emendati t-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni). F’każ li r-riżultati mill-ittestjar tar-rilaxx f’ħin reali ma jgħaddux jew ikunu qed ixaqilbu lejn falliment, għandu jkun hemm investigazzjoni bir-reqqa. Ir-riżultati tal-investigazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq għal deċiżjoni dwar ir-rilaxx tal-lott (ir-rilaxx jista’ jseħħ biss jekk jiġi aċċertat li l-prodott jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni u l-prassi tajba ta’ manifattura). Ix-xejriet għandhom jingħataw segwitu xieraq. |
|
I.5. |
Attributi (eż., l-uniformità tal-kontenut) li huma kkontrollati indirettament minn ittestjar tar-rilaxx approvat f’ħin reali għandhom jidhru fiċ-ċertifikat ta’ analiżi għal-lottijiet. Il-metodu approvat għall-ittestjar tal-prodott finali għandu jissemma u r-riżultati għandhom jintwerew bħala “F’konformità ladarba ttestjati” b’nota f’qiegħ il-paġna: “Ikkontrollat minn ittestjar tar-rilaxx approvat f’ħin reali”. |
II. RILAXX PARAMETRIKU
|
II.1. |
Ir-rilaxx parametriku għal prodotti sterilizzati terminalment huwa r-rilaxx ta’ lott ibbażat fuq rieżami tal-parametri kritiċi tal-kontroll tal-proċess minflok ma jiddependi fuq l-ittestjar tal-prodott finali għall-isterilità. Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I dwar l-isterilizzazzjoni tat-terminal. |
|
II.2. |
Test tal-prodott finali għall-isterilità huwa limitat fil-kapaċità tiegħu li jindividwa l-kontaminazzjoni peress li juża biss numru żgħir ta’ kampjuni meta mqabbel mad-daqs globali tal-lott, u anki minħabba li l-media tat-tkabbir jistgħu jistimulaw biss it-tkabbir ta’ wħud mill-mikroorganiżmi, iżda mhux ta’ kollha. Għalhekk, l-ittestjar tal-prodott finali għall-isterilità jipprovdi biss opportunità biex jiġu identifikati nuqqasijiet kbar fis-sistema tal-assigurazzjoni tal-isterilità (jiġifieri, falliment li jirriżulta fil-kontaminazzjoni ta’ għadd kbir ta’ unitajiet tal-prodott jew li jirriżulta f’kontaminazzjoni mill-mikroorganiżmi speċifiċi li t-tkabbir tagħhom huwa appoġġat mill-media preskritta). B’kuntrast ma’ dan, id-data derivata minn kontrolli waqt il-proċess (eż., il-monitoraġġ bijoloġiku jew ambjentali ta’ qabel l-isterilizzazzjoni tal-prodott) u permezz tal-monitoraġġ tal-parametri ta’ sterilizzazzjoni rilevanti, tista’ tipprovdi informazzjoni aktar preċiża u rilevanti biex tappoġġa l-assigurazzjoni tal-isterilità tal-prodott. |
|
II.3. |
Ir-rilaxx parametriku jista’ jiġi applikat biss għal prodotti sterilizzati fil-kontenitur finali tagħhom bl-użu ta’ sħana niedja, sħana niexfa jew radjazzjoni jonizzanti (rilaxx dożimetriku), skont ir-rekwiżiti tal-Farmakopea Ewropea. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li l-manifattur ikollu rekord tajjeb ta’ konformità ma’ prassi tajba ta’ manifattura u programm robust ta’ assigurazzjoni tal-isterilità fis-seħħ, sabiex juri kontroll tal-proċess konsistenti u fehim tal-proċess. |
|
II.4. |
Il-programm ta’ assigurazzjoni tal-isterilità għandu jiġi ddokumentat u jinkludi, mill-inqas, l-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-parametri kritiċi tal-proċess, l-iżvilupp taċ-ċiklu tal-isterilizzatur u l-validazzjoni tagħhom, il-validazzjoni tal-integrità tal-kontenitur/tal-imballaġġ, il-kontroll bijoloġiku, il-programm ta’ monitoraġġ ambjentali u l-aspetti rilevanti li jikkonċernaw il-persunal, il-bini, it-tagħmir u l-utilitajiet. |
|
II.5. |
Il-ġestjoni tar-riskju hija aspett essenzjali tar-rilaxx parametriku u għandha tiffoka fuq il-mitigazzjoni tal-fatturi li jżidu r-riskju ta’ nuqqas ta’ kisba u żamma tal-isterilità f’kull unità ta’ kull lott. Jekk prodott jew proċess ġdid ikun qed jiġi kkunsidrat għar-rilaxx parametriku, għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju matul l-iżvilupp tal-proċess, inkluż l-evalwazzjoni tad-data tal-produzzjoni minn prodotti eżistenti, jekk applikabbli. Jekk ikun qed jiġi kkunsidrat prodott jew proċess eżistenti, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi evalwazzjoni tad-data storika. |
|
II.6. |
Il-persunal involut fil-proċess tar-rilaxx parametriku għandu jkollu esperjenza fl-oqsma li ġejjin: il-mikrobijoloġija, l-assigurazzjoni tal-isterilità, l-inġinerija, il-produzzjoni u l-isterilizzazzjoni. Il-kwalifiki, l-esperjenza u t-taħriġ tal-persunal involut fir-rilaxx parametriku għandhom jiġu ddokumentati. |
|
II.7. |
Kwalunkwe bidla proposta li jista’ jkollha impatt fuq l-assigurazzjoni tal-isterilità għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 26(3) minn persunal xieraq li huwa kkwalifikat u b’esperjenza fl-assigurazzjoni tal-isterilità. |
|
II.8. |
Għandu jiġi żviluppat programm ta’ monitoraġġ tal-livell mikrobiku qabel l-isterilizzazzjoni għall-prodott u l-materjal tal-imballaġġ primarju biex jappoġġa r-rilaxx parametriku. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq għal kull lott u l-postijiet tal-kampjunar tal-unitajiet mimlija qabel l-isterilizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-agħar xenarju possibbli u jkunu rappreżentattivi tal-lott. Kwalunkwe organiżmu misjub għandu jiġi identifikat biex jikkonferma li mhuwiex jifforma spori, li jista’ jkun aktar reżistenti għall-proċess ta’ sterilizzazzjoni. |
|
II.9. |
Kejl xieraq tal-parametri kritiċi tal-proċess matul l-isterilizzazzjoni huwa rekwiżit kritiku fi programm ta’ rilaxx parametriku. L-istandards użati għall-apparati tal-kejl tal-proċess għandhom jiġu speċifikati u l-kalibrazzjoni għandha tkun traċċabbli għall-istandards nazzjonali jew internazzjonali. |
|
II.10. |
Il-parametri kritiċi tal-proċess għandhom jiġu stabbiliti, definiti u ssirilhom evalwazzjoni mill-ġdid perjodika. Il-meded operattivi għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-proċess ta’ sterilizzazzjoni, il-kapaċità tal-proċess, il-limiti tat-tolleranza tal-kalibrazzjoni u l-kritikalità tal-parametri. |
|
II.11. |
Il-monitoraġġ ta’ rutina tal-isterilizzatur għandu juri li l-kundizzjonijiet ivvalidati meħtieġa biex jinkiseb il-proċess speċifikat jinkisbu f’kull ċiklu. Il-proċessi kritiċi għandhom jiġu mmonitorjati speċifikament matul il-fażi ta’ sterilizzazzjoni. |
|
II.12. |
Għandu jinżamm rekord ta’ sterilizzazzjoni li għandu jinkludi l-parametri kritiċi kollha tal-proċess. Ir-rekords tal-isterilizzazzjoni għandhom jiġu ċċekkjati għall-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet minn tal-inqas żewġ sistemi indipendenti. Dawn is-sistemi jistgħu jikkonsistu f’żewġ persuni jew f’sistema kompjuterizzata vvalidata flimkien ma’ persuna. |
|
II.13. |
Ladarba r-rilaxx parametriku jkun ġie approvat bħala parti mill-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, id-deċiżjonijiet għar-rilaxx jew għar-rifjut ta’ lott għandhom ikunu bbażati fuq l-ispeċifikazzjonijiet approvati u r-rieżami tad-data kritika tal-kontroll tal-proċess. Il-verifiki ta’ rutina tal-isterilizzatur, il-bidliet, id-devjazzjonijiet, l-attivitajiet ta’ manutenzjoni mhux ippjanata u ppjanata ta’ rutina għandhom jiġu rreġistrati, ivvalutati u approvati qabel ma l-prodotti jiġu rilaxxati fis-suq. In-nuqqas ta’ konformità mal-ispeċifikazzjoni għar-rilaxx parametriku ma jistax jiġi rrevokat minn test tal-isterilità. |
(1) It-tagħmir tal-ittestjar jiġi integrat fil-linja tal-proċess, fejn l-analiżi tiġi implimentata skont il-kundizzjonijiet tal-proċess. Wara l-kejl, il-kampjun jimxi ’l quddiem kontinwament tul il-fluss. Dan kien il-metodu oriġinali għall-analiżi f’ħin reali.
(2) Il-kampjun jiġi estratt mil-linja tal-proċess b’mod statistikament rappreżentattiv u introdott fiż-żona tal-kejl. Il-kundizzjonijiet tal-kejl huma simili għal dawk tal-linja tal-proċess. Wara l-kejl, il-kampjun jista’ jitbattal bħala skart jew jiddaħħal lura fil-linja tal-proċess.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2091/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)