3.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 164/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2014

li tistabbilixxi l-kriterji biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-ħiters idroniċi

(notifikata bid-dokument C(2014) 3452)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/314/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti li għandhom impatt ambjentali mnaqqas matul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta' prodotti.

(3)

Il-Kummissjoni fasslet rapport preliminari dwar l-aspetti tekniċi, ambjentali, ekonomiċi u legali tal-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi” li jintużaw tipikament fl-Unjoni u għamlitu disponibbli pubblikament għall-kummenti. L-istudju li fuqu ssejjes dan ir-rapport (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-istudju”) tfassal flimkien mal-partijiet interessati mill-Unjoni u l-pajjiżi terzi.

(4)

Ir-riżultati ta' dan l-istudju, ippreżentati fir-rapport preliminari, urew li l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu jikkontribwixxi l-aktar għall-impatt ambjentali kumplessiv tal-ħiters idroniċi. Għalhekk, l-użu ta' ħiters idroniċi effiċjenti fl-enerġija u b'emissjonijiet baxxi tal-gassijiet b'effett ta' serra għandu jiġi promoss u, barra minn hekk, it-tali ħiters li jużaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi u li ġew ippruvati li huma bla periklu għall-konsumaturi għandhom jiġu appoġġjati.

(5)

Jixraq li jiġu stabbiliti kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi”.

(6)

Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika marbutin magħhom, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi” għandu jinkludi l-prodotti li jintużaw biex jiġġeneraw is-sħana bħala parti minn sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma, li fihom l-ilma msaħħan jitqassam permezz ta' ċirkolaturi u emittenti tas-sħana sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta' ġewwa fil-livell mixtieq fi spazju magħluq bħal bini, abitazzjoni jew kamra. Il-ġeneratur tas-sħana jipproduċi s-sħana permezz ta' proċess u teknoloġija waħda jew aktar mnn dawk li ġejjin:

(a)

il-kombustjoni tal-fjuwils fossili gassużi, likwidi jew solidi;

(b)

il-kombustjoni tal-bijomassa gassuża, likwida jew solida;

(c)

l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika;

(d)

il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

(e)

il-koġenerazzjoni (il-ġenerazzjoni fl-istess waqt, fi proċess wieħed, kemm tas-sħana u kemm tal-elettriku);

(f)

l-enerġija solari (awżiljarja).

2.   Il-qawwa massima tal-ħiters idroniċi għandha tkun ta' 400 kW.

3.   Il-ħiters ikkombinati wkoll jaqgħu fl-ambitu ta' dan il-grupp ta' prodotti, dejjem jekk il-funzjoni primarja tagħhom tkun li jipprovdu t-tisħin tal-post.

4.   Il-prodotti li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-grupp ta' prodotti:

(a)

il-ħiters li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jipprovdu ilma għax-xorb jew sanitarju sħun;

(b)

il-ħiters użati għat-tisħin u d-distribuzzjoni ta' mezzi gassużi għat-trasferiment tas-sħana bħal pereżempju l-fwar jew l-arja;

(c)

il-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni li jkollhom kapaċità elettrika massima ta' 50 kW jew iktar;

(d)

il-ħiters tal-post li jikkombinaw flimkien it-tisħin indirett, bl-użu ta' sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma, u t-tisħin dirett, b'emissjoni diretta tas-sħana fil-kamra jew fl-ispazju fejn ikun installat l-apparat.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(1)

“ħiter” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat;

(2)

“ħiter tal-post” tfisser apparat:

(a)

li jipprovdi s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta' ġewwa fil-livell mixtieq fi spazju magħluq bħal bini, abitazzjoni jew kamra, u

(b)

li jkun mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana;

(3)

“ħiter ikkombinat” tfisser ħiter tal-post idroniku li jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b'temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma' provvista esterna ta' ilma sanitarju jew għax-xorb;

(4)

“pakkett magħmul minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari” tfisser pakkett offrut lill-utent aħħari li jkun fih ħiter wieħed jew aktar tal-post ikkombinat ma' regolatur tat-temperatura wieħed jew aktar u/jew ma' apparat solari wieħed jew aktar;

(5)

“pakkett magħmul minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari” tfisser pakkett offrut lill-utent aħħari li jkun fih ħiter ikkombinat wieħed jew aktar ikkombinat ma' regolatur tat-temperatura wieħed jew aktar u/jew ma' apparat solari wieħed jew aktar;

(6)

“apparat solari” tfisser sistema esklużivament solari, kollettur solari, tank tal-misħun solari jew pompa fis-sistema ċirkolari tal-kollettur, li jitqegħdu fis-suq b'mod separat;

(7)

“sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma” tfisser sistema li tuża l-ilma bħala mezz għat-trasferiment tas-sħana sabiex is-sħana prodotta ċentralment tiġi ddistribwita lill-emitturi tas-sħana għat-tisħin tal-post tal-bini jew ta' partijiet minnu;

(8)

“ġeneratur tas-sħana” tfisser il-parti ta' ħiter li tipproduċi s-sħana billi tuża proċess wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(b)

l-użu tal-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika;

(c)

il-qbid tas-sħana ambjentali minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew tas-sħana sekondarja;

(9)

“ħiter tal-gass” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem bil-fjuwils gassużi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(10)

“ħiter tal-fjuwil likwidu” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem bil-fjuwils likwidi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(11)

“ħiter tal-fjuwil solidu” tfisser ħiter tal-post jew ħiter ikkombinat mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem bil-fjuwils solidi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(12)

“ħiter tal-post b'bojler” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana billi juża l-proċess ta' kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika;

(13)

“ħiter tal-post b'bojler tal-gass” tfisser ħiter tal-post b'bojler mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils gassużi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(14)

“ħiter tal-post b'bojler tal-fjuwil likwidu” tfisser ħiter tal-post b'bojler mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils likwidi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(15)

“ħiter tal-post b'bojler tal-fjuwil solidu” tfisser ħiter tal-post b'bojler mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils solidi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(16)

“ħiter tal-post b'bojler tal-bijomassa solida” tfisser ħiter tal-post b'bojler mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem permezz tal-kombustjoni tal-fjuwils solidi mill-bijomassa;

(17)

“ħiter tal-post b'bojler elettriku” tfisser ħiter tal-post b'bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika;

(18)

“ħiter ikkombinat b'bojler elettriku” tfisser ħiter ikkombinat b'bojler li jipproduċi s-sħana biss billi juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika;

(19)

“ħiter tal-post b'pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post li juża s-sħana ambjentali li tkun ġejja minn sors tal-arja, sors tal-ilma jew sors tal-art, u/jew is-sħana sekondarja biex jipproduċi s-sħana; ħiter tal-post b'pompa tas-sħana jista' jkun mgħammar b'ħiter supplimentari wieħed jew iktar li juża l-effett “Joule” fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika jew il-proċess ta' kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa;

(20)

“ħiter ikkombinat b'pompa tas-sħana” tfisser ħiter tal-post b'pompa tas-sħana li jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun b'temperaturi, kwantitajiet u rati tal-fluss speċifiċi waqt intervalli speċifiċi u li jkun imqabbad ma' provvista esterna ta' ilma sanitarju jew għax-xorb;

(21)

“ħiter b'pompa tas-sħana li jaħdem bil-fjuwil” tfisser ħiter b'pompa tas-sħana mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem bil-fjuwils gassużi jew likwidi ta' oriġini fossili jew mill-bijomassa;

(22)

“ħiter b'pompa tas-sħana li jaħdem bl-elettriku” tfisser ħiter b'pompa tas-sħana mgħammar b'ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana li jaħdem bl-elettriku bħala sors ta' enerġija;

(23)

“ħiter tal-post b'koġenerazzjoni” tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana u l-elettriku fl-istess ħin permezz ta' proċess wieħed;

(24)

“apparat għall-kontroll tat-temperatura” tfisser apparat li jservi ta' interfaċċja mal-utent aħħari b'rabta mal-valuri u l-iskeda taż-żmien tat-temperatura mixtieqa ta' ġewwa u li jikkomunika d-dejta rilevanti, bħat-temperatura reali ta' barra u/jew ta' ġewwa, lil interfaċċja tal-ħiter bħall-proċessur ċentrali, biex b'hekk tkun tista' tiġi rregolata t-temperatura ta' ġewwa;

(25)

“l-effiċjenza enerġetika staġjonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon tad-domanda għat-tisħin tal-post għal staġun tat-tisħin speċifikat, li għaliha jintuża ħiter partikulari, meta mqabbla mal-konsum annwali tal-enerġija meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, mogħti bħala perċentwali ( %);

(26)

“l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma” (ηwh) tfisser il-proporzjon tal-enerġija utli fl-ilma għax-xorb jew sanitarju li l-ħiter ikkombinat jipprovdi meta mqabbla mal-enerġija meħtieġa għall-produzzjoni ta' dik l-enerġija, mogħti bħala perċentwali ( %);

(27)

“potenza termika nominali” tfisser il-potenza termika ddikjarata ta' ħiter meta dan ikun qed isaħħan il-post u, jekk ikun applikabbli, meta dan ikun qed isaħħan l-ilma bil-kundizzjonijiet nominali standard, mogħtija f'kW; għall-ħiters tal-post b'pompa tas-sħana u l-ħiters ikkombinati b'pompa tas-sħana, il-kundizzjonijiet nominali standard biex tiġi stabbilita l-potenza termika nominali huma l-kundizzjonijiet ta' referenza tad-disinn kif inhuma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 (2);

(28)

“kundizzjonijiet nominali standard” tfisser il-kundizzjonijiet operattivi tal-ħiters f'kundizzjonijiet klimatiċi medji sabiex jiġu stabbiliti l-potenza termika nominali, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, l-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma, il-livell ta' qawwa tal-ħoss, l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx), l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO), l-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG) u l-materja partikulata;

(29)

“kundizzjonijiet klimatiċi medji” tfisser il-kundizzjonijiet tat-temperatura li huma tipiċi għall-belt ta' Strasburgu;

(30)

“emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post” tfisser:

—

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod awtomatiku, medja pponderata tal-emissjonijiet fil-potenza termika nominali u tal-emissjonijiet fi 30 % tal-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3;

—

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tal-potenza termika nominali tagħhom f'modalità kontinwa, medja pponderata tal-emissjonijiet fl-potenza termika nominali u tal-emissjonijiet f'50 % tal-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3;

—

fil-każ ta' bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew anqas tal-potenza termika nominali tagħhom f'modalità kontinwa, l-emissjojnijiet fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3;

—

fil-każ ta' ħiters tal-post tal-fjuwil solidu b'koġenerazzjoni, l-emissjonijiet fil-potenza termika nominali, mogħtija f'mg/m3;

(31)

“potenzjal għat-tisħin globali” tfisser il-potenzjal għat-tisħin globali kif iddefinit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(32)

“Nm3” tfisser metru kubu normali (f'101,325 kPa u 273,15 K).

Artikolu 3

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodott ikklassifikat fil-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi” ddefinit fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati magħhom, huma stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji għall-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi” u r-rekwiżiti tal-valutazzjoni u l-verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għandhom ikunu validi sa għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti tal-“ħiters idroniċi” se jkun “045”.

Artikolu 6

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-pompi tas-sħana li jipprovdu s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma li jaqgħu fil-grupp ta' prodotti tal-“pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass”, li jitressqu fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, jistgħu jissejsu jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE (4) jew inkella fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li jissejsu fuqhom.

2.   Il-liċenzji għall-Ekotikketta tal-UE mogħtija għal pompi tas-sħana li jipprovdu s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136)

(3)  Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/742/KE tad-9 ta' Novembru 2007 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja lill-pompi tas-sħana mħaddma bl-elettriku, bil-gass jew bl-assorbiment tal-gass (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 14).


ANNESS

IL-KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE U R-REKWIŻITI TAL-VALUTAZZJONI

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-ħiters idroniċi huma stabbiliti għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

1.

L-effiċjenza enerġetika minima:

(a)

L-effiċjenza enerġetika staġonali minima tat-tisħin tal-post;

(b)

L-effiċjenza enerġetika minima tat-tisħin tal-ilma;

2.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra;

3.

Ir-refriġerant u r-refriġerant sekondarju;

4.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx);

5.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO);

6.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG);

7.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP);

8.

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju;

9.

Is-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi;

10.

Is-sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (1)

11.

Il-bċejjeċ tal-plastik;

12.

Id-disinn tal-prodott għas-sostenibbiltà;

13.

L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-informazzjoni għall-utenti;

14.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE.

It-Tabella 1 tippreżenta l-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana. Fil-każ ta' pakkett magħmul minn ħiter tal-post, dan għandu jikkonforma mal-kriterji kollha applikabbli għal kull teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana li huwa jkun magħmul minnha. Dawk il-kriterji li għalihom hemm metodoloġija speċifika mmirata lejn il-pakketti magħmulin minn ħiters tal-post, għandhom ikunu applikabbli għall-pakkett magħmul minn ħiters tal-post kollu kemm hu.

Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-valutazzjoni u l-verifika huma indikati f'kull kriterju.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn id-dokumenti jistgħu joriġinaw mill-applikant jew mill-fornitur tiegħu jew mit-tnejn li huma.

Fejn ikun possibbli, it-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali tal-Istandard Ewropew EN ISO 17025 jew ta' standards ekwivalenti għalih.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-metodi tat-testijiet għal kull kriterju għandhom ikunu dawk deskritti fl-Istandards rilevanti kif indikati fit-Tabella 2 u fit-Tabella 3 (fejn japplika). Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta' ttestjar oħra minbarra dawk indikati għal kull kriterju, dejjem jekk il-korp kompetenti li jkun qed jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom. Il-metodoloġija biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post huma indikati fit-Tabella 4.

Fejn ikun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta' appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Tabella 1

L-applikabbiltà tal-kriterji differenti għal kull teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Kriterji

Ħiters b'bojler tal-gass

Ħiters b'bojler tal-fjuwil likwidu

Ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu

Ħiters b'bojler elettriku

Ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bil-fjuwil

Ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bl-elettriku

Ħiters tal-post b'koġenerazzjoni

1(a)

— L-effiċjenza enerġetika staġonali minima tat-tisħin tal-post

x

x

x

x

x

x

x

1(b)

— L-effiċjenza enerġetika minima tat-tisħin tal-ilma (applikabbli għall-ħiters ikkombinati biss)

x

x

 

x

x

x

x

2

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra

x

x

x

x

x

x

x

3

— Ir-refriġerant u r-refriġerant sekondarju

 

 

 

 

x

x

 

4

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx)

x

x

x

 

x

 

x

5

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO)

x

x

x

 

x

 

x

6

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG)

 

 

x

 

 

 

 

7

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP)

 

x

x

 

 

 

x

8

— Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju

 

 

 

 

x

x

x

9

— Is-sustanzi u l-materjali perikolużi

x

x

x

x

x

x

x

10

— Is-sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

x

x

x

x

x

x

x

11

— Il-bċejjeċ tal-plastik

x

x

x

x

x

x

x

12

— Id-disinn tal-prodott għas-sostenibbiltà

x

x

x

x

x

x

x

13

— L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-informazzjoni għall-utenti

x

x

x

x

x

x

x

14

— L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

x

x

x

x

x

x

x


Tabella 2

Standards rilevanti għall-metodi tat-testijiet

Numru

Titlu

Ħiters b'bojler tal-gass

EN 676

Berners awtomatiċi għall-fjuwils gassużi bir-riħ sfurzat

EN 15502-1

Bojlers tat-tisħin li jaħdmu bil-gass — Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

Ħiters b'bojler tal-fjuwil likwidu

EN 267

Berners awtomatiċi għall-fjuwils likwidi bir-riħ sfurzat

EN 303-1

Bojlers tat-tisħin — Parti 1: Bojlers tat-tisħin b'berners bir-riħ sfurzat — Terminoloġija, rekwiżiti ġenerali, ittestjar u mmarkar

EN 303-2

Bojlers tat-tisħin — Parti 2: Bojlers tat-tisħin b'berners bir-riħ sfurzat — Rekwiżiti speċjali għall-bojlers b'berners taż-żejt bl-atomizzazzjoni

EN 303-4

Bojlers tat-tisħin — Parti 4: Bojlers tat-tisħin b'berners bir-riħ sfurzat — Rekwiżiti speċjali għall-bojlers b'berners taż-żejt bir-riħ sfurzat li jkollhom potenzi li ma jaqbżux is-70 kW u pressjoni operattiva massima ta' 3 bar — Terminoloġija, rekwiżiti speċjali, ittestjar u mmarkar

EN 304

Bojlers tat-tisħin — kodiċi tat-testijiet għall-bojlers tat-tisħin b'berners taż-żejt bl-atomizzazzjoni

Ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu

EN 303-5

Bojlers tat-tisħin — Parti 5: Bojlers tat-tisħin għall-fjuwils solidi, imnajrin b'mod manwali u b'mod awtomatiku, b'potenza termika nominali sa 500 kW — Terminoloġija, rekwiżiti, ittestjar u mmarkar

EN 14918

Bijofjuwils solidi — Determinazzjoni tal-valur kalorifiku

Ħiters b'bojler elettriku

EN 60335-2-35

Tagħmir domestiku u tagħmir simili ieħor tal-elettriku — Sikurezza — Parti 2-35: Rekwiżiti partikolari għall-ħiters tal-ilma istantanji

Ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bil-fjuwil

Is-serje EN 12309

Kundizzjonaturi tal-arja u/jew apparat b'pompa tas-sħana bis-sorbiment u bl-assorbiment li jaħdmu bil-gass b'input nett tas-sħana li ma jaqbiżx is-70 kW

DIN 4702, il-Parti 8

Boljer tat-tisħin ċentrali; determinazzjoni tal-effiċjenza standard u tal-emissività standard

Ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bl-elettriku

Is-serje EN 14511

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b'likwidu u pompi tas-sħana b'kompressuri tal-elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post

EN 14825

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b'likwidu u pompi tas-sħana b'kompressuri tal-elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post — Ittestjar u valutazzjoni f'kundizzjonijiet ta' tagħbija parzjali u kalkolu tal-prestazzjoni staġonali

Ħiters tal-post b'koġenerazzjoni

EN 50465

Apparat tal-gass — Apparat tat-tisħin tal-gass biċ-ċelloli tal-fjuwil — Apparat tat-tisħin tal-gass biċ-ċelloli tal-fjuwil ta' input termiku nominali ta' 70 kW jew anqas (2)

ISO 3046-1

Magni ta' kombustjoni interna bil-moviment alternat — Prestazzjoni — Parti 1: Dikjarazzjonijiet tal-qawwa, il-konsum tal-fjuwil u taż-żejt li jillubrika, u metodi ta' ttestjar — Rekwiżiti addizzjonali għall-magni għal użu ġenerali


Tabella 3

Standards rilevanti addizzjonali għall-metodi tat-testijiet tal-emissjonijiet fl-arja

Numru

Titlu

Emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu

EN 14792

Emissjonijiet minn sorsi li ma jiċċaqalqux — Determinazzjoni ta' konċentrazzjoni tal-massa tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) — il-metodu ta' referenza: Kimiluminexxenza

Emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju

EN 15058

Emissjonijiet minn sorsi li ma jiċċaqalqux — Determinazzjoni ta' konċentrazzjoni tal-massa tal-monossidu tal-karbonju (CO) — il-metodu ta' referenza: Spettrometrija infrared mhix dispersiva

Emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi

EN 12619

Emissjonijiet minn sorsi li ma jiċċaqalqux — Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tal-komposti organiċi gassużi totali f'konċentrazzjonijiet baxxi fil-gassijiet mit-tromba ta' ċumnija — Metodu kontinwu b'individwatur tal-jonizzazzjoni bi fjamma

Emissjonijiet tal-materja partikulata

EN 13284-1

Emissjonijiet minn sorsi li ma jiċċaqalqux — Determinazzjoni tal-konċentrazzjoni tal-massa tat-trab b'firxa baxxa — Parti 1: Il-metodu gravimetriku manwali

Emissjonijiet tal-istorbju

EN ISO 3744

Akustika — Determinazzjoni tal-livelli tal-qawwa tal-ħoss u tal-livelli tal-enerġija tal-ħoss tas-sorsi tal-istorbju bl-użu tal-pressjoni tal-ħoss — Metodi tal-inġinerija għal kamp essenzjalment liberu fuq pjan li jirrifletti (ISO 3744: 2010)

EN ISO 3746

Akustika — Determinazzjoni tal-livelli tal-qawwa tal-ħoss u tal-livelli tal-enerġija tal-ħoss tas-sorsi tal-istorbju bl-użu tal-pressjoni tal-ħoss — Metodu ta' stħarriġ bl-użu ta' wiċċ tal-kejl b'involkru fuq pjan li jirrifletti (ISO 3746:2010)

EN 12102

Kundizzjonaturi tal-arja, pakketti tat-tkessiħ b'likwidu, pompi tas-sħana u deumidifikaturi tal-arja b'kompressuri tal-elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ tal-post — Kejl tal-istorbju li jinġarr mal-arja — Determinazzjoni tal-livell tal-qawwa tal-ħoss


Tabella 4

Il-metodoloġija biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post

Tip ta' bojler tal-fjuwil solidu

Formola

Il-bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod manwali li jistgħu jitħaddmu f'50 % tal-potenza termika nominali tagħhom f'modalità kontinwa, u l-bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod awtomatiku

Formula

Il-bojlers tal-fjuwil solidu mnajrin b'mod manwali li ma jistgħux jitħaddmu f'50 % jew inqas tal-potenza termika nominali tagħhom f'modalità kontinwa, u l-ħiters tal-post tal-fjuwil solidu b'koġenerazzjoni

Formula

Fejn:

 

Es huma l-emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post;

 

Es,p huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu rispettivament, imkejlin fi 30 % jew 50 % tal-potenza termika nominali, kif japplika;

 

Es,r huma l-emissjonijiet tal-materja partikulata, tal-komposti organiċi gassużi, tal-monossidu tal-karbonju u tal-ossidi tan-nitroġenu rispettivament, imkejlin fil-potenza termika nominali.

Il-kriterju 1 — L-effiċjenza enerġetika minima

(a)   — Effiċjenza enerġetika staġonali minima tat-tisħin tal-post

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, η s, tal-ħiter idroniku ma għandhiex taqa' taħt il-valuri ta' limitu stipulati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Rekwiżiti minimi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Effiċjenza enerġetika staġonali minima tat-tisħin tal-post

Il-ħiters kollha, ħlief għall-ħiters b'bojler tal-bijomassa solida

η s ≥ 98 %

Ħiters b'bojler tal-bijomassa solida

η s ≥ 79 %

(i)

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandha tiġi kkalkulata f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 813/2013 u fl-Anness VII tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 (3), inkluż, fejn applikabbli, l-istandards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dan il-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħrajn li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment irrikonoxxuti u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 813/2013.

(ii)

Fil-każ tal-ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu, η s, għandha tiġi kkalkulata skont il-proċeduri msemmija fil-punt (i), filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

(a)

il-kalkolu ta' η s għandu jissejjes fuq il-valur kalorifiku gross tal-fjuwil imxarrab (kif jasal), GCVar, li jikkoreġi l-kontenut tal-indewwa fil-fjuwil iżda jinkludi, fil-kontenut tal-enerġija, l-enerġija tas-sħana latenti maħżuna fl-idroġenu li jiġi ossidat biex isir ilma fil-proċess tal-kombustjoni. Il-prinċipji stabbiliti fl-Istandard EN 303-5 għandhom japplikaw biex tiġi stmata η s, filwaqt li l-GCVar għandu jintuża minflok il-valur kalorifiku nett tal-fjuwil imxarrab (kif jasal), NCVar, għall-kalkolu ta' η s;

(b)

għad-determinazzjoni tal-valur kalorifiku tal-bijomassa solida, għandhom japplikaw il-prinċipji stabbiliti fl-istandard EN 14918.

(c)

Il-valur kalorifiku gross tal-fjuwil imxarrab f'volum kostanti, GCVar,V, jista' jinkiseb kif ġej:

GCVar,V = GCVdry,V × (100 – m)/100 [f'MJ/kg],

fejn:

 

m huwa l-kontenut tal-indewwa tal-fjuwil imxarrab (f'perċentwali skont il-massa);

 

GCVdry,V huwa l-valur kalorifiku gross tal-fjuwil niexef (bla ndewwa) f'volum kostanti;

(d)

il-valur kalorifiku gross tal-fjuwil niexef f'volum kostanti, GCVdry,V, jista' jinkiseb kif ġej:

GCVdry,V = NCVdry,P + 0,2122 × Hdry + 0,0008 × (Odry + Ndry) [f'MJ/kg],

fejn:

 

NCVdry,P huwa l-valur kalorifiku nett tal-fjuwil niexef (inkluż l-irmied) fi pressjoni kostanti;

 

Hdry huwal-kontenut tal-idroġenu tal-fjuwil niexef (f'perċentwali skont il-massa);

 

Odry huwal-kontenut tal-ossiġnu tal-fjuwil niexef (f'perċentwali skont il-massa);

 

Ndry huwa l-kontenut tan-nitroġenu tal-fjuwil niexef (f'perċentwali skont il-massa);

(e)

il-valur kalorifiku nett tal-fjuwil niexef fi pressjoni kostanti, NCVdry,P, jista' jinkiseb kif ġej:

NCVdry,P = NCVar,P × 100/(100 – m) + 2,443 × m/(100 – m) [f'MJ/kg],

fejn:

NCVar,P huwa l-valur kalorifiku nett tal-fjuwil imxarrab fi pressjoni kostanti;

(f)

Għandu jiġi nnotat li l-valur ta' GCVar,V jista' jinkiseb mill-valur ta' NCVar,P kif ġej jekk wieħed jikkombina l-punti (c), (d) u (e):

GCVar,V = NCVar,P + [0,2122 × Hdry + 0,0008 × (Odry + Ndry)] × (100 – m)/100 + 0,02443 × m [f'MJ/kg].

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma' dan il-kriterju u għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet li jkunu twettqu skont il-proċedura tal-ittestjar indikata fl-istandards EN applikabbli għat-tip ta' prodott partikolari (inklużi l-metodi tranżitorji fejn dawn ikunu applikabbli) (ara t-Tabella 2). Il-kejl u l-kalkoli tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandhom isiru bl-użu tal-metodoloġija tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għall-pakketti u f'konformità mal-proċeduri msemmija fil-punt (i). Għall-ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu, l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għandha tiġi kkalkulata skont il-punt (ii).

(b)   — L-effiċjenza enerġetika minima tat-tisħin tal-ilma

(i)

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma,η wh, tal-ħiters ikkombinati jew tal-pakketti magħmulin minn ħiters tal-post li jkun fihom ħiter ikkombinat wieħed jew iktar ma għandhiex tkun ta' inqas minn 65 %. Dan il-kriterju ma għandux japplika għall-ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu.

(ii)

L-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma għandha tiġi kkalkulata skont il-proċeduri stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 813/2013 u fl-Anness VII tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 811/2013.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma' dan il-kriterju u għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet li jkunu twettqu skont il-proċedura tal-ittestjar indikata fl-istandards EN applikabbli għat-tip ta' prodott partikolari (inklużi l-metodi tranżitorji fejn dawn ikunu applikabbli) (ara t-Tabella 2). Il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru bl-użu tal-metodoloġija tal-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-ilma għall-pakketti u f'konformità mal-proċeduri msemmija fil-punt (ii).

Il-kriterju 2 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG)

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) tal-ħiter abbażi tal-ilma, mogħtija fi grammi ta' ekwivalenti tas-CO2 għal kull kWh ta' potenza termika u kkalkulati bl-użu tal-formoli tal-Impatt Ekwivalenti Totali tat-Tisħin (TEWI) stabbiliti fit-Tabella 7, ma għandhomx jaqbżu l-valuri stabbiliti fit-Tabella 6.

Tabella 6

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-GHG skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Limiti tal-emissjonijiet tal-GHG

Il-ħiters kollha, ħlief għall-ħiters b'pompa tas-sħana

200 g ta' ekwivalenti tas-CO2għal kull kWh ta' potenza termika

Il-ħiters b'pompa tas-sħana

150 g ta' ekwivalenti tas-CO2għal kull kWh ta' potenza termika

L-emissjonijiet tal-GHG għandhom jiġu kkalkulati skont il-formoli tat-TEWI stabbiliti fit-Tabella 7 (il-formola tiddependi fuq it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana). Kull formola tat-TEWI tista' tikkonsisti f'żewġ partijiet, waħda li tkun tiddependi biss fuq l-effiċjenza tal-ħiter (mogħtija f'termini tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post, η s) u fuq l-intensità tal-karbonju fil-fjuwil (irrappreżentata mill-parametru ß), u l-oħra, t-tieni parti, (li tkun tapplika biss għall-ħiters b'pompa tas-sħana) li tkun tiddependi fuq l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ġejjin mit-tnixxija tar-refriġerant. L-emissjonijiet tal-GHG li jkunu ġejjin mit-tnixxija tar-refriġerant jiddependu fuq il-potenzjal għat-tisħin globali tar-refriġerant (GWP100) u fuq it-tnixxija tar-refriġerant waqt il-fażi tal-użu (mogħtija bħala r-rata annwali tat-tnixxija, ER, f'perċentwali tal-massa totali tar-refriġerant kull sena) u fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (mogħtija bħala perċentwali tal-massa totali tar-refriġerant, α).

Tabella 7

Il-formoli tat-TEWI skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Formola tat- TEWI (fi grammi ta' ekwivalenti tas-CO2għal kull kWh ta' potenza termika)

Ħiters b'bojler

Formula

Ħiters b'pompa tas-sħana

Formula

Ħiters tal-post b'koġenerazzjoni

Formula

Pakkett magħmul minn ħiters tal-post

Formula

Il-parametri ewlenin tal-formoli tat-TEWI mogħtija fit-Tabella 7 huma spjegati fit-Tabella 8.

Tabella 8

Il-parametri ewlenin għall-kalkolu tal-formoli tat-TEWI

Parametru

Deskrizzjoni tal-parametru

Unità

Il-valur kostanti jew it-test li għandu jitwettaq sabiex jinkiseb il-parametru

βelec

L-intensità tal-emissjonijiet tal-GHG tal-elettriku

[g ta' ekwivalenti tas-CO2/kWhelec]

384

βfuel

L-intensità tal-emissjonijiet tal-GHG tal-fjuwil użat mill-ħiter

[g ta' ekwivalenti tas-CO2/kWh]

Ara t-Tabella 9

ηs

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post

[-]

L-applikant għandu jittestjaha u jiddikjara l-valur tagħha (il-kriterju 1)

ηs,B

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-parti tal-ħiter tal-bojler f'kundizzjonijiet klimatiċi medji

[-]

L-applikant għandu jittestjaha u jiddikjara l-valur tagħha; din tikkorrispondi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-pakkett bil-pompa tas-sħana supplimentari mnaqqsa minnha, kif iddikjarat fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-pakketti.

ηs,HP

L-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-posti tal-parti tal-ħiter tal-pompa tas-sħana f'kundizzjonijiet klimatiċi medji

[-]

L-applikant għandu jittestjaha u jiddikjara l-valur tagħha; din tikkorrispondi għall-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-pompa tas-sħana supplimentari, kif iddikjarat fl-iskeda tat-tagħrif tal-prodott tal-pakketti.

ηthermal

L-effiċjenza termali

[-]

Ara t-Tabella 10

ηel

L-effiċjenza elettrika

[-]

Ara t-Tabella 10

δ

Valur indikattiv

[-]

= 0 għall-ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bl-elettriku

= 1 għall-ħiters b'pompa tas-sħana li jaħdmu bil-fjuwil

GWP100

Il-potenzjal għat-tisħin globali (effett fuq 100 sena)

[g ta' ekwivalenti tas-CO2/g ta' refrigerant, fuq perjodu ta' 100 sena]

Valur iddikjarat mill-applikant skont il-Kriterju 3

m

Il-massa tar-refriġerant

[g]

L-applikant għandu jiddikjara l-valur tagħha.

ER

It-telf tar-refriġerant fis-sena

[% fis-sena]

Għandu jintuża valur ta' ER = 3,5 % fis-sena.

n

Iċ-ċiklu tal-ħajja

[sena]

Għandu jintuża valur ta' n = 15

α

It-telf tar-refriġerant fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (it-telf mir-rimi)

[%]

Għandu jintuża valur ta' α = 35 %.

P

It-tagħbija tad-disinn

[kW]

L-applikant għandu jiddikjara l-valur tagħha.

h

Is-sigħat ta' tħaddim meta jkun hemm tagħbija sħiħa

[sigħat fis-sena]

2 000

sHP

Is-sehem tal-potenza termika tal-parti tal-ħiter tal-pompa tas-sħana mill-potenza termika totali

[-]

= (16 – THP )/26,

fejn THP hija t-temperatura (fi °C) li fiha l-effiċjenza tal-pompa tas-sħana (primarja) tkun daqs l-effiċjenza tal-bojler primarju. Huwa preżunt li 'l isfel minn din it-temperatura l-bojler jissodisfa d-domanda għas-sħana, filwaqt li 'l fuq minnha l-pompa tas-sħana tkopri d-domanda għas-sħana.

It-Tabella 9 turi kif għandu jiġi evalwat il-parametru βfuel fil-formoli tat-TEWI skont il-fjuwil użat mill-ħiter. F'każ li l-bojler ikun imfassal għal fjuwil li mhux elenkat fit-tabella, għandu jintgħażel l-aktar fjuwil li jixbhu abbażi tal-oriġini tal-fjuwil użat (fossili jew tal-bijomassa) u l-forma tiegħu (gassuż, likwidu jew solidu).

Tabella 9

Il-parametru βfuel (l-intensità tal-emissjonijiet tal-GHG) biex jiġu kkalkulati l-formoli tat-TEWI

Fjuwil użat mill-ħiter

Intensità tal-emissjonijiet tal-GHG

Valur [fi grammi ta' ekwivalenti tas-CO2għal kull kWh]

Fjuwils fossili gassużi

βfuel = βgas

202

Fjuwils fossili likwidi

βfuel = βοil

292

Fjuwils fossili solidi

βfuel = βcoal

392

Bijomassa gassuża

βfuel = βbio-gas

98

Bijomassa likwida

βfuel = βbio-oil

149

Zkuk tal-injam

βfuel = βbio-log

19

Laqx tal-injam

βfuel = βbio-chip

16

Pelits tal-injam

βfuel = βbio-pellet

39

Taħlitiet ta' fjuwils fossili u bijomassa

βfuel = il-medja pponderata li tiġi mis-somma tal-frazzjonijiet tal-piż tal-fjuwils individwali mmultiplikati bil-parametru tal-emissjonijiet tal-GHG tagħhom

Σ (fjuwil X % × βfuel X) + (Fjuwil Y % × βfuel Y) + … (Fjuwil N % × βfuel N)

It-Tabella 10 turi kif għandhom jiġu evalwati l-parametri η thermal u η el fil-formola tat-TEWI għall-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni.

Tabella 10

Il-parametri ηthermal u ηel biex tiġi kkalkulata l-formola tat-TEWI għall-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni

Parametru

Espressjoni

ηthermal

Formula

ηel

Għall-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni li ma jkunux mgħammra b'ħiters supplimentari:

Formula

Għall-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b'ħiters supplimentari:

Formula

fejn:

ηs tfisser l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 813/2013;

ηel tfisser l-effiċjenza elettrika kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 813/2013;

ηel,CHP100+Sup0 tfisser l-effiċjenza elettrika fil-potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun diżattivat, kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 813/2013;

ηel,CHP100+Sup100 tfisser l-effiċjenza elettrika fil-potenza termika nominali ta' ħiter tal-post b'koġenerazzjoni meta l-ħiter supplimentari jkun attivat, kif iddefinita fir-Regolament (UE) Nru 813/2013.

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti. L-applikant għandu jipprovdi l-emissjonijiet ikkalkulati tal-GHG skont il-formoli tat-TEWI proposti u għandu jagħti d-dettalji tal-parametri kollha użati biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra.

Il-kriterju 3 — Ir-refriġerant u r-refriġerant sekondarju

Ir-refriġerant

Il-potenzjal għat-tisħin globali fuq perjodu ta' 100 sena tar-refriġerant (GWP100) ma għandux jaqbeż il-valur ta' 2 000. Il-valuri tal-GWP100 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006. L-għejjun ta' referenza għall-valuri GWP100 għandhom ikunu dawk definiti fl-Anness I.1(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 (4).

Ir-refriġerant sekondarju

Fil-każ ta' ħiters tal-post li jużaw refriġerant sekondarju, id-disinn ta' dawn il-ħiters m'għandux ikun ibbażat fuq refriġerant sekondarju, salmura jew addittivi li huma kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent jew għas-saħħa fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (6), u l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni għandhom jindikaw biċ-ċar illi s-sustanzi kklassifikati bħala perikolużi għall-ambjent jew għas-saħħa m'għandhomx jintużaw bħala refriġerant sekondarju.

Valutazzjoni u verifika:

Ir-refriġerant

L-ismijiet tar-refriġerant/i użati fil-prodott għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni flimkien mal-valuri tal-GWP100 tagħhom kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 842/2006. Il-valuri tal-GWP100 tar-refriġeranti għandhom jiġu kkalkulati f'termini tal-potenzjal għat-tisħin, fuq perjodu ta' 100 sena, ta' kilogramm ta' gass meta mqabbel ma' kilogramm tas-CO2. Is-sorsi ta' referenza għall-valuri tal-GWP100 għandhom ikunu dawk iddefiniti fl-Anness I.1(7) tar-Regolament (UE) Nru 206/2012.

Għar-refriġerant/i sekondarji biss

L-isem/l-ismijiet tar-refriġerant/i sekondarji użati għandhom jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.

Il-kriterju 4 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx)

Il-kontenut tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) fil-gass tal-egżost m'għandux jaqbeż il-valuri ta' limitu indikati fit-Tabella 11 (mhux applikabbli għall-ħiters tal-elettriku). L-emissjonijiet tan-NOx għandhom jitkejlu bħala s-somma tal-monossidu tan-nitroġenu u tad-diossidu tan-nitroġenu fil-kundizzjonijiet ta' tħaddim li ġejjin:

—

għall-ħiters tal-gass u tal-fjuwil likwidu, f'kundizzjonijiet nominali standard u fil-potenza termika nominali;

—

għall-ħiters tal-fjuwil solidu, bħala emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post skont it-Tabella 4.

Il-kejl għandu jingħata f'mg għal kull kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV jew f'mg/Nm3, skont kif ikun xieraq.

Tabella 11

Il-limiti tal-emissjonijiet tan-NOx skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Il-limiti tal-emissjonijiet tan-NOx

Ħiters tal-gass

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna: 170 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna: 36 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil likwidu

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna: 380 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna: 100 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil solidu

150 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

L-emissjonijiet tan-NOx fil-gass tal-egżost għandhom jiġu stabbiliti bħala fatturi standard tal-emissjoni skont l-istandards rilevanti inklużi fit-Tabella 2 u t-Tabella 3 (fejn ikun xieraq).

Il-kriterju 5 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO)

Il-kontenut tal-monossidu tal-karbonju (CO) fil-gass tal-egżost m'għandux jaqbeż il-valuri ta' limitu indikati fit-Tabella 12 (mhux applikabbli għall-ħiters tal-elettriku). L-emissjonijiet tas-CO għandhom jitkejlu fil-kundizzjonijiet ta' tħaddim li ġejjin:

—

għall-ħiters tal-gass u tal-fjuwil likwidu, f'kundizzjonijiet nominali standard u fil-potenza termika nominali;

—

għall-ħiters tal-fjuwil solidu, bħala emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post skont it-Tabella 4.

Il-kejl għandu jingħata f'mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV jew f'mg/Nm3, skont kif ikun xieraq.

Tabella 12

Il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Il-limiti tal-emissjonijiet tas-CO

Ħiters tal-gass

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna: 150 mg/Nm3 f'5 % ta' O2

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna: 25 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil likwidu

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna: 200 mg/Nm3 f'5 % ta' O2

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna: 50 mg/kWh ta' input tal-enerġija tal-GCV

Ħiters tal-fjuwil solidu

Imnajra b'mod awtomatiku: 175 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Imnajra b'mod manwali: 250 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

L-emissjonijiet tas-CO fil-gass tal-egżost għandhom jiġu stabbiliti bħala fatturi standard tal-emissjoni skont l-istandards rilevanti inklużi fit-Tabella 2 u t-Tabella 3 (fejn ikun xieraq).

Il-kriterju 6 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-komposti organiċi gassużi (KOG)

Il-komposti organiċi gassużi (KOG) fil-gass tal-egżost, li jitqiesu wkoll bħala l-kontenut tal-karbonju organiku, m'għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu indikati fit-Tabella 13 (dan japplika biss għall-ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu). L-emissjonijiet tal-KOG għandhom jitkejlu bħala emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post skont it-Tabella 4. Il-kejl għandu jingħata f'mg/Nm3.

Tabella 13

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-KOG skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-KOG

Ħiters b'bojler tal-fjuwil solidu

7 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

L-emissjonijiet tal-KOG fil-gass tal-egżost għandhom jiġu stabbiliti bħala fatturi standard tal-emissjoni skont l-istandards rilevanti inklużi fit-Tabella 2 u t-Tabella 3 (fejn ikun xieraq).

Il-kriterju 7 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-materja partikulata (MP)

Il-kontenut tal-materja partikulata (MP) fil-gass tal-egżost m'għandux jaqbeż il-valuri ta' limitu indikati fit-Tabella 14. L-emissjonijiet tal-MP għandhom jitkejlu fil-kundizzjonijiet ta' tħaddim li ġejjin:

—

għall-ħiters tal-fjuwil likwidu, f'kundizzjonijiet nominali standard u fil-potenza termika nominali;

—

għall-ħiters tal-fjuwil solidu, bħala emissjonijiet mit-tisħin staġonali tal-post skont it-Tabella 4.

Il-kejl għandu jingħata f'mg/Nm3.

Tabella 14

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-MP skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-MP

Ħiters tal-fjuwil likwidu

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna: 1 mg/Nm3 f'5 % ta' O2

Mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna: l-ebda limitu

Ħiters tal-fjuwil solidu

20 mg/Nm3 f'10 % ta' O2

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

L-emissjonijiet tal-MP fil-gass tal-egżost għandhom jiġu stabbiliti bħala fatturi standard tal-emissjoni skont l-istandards rilevanti inklużi fit-Tabella 2 u t-Tabella 3 (fejn ikun xieraq).

Il-kriterju 8 — Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju

L-emissjonijiet tal-istorbju m'għandhomx jaqbżu l-valuri ta' limitu indikati fit-Tabella 15. L-emissjonijiet tal-istorbju għandhom jitkejlu f'kundizzjonijiet nominali standard u fil-potenza termika nominali. Il-kejl għandu jingħata f'dB(A) jew f'dB(C),skont kif ikun xieraq.

Tabella 15

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju skont it-teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Teknoloġija tal-ġeneratur tas-sħana

Kejl

Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju

Ħiters b'pompa tas-sħana mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna u pompi tas-sħana li jaħdmu bl-elettriku

Il-valur ta' limitu tal-livell ta' qawwa tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A (LWAd, lim)

17 + 36 × log(PN + 10) dB(A)

Ħiters b'pompa tas-sħana mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna

Il-valur ta' limitu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A (LPAd, lim)

30 + 20 × log (0,4 × PN + 15) dB(A)

Il-valur ta' limitu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza C (LPCd, lim)

LPAd, lim + 20 dB(C)

Ħiters tal-post b'koġenerazzjoni mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna

Il-valur ta' limitu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza A (LPAd, lim)

30 + 20 × log (PE + 15) dB(A)

Il-valur ta' limitu tal-livell tal-pressjoni tal-ħoss ippeżat għall-frekwenza C (LPCd, lim)

LPAd, lim + 20 dB(C)

Nota: PN tfisser il-potenza termika nominali (meta jkun hemm tagħbija sħiħa) jew il-potenza termika ddikjarata; PE tfisser l-elettriku li jkun qed jiġi prodott.

Valutazzjoni u verifika:

Ċertifikat iffirmat mill-manifattur li jiddikjara l-konformità ma' dan il-kriterju għandu jiġi ppreżentat lill-entità kompetenti tal-għoti, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti.

It-testijiet għandhom jitwettqu skont l-istandard EN 12102 għall-ħiters b'pompa tas-sħana li jkunu mgħammra b'magna tal-kombustjoni esterna u l-pompi tas-sħana li jaħdmu bl-elettriku, u skont l-istandard EN ISO 3744 jew EN ISO 3746 għall-ħiters b'pompa tas-sħana u l-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni li jkunu mgħammra b'magni tal-kombustjoni interni. Ir-rapport tat-test għandu jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni.

Il-kriterju 9 — Is-sustanzi u t-taħlitiet perikolużi

Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, il-prodott jew kwalunkwe oġġett minnu ma għandux jinkludi s-sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u lanqas sustanzi jew taħlitiet li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew il-kategoriji ta' periklu elenkati fit-Tabella 16 skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew id-Direttiva 67/548/KEE.

Tabella 16

Lista ta' dikjarazzjonijiet tal-periklu u frażijiet tar-riskju

Dikjarazzjoni tal-periklu (7)

Frażi tar-riskju (8)

H300 Fatali jekk jinbela'

R28

H301 Tossiku jekk jinbela'

R25

H304 Jista' jkun fatali jekk jinbela' u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs

R65

H310 Fatali jekk imiss mal-ġilda

R27

H311 Tossiku meta jmiss mal-ġilda

R24

H330 Fatali jekk jinxtamm

R23/26

H331 Tossiku jekk jinxtamm

R23

H340 Jista' jikkawża difetti ġenetiċi

R46

H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi

R68

H350 Jista' jikkawża l-kanċer

R45

H350i Jista' jikkawża l-kanċer jekk jinxtamm

R49

H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer

R40

H360F Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità

R60

H360D Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R61

H360FD Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/61/60-61

H360Fd Jista' jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R60/63

H360Df Jista' jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R61/62

H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità

R62

H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R63

H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha fil-ġuf

R62-63

H362 Jista' jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa

R64

H370 Jagħmel ħsara lill-organi

R39/23/24/25/26/27/28

H371 Jista' jikkawża ħsara lill-organi

R68/20/21/22

H372 Jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

R48/25/24/23

H373 Jista' jikkawża ħsara lill-organi minħabba espożizzjoni fit-tul jew ripetuta

R48/20/21/22

H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi

R50/50-53

H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

R50-53

H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

R51-53

H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b'mod li jħalli effetti dejjiema

R52-53

H413 Jista' jikkawża effetti ta' ħsara dejjiema lill-organiżmi akkwatiċi

R53

EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu

R59

EUH029 Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-ilma

R29

EUH031 Jitfa' gass tossiku meta jmiss l-aċidi

R31

EUH032 Jitfa' gass tossiku ħafna meta jmiss l-aċidi

R32

EUH070 Tossiku meta jmiss mal-għajnejn

R39-41

L-użu ta' sustanzi jew taħlitiet fil-prodott finali li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom b'tali mod li l-periklu identifikat ma jibqax japplika, huwa eżentat mir-rekwiżit ta' hawn fuq.

Il-limiti tal-konċentrazzjoni tas-sustanzi jew it-taħlitiet li jissodisfaw il-kriterju għall-klassifikazzjoni fil-klassijiet jew fil-kategoriji ta' periklu elenkati fit-tabella 16, u tas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(a), (b) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma għandhomx jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni ġeneriċi jew speċifiċi stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. Fejn ikunu stabbiliti limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ġeneriċi.

Il-limiti tal-konċentrazzjoni tas-sustanzi li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 57(d), (e) jew (f) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 ma għandhomx jaqbżu ż-0,1 % tal-piż skont il-piż.

Is-sustanzi jew it-taħlitiet elenkati fit-Tabella 17 huma speċifikament eżentati mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010.

Tabella 17

Derogi mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010

Sustanzi, partijiet jew oġġetti li ngħataw deroga

Derogi

Oġġetti li jiżnu anqas minn 25 g

Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju kollha

Partijiet omoġenji ta' oġġetti kumplessi li jiżnu anqas minn 25 g

Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-frażijiet tar-riskju kollha

In-nikil fl-azzar li ma jissaddadx

H351/372 u R40/48/23

Valutazzjoni u verifika:

Għal kull oġġett u/jew parti omoġenja ta' oġġetti kumplessi li tiżen aktar minn 25 g, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri tas-sustanzi u l-kopji tal-Iskedi rilevanti tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti tal-konċentrazzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Il-kriterju 10 — Is-sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Ma tista' tingħata l-ebda deroga mill-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 għas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jkunu preżenti f'taħlitiet, f'oġġett jew fi kwalunkwe parti omoġenja ta' oġġett kumpless f'konċentrazzjonijiet ta' iktar minn 0.1 % tal-piż skont il-piż. Il-limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandhom japplikaw meta l-konċentrazzjoni tkun ta' inqas minn 0.1 % tal-piż skont il-piż.

Valutazzjoni u verifika:

Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab fis-sit tal-Internet li ġej:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp.

Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri tas-sustanzi u l-kopji tal-Iskedi rilevanti tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għas-sustanzi jew it-taħlitiet. Il-limiti tal-konċentrazzjoni tas-sustanzi u t-taħlitiet għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Il-kriterju 11 — Il-bċejjeċ tal-plastik

Jekk fil-proċess tal-manifattura jintuża kwalunkwe plastifikant, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti dwar is-sustanzi perikolużi stabbiliti fil-Kriterji 9 u 10.

Il-bċejjeċ tal-plastik ta' oġġetti jew partijiet omoġenji ta' oġġetti kumplessi li jiżnu 25 g jew aktar ma għandhomx jinkludu kontenut tal-kloru ta' iktar minn 50 % skont il-piż.

Il-bċejjeċ tal-plastik li jiżnu 50 g jew aktar għandhom jiġu mmarkati skont ir-rekwiżiti tal-istandard Ewropew EN ISO 11469 biex jiġi żgurat li dawn jiġu rriċiklati jew irkuprati, jew li dawn jintremew b'mod korrett matul il-fażi li fiha ma jibqgħux jintużaw.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta' konformità ffirmati mill-fornituri tas-sustanzi u l-kopji tal-Iskedi rilevanti tad-Dejta dwar is-Sikurezza. L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-plastifikanti użati fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut massimu tal-kloru fil-bċejjeċ tal-plastik. Għandha tiġi pprovduta wkoll dikjarazzjoni ta' konformità ffirmata mill-fornituri tal-plastik u kopji tal-Iskedi rilevanti tad-Dejta dwar is-Sikurezza dwar il-materjali u s-sustanzi lill-entità kompetenti tal-għoti. L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar is-sustanzi miżjuda apposta li jservu ta' ritardanti tal-fjammi.

Il-kriterju 12 — Id-disinn tal-prodott għas-sostenibbiltà

Il-prodott għandu jiġi ddisinjat b'tali mod li l-komponenti skambjabbli tiegħu jkunu jistgħu jinbidlu faċilment mill-persunal tas-servizz. L-informazzjoni dwar liema elementi jistgħu jinbidlu għandha tiġi indikata b'mod ċar fl-iskeda tal-informazzjoni mehmuża mal-prodott. Barra minn hekk, l-applikant għandu jiżgura li “spare parts” oriġinali jew oġġetti ekwivalenti għalihom ikunu disponibbli għallinqas għal għaxar snin mid-data tax-xiri.

It-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-prodott għandha tkun koperta mit-termini tal-garanzija għal mill-inqas ħames snin.

L-applikant għandu jimpenja ruħu li jieħu l-prodott lura bla ħlas fi tmiem iċ-ċiklu ta' ħajja tiegħu u għandu jiżgura li jkun hemm riċiklaġġ xieraq jew irkupru tal-materjali tal-prodott, filwaqt li l-partijiet tal-prodott li ma jistgħux jiġu rriċiklati jintremew b'mod li jkun ambjentalment aċċettabbli. L-informazzjoni dwar il-prodott għandha tipprovdi d-dettalji tal-iskema ta' teħid lura li tkun fis-seħħ.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti, inklużi kampjun jew kampjuni tal-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott u tat-termini tal-garanzija.

Il-kriterju 13 — L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u l-informazzjoni għall-utenti

Il-prodott għandu jkollu miegħu struzzjonijiet rilevanti għall-installazzjoni u informazzjoni rilevanti għall-utenti, li għandhom jagħtu d-dettalji tekniċi kollha meħtieġa biex jiġi installat sew u li għandhom jipprovdu pariri dwar kif il-prodott jista' jintuża b'mod xieraq u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, kif ukoll dwar il-manutenzjoni tiegħu. L-informazzjoni li ġejja għandha tintwera b'mod stampat (fuq l-imballaġġ jew fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott) jew f'format elettroniku:

(a)

stqarrija li tgħid li l-prodott ingħata l-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma' spjega qasira imma speċifika dwar xi jfisser dan, flimkien mal-informazzjoni ġenerali pprovduta ħdejn il-lowgo tal-Ekotikketta tal-UE;

(b)

informazzjoni ġenerali dwar id-dimensjonijiet ix-xierqa tal-ħitersgħall-karatteristiċi/id-daqsijiet differenti tal-bini;

(c)

informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tal-ħiter;

(d)

struzzjonijiet għal installazzjoni kif suppost, inklużi:

(i)

struzzjonijiet li jispeċifikaw li l-ħiter għandu jiġi nstallat minn nies tas-sengħa mħarrġa sew;

(ii)

kull prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi mmuntat jew installat il-ħiter;

(iii)

struzzjonijiet li jispeċifikaw li s-settings tal-kontroll tal-ħiter (il-“kurva tat-tisħin”) għandhom jiġu aġġustati sewwa wara li jiġi nstallat;

(iv)

jekk ikun applikabbli, dettalji dwar liema valuri tal-emissjonijiet li jniġġsu l-arja l-gass mit-tromba taċ-ċumnija għandu jkollu matul il-fażi ta' tħaddim u dwar kif il-ħiter għandu jiġi aġġustat biex jinkisbu dawn il-valuri. B'mod partikolari, l-istruzzjonijiet għandhom jiddikjaraw li:

—

il-ħiter għandu jiġi aġġustat bl-għajnuna ta' strumenti tal-kejl għall-kejl tas-CO, tal-O2 jew tas-CO2, tan-NOx, tat-temperatura u tan-nugrufun biex jiġi żgurat li l-ebda wieħed mill-valuri ta' limitu previsti fil-kriterji 2, 4, 5, 6 u 7 ma jinqabeż;

—

it-toqob għall-istrumenti tal-kejl għandhom isiru fl-istess post bħal dak użat għat-testijiet tal-laboratorju;

—

ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu rreġistrati f'forma jew dijagramma speċjali, li kopja waħda tagħha għandha tinżamm mill-utent aħħari;

(v)

fil-każ tat-teknoloġija ta' temperatura baxxa tal-gass mit-tromba ta' ċumnija, struzzjonijiet li jispeċifikaw li s-sistema għandha tkun mgħammra b'teknoloġija li tittardja l-korrużjoni;

(vi)

fil-każ tat-teknoloġija ta' bojler li juża l-kondensazzjoni, struzzjonijiet li jispeċifikaw li ċ-ċumnija għandha tiġi protetta mill-kondensat b'livell baxx ta' pH;

(vii)

tagħrif dwar “il min l-installatur jista” jkellem għal gwida dwar l-installazzjoni;

(e)

struzzjonijiet tat-tħaddim għall-persunal tas-servizz;

(f)

informazzjoni għall-utenti, fosthom:

(i)

ir-referenzi għall-persuni kompetenti li jinstallaw it-tagħmir u għall-persunal kompetenti tas-servizz;

(ii)

rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni x-xierqa tal-ħiter, inklużi l-fjuwils korretti li għandhom jintużaw u kif għandhom jinħażnu b'mod xieraq għall-kombustjoni ottima tagħhomu l-iskeda ta' manutenzjoni regolari li għandha tiġi segwita;

(iii)

pariri dwar kif l-użu razzjonali jista' jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali tal-ħiter, b'mod partikolari informazzjoni dwar l-użu x-xieraq tal-prodott biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-konsum tal-enerġija tiegħu;

(iv)

jekk ikun applikabbli, informazzjoni dwar kif ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġi interpretati u kif jistgħu jittejbu;

(v)

informazzjoni dwar liema “spare parts” jistgħu jinbidlu;

(g)

rakkomandazzjonijiet dwar ir-rimi kif suppost tal-prodott meta dan ma jibqax jintuża.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma' dan il-kriterju u għandu jipprovdi lill-entità kompetenti b'kampjun jew kampjuni tal-informazzjoni għall-utenti jew b'ħolqa għas-sit tal-Internet tal-manifattur li jkun fih din l-informazzjoni bħala parti mill-applikazzjoni.

Il-kriterju 14 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

It-tikketta fakultattiva b'kaxxa għall-kitba għandha tinkludi t-test li ġej:

—

Titjib fl-effiċjenza enerġetika;

—

Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

—

Tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja.

Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa għall-kitba jinsabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-lowgo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit tal-Internet li ġej:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/pdf/logo%20guidelines.pdf.

Valutazzjoni u verifika:

L-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-prodott tal-karta stampata li juri t-tikketta, flimkien ma' dikjarazzjoni ta' konformità ma' dan il-kriterju.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(2)  Verżjoni aġġornata tal-istandard mistennija tkopri wkoll il-ħiters tal-post b'koġenerazzjoni (ara l-Abbozz prEN 50465: 2011 Apparat tal-gass — Apparat ikkombinat tas-sħana u l-enerġija b'input termiku nominali ta' 70 kW jew anqas).

(3)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 811/2013 tat-18 ta' Frar 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tikkettar enerġetiku ta' ħiters tal-post, ħiters ikkombinati, pakketti magħmulin minn ħiter tal-post, regolatur tat-temperatura u apparat solari u pakketti magħmulin minn ħiter ikkombinat, regolatur tat-temperatura u apparat solari (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 tas-6 ta' Marzu 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali (ĠU L 72, 10.3.2012, p. 7).

(5)  Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta' sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).

(7)  Kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(8)  Kif previst fid-Direttiva 67/548/KEE.