<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑542/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0542</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2113">EU:C:2014:2113</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C‑542/13</P><P>M’BODJ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑542/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mohamed M’Bodj</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P>L-Istat Belġjan</P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sistema komuni Ewropea tal-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/83/KE</KEYWORD><KEYWORD>Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jissodisfaw iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni mingħajr Stat sabiex ikunu eliġibbli għall-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu diżabbiltà u li huwa awtorizzat minn Stat Membru jirrisjedi fit-territorju tiegħu għal raġunijiet mediċi</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/83</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(e)</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(b)</KEYWORD><KEYWORD>Definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Riskju reali li persuna tiġi suġġetta għal trattament inuman jew degradanti ladarba tirritorna fil-pajjiż tal-oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Kontenut ta’ protezzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 28 u 29</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji soċjali u mediċi</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jsofri minn marda serja u li, jekk jintbagħat lura fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu, ikollu riskju reali li jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti minħabba l-assenza ta’ kura medika adegwata f’dan il-pajjiż, jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83/KE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).</P></NOTE>? Jekk iva, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-persuna kkonċernata l-istess benefiċċji soċjali u mediċi li huma jipprevedu għaċ-ċittadini nazzjonali u għar-refuġjati?</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn huma, essenzjalment, id-domandi li qegħdin isiru mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi jaqgħu fil-kuntest ta’ kawża dwar il-ħlas tal-Istat Belġjan ta’ allowance għal persuni b’diżabbiltà lil M. M’Bodj, ċittadin tal-Mawritanja. Wara li nħarġet awtorizzazzjoni ta’ residenza fit-territorju għal raġunijiet mediċi, lill-persuna kkonċernata, dan l-Istat irrifjuta li jħallsu din l-allowance minħabba li l-għoti huwa rriżervat, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, għaċ-ċittadini Belġjani, għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, għaċ-ċittadini Alġerini, Marokkini u Tuneżini, kif ukoll għall-persuni mingħajr Stat u għar-refuġjati.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju għaldaqstant tistaqsi dwar id-differenza ta’ trattament, li tagħmel il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bejn iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom marda serja, skont jekk dawn tal-aħħar jibbenefikawx minn status ta’ refuġjati skont id-Direttiva 2004/83 jew għandhomx awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-imsemmi Stat għal raġunijiet mediċi.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Hija tistaqsi, b’mod partikolari, jekk b’kunsiderazzjoni għall-formulazzjoni ta’ din id-direttiva u għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE> dwar it-tneħħija ta’ persuni li huma morda serjament, il-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni ta’ residenza tikkostitwixxix fir-realtà forma sussidjarja ta’ protezzjoni internazzjonali li għaldaqstant, tagħti d-dritt għall-benefiċċji ekonomiċi u soċjali previsti mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din il-kawża se tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/83 fil-kuntest ta’ persuna li għandha marda serja u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlatur tal-Unjoni għall-finijiet tal-għoti tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dawn il-konklużjonijiet, jiena nsostni li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li, meta jirritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu, ikollu riskju reali li jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti minħabba l-istat tas-saħħa tiegħu u ta’ nuqqas ta’ kura medika adegwata f’dan il-pajjiż, ma jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fil-fatt, nenfasizza li, f’dan il-każ, ma hemmx il-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali li fuqha hija bbażata s-sistema komuni Ewropea tal-ażil, peress li t-trattament inuman maħluq mill-istat ta’ saħħa tal-individwu u l-assenza ta’ riżorsi mediċi suffiċjenti fil-pajjiż tal-oriġini ma jirriżultawx minn att jew ommissjoni intenzjonati kontrih mill-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż jew mill-korpi indipendenti. Madankollu, nippreċiża li, f’din is-sitwazzjoni, l-Istat Membru jista’ jkun obbligat jagħti protezzjoni nazzjonali minħabba kunsiderazzjonijiet umanitarji mandatorji, bbażati fuq l-Artikoli 4 u 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE> kif ukoll fuq l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/83</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi kriterji komuni għall-Istati Membri kollha fir-rigward tal-kundizzjonijiet sostantivi li għandhom jiġu ssodisfatti miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE> kif ukoll tal-kontenut sostantiv ta’ din il-protezzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża M. (C‑277/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:253">EU:C:2012:253</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 19) li tat lok għas-sentenza M. (C‑277/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 72).</P></NOTE>. Huwa f’dan il-kuntest li d-Direttiva 2004/83 tiddetermina, fl-Artikolu 2(c) u (e), il-persuni li jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta’ refuġjat u mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, tistabbilixxi, fil-kuntest tal-Kapitoli II, III u V, il-kundizzjonijiet sostantivi li din tal-aħħar għandha tissodisfa, u tiddetermina, fil-Kapitolu VII tagħha, id-drittijiet inerenti għal kull wieħed minn dawn l-istatuses.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema komuni Ewropea għall-ażil, il-protezzjoni sussidjarja tikkumplimenta r-regoli dwar l-istatus ta’ refuġjat, stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Din il-konvenzjoni, li ġiet iffirmata f’Ġinevra fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> [<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19540422">22 ta’ April 1954</DATE>. Hija ġiet ikkompletata bil-Protokoll dwar l-istatus tar-refuġjati tal-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19671004">4 ta’ Ottubru 1967</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Din hija protezzjoni internazzjonali li, skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83 hija indirizzata lil kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma rigward min intwerew raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, […] jiffaċċja riskju veru li jsofri periklu serju kif definit fl-Artikolu 15, […] u ma jistax, jew, minħabba f’dan ir-riskju, ma jixtieqx japprofitta ruħu jew ruħha mill-protezzjoni ta’ dak il-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 18 tal-imsemmija direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l]-Istati Membri għandhom jagħtu stat ta’ protezzjoni sussidjarja lil ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz [...] eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja bi qbil mal-Kapitoli II u V.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tal-imsemmija direttiva jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[is]tima ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. L-Artikolu 6 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Atturi ta’ persekuzzjoni jew periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Atturi ta’ persekuzzjoni jew periklu serju jinkludu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-Istat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>partijiet [partiti] jew organizzazzjonijiet li jikkontrollaw l-Istat jew parti sostanzjali tat-territorju ta’ l-Istat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>atturi mhux ta’ l-Istat, jekk ikun jista’ jiġi muri li l-atturi msemmija f’(a) u (b), inkluż organizzazzjonijiet internazzjonali, ma jistgħux jew ma jixtiequx jipprovdu protezzjoni kontra persekuzzjoni jew periklu serju kif definit fl-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu V tad-Direttiva 2004/83 jirrigwarda l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[k]walifika għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. L-Artikolu 15 tiegħu jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Periklu serju jikkonsisti minn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>piena kapitali jew eżekuzzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tortura jew trattament inuman jew degradanti jew kastig ta’ applikant fil-pajjiż ta’ oriġini; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>theddida serja u individwali għal ħajja ta’ pajżan jew [għal] persuna [tiegħu] minħabba fi vjolenza indiskriminatorja f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Barra dan, fil-kuntest tal-Kapitolu VII ta’ din id-direttiva, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[k]ontenut ta’ protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, il-leġiżlatur tal-Unjoni jippreċiża fl-Artikoli 28 u 29 ta’ din id-direttiva li l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, fir-rigward tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, jimponi fuq l-Istati Membri li jagħtu lill-persuna kkonċernata l-istess għajnuna soċjali u l-istess kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa bħal dawk previsti għaċ-ċittadini nazzjonali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn żewġ stasuses peress li dawn id-dispożizzjonijiet jawtorizzawhom jillimitaw il-benefiċċji essenzjali għall-għajnuna soċjali mogħtija lil benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Fis-sentenza M. (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:744">EU:C:2012:744</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li n-natura tad-drittijiet inerenti għall-istatus ta’ refuġjat u dik tad-drittijiet inerenti tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja huma fil-fatt differenti (punt 92). Madankollu, għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>), li tirriformula d-Direttiva 2004/83, telimina d-differenzi li jeżistu bejn il-livell ta’ drittijiet mogħtija lir-refuġjati u lill-benefiċjarji ta’ protezzjoni sussidjarja fir-rigward tal-aċċess għall-kura tas-saħħa (Artikolu 30). Madankollu, din id-differenza ma ġietx eliminata fir-rigward tal-protezzjoni soċjali (Artikolu 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li l-imsemmija direttiva hija intiża li tistabbilixxi livelli minimi. Skont il-premessa 8 u l-Artikolu 3 tagħha, l-Istati Membri jibqgħu, għaldaqstant, liberi li jadottaw jew iżommu il-livelli l-iktar favorevoli sabiex jiddeċiedu liema huma dawk il-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew ta’ persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, sa fejn dawn il-livelli huma kompatibbli mal-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni jippreċiża, fil-premessa 9 tad-Direttiva 2004/83, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[d]awk iċ-ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, li huma permessi li jibqgħu fit-territorji ta’ l-Istati Membri għal raġunijiet li mhumiex minħabba ħtieġa għal protezzjoni internazzjonali imma fuq bażi għaqlija [diskrezzjonali] fuq bażijiet ta’ kumpassjoni jew umanitarji, joħorġu barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Karta</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-Karta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[ħ]add m’għandu jkun assoġġettat għal tortura jew għal pieni jew trattamenti inumani jew degradanti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(2) tal-Karta, [ħ]add ma jista’ jitneħħa, jitkeċċa jew jkun estradit lejn Stat fejn hemm riskju serju li jkun suġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti”.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Belġjana</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> dwar l-aċċess fit-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> dwar l-aċċess fit-territorju, ir-residenza, l-istabbiliment u t-tneħħija tal-barranin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Liġi kif emendata mil-Liġi tal-<DATE ISO="20060915">15 ta’ Settembru 2006</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</P></NOTE> għandha bħala għan li tittrasponi fl-ordinament ġuridiku Belġjan id-Direttiva 2004/83.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9b tal-imsemmija liġi jispeċifika l-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet mediċi. Il-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-barrani li jirrisjedi fil-Belġju li jipprova l-identità tiegħu skont il-paragrafu 2 u li għandu marda li toħloq riskju reali għal ħajtu jew għall-integrità fiżika tiegħu jew riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma jkun hemm ebda kura adatta fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew fil-pajjiż fejn jirrisjedi, jista’ jitlob l-awtorizzazzjoni ta’ residenza fir-Renju tal-Belġju mill-Ministru jew mid-delegat tiegħu.</ALINEA><ALINEA>It-talba għandha tiġi ppreżentata b’ittra rreġistrata lill-Ministru jew lid-delegat tiegħu u għandha tinkludi l-indirizz tar-residenza effettiva tal-barrani fil-Belġju.</ALINEA><ALINEA>Il-barrani għandu jibgħat flimkien mat-talba tiegħu kull informazzjoni utli u reċenti dwar il-marda tiegħu u l-possibbiltajiet u l-aċċessibbiltà ta’ trattament adatt fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew fil-pajjiż fejn jirrisjedi.</ALINEA><ALINEA>Huwa għandu jibgħat ċertifikat mediku kif previst mir-Re, b’digriet iddeliberat fil-Kunsill tal-[m]inistri. Dan iċ-ċertifikat mediku, li għandu jkollu data ta’ mhux iktar minn tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba, għandu jindika l-marda, il-grad ta’ gravità u t-trattament meqjus li huwa neċessarju.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>L-evalwazzjoni tar-riskju msemmi [fl-ewwel paragrafu], tal-possibbiltajiet ta’ kura, l-aċċessibbiltà tagħhom fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew fil-pajjiż fejn ikun jirrisjedi u tal-marda, il-grad ta’ gravità tagħha u t-trattament meqjus neċessarju indikati fiċ-ċertifikat mediku, għandha ssir minn uffiċjal mediku jew tabib maħtur mill-Ministru jew mid-delegat tiegħu li għandu jagħti parir dwar dan is-suġġett. Dan it-tabib jista’, jekk iqis li huwa neċessarju, jeżamina l-barrani u jitlob parir addizzjonali minn esperti.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 48/4 tal-istess liġi jispeċifika, min-naħa tiegħu, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex persuna tibbenefika mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja tippermetti li dak li jibbenefika mill-permess ta’ residenza għal perijodu ta’ sena, li jista’ jiġġedded matul ħames snin. Lil hinn minn dan il-perijodu ta’ ħames snin, il-persuna kkonċernata tista’ tibqa’ residenti indefinittivament abbażi tal-Artikolu 49/2(2) u (3) tal-Att tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>.</P></NOTE>. Huwa jittrasponi l-Artikoli 2(e), 15 u 17 tad-Direttiva 2004/83 u jispeċifika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="048D.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>L-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jingħata lill-barrani li ma jistax jitqies li huwa refuġjat u li ma jkunx jista’ jibbenefika mill-Artikolu 9b, u li fir-rigward tiegħu jeżistu motivi serji li wieħed jemmen li, jekk jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr Stat, fil-pajjiż li fiha kellu r-residenza abitwali tiegħu, huwa jaffaċċja r-riskju reali li jiltaqa’ mal-perikli serji msemmija fil-paragrafu (2) u li ma jkunx jista’ jew, fid-dawl ta’ dan ir-riskju, ma jixtieqx jinvoka l-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż u dan, sakemm ma jkunx kopert mill-klawżoli ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 55/4.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="048D.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandhom jitqiesu li huma perikli serji:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-piena tal-mewt jew l-eżekuzzjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-tortura jew it-trattamenti jew sanzjonijiet inumani jew degradanti tal-applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>it-theddid serju għall-ħajja jew għall-persuna ta’ ċivili minħabba vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt bl-armi intern jew internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE> dwar l-allowances għall-persuni b’diżabbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE> dwar l-allowances għall-persuni b’diżabbiltà (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), il-persuni b’diżabbiltà jistgħu jibbenefikaw minn allowance tat-telf tad-dħul jew ta’ integrazzjoni jew jingħataw allowance ta’ assistenza għall-anzjani.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmija liġi jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-allowances imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jingħataw biss lil persuna li jkollha r-residenza reali tagħha fil-Belġju u li tkun:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>Belġjana;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>ċittadina ta’ pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3°</NO.P><TXT>Marokkina, Alġerina, jew Tuneżina li tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3).</P></NOTE>];</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>4°</NO.P><TXT>persuni mingħajr Stat li jaqgħu taħt l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus ta’ Persuni mingħajr Stat, iffirmata f’New York fit-<DATE ISO="19540928">28 ta’ Settembru 1954</DATE> u approvata permezz tal-Liġi tat-<DATE ISO="19600512">12 ta’ Mejju 1960</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>refuġjata msemmija fl-Artikolu 49 tal-[Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>];</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz tad-Digriet Irjali tad-<DATE ISO="20090209">9 ta’ Frar 2009</DATE>, ir-Re estenda l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, b’effett mit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, għall-barranin li huma inklużi fir-reġistru tal-popolazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura marbuta mal-għoti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ awtorizzazzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ residenza għal raġunijiet mediċi bbażata fuq l-Artikolu 9b tal-Liġi tal-15 ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Diċembru 1980</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060104">4 ta’ Jannar 2006</DATE>, M. M’Bodj ippreżenta talba għall-ażil fl-Uffiċċju tal-Barranin, li qies din it-talba inammissibbli, peress li hija manifestament infondata.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Konsegwentement, M. M’Bodj ippreżenta, fl-<DATE ISO="20070824">24 ta’ Awwissu 2007</DATE>, talba ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet mediċi bbażata fuq l-Artikolu 9b tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>. Huwa żvela li kellu diżabbiltà serja f’għajnu kkawżata minn aggressjoni li safa vittma tagħha fiċ-ċentru tas-Salib l-Aħmar għal applikanti għall-ażil fejn kien jgħix. Din it-talba ġiet inizjalment iddikjarata inammissibbli mill-Uffiċċju tal-Barranin qabel ma kien hemm eżitu favorevoli, fi tmiem proċedura kontenzjuża, fid-<DATE ISO="20080919">19 ta’ Settembru 2008</DATE>. Għaldaqstant, M. M’Bodj ġie inkluż fir-reġistru tal-barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100517">17 ta’ Mejju 2010</DATE>, huwa ġie awtorizzat jibqa’ fit-territorju għal tul illimitat skont l-Artikoli 9 u 13 tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura marbuta mal-għoti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ allowance għall-persuni b’diżabbiltà bbażata fuq l-Artikolu 4 tal-Liġi tas-27 ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Frar 1987</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20090219">19 ta’ Frar 2009</DATE>, l-awtoritajiet kompetenti laqgħu t-talba ta’ rikonoxximent mediku tad-diżabbiltà fformulata minn M. M’Bodj, li tippermettilu jibbenefika mill-benefiċċji soċjali u fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090421">21 ta’ April 2009</DATE>, filwaqt li M. M’Bodj kien għadu fil-kuntest tal-proċedura kontenzjuża li huwa beda sabiex jikseb residenza abbażi tal-Artikolu 9b tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>, huwa ppreżenta talba għall-allowances tat-telf tad-dħul u ta’ allowances ta’ integrazzjoni. Din it-talba ġiet miċħuda fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> minħabba li l-persuna kkonċernata ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tal-Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE>, li jirriżerva l-benefiċċju ta’ dawn l-allowances għaċ-ċittadini Belġjani u għaċ-ċittadini tal-Unjoni, għaċ-ċittadini Alġerini, Marokkini u Tuneżini, kif ukoll għall-persuni mingħajr stat u għar-refuġjati.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, M. M’Bodj ippreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem it-tribunal du travail de Liège (il-qorti tax-xogħol ta’ Liège) fil-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>. Fil-kuntest tal-eżami tar-rikors, din il-qorti qabelxejn ikkunsidrat li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom diżabbiltà, li huma refuġjati jew li kisbu awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet mediċi, jibbenefikaw mill-istatus ta’ protezzjoni internazzjonali prevista mid-Direttiva 2004/83, li timponi lill-Istati Membri jagħtu lil dawn l-individwi l-istess għajnuna soċjali li huma jipprevedu liċ-ċittadini nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tribunal du travail de Liège għaldaqstant staqsiet dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 4 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE> fir-rigward, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantiti mill-Kostituzzjoni Belġjana u b’hekk, għamlet domanda preliminari lill-Cour constitutionnelle.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami ta’ din id-domanda preliminari, il-Cour constitutionnelle, min-naħa tagħha, tistaqsi dwar jekk huwiex neċessarju li tiġi żgurata ugwaljanza fit-trattament bejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom diżabbiltà, skont jekk dawn tal-aħħar jibbenefikawx mill-istatus ta’ refuġjati jew skont jekk jiddisponux minn awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa għal raġunijiet mediċi. Hija tistaqsi, għaldaqstant, jekk din l-awtorizzazzjoni ta’ residenza, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ riskju ta’ trattament inuman jew degradanti minħabba l-istat ta’ saħħa tar-rikorrent u l-assenza ta’ kura adegwata fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, taqax taħt il-protezzjoni sussidjarja ggarantita mid-Direttiva 2004/83.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Mill-provi tal-proċess, kif ukoll mit-trattazzjoni matul is-seduta, jirriżulta li hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-awtoritajiet ġudizzjarji, jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tad-domanda preliminari magħmula mit-tribunal du travail de Liège li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirresjedi legalment fil-Belġju abbażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa fuq il-bażi tal-Artikolu 9b tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> jibbenefika mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja. Din il-qorti tagħmel riferiment għal sentenza mogħtija mill-Cour constitutionnelle, li kkonfermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>l-Artikoli 9b u 48/4 tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> jikkostitwixxu, flimkien, it-traspożizzjoni tad-dritt Belġjan tal-Artikolu 15 ta’ [l-imsemmija direttiva]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza Nru 193/2009, tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, B.3.1. ara, ukoll, is-sentenza Nru 43/2013, tal-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, B.4.1.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-leġiżlatur nazzjonali, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kuntest tax-xogħol preparatorju ta’ din il-liġi intiża għat-traspożizzjoni fid-dritt Belġjan tad-Direttiva 2004/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Dokument Parlamentari, Awla, 2005-2006, DOC 51-2478/001, p. 9.</P></NOTE>, dan indika dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Il-barranin li għandhom marda bħal din il-marda li tirrappreżenta periklu reali għal ħajjithom jew għall-integrità fiżika tagħhom jew li l-marda tirrappreżenta periklu reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma teżisti l-ebda kura adegwata fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jew fil-pajjiż fejn huma jistgħu jirresjedu, huma koperti mill-Artikolu 15(b), tad-Direttiva [2004/83], bħala riżultat tal-ġurisprudenza tal-[Qorti EDB] (trattament inuman jew degradanti).<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Cour constitutionnelle, il-Kunsill tal-Ministri jsostni, min-naħa tiegħu, li r-regolarizzazzjoni tar-residenza għal raġunijiet mediċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>hija eskluża mill-protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, peress li din hija rregolata mill-Artikolu 9b tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE> li tikkostitwixxi dispożizzjoni speċifika. Din tqis li din l-awtorizzazzjoni ta’ residenza hija bbażata fuq l-Artikolu 3 tal-KEDB. Barra minn hekk, huwa jirrileva li hemm inkwistjoni proċedura distinta minn dik stabbilita quddiem il-Kummissarjat ġenerali għar-Refuġjati u għall-persuni mingħajr stat, peress li din taqa’ taħt il-kompetenza tal-Ministru tal-intern u tal-Uffiċċju tal-Barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Cour constitutionnelle iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 2(e) u (f), 15, 18, 28 u 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, [...], għandhom jiġu interpretati fis-sens li mhux biss il-persuna li ngħatat, fuq it-talba tagħha, l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja minn awtorità indipendenti mill-Istat Membru, għandha tibbenefika mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa msemmija fl-Artikoli 28 u 29 ta’ din id-direttiva, iżda wkoll il-persuna barranija li hija awtorizzata minn awtorità amministrattiva ta’ Stat Membru li tirrisjedi<?PAGE NO="8"?> fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u li ssoffri minn marda li twassal għal riskju reali għall-ħajja tagħha jew għall-integrità fiżika tagħha jew riskju reali ta’ trattament inuman jew degradanti meta ma jkunx jeżisti trattament adegwat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha jew fil-pajjiż fejn tirrisjedi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda preliminari għandha tingħata risposta li timplika li ż-żewġ kategoriji ta’ persuni li huma deskritti fiha għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni soċjali u mill-kura tas-saħħa li huma msemmija fiha, l-Artikoli 20(3), 28(2) u 29(2) ta’ din l-istess direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċifika tal-persuna vulnerabbli bħall-persuni diżabbli, timplika li għandhom jingħataw lil dawn tal-aħħar benefiċċji pprovduti bil-Liġi tas-<DATE ISO="19870227">27 ta’ Frar 1987</DATE> [...] fid-dawl tal-fatt li għajnuna soċjali li tieħu inkunsiderazzjoni d-diżabbli tista’ tingħata abbażi tal-Liġi Bażika tat-<DATE ISO="19760708">8 ta’ Lulju 1976</DATE> dwar ċentri pubbliċi ta’ azzjoni soċjali?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali, il-Gvernijiet tal-Belġju, tal-Ġermanja, tal-Greċja u ta’ Franza kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu marda serja u li, jekk jintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu riskju reali li jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti minħabba l-assenza ta’ kura medika adegwata f’pajjiżu, għandux jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, skont l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Infakkar li, skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> hija persuna li fir-rigward tagħha jeżistu raġunijiet serji u pprovati li jġegħlu wieħed jemmen li jekk tintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini hija jkollha riskju reali li tkun f’periklu serju, kif iddefinit fl-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva, peress li din il-persuna ma tkunx tista’, jew fid-dawl ta’ dan ir-riskju, ma tkunx tista’ tuża, il-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/83 jiddefinixxi tliet tipi ta’ periklu serju li fosthom insibu, fil-punt (b), it-trattament inuman jew degradanti impost fuq l-applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-domanda li għamlet il-qorti tar-rinviju tqum sa fejn, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Elgafaji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>C‑465/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:94">EU:C:2009:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28.</P></NOTE> u kif ukoll minn dak li jirriżulta mix-xogħol preparatorju tad-Direttiva 2004/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara n-nota tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Strateġiku dwar l-Immigrazzjoni, il-Fruntieri u l-Ażil, tal-<DATE ISO="20020925">25 ta’ Settembru 2002</DATE>, 12148/02, p. 5.</P></NOTE>, din id-dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tikkorrispondi, essenzjalment, [għal]l-Artikolu 3 tal-KEDB<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti EDB jirriżulta li t-tbatija minħabba marda li tiġi naturalment, kemm fiżika kif ukoll mentali, tista’ tikkostitwixxi trattament inuman jew degradanti skont l-Artikolu 3 tal-KEDB jekk hija jkollha riskju li tiżdied permezz ta’ att jew kura li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, tneħħija jew minn miżuri oħra li jistgħu jkunu responsabbli għalihom l-awtoritajiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-Qorti EDB, Josef vs Il-Belġju, Nru 70055/10, paragrafu 118, <DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>. Il-Qorti EDB tfakkar, madankollu li, skont il-ġurisprudenza tagħha, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu suġġetti għal miżura ta’ tneħħija ma jistgħux bħala prinċipju jinvokaw dritt li jibqgħu fit-territorju ta’ Stat kontraenti sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna u mis-servizzi mediċi, soċjali jew oħrajn ipprovduti mill-Istat li keċċihom. Fil-każ ta’ tkeċċija mill-Istat kontraenti, il-fatt li r-rikorrent jista’ jesperjenza deterjorament sinjifikattiv fis-sitwazzjoni, u, b’mod partikolari, tnaqqi sinjifikattiv ta’ tama ta’ ħajja, ma huwiex, <HT TYPE="ITALIC">per se</HT>, biżżejjed sabiex iseħħ ksur tal-Artikolu 3 tal-KEDB.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk, f’ċerti ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna bħal dawk imsemmija fis-sentenza D. vs Ir-Renju Unit<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-Qorti EDB, D. vs Ir-Renju Unit, Nru 30240/96, KEDB 1997-III.</P></NOTE>, il-Qorti EDB iddeċidiet li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija ta’ individwu marid bl-AIDS tikkostitwixxi, f’każ ta’ ritorn fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ksur tal-Artikolu 3 tal-KEDB sa fejn dan ikun espost għal riskju reali li jmut f’ċirkustanzi partikolarment dolorużi. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti EDB ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-persuna kkonċernata tinsab fi stadju avvanzat tal-marda u li l-interruzzjoni drastika tal-kura medika mogħtija fl-Istat ta’ akkoljenza, flimkien mal-assenza ta’ kura adegwata fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, kif ukoll l-assenza ta’ kwalunkwe forma ta’ appoġġ morali u ta’ għajnuna soċjali, tista’ tippreċipita l-mewt tal-persuna kkonċernata u tista’ tissuġġettaha għal tbatijiet fiżiċi u mentali akuti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (paragrafu 51 sa 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-Qorti EDB għalhekk iddikjarat li se tirriżerva għaliha nfisha flessibbiltà suffiċjenti sabiex titratta l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-KEDB fis-sitwazzjonijiet li fihom ir-riskju li l-persuna kkonċernata tiġi suġġetta għal kura projbita fil-pajjiż ta’ destinazzjoni tirriżulta minn fatturi li ma jistgħux, la direttament u lanqas indirettament, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi ta’ dan il-pajjiż jew li, meta jittieħdu waħidhom, minnhom infushom ma jiksrux il-livelli ta’ dan l-artikolu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (paragrafu 49).</P></NOTE>. F’dan il-każ, inkunsiderazzjoni ta’ raġunijiet umanitarji meqjusa imperattivi, l-Istati kontraenti ma jistgħux għaldaqstant jeżegwixxu d-deċiżjoni tagħhom ta’ tkeċċija, u dan b’riskju li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom skont l-Artikolu 3 tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Fis-sentenza tagħha Josef vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti EDB madankollu, ippreċiżat li tali sitwazzjoni tista’ isseħħ biss minħabba ċirkustanzi umanitarji imperativi, filwaqt li għamlet riferiment għall-kawżi li wasslu għal dawn is-sentenzi N. vs Ir-Renju Unit ([GC] Nru 26565/05, KEDB 2008-III) u Yoh-Ekale Mwanje vs Il-Belġju (Nru 10486/10, <DATE ISO="20120320">20 ta’ Marzu 2012</DATE>). F’dan il-kawżi, ir-rikorrenti kienu wkoll morda bl-AIDS. Madankollu, il-Qorti EDB ikkunsidrat li t-tneħħija tagħha ma setgħetx tqajjem kwistjoni taħt l-Artikolu 3 tal-KEDB sa fejn, fil-mument tat-tneħħija tagħhom, l-istat ta’ saħħa tagħhom kien stabbli, ma kinux fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>stat kritiku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u setgħu jivvjaġġaw.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Id-domanda li qed tagħmel il-qorti tar-rinviju hija, essenzjalment, dik ta’ jekk ċirkustanzi komparabbli jistgħux jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/83, u jiġġustifikaw, għaldaqstant, l-għoti ta’ status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li persuna li tbati minn marda serja tista’, f’dan ir-rigward, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Jekk, f’ċerti ċirkustanzi partikolari, it-tbatija minħabba marda tista’ tikkostitwixxi trattament inuman jew degradanti, jibqa’ l-fatt li wieħed mill-kriterji essenzjali tal-għoti tal-protezzjoni sussidjarja, jiġifieri l-identifikazzjoni ta’ attur responsabbli għall-ksur u li kontra tiegħu hija meħtieġa il-protezzjoni, ikun nieqes.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sistema komuni Ewropea għall-ażil hija bbażata fuq in-neċessità li tiġi żgurata lill-individwi, li jibżgħu li jiġu ppersegwitati minħabba r-razza tagħhom, ir-reliġjon tagħhom, in-nazzjonalità tagħhom, l-opinjonijiet politiċi tagħhom jew l-appartenenza tagħhom għal grupp soċjali, jew li jaffrontaw riskju ta’ periklu serju fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, protezzjoni li pajjiżhom ma huwiex jew ma huwiex iktar f’qagħda li jiggarantixxi peress li jippermetti intenzjonalment it-twettiq ta’ dawn l-atti jew jonqos milli jipprekludihom.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-iskema intiża għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru, kemm jekk tirrigwarda l-istatus tar-refuġjat jew l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, għaldaqstant għandha għan partikolari u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ protezzjoni speċifika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Diakité (C‑285/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:39">EU:C:2014:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE> li jippresupponi l-kombinazzjoni ta’ żewġ elementi essenzjali. L-ewwel wieħed huwa kkostitwit mill-eżistenza ta’ riskju ta’ persekuzzjoni jew ta’ periklu serju li tagħha tisfa vittma l-persuna kkonċernata, meta tirritorna fil-pajjiż tal-oriġini. It-tieni wieħed huwa kkostitwit mir-responsabbiltà diretta jew indiretta ta’ dan il-pajjiż f’dan ir-riskju.<?PAGE NO="10"?> Il-benefiċċju tal-istatus ta’ refuġjat jew dak mogħti mill-protezzjoni sussidjarja huwa għaldaqstant irriżervat għall-każ fejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ta’ oriġini ma ħadux ir-rwol li jipprovdu din il-protezzjoni, billi jkunu taw lok għall-persekuzzjonijiet, jew billi jkunu inkoraġixxu jew ittolleraw il-persekuzzjonijiet mill-milizji jew gruppi privati oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ fatturi huma determinanti għall-finijiet tal-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, peress li huma bbażati fuq il-biża’ tal-individwu u jispjegaw l-impossibbiltà jew ir-rifjut tiegħu li juża l-protezzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-protezzjoni sussidjarja, dawn iż-żewġ fatturi jirriżultaw b’mod ċar ħafna mill-kliem tal-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni jippreċiża mingħajr ambigwità li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> hija persuna li, mhux biss, jista’ jkollha riskju reali ta’ periklu serju ddefinit fl-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva jekk hija tintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha, iżda wkoll, li ma tistax jew ma hijiex disposta, fid-dawl ta’ dan ir-riskju, tuża l-protezzjoni ta’ dan il-pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-artikolu jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> bħala atti jew ċirkustanzi li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ta’ oriġini huma direttament jew indirettament responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva għandu jiġi moqri flimkien mal-Artikolu 6 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/83, il-leġiżlatur jiddefinixxi, kif intqal diġà, l-element materjali tad-dannu serju. Din hija l-piena ta’ mewt jew tal-eżekuzzjoni, tat-tortura, tat-trattament jew tas-sanzjoni inumani jew degradanti li tkun ġarrbet il-persuna kkonċernata fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, u theddid serju kontra l-ħajja jew il-persuna tagħha minħabba vjolenza indiskriminata fil-każ ta’ kunflitt bl-armi intern jew internazzjonali. Dawn l-atti jippresupponu fihom infushom l-intenzjoni deliberata tal-attur li jimponi tbatija fiżika jew mentali ta’ intensità partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/83, huwa jiddefinixxi, min-naħa l-oħra, l-element personali peress li jiddetermina l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[a]tturi ta’ [...] periklu serju<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għalhekk, jillimita espressament il-perimetru tad-dannu msemmi fl-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva għal dawk imwettqa jew mill-Istat, jew min partiti jew organizzazzjonijiet li jikkontrollaw dan l-Istat jew parti sostanzjali mit-territorju tiegħu, jew minn atturi mhux statali, jekk jista’ jiġi ppruvat li l-Istat jew il-partiti jew l-organizzazzjonijiet li jikkontrollawhom ma jistgħux jew ma jridux jagħtu protezzjoni kontra l-persekuzzjoni jew il-perikli serji.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Sabiex persuna tkun tista’ tiġi kkunsidrata li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja, ma huwiex għaldaqstant biżżejjed li jiġi ppruvat li hija jkollha riskju li tkun esposta għal trattament inuman jew degradanti meta tirritorna fil-pajjiż tal-oriġini, iżda jrid jiġi ppruvat li dan ir-riskju jirriżulta minn fatturi li huma direttament jew indirettament imputabbli lill-awtoritajiet pubbliċi ta’ dan il-pajjiż minħabba li t-theddid li huwa piż fuq il-persuna kkonċernata joriġina mill-awtoritajiet tal-pajjiż li għandu n-nazzjonalità tiegħu jew huwa ttollerat minn dawn l-awtoritajiet, jew minħabba li dan it-theddid joriġina minn gruppi indipendenti li kontra tagħhom l-awtoritajiet tal-pajjiż ma jistgħux jiżguraw protezzjoni effettiva għaċ-ċittadini tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirrileva l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet tiegħu, fil-każ ta’ individwu li l-istat ta’ saħħa tiegħu għandha bżonn kura medika u li ma jistax jibbenefika minn kura adegwata fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, it-trattament inuman jew degradanti li jkollu riskju li jkun suġġett għalih f’każ li jirritorna f’dan il-pajjiż ma jirriżultax min att jew ommissjoni intenzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi jew korpi indipendenti tal-Istat. Fi kliem ieħor, f’dan il-każ, wieħed mill-kriterji essenzjali għar-rikonoxximent tal-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/83, jiġifieri r-responsabbiltà diretta jew indiretta tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ta’ oriġini, hija neċessarjament nieqsa fit-twettiq tad-dannu serju u li kontrih hija meħtieġa protezzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’din is-sitwazzjoni, il-protezzjoni mogħtija mill-Istat Membru ma tissodisfax il-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva u ma tistax għaldaqstant tiġi inkluża fil-kuntest tas-sistema komuni Ewropea għall-ażil.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(g) <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tal-imsemmija direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza B u D (C-57/09 u C‑101/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:661">EU:C:2010:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mill-Artikolu 2(g) <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT> tad-Direttiva 2004/83 jirriżulta li din ma tipprekludix li persuna titlob li tiġi protetta fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tip ieħor ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha (punt 116).</P></NOTE>, hemm inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>tip ieħor ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva. Din il-protezzjoni hija mogħtija għal raġuni oħra, fuq bażi diskrezzjonali u mmotivata mill-kumpassjoni jew irregolata minn raġunijiet umanitarji, ibbażati fuq l-osservanza tal-Artikolu 3 tal-KEDB u tal-Artikoli 4 u 19(2) tal-Karta. F’dan l-aħħar każ, hija l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tal-persuna kkonċernata mill-Istat Membru ta’ akkoljenza, kkombinata mal-assenza ta’ riżorsi mediċi adegwati fil-pajjiż ta’ oriġini, li tista’ tikkostitwixxi trattament inuman.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni manifestment ipprova jeskludi sitwazzjonijiet bbażati fuq raġunijiet umanitarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/83.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa afferma espressament, fil-kuntest tal-premessa 9 tad-Direttiva 2004/83, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>iċ-ċittadini nazzjonali tal-pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, li huma permessi li jibqgħu fit-territorji ta’ l-Istati Membri għal raġunijiet li mhumiex minħabba ħtieġa għal protezzjoni internazzjonali imma fuq bażi għaqlija (discretionary) fuq bażijiet ta’ kumpassjoni jew umanitarji, joħorġu barra mill-iskop ta’ [l-imsemmija direttiva]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Id-Direttiva 2004/83, bħall-Konvenzjoni dwar l-istatus tar-refuġjati, iffirmata f’Genève fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, għandha bħala premessa l-fatt li l-Istati Membri ta’ akkoljenza jistgħu jagħtu, b’konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, protezzjoni nazzjonali bi drittijiet li jippermettu lill-persuni esklużi mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2) tal-imsemmija direttiva, jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huwa interessanti li jsir riferiment għax-xogħol preparatorju tad-Direttiva 2004/83 dwar it-tfassil tal-Artikolu 15(b)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara n-nota tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Strateġiku dwar l-Immigrazzjoni, il-Fruntieri u l-Ażil, tal-<DATE ISO="20020925">25 ta’ Settembru 2002</DATE>, 12148/02, p. 6.</P></NOTE>, li fih il-leġiżlatur tal-Unjoni jippreċiża li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Madankollu, jekk il-punt (b) għandu jinkludi l-ġurisprudenza kollha tal-[Qorti EDB] dwar l-Artikolu 3 tal-KEDB, għandhom jiġu inklużi l-kawżi bbażati biss fuq raġunijiet umanitarji bħalma huma l-Kawża D vs Ir-Renju Unit (1997), magħrufa wkoll bl-isem tal-Kawża Saint-Kitts.</ALINEA><ALINEA>Fil-kawża Saint-Kitts, minkejja li l-assenza ta’ aċċess għal skema ta’ saħħa żviluppata kif ukoll l-assenza ta’ persunal ma humiex ikkunsidrati bħala tortura jew trattament inuman jew degradanti fihom infushom, it-tkeċċija lejn dan il-pajjiż, li kienet tikkostitwixxi theddida kontra l-ħajja tal-persuna kkonċernata, ġiet deskritta bħala tali.</ALINEA><ALINEA>Konsegwentement, bil-għan li jiġu evitati kawżi bbażati fuq raġunijiet umanitarji fis-sistema ta’ protezzjoni sussidjarja, li qatt ma kienet l-intenzjoni tad-[Direttiva 2004/83], il-presidenza tipproponi li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (b) billi tiddikjara li riskju reali ta <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>tortura jew ta<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/> pieni jew trattament inuman jew degradanti għandhom jipprevalu fil-pajjiż ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jekk, kif irrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Elgafaji<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:94">EU:C:2009:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva 2004/83 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>jikkorrispondi essenzjalment għall-[...] Artikolu 3 [tal-KEDB]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 28).</P></NOTE>, il-leġiżlatur tal-Unjoni madankollu llimita l-kamp ta’ applikazzjoni għat-trattament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ta’ applikant fil-pajjiż ta’ l-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>McAdam, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>The Qualification Directive: An Overview<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, <HT TYPE="ITALIC">The Qualification Directive: Central Themes, Problem Issues, and Implementation in Selected Member States</HT>, Wolf Legal Publishers, Nimègue, 2007, p. 19.</P></NOTE>, li jippresupponi r-responsabbiltà diretta jew indiretta tal-awtoritajiet pubbliċi f’dan il-pajjiż. Is-sistema ta’ protezzjoni internazzjonali u b’mod partikolari l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja għaldaqstant jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ protezzjoni xieraq u speċifiku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Diakité (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:39">EU:C:2014:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24).</P></NOTE>, distint mill-obbligi li jaqgħu fuq l-Istati kontraenti skont l-Artikolu 3 tal-KEDB.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-fatti, jiena għaldaqstant tal-opinjoni li l-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2004/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jikkunsidra bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu marda serja u li, jekk jintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu riskju reali li jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti minħabba l-assenza ta’ kura medika adegwata f’pajjiżu.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Awtorizzazzjoni ta’ residenza bħal dik maħruġa lil M. M’Bodj, ibbażata fuq l-Artikolu 9b tal-Liġi tal-<DATE ISO="19801215">15 ta’ Diċembru 1980</DATE>, għaldaqstant ma tistax tikkostitwixxi, skont l-Artikolu 2(e) ta’ din id-direttiva, forma sussidjarja ta’ protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Hija lanqas ma tista’ tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>livelli stabbiliti aktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu livelli iktar favorevoli sabiex jiddeċiedu, b’mod partikolari, liema huma l-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew ta’ persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, dawn il-livelli għandhom madankollu ikunu kompatibbli mad-Direttiva 2004/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza B u D (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:661">EU:C:2010:661</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 114 sa 120).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, għar-raġunijiet li se nesponi, l-għoti minn Stat Membru tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja lil individwu li jsib ruħu f’sitwazzjoni bħal dik ta’ M. M’Bodj, ma hijiex kompatibbli mal-kliem u mal-għan ta’ dan it-test.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>B’kunsiderazzjoni għar-risposta li qiegħed nipproponi li għandha tingħata għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lill-Cour constitutionnelle kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>L-Artikolu 2(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jikkunsidra bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>persuna eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu marda serja u li, jekk jintbagħat lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, ikollu riskju reali li jkun suġġett għal trattament inuman jew degradanti minħabba l-assenza ta’ kura medika adegwata f’pajjiżu.<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>