<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-567/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0567</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:736">EU:C:2017:736</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza TAL-<DATE ISO="20171005">5.10.2017</DATE> – Kawża C‑567/15</P><P>LitSpecMet</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Litwan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(9)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kumpannija li l-kapital tagħha huwa miżmum minn awtorità kontraenti</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet interni tal-grupp</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑567/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (qorti reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151102">2 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>LitSpecMet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> UAB</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Vilniaus lokomotyvų remonto depas<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> UAB,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Plienmetas<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> UAB</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Imħallef tar-Raba’ Awla, E. Juhász (Relatur), C. Vajda u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>LitSpecMet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> UAB, minn C. Maczkovics, R. Martens u V. Ostrovskis, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Vilniaus lokomotyvų remonto depas<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> UAB, minn D. Soloveičik, avukat, u G. Jokubauskas, rappreżentant tal-kumpannija,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas, D. Stepanienė u R. Butvydytė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u F. Batista, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár, A. Steiblytė u J. Jokubauskaitè, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 43</REF.DOC.OJ>), (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>LitSpecMet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> UAB u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Vilniaus lokomotyvų remonto depas<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> UAB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>VLRD<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) dwar kuntratt għall-provvista ta’ vireg tal-ħadid mogħtija parzjalment minn din tal-aħħar lil LitSpecMet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18 ġiet imħassra u ssostitwita b’effett mit-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE> permezz tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2004/18 kien jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>kuntratti għal provvisti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> bħala kuntratti pubbliċi barra dawk il-kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan tagħhom il-bejgħ, il-kera, flus li jiddaħħlu mill-kera jew ħlas bin-nifs, bil- jew mingħajr l-għażla li tixtri, tal-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(9) ta’ din id-direttiva kien jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Awtoritajiet <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kuntrattwali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser l-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, korpi rregolati bil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet li ġew iffurmati b’waħda jew ħafna minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati bil-liġi pubblika.</ALINEA><ALINEA><P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Korpi rregolati bil-liġi pubblika<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser kull korp:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq il-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li m’għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li għandhom personalità legali; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ffinanzjati, mill-biċċa l-kbira, mill-Istat, reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew korpi oħra rregolati mill-liġi pubblika; jew suġġetti għas-supervizjoni manigerjali minn dawk il-korpi; jew għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tagħhom huma appuntati mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati bil-liġi pubblika.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Limiti massimi għal kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għal kuntratti publiċi li mhumiex esklużi skond l-eċċezzjonijiet provduti fl-Artikoli 10 u 11 u l-Artikoli 12 sa 18 u li għandhom valur esklussiv ta’ valur addizzjonali ta’ taxxa (VAT) stmat li hu ugwali jew akbar minn dawn il-limiti massimi li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal kuntratti ta’ forniment pubbliku u ta’ servizz mogħtija minn awtoritajiet kontrattwanti barra dawk elenkati fl-Anness IV,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Litwan</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Lietuvos Respublikos viešųjų pirkimų įstatymas (liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi), li ttrasponiet id-Direttiva 2004/18 fid-dritt Litwan, tipprevedi fl-Artikolu 4 tagħha intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Awtoritajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Awtorità kontraenti tfisser:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>awtorità tal-Istat jew lokali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>persuna ġuridika stabbilita taħt id-dritt pubbliku jew privat li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>assoċjazzjoni tal-awtoritajiet imsemmija fin-numru 1 ta’ dan il-paragrafu u/jew persuni ġuridiċi stabbiliti taħt id-dritt pubbliku jew privat imsemmija fin-numru 2 ta’ dan il-paragrafu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>il-kumpanniji kontraenti li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport jew is-servizzi postali elenkati fil-punti 2 sa 4 tal-Artikolu 70(1) ta’ din il-liġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna ġuridika stabbilita taħt id-dritt pubbliku jew privat (differenti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali) maħluqa sabiex tissodisfa speċifikament bżonnijiet fl-interess ġenerali li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali u li tissodisfa mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>iktar minn 50 % tal-attività tagħha hija ffinanzjata mill-baġit tal-Istat jew tal-entitajiet lokali jew minn riżorsi oħrajn tal-Istat jew tal-entitajiet lokali jew minn fondi ta’ persuni ġuridiċi oħrajn stabbiliti taħt id-dritt pubbliku jew privat imsemmija f’dan il-paragrafu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>hija kkontrollata (immexxija) mill-awtorità nazzjonali jew lokali jew minn persuni ġuridiċi oħrajn stabbiliti taħt id-dritt pubbliku jew privat imsemmija f’dan il-paragrafu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>iktar minn nofs il-membri tal-bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju huma maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew minn persuni ġuridiċi stabbiliti taħt id-dritt pubbliku jew privat imsemmija f’dan il-paragrafu. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(5) tal-liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Id-disposizzjonijiet ta’ din il-liġi ma japplikawx meta l-awtorità kontraenti tikkonkludi kuntratt ma’ entità ġuridikament distinta li fuqha hija teżerċita kontroll simili għal dak eżerċitat fuq is-servizzi u l-korpi tagħha u li żżomm b’mod esklużiv (jew li fir-rigward tagħha teżerċita d-drittijiet u l-obbligi tal-Istat jew ta’ awtorità lokali bħala assoċjat uniku), u meta l-entità kkontrollata tkun wettqet mill-inqas 90 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha tas-sena finanzjarja preċedenti (jew tal-perijodu li jkun għadda mill-ħolqien tagħha jekk tkun ilha teżerċita l-attività tagħha għal inqas minn sena finanzjarja waħda), permezz ta’ attivitajiet maħsuba sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti jew sabiex jippermettu li din twettaq il-funzjonijiet tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>VLRD hija kumpannija kummerċjali li ġiet maħluqa matul is-sena 2003, wara r-ristrutturar tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Lietuvos geležinkeliai<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> AB (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kumpannija ferrovjarja Litwana<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) fejn l-għan soċjali jirrigwarda b’mod partikolari l-produzzjoni u l-manutenzjoni ta’ lokomottivi, ta’ vaguni kif ukoll vetturi bil-mutur elettriku u magni bil-mutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>VLRD hija sussidjarja tal-kumpannija ferrovjarja Litwana, li hija l-unika sieħba tagħha. Din tal-aħħar kienet, fiż-żmien rilevanti, il-klijenta prinċipali ta’ VLRD, bl-ordnijiet tagħha kienu jirrappreżentaw 90 % tad-dħul mill-bejgħ ta’ VLRD.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul is-sena 2013, VLRD ippubblikat avviż ta’ kuntratt issemplifikat għax-xiri ta’ vireg tal-ħadid, avviż li għalih wieġbet LitSpecMet qabel ma ġiet iddikjarata bħala offerent rebbieħ għal parti biss mill-offerta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>LitSpecMet talbet l-annullament tal-imsemmi kuntratt kif ukoll il-publikazzjoni ta’ avviż ġdid li jirrispetta l-liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi, għar-raġuni li, fil-fehma tagħha, VLRD kienet awtorità kontraenti fis-sens tal-liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, LitSpecMet sostniet, essenzjalment, minn naħa, li VLRD kienet inħolqot sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-kumpannija ferrovjarja Litwana, impriża ffinanzjata mill-Istat u fdata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u, min-naħa l-oħra, li l-kundizzjonijiet tal-provvisti u l-bejgħ imwettqa għall-benefiċċju tal-kumpannija omm ma kinux jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni. LitSpecMet ikkonkludiet li dawn l-elementi kienu suffiċjenti sabiex jitqies li l-attività ta’ VLRD kellha bħala għan li tissodisfa bżonnijiet ta’ interess ġenerali mhux ta’ natura industrijali jew kummerċjali u, għaldaqstant, sabiex jiġi kkunsidrat li din il-kumpannija kienet awtorità kontraenti suġġetta għar-regoli tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Vilniaus apygardos teismas (qorti reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja) ċaħdet it-talbiet ta’ LitSpecMet. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata mil-Lietuvos apeliacinis teismas (qorti tal-appell tal-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sabiex tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza, il-Lietuvos apeliacinis teismas (qorti tal-appell tal-Litwanja) irrilevat b’mod partikolari li VLRD ġiet stabbilita sabiex teżerċita attività kummerċjali u sabiex tagħmel il-qligħ, dan ġie vverifikat mill-fatt li hija kienet issostni waħedha r-riskji tal-attività tagħha, mingħajr ma l-Istat kien ikopri t-telf. Barra minn hekk, il-qorti tal-appell qieset li l-attività ta’ VLRD ma setgħetx tiġi kkunsidrata li kienet maħsuba sabiex tissodisfa l-bżonn ta’ interess ġenerali taċ-ċittadini kollha, peress li ġie muri li VLRD evolviet f’ambjent kompetittiv u li, jekk, fiż-żmien rilevanti, il-kważi-totalità tal-bejgħ konkluż minn din tal-aħħar kien mal-kumpannija ferrovjarja Litwana, il-projezzjonijiet imwettqa kienu juru li, fl-2016, l-imsemmija bejgħ ma kinux jirrappreżentaw iktar minn 15 % tat-tranżazzjonijiet kummerċjali ta’ VLRD.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema tal-Litwanja) annullat id-deċiżjoni tal-Lietuvos apeliacinis teismas (qorti tal-appell tal-Litwanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema tal-Litwanja) telqet mill-premessa li biha r-riżoluzzjoni tal-kawża li kellha quddiemha kienet tiddependi fuq l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>korp stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq il-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li m’għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> użata fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 u stabbilita fl-Artikolu 4 tal-liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema tal-Litwanja) enfasizzat li l-approċċ funzjonali għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja, iwassal biex jitqiesu diversi elementi ta’ analiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk persuna kinitx awtorità kontraenti, bħall-eżistenza jew le ta’ sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni fis-suq li fih din tal-aħħar tintervjeni, iċ-ċirkustanzi li fihom l-entità kkunsidrata kienet imwaqqfa, il-possibbiltà jew le li tissostitwixxi l-imsemmija entità ma’ intervenjenti oħra jew ukoll il-kwistjoni dwar jekk din l-entità ssostni jew le r-riskji ġġenerati mill-attività tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema tal-Litwanja) irrilevat, essenzjalment, li kemm il-qorti tal-ewwel istanza kif ukoll dik tal-appell kienu naqsu milli jeżaminaw l-ispeċifiċitajiet tal-attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn VLRD, b’mod partikolari fir-rigward tal-intensità tal-kompetizzjoni prevalenti fis-settur ekonomiku li fih din il-kumpannija evolviet. Hija qieset li dawn il-qrati kienu taw importanza kbira wisq lill-forma soċjali ta’ VLRD, f’dan il-każ, kumpannija kummerċjali, sabiex iqisu li VLRD ma kinitx awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema tal-Litwanja) irrilevat li VLRD kienet twettaq medja ta’ ħmistax-il tranżazzjoni interna kull sena għall-benefiċċju tal-kumpannija omm, liema, għal din it-tip ta’ tranżazzjoni, kienet eżentata milli ssegwi r-regoli tal-kuntratti pubbliċi. F’dan ir-rigward, hija enfasizzat li, fl-ipoteżi fejn il-kumpannija omm wettqet hija stess l-attivitajiet imwettqa mis-sussidjarja tagħha, hija kienet tkun suġġetta għall-imsemmija regoli fir-rigward tal-akkwist ta’ vetturi, ta’ materjal u ta’ provvisti oħra neċessarji għall-manutenzjoni ta’ lokomottivi u vetturi ferrovjarji jew xogħlijiet oħra, konformement mal-liġi Litwana dwar il-kuntratti pubbliċi. Hija semmiet li, f’sitwazzjoni bħal din, kien hemm lok li jiġi analizzat jekk il-fatt li kumpannija omm tirrikorri għas-servizzi ta’ sussidjarja sabiex twettaq tranżazzjonijiet ekonomiċi li huma ta’ interess ġenerali ma kienx ta’ natura li jippermetti l-evażjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kunratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-kawża ntbagħtet lura quddiem il-Lietuvos apeliacinis teismas (qorti tal-appell tal-Litwanja), li, wara li annullat id-deċiżjoni mogħtija mill-Vilniaus apygardos teismas (qorti reġjonali ta’ Vilnjus), bagħtet il-kawża lura lil din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Vilniaus apygardos teismas (qorti reġjonali ta’ Vilnjus) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ġiet stabbilita minn awtorità kontraenti li teżerċità l-attività tagħha fil-qasam tat-trasport ferrovjarju: ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja pubblika, trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;</P></ITEM><ITEM><P>b’mod awtonomu, teżerċità attività kummerċjali, tistabbilixxi l-istrateġija ta’ attività tagħha, tadotta deċiżjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-attività tagħha, (suq ta’ prodotti, segmentazzjoni tal-klijentela, eċċ), tipparteċipa fis-suq kompetittiv fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea u<?PAGE NO="6"?> barra mill-Unjoni Ewropea billi toffri servizzi ta’ produzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji, u tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti marbuta ma’ din l-attività sabiex tikseb ordnijiet mingħand terzi (li ma humiex il-kumpannija parent tagħha);</P></ITEM><ITEM><P>tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji lill-kumpannija fundatriċi tagħha fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni, bil-valur ta’ dawn is-servizzi jkun jirrappreżenta 90 % tal-attività kollha tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>is-servizzi pprovduti lill-kumpannija fundatriċi tagħha huma intiżi li jippermettulha teżerċita l-attività tagħha ta’ trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;</P></ITEM></LIST></P><P>ma għandhiex titqies bħala awtorità kontraenti?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li, fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, kumpannija għandha tikkwalifika bħala awtorità kontraenti, l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-kumpannija titlef l-istatus ta’ awtorità kontraenti meta l-valur tas-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji pprovduti fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni għall-awtorità kontraenti li hija l-fundatriċi tal-kumpannija inkwistjoni tnaqqas u tkun tirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali mid-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li kumpannija li minn naħa, hija miżmuma kompletament minn awtorità kontraenti fejn l-attività hija li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali u li, min-naħa l-oħra, twettaq kemm tranżazzjonijiet għal din l-awtorità kontraenti kif ukoll tranżazzjonijiet fuq is-suq kompetittiv tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u x’inhu, skont il-każ, l-impatt tal-fatt li l-valur tat-tranżazzjonijiet interni jista’ fil-futur jirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali, tad-dħul mill-bejgħ globali tal-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju f’dan il-każ ma tagħti ebda speċifikazzjoni fir-rigward tal-ammont tal-kuntratt fil-kawża prinċipali, b’tali mod li ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk il-valur ta’ dan il-kuntratt jeċċedi jew le l-limitu stabbilit fl-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18 u, konsegwentement, jekk waħda mill-kundizzjonijiet essenzjali għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva hijiex issodisfatta jew le fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minħabba l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li jeżisti fir-relazzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, l-assenza ta’ tali konstatazzjonijiet magħmula minn qabel mill-qorti tar-rinviju ma twassalx għall-inammissibbiltà tat-talba jekk, minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tal-elementi li jirriżultaw mill-proċess, jidhrilha li tkun f’pożizzjoni li tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta d-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi elementi rilevanti suffiċjenti għall-evalwazzjoni li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ att tad-dritt sekondarju jistgħu jiġu ssodisfatti. Madankollu, it-tweġiba pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja hija suġġetta biss għall-konstatazzjoni mill-qorti tar-rinviju li dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfatti (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Azienda sanitaria locale n. 5 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Spezzino<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑113/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2440">EU:C:2014:2440</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, f’dan il-każ, il-kundizzjoni tal-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>, kif prevista fl-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18 hija ssodisfatta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-attività tal-kumpannija ferrovjarja Litwana li tinkludi l-provvista tas-servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri hija kkunsidrata li titwettaq sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali u li din il-kumpannija għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u, għaldaqstant, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk l-ewwel domanda hija intiża sabiex tikkjarifika jekk VLRD għandha wkoll tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-punti (a) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18, jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> kull organu li, l-ewwel nett, ġie stabbilit speċifikament sabiex jaqdi bżonnijiet ta’ interess ġenerali li ma humiex ta’ natura industrijali jew kummerċjali, it-tieni nett, organu li għandu personalità legali u li, it-tielet nett, jew l-attivitajiet tiegħu huma ffinanzjati prinċipalment mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn organi oħra rregolati mid-dritt pubbliku, jew inkella organu li t-tmexxija tiegħu hija suġġetta għall-kontroll minn dawn ta’ l-aħħar, jew fejn iktar minn nofs il-membri li jikkomponu l-bord amministrattiv, tad-diretturi jew ta’ sorveljanza huma maħtura mill-Istat, mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn organi oħra rregolati mid-dritt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’manjiera kostanti, il-kundizzjonijiet iddikjarati f’dan l-artikolu għandhom natura kumulattiva b’tali mod li fin-nuqqas ta’ wieħed biss minn dawn il-kundizzjonijiet, organu ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u, għaldaqstant, bħala awtorità kontraenti fis-sens tad-Direttiva 2004/18 (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Korhonen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:300">EU:C:2003:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ing. Aigner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:213">EU:C:2008:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u inkluż dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, huma, fid-dawl tal-għanijiet tad-direttivi dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, intiżi sabiex jiġu esklużi kemm ir-riskju li tingħata preferenza lill-offerenti jew kandidati nazzjonali meta jingħata xi kuntratt mill-awtoritajiet kontraenti kif ukoll il-possibbiltà li xi organu ffinanzjat jew ikkontrollat mill-Istat, minn awtoritajiet reġjonali jew minn organi oħrajn rregolati mid-dritt pubbliku jkunu ggwidati minn kunsiderazzjonijiet oħrajn għajr dawk ta’ natura ekonomika, jingħataw interpretazzjoni funzjonali u wiesgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030515">15 ta’ Mejju 2003</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑214/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:276">EU:C:2003:276</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li VLRD tidher li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18. Fil-fatt, huwa stabbilit li hija mgħonija b’personalità ġuridika. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li VLRD hija sussidjarja 100 % tal-kumpannija ferrovjarja Litwana u li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>kkontrollata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> minn din il-kumpannija tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-unika kwistjoni li għandha tiġi analizzata hija, konsegwentement, rigward jekk VLRD tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>korp stabbilit għall-għan speċifiku li jilħaq il-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li m’għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 jirriżulta li r-rekwiżit mitlub irid jiġi ssodisfatt mill-entità li l-klassifikazzjoni tagħha qed tiġi eżaminata u mhux minn entità oħra, anki jekk din tal-aħħar hija l-kumpannija omm tal-ewwel entità li kienet tipprovdilha merkanzija jew servizzi. Għalhekk ma huwiex suffiċjenti li impriża ġiet maħluqa minn awtorità kontraenti jew li l-attivitajiet tagħha huma ffinanzjati minn mezzi finanzjarji ġejjin minn attivitajiet eżerċitati minn awtorità kontraenti sabiex hija stess tiġi kkunsidrata bħala awtorità kontraenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980115">15 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Mannesmann Anlagenbau Austria <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:4">EU:C:1998:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni li l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>speċifikament<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> turi l-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jissuġġetta għar-regoli restrittivi tal-kuntratti pubbliċi biss entitajiet maħluqa bil-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ interess ġenerali ta’ natura mhux industrijali jew kummerċjali fejn l-attività tissodisfa tali bżonnijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, qabel kollox, għandu jiġi ddeterminat jekk VLRD kienet ġiet maħluqa bil-għan speċifiku li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali u jekk l-attivitajiet tagħha kinux effettivament jissodisfaw dawn il-bżonnijiet, qabel, skont il-każ, ma jiġi eżaminat jekk tali bżonnijiet kellhomx jew le natura industrijali jew kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Korhonen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:300">EU:C:2003:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-kliem tal-ewwel domanda jirriżulta li VLRD ipprovdiet merkanzija u servizzi sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>tippermetti [lill-kumpannija omm] teżerċita l-attività tagħha ta’ trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li VLRD kienet ġiet maħluqa wara r-ristrutturar tal-kumpannija ferrovjarja Litwana u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>kemm il-ħolqien ta’ [VLRD] kif ukoll l-attività tagħħha huma dejjem maħsuba sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-kumpannija omm, jiġifieri tal-bżonnijiet ta’ interess ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, l-attività ta’ VLRD, b’mod partikolari l-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-lokomottivi u tal-vetturi kif ukoll il-provvista ta’ dawn il-prodotti u ta’ dawn is-servizzi lill-kumpannija ferrovjarja Litwana, kienet tidher neċessarja sabiex din tal-aħħar setgħet teżerċita l-attività tagħha intiża sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk kien jidher li VLRD kienet ġiet maħluqa bl-għan speċifiku li tissodisfa l-bżonnijiet tal-kumpannija omm peress li l-bżonnijiet li VLRD kienet ġiet inkarigata li tissodisfa jikkostitwixxu kundizzjoni neċessarja għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ interess ġenerali tal-kumpannija omm, li madankollu għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifikah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi irrilevat li huwa irrelevanti li, minbarra l-attivitajiet intiżi sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, l-entità inkwistjoni twettaq ukoll attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ fuq is-suq kompetittiv (ara f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980115">15 ta’ Jannar 1998</DATE>, <NAME.CASE>Mannesmann Anlagenbau Austria <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:4">EU:C:1998:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ing. Aigner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑393/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:213">EU:C:2008:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li VLRD ma teżerċitax biss attivitajiet li huma intiżi li jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ interess ġenerali permezz ta’ tranżazzjonijiet interni mal-kumpannija nazzjonali ferrovjarja Litwana, sabiex din tal-aħħar tkun tista’ teżerċita l-attività tagħha ta’ trasport, iżda wkoll ta’ attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ u mingħajr rilevanza f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk organu jaqax fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tal-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18, huwa wkoll neċessarju li dan tal-aħħar jissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali li huma ta’ natura mhux industrijali jew kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-evalwazzjoni ta’ din in-natura għandha tiġi magħmula filwaqt li jiġu kkunsidrati l-elementi ġuridiċi u fattwali kollha rilevanti, bħalma huma ċ-ċirkustanzi li seħħew qabel il-ħolqien tal-organu kkonċernat u l-kundizzjonijiet li fihom jeżerċita l-attivitajiet maħsuba sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, inkluż, b’mod partikolari, il-fatt li l-għan prinċipali tiegħu ma huwiex li jagħmel qligħ, in-nuqqas ta’ teħid ta’ riskji marbuta ma’ dawn l-attivitajiet kif ukoll il-finanzjament pubbliku eventwali tal-attivitajiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, jekk, fir-rigward ta’ attivitajiet maħsuba sabiex jissodisfaw bżonnijiet ta’ interess ġenerali, l-organu inkwistjoni jopera taħt kundizzjonijiet normali tas-suq, għandu għan li jagħmel qligħ u huwa responsabbli għat-telf li jirriżulta mill-eżerċizzju ta’ dawn<?PAGE NO="9"?> l-attivitajiet, huwa improbabbli li l-bżonnijiet li jrid jissodisfa huma ta’ natura mhux industrijali jew kummerċjali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:544">EU:C:2003:544</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ kompetizzjoni żviluppata ma tippermettix, waħedha, li jiġi konkluż li hemm nuqqas ta’ bżonn ta’ interess ġenerali li għandu karattru industrijali jew kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tkun il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, abbażi tal-elementi kollha ġuridiċi u fattwali tal-każ, jekk, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt fil-kawża prinċipali, l-attivitajiet eżerċitati minn VLRD maħsuba għas-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, kinux imwettqa f’sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni, u b’mod partikolari jekk VLRD setgħetx, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, tiġi ggwidata minn kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu hija irrilevanti, f’dan ir-rigward, iċ-ċirkustanza mqajma mill-qorti tar-rinviju fid-deċiżjoni tar-rinviju, li biha l-importanza tat-tranżazzjonijiet interni mwettqa mal-kumpannija ferrovjarja Litwana fir-rigward tad-dħul mill-bejgħ globali ta’ VLRD tista’ tonqos fil-futur, peress li hija din il-qorti li għandha teżamina s-sitwazzjoni ta’ din il-kumpannija fil-mument tal-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija li, minn naħa, hija miżmuma kompletament minn awtorità kontraenti fejn l-attività hija li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali u li, min-naħa l-oħra, twettaq kemm tranżazzjonijiet għal din l-awtorità kontraenti kif ukoll tranżazzjonijiet fuq is-suq kompetittiv, għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-attivitajiet ta’ din il-kumpannija huma neċessarji sabiex l-imsemmija awtorità kontraenti tista’ teżerċita l-attività tagħha u li, sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, l-imsemmija kumpannija tiġi ggwidata minn kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi, li għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifikah. Ma għandu l-ebda impatt, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-valur tat-tranżazzjonijiet interni jista’ fil-futur jirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali, tad-dħul mill-bejgħ globali tal-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendat bir-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 1251/2011, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li, minn naħa, hija miżmuma kompletament minn awtorità kontraenti fejn l-attività hija li tissodisfa l-bżonnijiet tal-interess ġenerali u li, min-naħa l-oħra, twettaq kemm tranżazzjonijiet għal din l-awtorità kontraenti kif ukoll tranżazzjonijiet fuq is-suq kompetittiv għandha tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>organu rregolat mid-dritt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm l-attivitajiet ta’ din il-kumpannija huma neċessarji sabiex l-imsemmija awtorità kontraenti tista’ teżerċita l-attività tagħha u li, sabiex tissodisfa l-bżonnijiet ta’ interess ġenerali, l-imsemmija kumpannija tiġi ggwidata minn kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi, li<?PAGE NO="10"?> għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifikah. Ma għandu l-ebda impatt, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-valur tat-tranżazzjonijiet interni jista’ fil-futur jirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali, tad-dħul mill-bejgħ globali tal-kumpannija.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>