|
9.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1493
tat-8 ta’ Settembru 2022
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u mill-Escherichia coli KCCM 80246 bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u mill-Escherichia coli KCCM 80246. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u mill-Escherichia coli KCCM 80246 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-23 ta’ Marzu 2022 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-ebda waħda miż-żewġ prodotti magħmulin mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u mill-Escherichia coli KCCM 80246 ma għandha effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Rigward is-sikurezza tal-utenti ta’ dik is-sustanza, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza, f’ebda wieħed miż-żewġ prodotti mhija irritant tal-ġilda jew tal-għajnejn, u lanqas mhi sensitizzatur tal-ġilda, u ma turix sinjali li hija tossika meta tittieħed man-nifs. Madankollu, il-prodott L-metijonina ≥ 90 % jippreżenta riskju għall-utent meta jitqies l-esponiment għall-endotossini permezz tal-inalazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tas-sustanza. |
|
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-L-metijonina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u mill-Escherichia coli KCCM 80246 hija sors effettiv ta’ metijonina għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u li biex din tkun tal-istess effikaċja fir-ruminanti daqs kemm hi fl-ispeċijiet li mhumiex ruminanti, jenħtieġ li s-sustanza tkun protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ din is-sustanza turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant jenħtieġ li l-użu ta’ din is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi awtorizzat. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li huma tal-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u tal-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2022;20(4):7247.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
|||||||||||||||||||||
|
3c305 |
- |
L-metijonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv L-metijonina b’kontenut minimu ta’ 98,5 % u b’kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 0,5 % Fil-forma ta’ trab |
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
Id-29 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-metijonina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u bl-Escherichia coli KCCM 80246 Formula kimika: C5H11NO2S Numru CAS: 63-68-3. |
|||||||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (1) Għad-determinazzjoni tal-L-metijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-L-metijonina fil-premixxeli:
Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||||||
|
3c305ii |
- |
L-metijonina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ L-metijonina b’kontenut minimu ta’ 90 % u b’kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 0,5 %
Fil-forma ta’ trab |
L-ispeċijiet kollha |
- |
- |
- |
|
Id-29 ta’ Settembru 2032 |
||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-metijonina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Corynebacterium glutamicum KCCM 80245 u bl-Escherichia coli KCCM 80246 Formula kimika: C5H11NO2S Numru CAS: 63-68-3. |
|||||||||||||||||||||
|
Metodi analitiċi (1) Għad-determinazzjoni tal-L-metijonina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-metijonina fil-premixxeli:
Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-metijonina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
(3) L-esponiment ikkalkulat abbażi tal-livell tal-endotossini u l-potenzjal li jqum it-trab mill-addittiv skont il-metodu li tuża l-EFSA (EFSA Journal 2018;16(10):5458); il-metodu analitiku: European Pharmacopoeia 2.6.14. (bacterial endotoxins).