|
6.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1648
tad-29 ta' Ottubru 2018
li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li fis-suq fl-Unjoni jista' jitqiegħed biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2), li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni jeħtieġ tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' ikel ġdid u dwar l-aġġornament tal-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Fl-4 ta' Mejju 2016, il-kumpanija Longlive Europe Food Division Ltd. (“l-Applikant”) talbet lill-awtorità kompetenti tal-Ungerija biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-ksilo-oligosakkaridi, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont it-tifsira tal-punt (e) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-applikant jitlob li l-ksilo-oligosakkaridi jintużaw f'għadd ta' kategoriji tal-ikel, jiġifieri, prodotti tal-forn u tal-ħalib, taħlitiet li jiddelku tal-frott, prodotti taċ-ċikkulata u xarbiet tas-sojja għall-pubbliku ġenerali. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, kwalunkwe talba għat-tqegħid fis-suq ta' ikel ġdid fl-Unjoni mressqa lil Stat Membru f'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, u li għaliha ma tkunx ittieħdet deċiżjoni finali qabel l-1 ta' Jannar 2018, għandha tiġi trattata bħala applikazzjoni mressqa skont ir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Filwaqt li t-talba għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ingredjent tal-ikel ġdid tressqet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, l-applikazzjoni tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fit-18 ta' Lulju 2016, l-awtorità kompetenti tal-Ungerija ħarġet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali tagħha. F'dak ir-rapport ikkonkludiet li l-ksilo-oligosakkaridi jissodisfaw il-kriterji għal ingredjent tal-ikel ġdid kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(8) |
Fit-12 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. Kien hemm oġġezzjonijiet motivati minn Stati Membri oħra fi żmien il-perjodu ta' 60 jum stipulat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet, l-istabbiltà, id-doża antiċipata ta' kuljum u l-istudji tossikoloġiċi. |
|
(9) |
Fid-dawl tal-oġġezzjonijiet li għamlu l-Istati Membri l-oħra, fis-6 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) u talbitha twettaq valutazzjoni oħra għall-ksilo-oligosakkaridi bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(10) |
Fis-27 ta' Ġunju 2018, l-Awtorità adottat “Scientific Opinion on the safety of xylo-oligosaccharides as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (Opinjoni Xjentifika dwar is-sikurezza tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283) (4). Din l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
Dik l-opinjoni tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-ksilo-oligosakkaridi fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti meta użati bħala ingredjent fil-prodotti tal-forn u tal-ħalib, fit-taħlitiet li jiddelku tal-frott, fiċ-ċikkulati u fix-xarbiet tas-sojja, jikkonformaw mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(12) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li japplikaw għall-ksilo-oligosakkaridi meta jintużaw bħala ingredjent fil-prodotti tal-ħalib. Skont il-punt 2 tal-Parti III tal-Anness VII ta' dak ir-Regolament, il-ksilo-oligosakkaridi ma jistgħux jintużaw fil-prodotti tal-ħalib biex jissostitwixxu kwalunkwe kostitwent tal-ħalib, kompletament jew parzjalment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu tal-ksilo-oligosakkaridi bħala ikel ġdid fil-prodotti tal-ħalib jiġi limitat skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-ksilo-oligosakkaridi, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni ta' ikel ġdid awtorizzat, stabbilita fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tinkludi l-kundizzjonijiet għall-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
3. L-awtorizzazzjoni prevista f'dan l-Artikolu għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) EFSA Journal 2018;16(7): 5361
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) f'ordni alfabetika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) f'ordni alfabetika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||