31978R2456



Official Journal L 303 , 28/10/1978 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0026
Greek special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0149
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0026
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0187
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 11 P. 0187


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2456/78

tad-19 ta' Settembru 1978

rigward il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekomomika Ewropea u l-Konferazzjoni Svizzera għall-iskopijiet ta' l-aġġustament ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tariffa

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi bħala konsegwenza ta' l-emendi li jirriżultaw mir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali tat-18 ta' Ġunju 1976 u ta' ċerti tibdiliet awtonomi għat-Tariffa Komuni Doganali u t-Tariffa Doganali Svizzera għandhom ikunu aġġustati ċerti speċifikazzjonijiet tat-tariffa fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera [1];

Billi, barra minn hekk, jeħtieġ li jkun emendat il-Ftehim msemmi hawn fuq biex tkun stabbilita proċedura simplifikata għall-aġġustament ta' l-ispeċifikazzjonijiet tat-tariffa fil-każ ta' aktar emendi għat-tariffi tal-Partijiet Kontraenti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan il-Ftehim fil-forma ta' bdil ta' ittri li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna bil-poter li tiffirma l-Ftehim biex torbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jgħodd b'effett mill-1 ta' Jannar 1978.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fid-19 ta' Settembru 1978.

Għall-Kunsill

Il-President

H.-D. Genscher

[1] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.

--------------------------------------------------